52008PC0235

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/96 tas-27 li jissospendi b'mod temporanju d-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali u agrikoli [u tas-sajd] /* KUMM/2008/0235 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 30.4.2008

KUMM(2008) 235 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/96 tas-27 li jissospendi b'mod temporanju d-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali u agrikoli [u tas-sajd]

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.1. Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta

Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Grupp Ekonomiku dwar il-Kwistjonijiet Tariffarji, għarblet it-talbiet kollha għal sospensjoni temporanja tad-dazji awtonomi tat-tariffi doganali komuni li ressqulha l-Istati Membri. Il-proposta mehmuża tikkonċerna ċerti prodotti industrijali u agrikoli. It-talbiet għas-sospensjoni relatati mal-prodotti msemmija hawn fuq ġew eżaminati fid-dawl tal-kriterji stipulati fil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar is-sospensjonijiet tat-tariffi u l-kwoti awtonomi [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ara ĠU C 128, 25.4.1998, p.2). Wara dan l-eżami, il-Kummissjoni tqis li s-sospensjoni tad-dazji hija ġġustifikata għall-prodotti elenkati fl-Anness I tal-proposta għal Regolament mehmuża. Tneħħew dawk il-prodotti li s-sospensjoni tagħhom ma għadhiex fl-interessi ekonomiċi tal-Komunità. L-Annessi għal dan ir-Regolament jelenkaw il-prodotti li għalihom ġiet proposta sospensjoni, jew li nbidlulhom il-kliem, kif ukoll dawk il-prodotti mneħħija mill-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1255/96. Il-perjodu ta' validità tal-miżura huwa mill-1 ta' Lulju 2008 sal-31 ta' Diċembru 2012, għat-twettiq ta' valutazzjonijiet ekonomiċi tas-sospensjonijiet individwali matul dan il-perjodu. Is-sospensjonijiet li l-Kummissjoni u l-Grupp Ekonomiku dwar Kwistjonijiet Tariffarji jqisu li għandhom jiġu kkanċellati jew jitkomplew għandhom jiġu estiżi jew mħassra wara din id-data.

1.2. Il-kuntest ġenerali

Huwa fl-interess tal-Komunità li tissospendi parzjalment jew totalment id-dazji awtonomi tat-tariffi doganali komuni għal għadd ta' prodotti ġodda mhux elenkati fl-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/96 biex b'hekk tissospendi temporanjament id-dazji awtonomi tat-tariffi doganali komuni fuq ċerti prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd.

1.3. Id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam kopert mill-proposta

ĠU L 158, 29.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1527/2007 (ĠU L 349, 30.12.2007, p. 7).

1.4. Il-konsistenza ma’ politiki u miri oħra ta’ l-Unjoni

Il-proposta hija konformi mal-politiki ta' l-agrikoltura, il-kummerċ, l-impriżi, żvilupp u r-relazzjonijiet esterni. B'mod speċjali, din il-proposta ma tolqotx ħażin l-interessi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li jgawdu minn ftehim preferenzjali ta' kummerċ ma' l-UE (eż. is-sistemi GSP, AKP, il-pajjiżi kandidati potenzjali tal-Balkani tal-Punent).

2. IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT

2.1. Il-konsultazzjoni mal-partjiet interessati

Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu

Ġie kkonsultat il-Grupp Ekonomiku dwar il-Kwistjonijiet Tariffarji li jirrappreżenta l-industriji ta' kull Stat Membru.

Sommarju tat-tweġibiet u kif tqiesu

Is-sospensjonijiet kollha elenkati jikkorrispondu għall-ftehim li ħareġ mit-taħdidiet fi ħdan il-grupp.

2.2. Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert

L-oqsma xjentifiċi jew ta' l-għarfien espert ikkonċernati

L-esperti li jirrappreżentaw l-Istati Membri fil-Grupp Grupp Ekonomiku dwar il-Kwistjonijiet Tariffarji.

Il-metodoloġija użata

Konsultazzjoni miftuħa.

L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin li ġew ikkonsultati

Esperti maħtura minn kull Stat Membru.

Ġabra fil-qosor tal-pariri miksuba u użati

Ma ssemmietx l-eżistenza ta’ riskji potenzjalment serji u b’konsegwenzi irreversibbli.

Il-metodi użati sabiex ir-riżultati ta’ dawn l-opinjonijiet esperti jkunu disponibbli għall-pubbliku

Il-pubblikazzjoni tal-proposta.

2.3. Il-valutazzjoni ta’ l-impatt

Din il-proposta lill-industrija tal-Komunità teħlisha minn EUR 8 300 000 dazju, u saħħaħha fil-kompetizzjoni ma' industriji minn pajjiżi terzi li jfornu prodotti finali fis-suq tal-Komunità. Tikkonforma mal-prinċipji mfissra fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar is-sospensjonijiet tat-tariffi u l-kwoti awtonomi. L-emenda proposta hija strument biex jinżammu impjiegi eżistenti u jinħolqu impjiegi ġodda fl-Unjoni Ewropea. Il-Proposta hija inkluża fil-Programm Leġiżlattiv u ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2008.

3. L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA

3.1. Sommarju ta’ l-azzjoni proposta

Il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/96 li jissospendi b'mod temporanju d-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali u agrikoli [u tas-sajd].

3.2. Bażi ġuridika

L-Artikolu 26 tat-Trattat tal-KE.

3.3. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-prinċipju tas-sussidjaretà ma japplikax, għax il-proposta taqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità.

3.4. Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta tħares il-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin.

Dan is-sett ta' miżuri huwa skond il-prinċipji stabbiliti biex jissimplifikaw il-proċeduri għall-operaturi involuti fil-kummerċ barrani, u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sospensjonijiet tat-tariffi u l-kwoti awtonomi.

3.5. L-għażla ta’ l-istrumenti

Strumenti proposti: Regolament

Strumenti oħrajn ma jkunux adegwati minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

Bis-saħħa ta' l-Artikolu 26 tat-Trattat tal-KE is-sospensjonijiet tat-tariffi u l-kwoti awtonomi jiġu approvati mill-Kunsill b'maġġoranza kkwalifikata abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni.

4. L-IMPLIKAZZJONIJIET GħALL-BAġIT

In-nuqqas tal-ġbir ta' dazji doganali għal ammont totali ta' EUR 8 300 000/sena.

5. TAGħRIF ADDIZZJONALI

5.1. Is-simplifikazzjoni

Lista differenzjali tas-sospensjonijiet tad-dazji sejra tiġi ppubblikata fl-Anness għar-Regolament propost.

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/96 tas-27 li jissospendi b'mod temporanju d-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali u agrikoli [u tas-sajd]

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[1],

Billi:

(1) Huwa fl-interess tal-Komunità li d-dazji awtonomi tat-tariffa doganali komuni jiġu sospiżi parzjalment jew totalment għal għadd ta' prodotti ġodda mhux elenkati fl-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/96[2].

(2) Il-kodiċijiet tan-NM u tat-TARIC 5603 12 10 20 u 8504 40 84 20 għal żewġ prodotti li huma elenkati fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1255/96 għandhom jitneħħew minn dik il-lista għaliex ma għadux fl-interess tal-Komunità li tinżamm sospensjoni ta’ dazji awtonomi tat-tariffi doganali komuni.

(3) Barra minn hekk, id-deskrizzjoni ta’ xi prodotti jeħtiġilha tinbidel sabiex tqis l-iżviluppi tekniċi tal-prodotti u x-xejriet ekonomiċi tas-suq. Dawk il-prodotti għandhom jitqiesu li tneħħew mil-lista u b’riżultat ta’ dan għandhom jiddaħħlu fiha bħala prodotti ġodda.

(4) L-esperjenza wriet il-ħtieġa li tingħata data ta' skadenza għas-sospensjonijiet elenkati fir-Regolament (KE) Nru 1255/96 biex ikun żgurat li jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u ekonomiċi. Dan ma għandux jeskludi t-terminazzjoni qabel il-waqt ta' ċerti miżuri jew il-kontinwazzjoni tagħhom lil hinn minn dan il-perjodu, jekk jitressqu raġunijiet ekonomiċi, skond il-prinċipji stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-1998 dwar is-sospensjonijiet tat-tariffi u l-kwoti awtonomi.[3]

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1255/96 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(6) Ġaladarba l-perjodi ta’ validità stipulati f’dan ir-Regolament jeħtiġilhom jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2008, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1255/96 huwa emendat kif ġej:

1. Għandhom jiddaħħlu r-ringieli li jidhru fl-Anness I għal dan ir-Regolament;

2. Għandhom jitħassru r-ringieli għall-prodotti li l-kodiċijiet tan-NM u tat-TARIC tagħhom jidhru fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS I

Prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1).

Il-kodiċi tan-NM | TARIC | Deskrizzjoni | Ir-rata ta' dazji awtonomi | Perjodu ta’ validità |

ex 2008 60 19 ex 2008 60 39 | 30 30 | Ċirasa ħelwa li fiha spirtu miżjud, b’kontenut, jew mingħajr, ta’ zokkor ta’ 9 % f’piż, ta’ dijametru ta’ ta’ mhux aktar minn 19.9 mm bl-għadma, għall-użu fi prodotti taċ-ċikkulata (1) | 10 % (2) | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 2835 10 00 | 10 | Ipofosfit tas-sodju monoidrat | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 2839 19 00 | 10 | Disilikat tad-disodju | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 2841 80 00 | 10 | Wolframat tad-diammonju (paratungstat tad-diammonju) | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 2850 00 20 | 30 | Nitrid tat-titanju b’daqs ta’ partikula ta’ mhux aktar minn 250 nm | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 2930 90 85 | 82 | Toluwin-4-sulfinat tas-sodju | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 2930 90 85 | 83 | Metil-p-tolilsulfon | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 2934 20 80 | 40 | 1,2-Benzisotijazol-3(2H)-on (Benzisotijazolinon (BIT)) | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 3808 93 15 | 10 | Preparazzjoni bbażata fuq konċentrat li jikkonsisti, f'piż, minn 45 % jew aktar iżda mhux aktar minn 55 % ta' l-ingredjent attiv erbiċidali Penoxsulam bħala sospensjoni fl-ilma | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 3815 19 90 | 41 | Katalizzaturi f’forma ta’ pilloli, li jikkonsistu minn 60 % (± 2 %) f’piż ossidu tar-ramm fuq irfid ta’ ossidu ta’ l-aluminju | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 3815 90 90 | 85 | Katalizzatur abbażi ta' aluminosilikat (zeolite), għall-alkilazzjoni ta' idrokarburi aromatiċi, għat-transalkilazzjoni ta' idrokarburi alkilaromatiċi jew għall-oligomerizzazzjoni ta' olefini (1) | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 3824 90 97 | 70 | Pejst li jikkonsisti f’piż minn 75 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 85 % ramm, u fih ukoll ossidi inorganiċi, etilċelluloża u solvent | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 3824 90 97 | 78 | Taħlita ta’ fitosteroli derivati mill-injam jew minn żjut b’bażi ta’ injam (tall oil), f’forma ta’ trab b’daqs ta’ partikula ta’ mhux aktar minn 300 μm, li tikkonsisti, f’piż, minn: 60 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 80 % sitosteroli, mhux aktar minn 15 % kampesteroli, mhux aktar minn 5 % stigmasteroli, u mhux aktar minn 15 % betasitostanoli | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 3904 10 00 | 20 | Trab tal-klorur tal-polivinil, mhux imħallat ma’ l-ebda sustanzi oħrajn, bi grad ta’ polimerizzazzjoni ta’ 1000 (± 100) unitajiet ta’ monomeri, koeffiċjent ta’ trasmissjoni tas-sħana (valur-K) ta’ 60 jew aktar, iżda mhux aktar minn 70, densità tal-massa ta’ 0.35 g/cm3 jew aktar, iżda mhux aktar minn 0.55 g/cm3, kontenut ta’ materjal volatili ta’ anqas minn 0.35 % f’piż, daqs medju ta’ farka medja ta’ 40 µm jew aktar, iżda mhux aktar minn 70 µm u frazzjoni ta’ mogħdija minn għarbiel b’malji ta’ 120 µm ta’ mhux aktar minn 1 % f’piż, mingħajr ebda monomeri tal-vinil aċetat, għall-manifattura ta’ separaturi tal-batteriji (1) | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 3919 10 69 ex 3919 90 69 | 91 96 | Żigarella ta' ragħwa akrilika sewda, mgħottija fuq naħa waħda b'adeżiv attivabbli bis-sħana jew adeżiv akriliku sensittiv għall-pressa u fuq in-naħa l-oħra adeżiv akriliku sensittiv għall-pressa u folja protettiva li titneħħa (release sheet), b'adeżjoni tat-tqaxxir (peel adhesion) f'angolu ta' 90º jew aktar minn 25 N/ċm (skond bil-metodu ASTM D 3330) | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 3919 90 69 | 97 | Rombli ta’ film tal-polipropilene f’orjentazzjoni biassjali: b’kisja li teħel minnha nnifisha, b’wisa’ ta’ 363 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 507 mm, b’wisa’ totali tal-film ta’ 10 µm jew aktar iżda mhux aktar minn 100 µm, għall-użu fil-protezzjoni ta’ displejs LCD waqt il-manifattura ta’ moduli LCD (1) | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 3920 62 19 ex 3920 62 19 | 80 82 | Film tal-polietilene tereftalat b’wisa’ ta’ mhux aktar minn 20 µm, miksi fuq iż-żewġ naħat bi strat ta’ barriera tal-gass li tikkonsisti minn matriċi polimerika fejn jixtered is-silika u ta’ wisa’ ta’ mhux aktar minn 2 µm | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 3920 92 00 | 30 | Film tal-poliamide bi ħxuna ta’ mhux aktar minn 20 µm, miksi fuq iż-żewġ naħat bi strat ta’ barriera tal-gass li tikkonsisti minn matriċi polimerika fejn jixtered is-silika u ta’ wisa’ ta’ mhux aktar minn 2 µm | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 5603 11 10 ex 5603 11 90 | 20 20 | Materjali mhux minsuġa, b’piż ta’ mhux aktar minn 20 g/m2, b’filamenti spunbounded u meltblown impoġġija flimkien bħal sandwiċ fejn l-istrati ta’ barra fihom ħafna filamenti fini (b’dijametru ta’ aktar minn 10 µm iżda ta’ mhux aktar minn 20 µm) u l-istrat ta’ ġewwa fih ħafna filamenti fini ħafna (b’dijametru ta’ aktar minn 1 µm iżda ta’ mhux aktar minn 5 µm), għall-manifattura ta’ ħrieqi u ta’ qlejbiet u ta’ ħrieqi sanitarji simili (1) | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 5603 12 90 | 50 | Mhux minsuġ: jiżen 30 g/m2 jew aktar, iżda mhux aktar minn 60 g/m2 fih fibri tal-polipropilene jew ta' polipropilene u polietilene stampat jew le, bi: minn naħa waħda, 65 % ta' l-erja kollha tal-wiċċ miksija b'boċċi żgħar ta' 4 mm dijametru, li jikkonsistu f'fibri mrembla, mhux mgħaqqda ma' xulxin, elevati u ankrati, tajbin biex jaqbdu magħhom materjali estrużi f'forma ta' ganċ, filwaqt li il-35 % li jifdal ta' l-erja tal-wiċċ tkun magħqqda ħaġa waħda, u fuq in-naħa l-oħra wiċċ lixx u milsi, għall-użu fil-manufattura ta' srievet u nforra tas-srievet għat-trabi u oġġetti sanitarji simili. (1) | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 7005 10 25 | 10 | Float glass: bi ħxuna ta' 2.0 mm jew aktar, imma mhux aktar minn 2.4 mm, miksi fuq wiċċ wieħed b'saff riflettiv ta' dijossidu tal-landa miżjud bil-fluworin | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 7005 10 30 | 10 | Float glass: bi ħxuna ta' 4.0 mm jew aktar, imma mhux aktar minn 4.2 mm, bi trażmissjoni tad-dawl ta' 91 % jew aktar, imkejla b'sors tad-dawl tat-ip D, miksi fuq wiċċ wieħed b'saff riflettiv ta' dijossidu tal-landa miżjud bil-fluworin | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 7006 00 90 ex 8529 90 92 | 60 46 | Pjanċi tal-ħġieġ soda-ġir ('soda-lime'): punt ta' strapazz ta' aktar minn 570°C ħxuna ta' 1.7 mm jew aktar, imma mhux aktar minn 2.9 mm dimensjonijiet ta' 1 144 mm (± 0.5 mm) x 67 0mm (± 0.5 mm) jew 1 164 mm (± 0.5 mm) x 649 mm (± 0.5 mm) u sew jekk fihx jew le: saff ta' Ossidu tal-Landa-Indju, jew struttura ta' elettrodi magħmula mill-impasta tal-fidda miksija b'materjal dielettriku | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 7007 19 20 | 20 | Folja tal-ħġieġ ittemprat jew semittemprat ta' daqs dijagonali ta' 81 cm jew aktar, imma li ma jaqbiżx 186 cm, b'saff wieħed jew aktar ta' polimeru, sew miżbugħa kif ukoll le jew b'ċeramika kkulurita jew sewda madwar it-truf tad-dawra, għall-użu fil-manifattura ta' prodotti koperti bl-intestatura 8528 (1) | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 7606 12 10 ex 7607 11 90 | 10 20 | Strixxa ta’ liga ta’ aluminju u manjeżju, li tikkonsisti, f’piż, minn: 93.3 % jew aktar aluminju, 2.2 % jew aktar iżda mhux aktar minn 5 % manjeżju, u mhux aktar minn 1.8 % elementi oħra, f’rombli, ta’ ħxuna ta’ 0.14 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 0.40 mm u wisa’ ta’ 12.5 mm jew aktar iżda mhux aktar minn 89 mm, b’saħħa ta’ tensjoni ta’ 285 N/mm² jew aktar u b’elongazzjoni fil-punt tal-ksur ta’ 0.1 % jew aktar | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 7607 20 99 | 10 | Film laminat ta' l-aluminju bi ħxuna totali ta' mhux aktar minn 0.123 mm, magħmul minn saff ta' aluminju ta' ħxuna ta' mhux aktar minn 0.04 mm, films ta' bażi tal-poliamide u tal-polipropilene, u kisja protettiva kontra l-korrużjoni mill-aċidu idrofluworiku, għall-użu fil-manifattura ta' batteriji tal-polimeru tal-litju (1) | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 8108 90 30 | 10 | Vireg ta' lega tat-titanju għall-manifattura ta' partijiet strutturali ta' l-inġenji ta' l-ajru (1) | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 8108 90 30 | 20 | Żbarri, vireg u wajer ta' lega tat-titanju u l-aluminju li bil-piż fihom 1 % jew aktar, imma mhux aktar minn 2 %, ta' aluminju, għall-użu fil-manufattura tas-silencers u pajpijiet ta' l-exhaust tas-subintestaturi 8708 92 jew 8714 19 (1) | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 8108 90 50 | 30 | Liga tat-titanju u s-silikon, li fiha f'piż 0.15 % jew aktar iżda mhux aktar minn 0.60 % silikon, f'folji jew f’rombli, għall-użu fil-manifattura ta': sistemi ta' l-egżost għal magni b'kombustjoni interna jew tubi u pajpijiet ta’ subintestatura 8108 90 60 (1) | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 8108 90 50 | 40 | Folji ta’ liga ta’ titanju għall-manifattura ta’ partijiet strutturali ta’ inġenji ta’ l-ajru (1) | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 8108 90 50 | 50 | Pjanċi, folji, strippi and folji rqaq ta’ lega tat-titanju, ramm u nijobju, li bil-piż fih 0.8 % jew aktar, imma mhux aktar minn 1.2 %, ramm u 0.4 % jew aktar, imma mhux aktar minn 0.6 %, nijobju | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 8113 00 90 | 10 | Carrier plate magħmula minn karbur tas-silikon (AlSiC-9) għaċ-ċirkuwiti elettroniċi | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 8407 33 90 ex 8407 90 80 ex 8407 90 90 | 10 10 10 | Magni li jaqbdu bi xrara bil-moviment alternat jew magni rotatorji bil-pistuni b'kombustjoni interna, b'ċilindrata ta' mhux aktar minn 300 cm³ u b'qawwa ta' mhux anqas minn 6 kW iżda li ma taqbiżx 20,0 kW, għall-fabbrikazzjoni ta': magni tal-ħsad għal-lonijiet li jaħdmu awtomatikament minnhom infushom, mgħammra b'sedil, tas-subintestarura 8433 11 51 trakters tas-subintestatura 8701 90 11, li l-funzjoni ewlenija hija dik ta' magni tal-ħsad għal-lonijiet jew magni tal-ħsad <em>four-stroke</em> b'magna b'ċilindrata ta' mhux anqas minn 300 cm³tas-subintestatura 8433 20 10 jew snowploughs u snowblowers tas-subintestatura 8430 20 (1) | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 8407 90 10 | 20 | Magna tal-kombustjoni interna two-stroke, b'ċilindrata li ma taqbiżx 125 cm3, għall-użu fil-fabbrikazzjoni ta' magni tal-ħsad għal-lonijiet tas-subintestatura 8433 11 jew snowploughs u snowblowers tas-subintestatura 8430 20 (1) | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 8536 69 90 | 20 | Pitch connector għall-użu fil-manifattura ta' tagħmir tar-riċezzjoni f'televixins LCD (1) | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 9001 20 00 | 10 | Materjal li jikkonsisti f'film polarizzanti, kemm jekk hu fuq rombli kemm jekk mhux, mirfud minn naħa waħda jew miż-żewġ naħat minn materjal trasparenti | 0 % | 1.7.2008-31.12.2012 |

ex 9405 40 39 | 10 | Modulu tad-dawl ambjenti b'tul ta' 300 mm jew aktar, iżda li ma jaqbiżx 600 mm, fuq il-bażi ta' ġeneratur tad-dawl b'serje ta' 3 jew aktar, iżda mhux aktar minn 9 LEDs speċifiċi ta' ċippa waħda tad-dawl aħmar, aħdar u blu mmuntati fuq bord (PCB), b'dawl imqabbad ma' quddiem u/jew wara t-Televixin Ċatt (1) | 0 % | 1.7.2008-31.12.2008 |

(1) | Dħul taħt din is-subintestatura huwa suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Komunità (ara mill-Artikoli 291 sa 300) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 — ĠU 2004. Edizzjoni Speċjali, Kapitlu 2, Volum 6, paġna 3). |

(2) | Id-dazju speċifiku addizjonali huwa applikabbli. |

ANNESS II

Prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2).

Il-kodiċi tan-NM | TARIC |

3815 90 90 | 85 |

3919 10 69 3919 90 69 | 91 96 |

5603 11 10 5603 11 90 5603 12 10 5603 12 90 | 20 20 20 50 |

7607 20 99 | 10 |

8108 90 50 | 30 |

8407 33 90 8407 90 80 8407 90 90 | 10 10 10 |

8407 90 10 | 20 |

8504 40 84 | 20 |

9001 20 00 | 10 |

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT FUQ IL-BAĠIT ESKLUSSIVAMENT RISTRETT GĦAD-DĦUL

1. L-ISEM TAL-PROPOSTA:

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/96 tas-27 li jissospendi b'mod temporanju d-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali u agrikoli [u tas-sajd]

2. IL-LINJI TAL-BAĠIT:

Kapitolu u Artikolu: Il-Kapitolu 12 – l-Artikolu 120

Ammont ippjanat għas-sena kkonċernata: : € 16 431 900 000

3. L-IMPATT FINANZJARJU

x( Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq l-infiq iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul – l-effett huwa kif ġej:

(EUR miljuni sa ċifra deċimali waħda)

Linja tal-baġit | Dħul[4] | perjodu ta' 12-il xahar, li jibda mill-jj/xx/ssss | [It-tieni semestru tas-snin 2008 u 2009 - 2012] |

l-Artikolu 120 | Impatt fuq ir-riżorsi proprji | 01/07/2008 - 31/12/2012 | - 8.3/sena |

4. MIŻURI KONTRA L-FRODI

Sejrin jitwettqu kontrolli fuq l-użu aħħari ta' xi prodotti koperti b'dan ir-Regolament tal-Kunsill skond l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju.

5. KUMMENTI OĦRA

Ġiet stabbilita data ta' skadenza sabiex jitnaqqsu l-problemi ekonomiċi.

Din il-proposta tinkludi l-emendi li jeħtiġilhom isiru fl-Anness għar-Regolament eżistenti sabiex jitqies dan li ġej:

1. talbiet ġodda għal sospensjoni li ġew ippreżentati u aċċettati;

2. żviluppi tekniċi ta' prodotti u xejriet ekonomiċi fis-suq li jwasslu biex jitneħħew ċerti sospensjonijiet eżistenti.

Żieda

Dan l-Anness, flimkien ma' l-emendi kkaġunati minn tibdil fid-deskrizzjonijiet, fih 27 prodott ġdid. Id-dazji mhux miġbura li jikkorrespondu għal dawn is-sospensjonijiet, ikkalkulati abbażi ta' l-importazzjonijiet previsti lejn l-Istat Membru li għamel it-talba għat-tieni Semestru ta' l-2008, l-2009 sa l-2012, ilaħħqu total ta' EUR 7.2 miljun/sena.

Fuq il-bażi ta' l-istatistiċi eżistenti għas-snin preċedenti, jidher, madankollu, li dan l-ammont jeħtieġlu jiżdied b'fattur medju, li huwa stmat għal madwar 1.8, biex jitqiesu l-importazzjonijiet lejn Stati Membri oħra li jużaw l-istess sospensjonijiet. Dan ifisser telf ta' dħul ta' madwar EUR 12.9 miljun/sena .

Tneħħija:

Tneħħew 2 prodotti minn dan l-Anness, b'rifless ta' l-introduzzjoni mill-ġdid tad-dazji doganali. Dan jirrapreżenta żieda ta' EUR 1.9 miljun f'riżorsi , kif ikkalkulat minn rikjesti għal sospensjoni jew statistiċi disponibbli (2007).

Spiża stmata ta' din l-operazzjoni

Jekk jitqiesu l-istatistiċi disponibbli (2007) bħala bażi, l-impatt fuq it-telf ta' dħul b'riżultat ta' dan ir-Regolament jista' għalhekk jiġi stmat għal 12.9 – 1.9 = EUR 11.0 miljun (ammont gross, inklużi spejjeż għall-ġbir) x 0.75 = EUR 8.3 miljun/sena għall-perjodu mill-01.07.2008 sal-31.12.2012.

It-telf ta' dħul minn Riżorsi Proprji Tradizzjonali għandu jkun ikkumpensat minn kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri abbażi tad-Dħul Nazzjonali Gross (GNI).

[1] ĠU C , , p. .

[2] ĠU L 158, 29.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1527/2007(ĠU L 349, 31.12.2007, p. 7).

[3] ĠU C 128, 25.4.1998, p.2.

[4] F'dak li għandu x'jaqsam ma' riżorsi proprji tradizzjonali (dazji agrikoli, imposti fuq iz-zokkor, dazji doganali) jeħtieġ li l-ammonti indikati jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta' 25% ta' l-ispejjeż tal-ġbir.