Proposta għal regolament tal-Kunsill ta’ li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1371/2005 li jimponi dazju definittiv ta' anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ prodotti b’vina parallela rrumblati ċatt ta’ azzar silikon-elettriku li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika u r-Russja u li jirrevoka d-dazji ta' anti-dumping imposti bir-Regolament (KE) Nru 1371/2005 fuq importazzjonijiet ta’ prodotti b’vina parallela rrumblati ċatt ta’ azzar silikon-elettriku li joriġinaw fir-Russja /* KUMM/2008/0212 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 24.4.2008 KUMM(2008) 212 finali Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL ta’ li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1371/2005 li jimponi dazju definittiv ta' anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ prodotti b’vina parallela rrumblati ċatt ta’ azzar silikon-elettriku li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika u r-Russja u li jirrevoka d-dazji ta' anti-dumping imposti bir-Regolament (KE) Nru 1371/2005 fuq importazzjonijiet ta’ prodotti b’vina parallela rrumblati ċatt ta’ azzar silikon-elettriku li joriġinaw fir-Russja (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Kuntest tal-proposta | Raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 (‘ir-Regolament bażiku’). | Kuntest ġenerali Din il-proposta qed issir fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet skond ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku. | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ prodotti b’vina parallela rrumblati ċatt ta’ azzar silikon-elettriku li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika u r-Russja Id-Deċiżjoni 2005/622/KE li tilqa' impenji offerti b'konnessjoni mal-proċedura ta' anti-dumping rigward importazzjonijiet ta’ prodotti b’vina parallela rrumblati ċatt ta’ azzar silikon-elettriku li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika u r-Russja. Ir-Regolament (KE) Nru 41/2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1371/2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ prodotti b’vina parallela rrumblati ċatt ta’ azzar silikon-elettriku li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika u r-Russja. | Konsistenza ma' strateġiji politiċi u għanijiet oħrajn ta' l-Unjoni Mhux applikabbli. | 2. Konsultazzjoni ma’ partijiet interessati u stima ta’ l-impatt | Konsultazzjoni ma' partijiet interessati | Il-partijiet interessati milquta mill-proċedura diġà kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. | Ġbir u użu ta’ għarfien espert | Ma kien hemm l-ebda ħtieġa ta’ għarfien espert estern. | Stima ta' l-Impatt Din il-proposta hija r-riżultat ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix stima ta’ l-impatt ġenerali iżda fih lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu evalwati. | 3. Elementi ġuridiċi tal-proposta | Taqsira ta’ l-azzjoni proposta Fit-23 ta' Frar 2007, il-Kummissjoni tat bidu għal reviżjoni parzjali interim tal-miżuri ta' anti-dumping fis-seħħ fir-rigward ta' importazzjonijiet ta’ prodotti b’vina parallela rrumblati ċatt ta’ azzar silikon-elettriku li joriġinaw, fost l-oħrajn, fir-Russja. Ir-reviżjoni kienet limitata għal investigazzjoni dwar il-ħtieġa għall-issuktar, tneħħija jew emenda tal-miżuri eżistenti fir-rigward ta' żewġ esportaturi Russi li kienu ngħaqdu biex jiffurmaw enità ġdida korporattiva waħda. Il-proposta mehmuża biex jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1371/2005, hija bbażata fuq il-konklużjonijiet definittivi li wrew li l-livell ta' dumping mill-entità magħquda dan l-aħħar kien de minimis u li, għalhekk, il-miżuri ta' anti-dumping fuq importazzjonijiet ta' prodotti b’vina parallela rrumblati ċatt ta’ azzar silikon-elettriku li joriġinaw fir-Russja għandhom jiġu revokati u l-proċedura tterminata bi qbil ma' l-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. Hu għalhekk propost li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament li għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. | Bażi ġuridika Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005. | Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Għalhekk, il-prinċipju ta’ sussidjarjetà ma japplikax. | Il-prinċipju ta’ proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta' proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: | Il-forma ta' azzjoni hija deskritta fir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq u ma tħalli ebda ambitu għal deċiżjoni nazzjonali. | L-indikazzjoni ta’ kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa’ fuq il-Komunità, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini huwa minimizzat u proporzjonali għall-għan tal-proposta mhix applikabbli. | Għażla ta' strumenti | Strument propost: Regolament. | Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni li ġejja: Mezzi oħrajn ma jkunux adegwati minħabba li r-Regolament bażiku ma jipprevedix għażliet oħrajn. | 4. Implikazzjoni baġitarja | Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit Komunitarju. | Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL ta’ li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1371/2005 li jimponi dazju definittiv ta' anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ prodotti b’vina parallela rrumblati ċatt ta’ azzar silikon-elettriku li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika u r-Russja u li jirrevoka d-dazji ta' anti-dumping imposti bir-Regolament (KE) Nru 1371/2005 fuq importazzjonijiet ta’ prodotti b’vina parallela rrumblati ċatt ta’ azzar silikon-elettriku li joriġinaw fir-Russja IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[1] ('ir-Regolament bażiku') u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 11(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv Billi: A. IL-MIŻURI FIS-SEĦĦ (1) Bir-Regolament (KE) Nru 1371/2005[2], il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ prodotti b’vina parallela ta’ prodotti rrumblati ċatt ta’ azzar silikon-elettriku ('GOES') li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika ('Stati Uniti') u r-Russja (ir-'Regolament definittiv'). (2) Bid-Deċiżjoni 2005/622/KE[3], il-Kummissjoni aċċettat impenji ta' prezz offerti minn żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw li l-esportazzjonijiet tagħhom lejn il-Komunità ta' GOES huma soġġetti għal dazju speċifiku għall-kumpaniji ta' 31.5 % (AK Steel Corporation, Stati Uniti) u 11.5 % (Novolipetsk Iron and Steel Corporation ('NLMK'), ir-Russja). Id-dazji anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet mill-kumpaniji l-oħra kollha, minbarra Viz Stal, ir-Russja, soġġetta għal dazju ta’ 0 %, huma 37.8 % għall-Istati Uniti u 11.5 % għar-Russja. B. TALBA GĦAL REVIŻJONI (3) Il-Kummissjoni ġiet notifikata bikri fl-2007 li NLMK kienet xtrat 100 % ta' Viz Stal. Ingħatat xhieda dwar il-produzzjoni, bejgħ u tqassim ta' GOES taħt l-istruttura korporattiva ġdida. Bħala konsegwenza, iċ-ċirkustanzi li fuqhom ġew stabbiliti l-miżuri dehru li nbidlu fit-tul u l-marġini ta' dumping taħt l-istruttura korporattiva ġdida deher li kien differenti b'mod sinifikanti meta mqabbel mal-livell tal-miżuri fis-seħħ. (4) Wara li ddeterminat li kien hemm biżżejjed evidenza prima facie li d-dazji individwali fis-seħħ għal NLMK u Viz Stal ma kinux aktar xierqa, u wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni tat bidu ex officio , b'avviż ('avviż ta' inizjazzjoni') ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea , għal reviżjoni parzjali interim skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku[4]. L-investigazzjoni kienet limitata għal eżami tal-livell ta' dumping għaż-żewġ esportaturi produturi Russi NLMK u Viz Stal biex tiġi kkalkulata miżura waħda għall-kumpanija konġunta ġdida. Kif mistqarr fl-avviż ta' inizjazzjoni, dan l-eżami jsir fuq il-bażi ta' data miġbura matul l-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri attwali. C. IL-PRODOTT RIVEDUT (5) Il-prodott li qed jiġi rivedut huma prodotti b’vina parallela rrumblati ċatt ta’ azzar silikon-elettriku, ta' ħxuna ta' aktar minn 0.16 mm, attwalment ikklassifikati fil-kodiċijiet NM ex 7225 11 00 (b’wisa’ ta’ 600 mm jew aktar) u ex 7226 11 00 (b’wisa’ ta’ anqas minn 600 mm). (6) Il-GOES jinħadmu minn koljaturi rromblati bis-sħana ta’ liga ta' azzar u silikon ta’ ħxuna differenti li l-istruttura partikolari tal-vina tagħhom tingħata direzzjoni b'mod uniformi biex tippermetti konduttività manjetika bi grad għoli ta’ effiċjenza. L-ineffiċjenza fir-rigward ta’ din il-konduttività manjetika tissejjaħ ‘core loss’, li hi l-indikatur prinċipali tal-kwalità tal-prodott. (7) Is-suq hu tipikament maqsum fi gradi b’konduttività għolja jew b’permeabilità għolja u fi gradi regolari. Il-gradi b’permeabilità għolja jippermettu anqas core losses għal kwalunkwe ħxuna tal-folji. Karatteristiċi ta’ din ix-xorta huma rilevanti b’mod speċjali għal produtturi industrijali ta' transformers ta’ enerġija elettrika. D. L-INVESTIGAZZJONI (8) Il-Kummissjoni għarrfet kemm lill-produtturi tal-GOES tal-Komunità, l-importaturi magħrufin kollha tal-Komunità u l-utenti kif ukoll il-produtturi magħrufin li jesportaw fl-Istati Uniti u r-Russja dwar il-bidu tar-reviżjoni. (9) Il-Kummissjoni talbet informazzjoni mill-partijiet kollha msemmija hawn fuq u minn dawk il-partijiet l-oħra li ddikjaraw lilhom infushom fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-avviż ta’ ftuħ ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni tat ukoll lill-partijiet interessati l-opportunità li jagħtu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jitolbu għal seduta ta’ smigħ. E. IR-RIŻULTATI TA’ L-INVESTIGAZZJONI 1. Id-determinazzjoni ta' dumping (10) Kif imsemmi hawn fuq, il-kalkolu tal-marġini ta' dumping għall-entità magħquda kien ibbażat fuq id- data miġbura matul il-perjodu ta' investigazzjoni ta' l-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri attwali ('il-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali'). Fuq din il-bażi, medja kkumpensata tal-marġini ta' dumping stabbilita għal NLMK u Viz Stal tirriżulta f'marġini ta' dumping ta' 0.7 % għall-entità magħquda dan l-aħħar. 2. In-natura permanenti taċ-ċirkostanzi mibdula (11) Bi qbil ma’ l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat ukoll jekk kienx raġjonevoli li wieħed isejjaħ iċ-ċirkustanzi mibdula bħala ta' natura permanenti. F'dan ir-rigward, il-kumpanija ġdida, OJSC Novolipetsk Steel, ikkooperat fl-investigazzjoni u pprovdiet tagħrif rilevanti. Fir-rigward tal-kotra ta' prodotti ta' l-esportazzjonijiet ta' din il-kumpanija lejn il-Komunità, inkisbet ukoll kooperazzjoni minn dawn il-kumpaniji li ġejjin li mhumiex relatati: - Tuscany Intertrade UK, Edinburgh, ir-Renju Unit - Moorfield Commodities Company, Lugano, l-Iżvizzera Saru investigazzjonijiet fuq il-post fiż-żewġ kumpaniji. (12) Fl-imgħoddi, NLMK esportat lejn il-Komunità permezz tal-kumpanija marbuta magħha Stinol AG (l-Iżvizzera). Iżda, instab li, mill-bidu ta' l-2006, il-bejgħ kollu li sar minn NLMK lejn il-Komunità sar permezz tal-kumpanija indipendenti Tuscany Intertrade UK u Moorfield Commodities Company. Stirol AG saret kumpanija passiva minn tmiem l-2005 lilhawn. (13) Viz Stal kienet qabel tifforma parti mill-grupp Duferco u esportat permezz tas-sussidjarji Duferco SA Switzerland u Duferco Commerciale Italy. Minn Mejju 2006, il-bejgħ kollu ta' Viz Stal lejn il-Komunità sar permezz tal-kumpanija indipendenti Moorfield Commodities Company. (14) Ġie vverifikat ukoll li, mit-twaqqif tagħha, l-entità l-ġdida, OJSC Novolipetsk Steel, għall-importazzjonijiet tagħha lejn il-Komunità, biegħet biss permezz ta' dawn iż-żewġ kumpaniji u b'hekk issoktat tuża l-istess mezzi ta' bejgħ għall-bejgħ ta' GOES lis-suq tal-Komunità. (15) Għal dawk li huma prezzijiet ta' importazzjoni miż-żewġ kumpaniji ta' qabel, NLMK u Viz Stal, wara li ntlaqa' impenn ta' prezz f'Awissu 2005, NLMK bagħtet it-tagħrif kollu rilevanti ta' monitoraġġ lill-Kummissjoni, kif mitlub skond il-kundizzjonijiet ta' l-impenn, fuq bażi ta' kull tliet xhur. Wara li nxtrat minn NLMK, Viz Stal irrappurtat minn rajha l-bejgħ tagħha minn Awissu 2006 'il hawn skond il-qafas ta' l-impenn. Ġie vverifikat li l-impenn ta' prezz attwali għal dik li kienet NLMK inżamm miż-żewġ kumpaniji, kemm dik li kienet NLMK kif ukoll minn Viz Stal. (16) Instab li l-prezzijiet li bihom Viz Stal, li l-prodotti tagħha huma soġġetti għal dazju anti-dumping ta' 0 %, biegħet GOES fis-suq tal-Komunità minn Awissu 2006 'il hawn kienu ogħla minn dawk li bihom il-kumpanija biegħet matul il-perjodu oriġinali ta' investigazzjoni. Ġie nnutat ukoll li Viz Stal aktar minn NLMK kienet responsabbli għall-biċċa l-kbira tal-bejgħ taż-żewġ kumpaniji matul il-perjodu oriġinali ta' investigazzjoni, u baqgħet tesporta kwantitajiet akbar ta' GOES b'mod sinifikanti lejn il-KE. (17) Billi l-miżuri attwali ġew imposti f'Awissu 2005, il-prezzijiet tas-suq fil-Komunità u fid-dinja żdiedu b'mod sinifikanti. B'domanda dinjija li dejjem tissokta għall-prodotti ta' l-azzar, mhux mistenni li jinżlu l-prezzijiet tas-suq għal GOES f'medda ta' żmien qasir jew medju. Fid-dawl ta' dan il-fatt, kif ukoll il-fatt li Viz Stal (li fl-2006 aktar minn NLMK baqgħet responsabbli għall-bejgħ ta' kwantitajiet akbar ta' GOES b'mod sinifikanti lejn il-KE u ma nstabitx li qed tbiegħ taħt il-prezz matul l-investigazzjoni oriġinali) żiedet il-prezzijiet tagħha minn Awissu 2006, qiegħed jitqies li l-konklużjonijiet fil-premessa (10) hawn fuq huma ta' natura permanenti. F. KONKLUŻJONI (18) Fl-investigazzjoni oriġinali nstab li NLMK u Viz Stal kienu responsabbli għall-importazzjonijiet kollha magħrufa ta' GOES lejn il-Komunità mir-Russja[5]. Instab ukoll li OJSC Novolipetsk Steel għadha responsabbli għall-esportazzjonijiet kollha ta' GOES mir-Russja lejn il-Komunità. Fid-dawl ta' dan, kif ukoll tal-fatt li l-marġini ta' dumping għal OJSC Novolipetsk Steel huwa fuq livell de minimis, il-konklużjoni hi li l-miżuri ta' anti-dumping fuq importazzjonijiet ta' GOES mir-Russja għandhom jiġu revokati u l-proċedura tiġi tterminata skond l-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. (19) Fid-dawl ta' din il-konklużjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet bid-Deċiżjoni 2008/XXXX/KE[6] li l-impenn aċċettat minn għand NLMK bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/622/KE għandu jiġi revokat. Ġ. ŻVELAR TA' INFORMAZZJONI (20) Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa dwar il-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li minħabba fihom kien hemm il-ħsieb li jiġu revokati l-miżuri fuq importazzjonijiet ta' GOES mir-Russja u jiġi tterminat il-proċediment. Il-partijiet kollha ngħataw opportunità jikkummentaw. Il-kummenti li waslu ma kinux ta' natura li jbiddlu l-konklużjonijiet. (21) Wara l-iżvelar ta' informazzjoni, l-industrija tal-Komunità kkontestat li ma ġiex issustanzjat li, kif imsemmi fil-premessa (17) hawn fuq, il-prezzijiet tas-suq għal GOES mhux se jaqgħu fuq medda ta' żmien qasir u medju u, bħala riżultat ta' dan, it-terminazzjoni tal-proċediment mhix iġġustifikata. B'tisħiħ tal-kuntestazzjoni tagħha li l-proċediment ma għandux jiġi tterminat, l-industrija tal-Komunità tistqarr li matul is-sentejn li ġejjin, il-kapaċitajiet dinjija għall-produzzjoni ta' GOES se jikbru b'aktar minn 40 % u dan se jaqbeż b'mod sinifikanti d-domanda. Il-biċċa l-kbira ta' dawn iż-żidiet fil-kapaċità se jseħħu fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-industrija tal-Komunità tqis li r-Russja se tkun imwarrba mis-suq Ċiniż u se tipponta mill-ġdid l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni Ewropea ('UE'). Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-industrija tal-Komunità tqis li t-terminazzjoni tal-proċediment mhix ibbażata fuq ċirkostanzi mibdula ta' natura permanenti. (22) Huwa magħruf, madankollu, li l-investigazzjoni attwali eżaminat il-marġini ta' dumping għall-entità l-ġdida li ġiet maqgħuda. Dan instab li kien f'livell de minimis kif deskritt fil-premessi (10) u (18) hawn fuq. Kif intqal fil-premessa (11) hawn fuq, ġie eżaminat kemm jew le dan il-marġini ta' dumping, kif ukoll l-istruttura l-ġdida tal-kumpanija, jistgħux jitqiesu ta' natura permanenti. L-investigazzjoni kkonfermat in-natura permanenti ta' dawn iċ-ċirkostanzi mibdula. Il-fatt li l-esportaturi Russi jistgħu jesportaw kwantitajiet addizzjonali lejn l-UE fis-snin li ġejjin ma jbiddilx il-konklużjoni dwar in-natura permanenti ta' dawn iċ-ċirkostanzi mibdula. ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1371/2005 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: ‘1. Dazju anti-dumping definittiv huwa b'dan impost fuq importazzjonijiet ta’ prodotti b’vina parallela rromblati ċatt ta’ azzar silikon-elettriku bi ħxuna li tkun aktar minn 0.16 mm, li joriġinaw mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika, li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7225 11 00 (prodotti b’wisa’ ta’ 600 mm jew aktar) (il-kodiċi TARIC 7225 11 00 10) u ex 7226 11 00 (prodotti b’wisa’ anqas minn 600 mm) (il-kodiċijiet TARIC 7226 11 00 11 u 7226 11 00 91.' Artikolu 2 Id-dazji anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ prodotti b’vina parallela rromblati ċatt ta’ azzar silikon-elettriku bi ħxuna li tkun aktar minn 0.16 mm, li joriġinaw mir-Russja, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet NM ex 7225 11 00 (prodotti b’wisa' ta’ 600 mm jew aktar) (il-kodiċi TARIC 7225 11 00 10) u ex 7226 11 00 (prodotti b’wisa' anqas minn 600 mm) (il-kodiċijiet TARIC 7226 11 00 11 u 7226 11 00 91) imposti bir-Regolament (KE) Nru 1371/2005 huma b'dan revokati u l-proċedura fir-rigward ta' importazzjonijiet li joriġinaw mir-Russja hija b'dan tterminata. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12). [2] ĠU L 223, 27.8.2005, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 41/2008 (ĠU L 16, 19.1.2008, p. 1). [3] ĠU L 223, 27.8.2005, p. 42. [4] ĠU C 39, 23.2.2007, p. 26 [5] Ara l-Premessa (61) tar-Regolament (KE) Nru 1371/2005. [6] ĠU L…………..