52008PC0197

Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) u li jemenda l-Konvenzjoni ta’ Schengen /* KUMM/2008/0197 finali - CNS 2008/0078 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 16.4.2008

KUMM(2008) 197 finali

2008/0078 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) u li jemenda l-Konvenzjoni ta’ Schengen

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Il-kuntest tal-proposta

● Ir-raġunijiet għal u l-għanijiet tal-proposta

L-għan ta’ din il-proposta, u proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-istess suġġett, huwa li jiġi stabbilit il-qafas legali li jirregola l-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fil-forma preżenti tagħha, SIS 1+, għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II).

● Kuntest ġenerali

Is-Sistema ta’ Informazzjoni ta' Schengen (SIS) stabbilita skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Konvenzjoni tad-19 ta’ Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-gvernijiet ta’ l-Istati ta’ l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u Franza dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni (il-"Konvenzjoni ta’ Schengen") u l-iżvilupp tagħha, SIS 1 +, tikkostitwixxi għodda essenzjali biex jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen kif inhu integrat fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-SIS (SIS II) ġie afdat f’idejn il-Kummissjoni b’mod konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2424/2001 u mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/886/JHA tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II). Is-SIS II se tieħu post is-SIS 1+. L-iżvilupp tas-SIS II jikkunsidra l-aħħar żviluppi fil-qasam tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni u jippermetti l-introduzzjoni ta’ funzjonalitajiet ġodda.

Fir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[1] ta' l-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II), kif ukoll fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI[2] tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen Tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II), hemm stipulati dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-SIS II. Dawn l-istrumenti jipprevedu li dawn se jkunu japplikaw għall-Istati Membri li jipparteċipaw fis-SIS 1+ minn dawk id-dati biss li jridu jiġu stabbiliti mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxi bl-unaninimità tal-Membri tiegħu li jirrappreżentaw lill-gvernijiet ta’ l-Istati Membri li jipparteċipaw fis-SIS 1+. Imbagħad, dawn għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen li jirregolaw is-SIS 1+, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet rilevanti fil-Konvenzjoni ta’ Schengen.

Qabel ma jseħħ dan, l-utenti tas-sistema preżenti SIS 1+ iridu jaqilbu għas-sistema SIS II. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi definit qafas legali għall-migrazzjoni mis-sistema SIS 1+ għas-SIS II. Sabiex jitnaqqsu r-riskji ta' tħarbit fis-servizz meta tkun qed issir il-migrazzjoni, għandu jkun hemm arkitettura teknika provviżorja għat-tħaddim tas-SIS 1+ li tkun tippermetti lis-SIS 1+ topera b'mod parallel ma' ċerti partijiet tekniċi ta' l-arkitettura tas-SIS II għal perjodu tranżitorju. Il-perjodu tal-migrazzjoni għandu jinżamm qasir ħafna.

● Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

- il-Konvenzjoni tad-19 ta’ Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-gvernijiet ta’ l-Istati ta’ l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u Franza dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom[3] (il-Konvenzjoni ta’ Schengen);

- ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2424/2001 tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)[4] kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) 1988/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006[5];

- id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/886/JHA tas-6 ta’ Diċembru 2001[6] dwar l-iżvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1007/JHA tal-21 ta’ Diċembru 2006[7];

- ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) ;

- id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru. 2007/533/JHA tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) ;

- ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi[8];

- id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2007/170/KE u 2007/171/KE tas-16 ta’ Marzu 2007 li jistipulaw ir-rekwiżiti tan-netwerk għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen II[9] . - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 189/2008 tat- 18 ta’ Frar 2008 dwar it-testijiet tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen (SIS II)[10]; - Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 173/2008 tat- 18 ta’ Frar 2008 dwar it-testijiet tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen (SIS II)[11]; |

● Il-konsistenza mal-politiki u ma’ l-għanijiet oħra ta’ l-Unjoni

Mhux applikabbli.

2. Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni ta’ l-impatt

● Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali tar-rispondenti

L-esperti ta’ l-Istati Membri huma involuti mill-qrib fl-iżvilupp tas-SIS II, b’mod partikolari fil-qafas tal-Kumitat tas-SIS II. Fit-13 ta’ Settembru 2007 ġie stabbilit grupp ta’ ħidma konsultattiv (il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Migrazzjoni) mill-Kumitat tas-SIS II sabiex jiġu eżaminati punti speċifiċi dwar il-migrazzjoni tas-SIS II. Il-kwistjonijiet identifikati għad-diversi xenarji ta' migrazzjoni kienu studjati bil-kontribuzzjoni u l-parteċipazzjoni tal-partijiet kollha involuti. L-evalwazzjoni li rriżultat għalhekk iddeskriviet b'mod komprensiv l-istrateġija, l-ippjanar u t-tqassim tal-ħidmiet għall-migrazzjoni mis-SIS 1+ lejn is-SIS II.

Barra minn dan, fil-laqgħa tiegħu tat-28 ta' Frar 2008, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta, mingħajr dewmien, il-proposti legali li permezz tagħhom ikunu jistgħu jiddaħħlu fil-baġit ta' l-Unjoni Ewropea l-attivitajiet kollha fl-2009 għas-SIS II inkluż, jekk ikun hemm bżonn, aktar attivitajiet ta' żvilupp u biex jiġu regolati l-attivitajiet tas-SIS II li huwa maħsub li jsiru sal-mument tal-bidu tal-ħidmiet. Il-Kummissjoni ġiet ukoll mistidna tipprovdi konvertitur, biex jintuża għal żmien limitat ħafna, li jgħaqqad is-SIS 1+ mas-SIS II sabiex jiġi żgurat li s-SIS tkun tista' tibqa' topera jkunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi.

Sommarju tat-tweġibiet u kif tqiesu

Din il-proposta tieħu f'kunsiderazzjoni r-riżultat ta' diskussjonijiet estensivi ma' l-Istati Membri, speċjalment fil-qafas tal-Kumitat tas-SIS II.

● Il-ġbir u l-użu ta’ l-għarfien espert

L-għarfien espert estern ma ntużax għat-tħejjija ta’ din il-proposta.

● Il-valutazzjoni ta’ l-impatt

Ma hi meħtieġa l-ebda Evalwazzjoni ta' l-Impatt għal din il-proposta ta' Regolament tal-Kunsill li mhix inkluża fil-Programm Annwali Leġiżlattiv u ta' Ħidma tal-Kummissjoni (CLWP).

3. L-elementi ġuridiċi tal-proposta

● Sommarju ta’ l-azzjoni proposta

L-għan tal-proposta preżenti huwa li jiġi stabbilit qafas legali li jirregola l-migrazzjoni mis-SIS 1+ għas-SIS II, li jinkludi test komprensiv sabiex jintwera, b'mod partikolari, li l-livell ta’ prestazzjoni tas-SIS II huwa mill-inqas ekwivalenti għal dak tas-SIS 1+. Barra minn dan, għandha wkoll l-għan li tirregola l-prova dwar l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.

Il-proposta temenda wkoll il-Konvenzjoni ta’ Schengen billi tistabbilixxi arkitettura temporanja għat-tħaddim tas-SIS 1+ matul perjodu tranżitorju sakemm il-proċess ta’ migrazzjoni jkun tlesta.

Għal dan il-għan, il-proposta tiddefinixxi arkitettura temporanja ta’ Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen u tistabbilixxi l-ħidmiet u r-responsabbiltajiet għall-iżvilupp tagħha kif ukoll il-ħidmiet u r-responsabbiltajiet waqt il-proċess ta’ migrazzjoni.

L-arkitettura teknika se tippermetti s-sistema ċentrali preżenti tas-SIS 1+ (C.SIS), kif imsemmi fl-Artikolu 92 tal-Konvenzjoni ta' Schengen, li tibqa' titħaddem matul il-perjodu ta' tranżazzjoni.

Lil hinn mid-disponibbiltà tas-SIS 1+ u tas-sistema SIS II Ċentrali, matul dan il-perjodu interim għandu jkun hemm għodda teknika ('konvertitur') li jippermetti l-iskambju b’suċċess tad-dejta tas-SIS bejn is-SIS 1+ u s-SIS II, u li għandu jkun użat għal perjodu limitat ħafna.

Ċerti elementi ta’ l-arkitettura interim għandhom ikunu disponibbli mill-Istati Membri, uħud minn Franza għan-nom ta’ l-Istati Membri, u oħrajn mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha l-possibbiltà li tagħti b'kuntratt lil, fost oħrajn, entitajiet pubbliċi nazzjonali, it-twettiq ta' ċerti ħidmiet. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkollaboraw mill-qrib fl-iżvilupp u fit-tħaddim ta’ l-elementi tekniċi ta’ l-arkitettura interim tas-SIS.

Fl-aħħarnett, din il-proposta tkopri l-attivitajiet kollha tal-manutenzjoni u ta’ l-iżvilupp tas-SIS II ċentrali, l-infrastruttura tal-komunikazzjoni u s-sistemi nazzjonali (N.SIS II) li għandhom ikunu meħtieġa matul il-perjodu ta’ l-applikazzjoni tagħha.

● Bażi legali

Il-bażi legali għal dan ir-Regolament huwa l-Artikolu 66 tat-Trattat KE peress li dan jikkonċerna l-miżuri biex tiġi żgurata l-kooperazzjoni bejn id-dipartimenti rilevanti ta’ l-amministrazzjonijiet ta’ l-Istati Membri, kif ukoll bejn dawk id-dipartimenti u l-Kummissjoni fejn jikkonċerna l-politiki relatati mal-moviment ħieles ta’ persuni.

● Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

B’mod konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat KE, l-għan ewlieni ta’ l-azzjoni proposta, jiġifieri il-migrazzjoni mis-SIS 1+ għas-SIS II, ma jistax jintlaħaq mill-Istati Membri individwalment.

● Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta preżenti ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan tagħha. Hija tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità peress li l-attivitajiet tal-Kummissjoni huma ristretti għas-SIS II Ċentrali, għall-attivitajiet ta’ koordinazzjoni u għad-dispożizzjoni ta’ għodda teknika li tippermetti l-iskambju b’suċċess tad-dejta tas-SIS 1+ bejn is-SIS 1+ u s-SIS II ('il-konvertitur'), filwaqt li l-Istati Membri jibqgħu kompetenti fejn jirrigwarda l-migrazzjoni tad-dejta attwali kif ukoll responsabbli għas-sistemi nazzjonali.

● L-għażla ta’ strumenti

Regolament tal-Kunsill ibbażat fuq l-Artikolu 66 tat-Trattat KE huwa l-aktar strument adattat għall-azzjoni proposta minħabba l-ħtieġa li jiġu applikati regoli armonizzati b’mod sħiħ għall-proċess ta’ migrazzjoni. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom ikunu sett ta’ dispożizzjonijiet preċiżi u inkondizzjonati, li japplikaw direttament u kostantament b’mod obbligatorju u, li minħabba n-natura tagħhom stess, ma jkunu jeħtieġu l-ebda azzjoni mill-Istati Membri sabiex jittrasponuhom fil-liġijiet nazzjonali.

Minħabba n-natura ta’ żewġ pilastri tas-SIS II, Deċiżjoni tal-Kunsill ibbażata fuq l-Artikoli 30(1) (a) u (b), 34(2) (c) tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea għandha tikkomplementa r-Regolament tal-Kunsill li qed jiġi propost hawnhekk.

4. L-implikazzjonijiet baġitarji

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2424/2001 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/886/JHA dwar l-iżvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni stabbilixxa li l-infiq involut fl-iżvilupp tas-SIS II għandu jitħallas mill-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea.

Bl-istess mod, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 u skond l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 533/2007 tat-12 ta’ Ġunju 2007 l-ispejjeż għall-istabbiliment, għat-tħaddim u għall-manutenzjoni tas-SIS II Ċentrali u għall-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea. L-ispejjeż għall-istabbiliment, għat-tħaddim u għall-manutenzjoni ta’ kull N.SIS II għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat.

B’mod konformi ma’ dan il-qafas legali, il-proposta preżenti tistabbilixxi li l-ispejjeż li jinqalgħu minħabba l-migrazzjoni, it-test komprensiv, il-manutenzjoni u l-miżuri ta’ żvilupp fuq livell ċentrali (is-SIS II Ċentrali u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni) għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea. L-ispejjeż ta’ l-ittestjar, tal-migrazzjoni, tal-manutenzjoni u ta’ l-iżvilupp tas-sistemi nazzjonali, inkluż l-N.SIS II, għandhom jitħallsu minn kull Stat Membru kkonċernat.

L-ispejjeż li jinqalgħu minħabba l-attivitajiet fuq livell ta’ SIS 1+, inklużi l-attivitajiet supplementari ta' Franza, għan-nom ta’ l-Istati Membri (tas-SIS 1+), għandhom jitħallsu skond l-Artikolu 119 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen. Dan l-Artikolu jistipula li l-ispejjeż ta’ l-installazzjoni u tal-funzjoni ta’ appoġġ tekniku tas-SIS 1+, kif imsemmi fl-Art.92 (3) tal-Konvenzjoni, inkluż l-ispejjeż tal-linji li jikkollegaw it-taqsimiet nazzjonali tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għat-tħaddim ta’ l-appoġġ tekniku, għandhom jitħallsu b’mod konġunt mill-Istati Membri, filwaqt li l-ispejjeż ta’ l-installazzjoni u sabiex titħaddem it-taqsima nazzjonali tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għandhom jitħallsu minn kull Stat Membru individwali.

Il-Kummissjoni ppreparat dikjarazzjoni finanzjarja li qed tkun annessa ma’ din il-proposta.

5. Informazzjoni addizzjonali

● L-emendar tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-adozzjoni tal-proposta teħtieġ li tiġi emendata l-Konvenzjoni ta’ Schengen.

● Il-klawżola ta’ analiżi/reviżjoni/estinzjoni

Din il-proposta fiha klawżola ta’ estinzjoni. Hija tiskadi fid-data li trid tiġi stabbilita mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skond l-Artikolu 55(2) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006.

● L-iskeda taż-żmien

Dan ir-Regolament għandu jiġi adottat mhux aktar tard minn Ottubru 2008 sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-preparazzjonijiet u tat-twettiq f'waqtu ta' l-attivitajiet ikkonċernati.

2008/0078 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) u li jemenda l-Konvenzjoni ta’ Schengen

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 66 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[12],

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[13],

Billi:

1. Is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), stabbilita b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Konvenzjoni tad-19 ta’ Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-gvernijiet ta’ l-Istati ta’ l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika ta' Franza dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom[14] (minn issa 'l quddiem 'il-Konvenzjoni ta’ Schengen'), u l-iżvilupp sussegwenti tagħha, is-SIS 1+, jikkostitwixxu għodda essenzjali għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen, kif dawn ġew integrati fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea.

2. L-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) ingħata lill-Kummissjoni skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2424/2001[15] tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/886/JHA[16] dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II). Iż-żewġ strumenti legali jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2008. Dan ir-Regolament jissuplimenta dawn l-istrumenti, filwaqt u għandu jiskadi f’data li trid tiġi stabbilita mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’mod konformi ma’ l-Artikolu 55(2) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)[17].

3. Is-SIS II kienet ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/JHA tat-12 ta’ Ġunju 2007[18].

4. Dan ir-Regolament għandu jkun bla ħsara għar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u għad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI u, b'mod partikolari, għall-ħidmiet u r-responsabbilitajiet tal-kumitat regolatorju stabbilit bl-Artikolu 51(2) u bl-Artikolu 67 tagħhom, rispettivament. Il-kumitat regolatorju stabbilit b'dawn l-istrumenti għandu, fost affarijiet oħra, l-kompetenza fejn jidħol it-tfassil ta' protokolli u proċeduri tekniċi biex jiżgura l-kompatibbiltà bejn is-sistemi nazzjonali, u mal-funzjoni ta' appoġġ tekniku tas-SIS II.

5. Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet, il-proċeduri u r-responsabbiltajiet li li permezz tagħhom għandha sseħħ il-migrazzjoni mis-SIS 1+ għas-SIS II.

6. Għandu jsir it-test komprensiv tas-SIS II b’kooperazzjoni sħiħa bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jagħmlu test dwar l-iskambju ta’ informazzjoni supplementari.

7. Il-parteċipazzjoni ta’ l-Istati Membri li mhumiex konnessi mas-SIS 1+, fit-test komprensiv tas-SIS II, u t-test dwar l-iskambju ta’ informazzjoni supplementari m’għandhom ikollhom l-ebda influwenza fuq it-tlestija ta’ dawn it-testijiet.

8. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib matul il-passi kollha tal-migrazzjoni sabiex il-proċess ikun jista' jsir kollu.

9. Fir-rigward tas-SIS 1+, l-Artikolu 92 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen jipprevedi għall-funzjoni ta’ appoġġ tekniku (C.SIS). Fir-rigward tas-SIS II, ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/JHA jipprevedu għas-SIS II Ċentrali, magħmula minn funzjoni ta’ appoġġ tekniku u minn interface nazzjonali uniformi (NI-SIS). Il-funzjoni ta' appoġġ tekniku tas-SIS II Ċentrali għandha tkun ibbażata fi Strasbourg (Franza), fil-waqt li l-faċilità ta' back-up tkun ibbażata f'St. Johann im Pongau (l-Awstrija).

10. Sabiex tiġi faċilitata l-migrazzjoni mis-SIS 1+ għas-SIS II għandha tiġi stabbilita, u ppruvata, arkitettura temporanja għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen. L-arkitettura temporanja m’għandu jkollha l-ebda impatt fuq id-disponibbiltà operattiva tas-SIS 1+. L-għodod tekniċi li jippermettu t-twaqqif ta’ l-arkitettura temporanja għandhom jiġu fornuti mill-Istati Membri li jipparteċipaw fis-SIS 1+ u mill-Kummissjoni.

11. L--Istat Membru li joħroġ l-allert għandu jkun responsabbli sabiex jiżgura li d-dejta li tiddaħħal fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tkun preċiża, aġġornata u legali.

12. L-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ għandhom jaqilbu mis-SIS 1+ għas-SIS II billi jużaw l-arkitettura temporanja tal-migrazzjoni, bl-appoġġ ta' Franza, li taġixxi f'isem l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

13. Il-Kummissjoni hi, u għandha tibqa' responsabbli għas-SIS II Ċentrali u għall-infrastruttura tal-komunukazzjoni tagħha. Huwa meħtiep li tinżamm u fejn ikun xieraq, li tkompli tiġi żviluppata, s-SIS II Ċentrali u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni tagħha. L-iżvilupp addizzjonali tas-SIS II Ċentrali għandu jinkludi dejjem il-korrezzjoni ta’ l-iżbalji. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-koordinazzjoni u l-appoġġ għall-attivitajiet konġunti.

14. L-Istati Membri huma u għandhom jibqgħu responsabbli għas-sistemi nazzjonali tagħhom (N.SIS II).. Huwa meħtieġ li jinżamm, u fejn ikun xieraq, jiġu żviluppati aktar, in-N.SIS II.

15. Franza hi u għandha tibqa' responsabbli għal C.SIS.

16. Il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbiltà li tikkuntratta lil partijiet terzi, inkluż entitajiet pubbliċi nazzjonali, il-kompiti li jiġu konferiti lilha bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll kompiti li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-baġit, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[19].

17. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' din id-dejta[20] japplika għall-ipproċessar tad-data personali mill-Kummissjoni.

18. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, maħtur skond id-Deċiżjoni 2004/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2003 li taħtar il-korp konsultattiv indipendenti stipulat fl-Artikolu 286 tat-Trattat tal-KE[21], għandu l-kompetenza li jissorvelja l-attivitajiet ta' l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità fejn jidħol l-ipproċessar tad-dejta personali. L-Artikoli 126 sa 130 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen fihom dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-protezzjoni ta’ dejta personali. L-Artikolu 118 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen fihom dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-protezzjoni ta’ dejta personali.

19. Peress li l-għanijiet ta’ l-azzjoni li trid tittieħed, jiġifieri l-istabbiliment ta’ arkitettura temporanja u l-migrazzjoni tad-dejta mis-SIS 1+ għas-SIS II, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u, għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fuq livell ta’ Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat KE. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

20. Dan ir-Regolament iħares id-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea.

21. Il-Konvenzjoni ta' Schengen għandha tiġi emendata sabiex is-SIS 1+ tkun tista' tiġi integrata fl-arkitettura temporanja għall-migrazzjoni.

22. B’mod konformi ma’ l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Tratttat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, u għalhekk mhix marbuta minnu jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Peress li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tat-Trattat KE, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 ta’ dan il-Protokoll, tiddeċiedi, f’perjodu ta’ sitt xhur wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, jekk hix se timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

23. Dan ir-Regolament huwa żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet ta' l- acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi disposizzjonijiet ta' l- acquis ta' Schengen[22]; għalhekk ir-Renju Unit mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhux marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

24. Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda ma tiħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba ta’ l-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen[23]; għalhekk l-Irlanda mhux qed tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

25. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti għall-parteċipazzjoni parzjali tar-Renju Unit u ta’ l-Irlanda fl- acquis ta’ Schengen, kif definit rispettivament bid-Deċiżjoni 2000/365/KE u bid-Deċiżjoni 2002/192/KE.

26. Fir-rigward ta’ l-Iżlanda u tan-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż bejn il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja rigward l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen[24], li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim konkluż bejn il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen[25].

27. Fir-rigward ta’ l-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet ta’ l- acquis ta’ Schengen skond it-tifsira tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-impliemtazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen[26], li jaqgħu fl-ambitu indikat fl-Artikolu 1, il-punt G tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara flimkien ma’ l-Artikolu 3 tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/146/KE [27] dwar il-konklużjoni tal-Ftehim f’isem il-Komunità Ewropea.

28. Fir-rigward ta' Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta' l- acquis ta' Schengen fi ħdan it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen li jaqa' fi ħdan il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 ikkunsidrat flimkien ma' l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/261/KE tat-28 ta' Frar 2008 dwar l-iffirmar, f'isem il-Komumità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta' Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjażżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen[28].

29. Dan ir-Regolament għandu japplika għar-Renju Unit u għall-Irlanda mid-dati li jridu jiġu determinati skond il-proċeduri stabbiliti fl-istrumenti rilevanti li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta’ l- acquis ta’ Schengen għall-dawk l-Istati.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tema u l-ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ħidmiet u r-responsabbiltajiet għall-migrazzjoni mis-SIS 1+ għas-SIS II, inklużi l-provi finali tas-SIS II.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 'SIS II Ċentrali' tfisser il-funzjoni ta’ appoġġ tekniku tas-Sistema tas-SIS II li jkun fiha bażi tad-dejta, il-'bażi tad-dejta tas-SIS II', u interface nazzjonali uniformi (NI-SIS).

(b) 'C.SIS' tfisser il-funzjoni ta’ appoġġ tekniku tas-SIS 1+.

(c) 'N-SIS' tfisser is-sistema nazzjonali tas-SIS 1+, li tikkonsisti fis-sistemi ta’ dejta nazzjonali li jikkomunikaw mas-C.SIS.

(d) 'N-SIS II' tfisser is-sistema nazzjonali tas-SIS II, li tikkonsisti fis-sistemi ta’ dejta nazzjonali li jikkomunikaw mas-SIS II Ċentrali.

(e) 'Konvertitur' tfisser għodda teknika li tippermetti li s-C.SIS tkun tista’ tikkomunika mas-SIS II Ċentrali.

Artikolu 3

It-Test Komprensiv

30. L-Istati Membri li jipparteċipaw fis-SIS 1+, flimkien mal-Kummissjoni, għandhom jagħmlu test komprensiv.

31. It-test komprensiv għandu jiffaċilita, b’mod partikolari, it-tlestija ta’ l-arranġamenti tekniċi meħtieġa mill-Istati Membri sabiex jipproċessaw id-dejta tas-SIS II u t-turija li l-livell ta' prestazzjoni tas-SIS II huwa mill-anqas l-istess bħal dak miksub mis-SIS 1+.

32. It-test komprensiv għandu jsegwi skeda u jiġi bbażat fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi definiti mill-Istati Membri, li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill, flimkien mal-Kummissjoni.

33. Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu analizzati mill-Istati Membri, li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill, u mill-Kummissjoni.

34. L-Istati Membri li ma jipparteċipawx fis-SIS 1+ jistgħu jipparteċipaw fit-test komprensiv.

Artikolu 4

It-test dwar informazzjoni supplimentari

35. L-Istati Membri li jipparteċipaw fis-SIS 1+ għandhom jagħmlu test dwar l-iskambju ta’ informazzjoni supplementari.

36. It-test dwar informazzjoni supplimentari għandu jsegwi skeda u jiġi bbażat fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi definiti mill-Istati Membri, li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill, flimkien mal-Kummissjoni.

37. Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu analizzati mill-Istati Membri, li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill.

38. L-Istati Membri li ma jipparteċipawx fis-SIS 1+ jistgħu jipparteċipaw fit-test dwar informazzjoni supplimentari.

Artikolu 5

L-Arkitettura temporanja għall-Migrazzjoni

39. Għandha tiġi stabbilita arkitettura ta’ migrazzjoni temporanja tas-SIS, li tqabbad is-SIS II Ċentrali, is-C.SIS, in-N-SIS II u n-N-SIS għal perjodu tranżitorju.

40. Il-Kummissjoni se tipprovdi konvertitur bħala parti mis-SIS II Ċentrali. Franza, għan-nom ta’ l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+, flimkien mal-Kummissjoni għandha tqabbad is-C.SIS mas-SIS II Ċentrali. Franza, għan-nom ta’ l-Istati Membri, għandha tagħmel id-dejta disponibbli, jekk ikun meħtieġ, sabiex tiġi ttestjata l-arkitettura temporanja għall-migrazzjoni.

41. Franza, għan-nom ta’ l-Istati Membri, flimkien ma' l-Istati Membri u mal-Kummissjoni għandha teżegwixxi u tanalizza l-arkitettura temporanja għall-migrazzjoni.

Artikolu 6

Il-migrazzjoni lejn s-SIS II

42. L-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ għandhom jaqilbu mis-SIS 1+ għas-SIS II billi jużaw l-arkitettura temporanja għall-migrazzjoni, bl-appoġġ ta' Franza, li taġixxi f'isem l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

43. Il-migrazzjoni għandha ssir skond skeda mfassla mill-Istati Membri, li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill.

44. Franza, li taġixxi f'isem l-Istati Membri, għandha tagħmel disponibbli d- database tas-SIS 1+.

45. Il-Kummissjoni għandha ddaħħal id- database tas-SIS 1+ fis-SIS II Ċentrali.

Artikolu 7

Il-manutenzjoni u l-iżvilupp

46. Il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb u, fejn ikun meħtieġ, tiżviluppa aktar is-SIS II Ċentrali u l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni, inkluż il-korrezzjoni ta' l-iżbalji.

47. L-Istati Membri għandhom jieħdu ħsieb u, fejn ikun meħtieġ, jiżviluppaw aktar in-N-SIS II tagħhom.

Artikolu 8

Il-kooperazzjoni

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw, fil-fażijiet kollha tal-migrazzjoni, sabiex jitlesta l-proċess.

Artikolu 9

Iż-żamma ta’ reġistri fis-SIS II Ċentrali

48. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Titolu IV u Titolu VI tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, il-Kummissjoni għandha tiżgura li kull aċċess għal, u kull skambju ta’ dejta personali fi ħdan, is-SIS II Ċentrali jiġu rreġistrati għall-finijiet ta’ verifika dwar jekk it-tfittxija tkunx skond il-liġi jew le, għall-fini ta’ monitoraġġ tal-legalità ta’ l-ipproċessar tad-dejta u sabiex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-SIS II Ċentrali u tas-sistemi nazzjonali, l-integrità u s-sigurtà tad-dejta.

49. Ir-reġistri għandhom juru, b’mod partikolari, id-data u l-ħin tat-trażmissjoni tad-dejta, il-kriterji użati sabiex issir it-tfittxija, ir-referenza għad-dejta mibgħuta u l-isem ta’ l-awtorità kompetenti għall-ipproċessar tad-dejta.

50. Ir-reġistri jistgħu jintużaw biss għall-finijiet msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jitħassru wara perjodu ta’ tliet snin mill-ħolqien tagħhom.

51. Ir-reġistri jistgħu jinżammu għal perjodu itwal jekk ikunu meħtieġa għall-proċeduri ta’ monitoraġġ li jkunu diġà bdew.

52. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli milli jivverifikaw jekk it-tfittxijiet ikunux skond il-liġi jew le, mill-monitoraġġ tal-legalità ta’ l-ipproċessar tad-dejta u milli jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-SIS II Ċentrali, l-integrità u s-sigurtà tad-dejta, għandu jkollhom aċċess, fil-limiti tal-kompetenza tagħhom u fuq talba tagħhom, għal dawk ir-reġistri sabiex jiżguraw li huma jwettqu l-kompiti tagħhom.

Artikolu 10

Infiq

53. L-ispejjeż li jinqalgħu minħabba l-migrazzjoni, it-test komprensiv, it-test dwar l-informazzjoni supplimentari, il-manutenzjoni u l-miżuri ta’ żvilupp fuq livell ta’ SIS II Ċentrali jew li jikkonċernaw l-Infrastruttura tal-Komunuikazzjoni għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea.

54. L-ispejjeż tal-migrazzjoni, ta’ l-ittestjar, tal-manutenzjoni u ta’ l-iżvilupp tas-sistemi nazzjonali għandhom jitħallsu minn kull Stat Membru kkonċernat.

55. L-ispejjeż li jinqalgħu mill-attivitajiet fuq livell ta’ SIS 1+, inkluż l-attivitajiet supplementari ta’ Franza, għan-nom ta’ l-Istati Membri li jipparteċipaw fis-SIS 1+, għandhom jitħallsu skond l-Artikolu 119 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen.

Artikolu 11

Emendi għall-Konvenzjoni ta' Schengen

Il-Konvenzjoni ta’ Schengen qegħdan b'dan tiġi emendata kif ġej:

1. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 92 A

56. Mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru …/2008 u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru …/2008/JHA l-arkitettura teknika tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tista’ tiġi kkompletata b’:

(a) SIS II Ċentrali inkluż konvertitur;

(b) konnessjoni teknika bejn il-funzjoni ta’ appoġġ tekniku u s-SIS II Ċentrali;

(c) sistema nazzjonali tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (N-SIS II);

(d) infrastruttura għall-komunikazzjoni bejn is-SIS II Ċentrali u s-sistemi nazzjonali.

57. In-N-SIS II tista’ tieħu post it-taqsima nazzjonali msemmija f’din il-Konvenzjoni li f’dan il-każ l-Istati Membri m’hemmx għalfejn iżommu fajl bid-dejta nazzjonali.

58. F’każ li xi Stat Membru jibdel it-taqsima nazzjonali tiegħu b’N-SIS II, l-obbligi għall-funzjoni ta’ appoġġ tekniku lejn it-taqsimiet nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 92(2) u (3) isiru obbligi lejn is-SIS II Ċentrali. L-SIS II Ċentrali għandu jipprovdi s-servizzi neċessarji għad-dħul u l-ipproċessat tad-dejta tas-SIS.

59. Franza, li taġixxi f'isem l-Istati Membri, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw li tfittxija fil-fajls tad-dejta ta' N.SIS II jew fid- database tas-SIS II jipproduċi riżultat ekwivalenti għal dak ta' tfittxija fil-fajl tad-dejta tas-sezzjonijiet nazzjonali msemmija fl-Artikolu 92(2)".

2. Fl-Artikolu 119 l-ewwel paragrafu, l-ewwel sentenza, għandha tinbidel b'dan li ġej:

"L-ispejjeż ta’ l-installazzjoni u tat-tħaddim tal-funzjoni ta’ appoġġ tekniku msemmija fl-Artikolu 92(3), inklużi l-ispejjeż tal-linji li jikkollegaw it-taqsimiet nazzjonali tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen mal-funzjoni ta’ appoġġ tekniku, u ta’ l-attivitajiet eżegwiti b’rabta mal-kompiti konferiti lil Franza, għan-nom ta’ l-Istati Membri li jipparteċipaw fis-SIS 1+, bis-saħħa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru …/2008 u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru …/2008/JHA, għandhom jitħallsu b’mod konġunt mill-Istati Membri."

3. Fl-Artikolu 119, it-tieni paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

"L-ispejjeż ta’ l-installazzjoni u tat-tħaddim tat-taqsima nazzjonali tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen u tal-kompiti konferiti lis-sistemi nazzjonali skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru …/2008 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru …/2008/JHA għandhom jitħallsu minn kull Stat Membru individwali."

Artikolu 12

Id-dħul fis-seħħ u l-applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandu jiskadi fid-data li trid tiġi stabbilita mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skond l-Artikolu 55(2) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Kunsill

Il-President […]

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

60. L-ISEM TAL-PROPOSTA

Din id-dikjarazzjoni takkumpanja żewġ proposti leġiżlattivi:

Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)

61. QAFAS ABM / ABB

Qasam (oqsma) Politiċi kkonċernati u Attività/Attivitajiet assoċjati:

Titolu 18: Il-qasam tal-ħelsien, is-sigurtà u l-ġustizzja

Kapitolu 18 02: Is-solidarjetà — il-fruntieri esterni, il-politika dwar il-viża u l-moviment liberutal-persuni

62. LINJI BAĠITARJI

63. Il-voti baġitarji (voti operattivi u voti ta’ għajnuna teknika u amministrattiva relatata (eż. voti B.A)) inklużi t-titoli:

18.02.04 01–is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II)

64. Id-dewmien ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju:

65. Karatteristiċi tal-baġit ( għandhom jinżdiedu l-linji skond il-każ ):

Il-linja baġitarja | Tip ta’ nefqa | Ġdid | Il-kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Il-kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Titolu fil-perspettiva finanzjarja |

18 02 04 01 | Mhux obblig. | Diff[29][30] | LE | LE | LE | 3a |

66. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

67. Riżorsi Finanzjarji

68. Sommarju tal-flus allokati (CA) u tal-pagamenti allokati (PA)

EUR miljun (sa 3 postijiet deċimali)

Tip ta’ nefqa | Sezzjoni nru. | 2008 | 2009 | 2010 | Total |

Nefqa operattiva |

L-Approprjazzjonijiet ta’ Impenn (AI) | 8.1 | a | 9,350 | 9,350 |

L-Approprjazzjonijiet ta’ Ħlas (AĦ) | b | 9,350 | 9,350 |

Nefqa amministrattiva fl-ammont ta’ referenza |

Assistenza teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4 | c |

AMMONT TA’ REFERENZA TOTALI |

L-Approprjazzjonijiet ta’ Impenn | a+c | 9,350 | 9,350 |

L-Approprjazzjonijiet ta’ Ħlas | b+c | 9,350 | 9,350 |

Riżorsi umani u nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5 | d | 4,245 | 4,245 |

Spejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż relatati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6 | e | 0,321 | 0,321 |

Spejjeż finanzjarji totali għall-intervent

TOTAL KE inkluża n-nefqa tar-riżorsi umani | a+c+d+e | 13,916 | 13,916 |

TOTAL AĦ inkluża n-nefqa tar-riżorsi umani | b+c+d+e | 13,916 | 13,916 |

Dettalji ta’ ko-finanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi l-ko-finanzjament mill-Istati Membri, jew korpi oħra (jekk jogħġbok speċifika), għandha tiġi indikata stima tal-livell ta’ dan il-ko-finanzjament fit-tabella t’hawn taħt (voti addizzjonali jistgħu jiġu miżjuda jekk ikunu previsti korpi differenti għall-għoti tal-ko-finanzjament): M/A

69. Il-Kompatibbiltà mal-Programmazzjoni Finanzjarja

X Il-proposta hija kompatibbli mal-programmazzjoni finanjarja eżistenti.

( Il-proposta se tikkonsisti fl-ipprogrammar mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[31] (jiġifieri strument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

70. Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

( Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul

X Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul hu kif ġej:

- Il-kontribuzzjoni min-Norveġja 2,219512 % u mill-Iżlanda: 0,107994 % (figuri ta’ l-2006) għall-ispejjeż operattivi, ibbażati fuq l-Art 12 (1) it-tieni paragrafu tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill, l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l- acquis ta' Schengen (ĠU L 176,10.7.1999, p. 36).

- Il-kontribuzzjoni mill-Iżvizzera: 2,57 % (figuri ta’ l-2006), għall-ispejjeż operattivi, ibbażata fuq l-Art 11 (3) it-tieni paragrafu tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52).

Miljuni ta' EUR (sa ċifra deċimali waħda)

Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Għadd totali ta’ riżorsi umani | 45 |

41 impjegat bħalissa qed jaħdmu fuq attivitajiet ta’ żvilupp li ġew afdati lill-Kummissjoni skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2424/2001. Il-41 impjegat flimkien ma’ 4 oħra se jkomplu jaħdmu fuq attivitajiet li jappartjenu għall-kompitu ta’ dan ir-Regolament. L-ispejjeż relatati għandhom jiġu koperti mill-2009 kif xieraq.

71. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

Għad-dettalji tal-kuntest tal-proposta ara l-Memorandum ta’ Sjegazzjoni. Il-ħtieġa li għandha tinqeda fi żmien qasir jew fit-tul

Il-proposta għandha l-għan li tforni qafas legali għall-migrazzjoni inkrementali u bla skossi mis-SIS 1+ għas-SIS II sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jippreparaw għal din l-operazzjoni u, sabiex qabel din l-azzjoni, ifornu l-qafas legali għat-testijiet komprensivi finali (globali). It-test komprensiv tas-SIS II għandu jsir fl-2008 u fl-2009 mill-Kummissjoni, bl-appoġġ ta’ kuntratturi esterni. Għall-finijiet ta’ migrazzjoni, arkitettura teknika temporanja tas-sistemi hija meħtieġa wkoll fejn is-SIS 1+ tkun qed titħaddem b’mod parallel mas-SIS II fuq livell ċentrali.

72. Il-valur miżjud ta’ l-involviment Komunitarju u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti oħrajn finanzjarji u s-sinerġiji possibbli

Din il-proposta tikkumplementa u tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ġenerazzjoni ġdida tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen u toħloq sinerġiji bejn is-SIS 1 + u s-SIS II.

73. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

L-għan ewlieni tal-proposta huwa li jiżgura l-bidu b’suċċess tat-tħaddim tas-SIS II. Ir-riżultat mistenni ta’ din il-proposta huwa li jiżgura l-migrazzjoni bla skossi tad-dejta mis-SIS 1 + għas-SIS II kif ukoll il-konverzjoni sħiħa għas-SIS II. L-indikatur huwa li l-Istati Membri kollha għadhom jaqilbu b'suċċess is-sistemi u d-dejta tagħhom.

74. Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv)

Uri hawn taħt il-metodi magħżula għall-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni.

ٱX Tmexxija ċentralizzata

X Direttament mill-Kummissjoni

Indirettament b’delega lil:

Aġenziji Eżekuttivi

Korpi stabbiliti mill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

ٱ Korp(i) nazzjonali tas-settur pubbliku b'missjoni ta' servizz pubbliku

ٱ Ġestjoni konġunta jew iddeċentralizzata

Ma’ l-Istati Membri

Ma’ pajjiżi terzi

Tmexxija konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġok speċifika)

Kummenti rilevanti:

75. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

76. Is-sistema ta’ monitoraġġ

Il-progress jiġi evalwat regolarment, filwaqt li l-prestazzjoni tiġi mkejla skond l-istandards meħtieġa u kriterji stabbiliti minn qabel. Dan għandu juri li l-investiment ikun wassal għar-riżultat meħtieġ.

Il-monitoraġġ għandu jsir permezz ta’ kuntrattur ta’ appoġġ estern għall-assigurazzjoni tal-kwalità.

77. Evalwazzjoni

78. Evalwazzjoni ex-ante

Il-konklużjonijiet tal-Kumitat tas-SIS II tad-19 ta’ Diċembru 2007, imfassla fuq il-bażi tar-rapport tal-valutazzjoni ta’ l-impatt li ġie ppreparat mill-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Migrazzjoni.

79. Il-miżuri meħuda wara evalwazzjoni interim/ex-post (it-tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

M/A

80. It-termini u l-frekwenza ta’ l-evalwazzjoni futura

L-evalwazzjonijiet futuri għandhom isiru wara t-test komprensiv (l-ewwel evalwazzjoni) u wara li tkun saret il-migrazzjoni (it-tieni evalwazzjoni). Kull evalwazzjoni għandha tkejjel l-effikaċja ta’ l-azzjonijiet u għandha tindika jekk it-test u l-migrazzjoni jkunux ġew eżegwiti kif xieraq.

81. Il-miżuri kontra l-frodi

Għandhom jiġu applikati l-proċeduri tal-Kummissjoni għall-għoti ta’ kuntratti, li jiżguraw il-konformità mal-liġi Komunitarja fir-rigward ta’ kuntratti pubbliċi.

82. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI

83. Għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża finanzjarja tagħhom

Approprjazzjonijiet għall-impenji f'miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

(L-Intestaturi ta' l-Għanijiet, l-azzjonijiet u r-riżultati għandhom jiġu pprovduti) | Tip ta’ azzjoni | Nefqa medja | 2009 | TOTAL |

Nru. ta’ azzjonijiet | Spiża totali | Nru. ta’ azzjonijiet | Spiża totali |

- Azzjoni 2 | Assigurazzjoni ta’ kwalità | 1,250 | 1,250 |

- Azzjoni 3 | Studji | 1,500 | 1,500 |

- Azzjoni 4 | Talbiet għall-bidla | 2,000 | 2,000 |

- Azzjoni 5 | Ikkowċjar | 0,500 | 0,500 |

- Azzjoni 6 | Testijiet relatati mal-manutenzjoni u ma’ l-analiżi | 1,000 | 1,000 |

- Azzjoni 7 | Appoġġ addizzjonali għall-go live | 2,100 | 2,100 |

- Azzjoni 8 | Kontinġenzi sTESTA | 0,500 | 0,500 |

84. In-Nefqa Amministrattiva

85. Numru u tip ta’ riżorsi umani

Tipi ta’ kariga | Persunal li għandu jiġi assenjat bit-tmexxija ta’ l-azzjoni bl-użu ta' riżorsi eżistenti u/jew addizzjonali (għadd ta' karigi/FTEs) |

2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

Uffiċjali jew persunal temporanju[34] iffinanzjar mill-Art. 18 01 01 01 01 A*/AD | B*, C*/AST | 21 |

Persunal iffinanzjat bl-Art. | 8 |

Persunal iffinanzjat[35] bl-Art. 18 01 02 01 u 18 01 02 01 03 | 16 |

Persunal ieħor[36] iffinanzjat mill-art. XX 01 04/05 |

TOTAL | 45 |

Ir-riżorsi umani meħtieġa għall-azzjoni u li huma mniżżla fit-tabella ta' hawn fuq għandhom ikunu allokati biss permezz ta' trasferimenti interni.

86. Deskrizzjoni tal-kompiti li ġejjin mill-azzjoni

Il-ġestjoni tal-proġett;

Il-ġestjoni teknika;

Valutazzjoni u rappurtar;

87. Sorsi ta’ riżorsi umani (statutarji)

X Karigi attwalment allokati lit-tmexxija tal-programm li se jinbidlu jew jiġu estiżi

( Il-postijiet pre-allokati fl-eżerċiżju APS/PDB għas-sena n

( Karigi li se jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

( Karigi li jridu jerġgħu jimtlew permezz ta’ riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ tmexxija (tqassim mill-ġdid intern)

( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhumiex previsti fl-eżerċizzju APS/PDB għas-sena kkonċernata

88. Spejjeż amministrattivi oħra inklużi fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Spejjeż ta’ ġestjoni amministrattiva)

M/A

89. L-ispejjeż tar-riżorsi umani u spejjeż relatati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

EUR miljun (sa 3 postijiet deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | 2008 | 2009 | 2010 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara |

Uffiċjali u persunal temporanju (Art. 18 01 01 01 01) | 3,393 |

Persunal iffinanzjat bl-Art. 18 01 02 01 u 18 01 02 01 03 (awżiljarji, esperti nazzjonali, impjegati b’kuntratt, eċċ.) | 0,852 |

Total spiża ta’ Riżorsi Umani u spejjeż assoċjati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | 4,245 |

Kalkolu – Uffiċjali u aġenti temporanji ffinanzjati bl-Art. 18 01 01 01

Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk japplika

AD/AST – 117.000 EUR kull sena * 29 persuna = 3,393 mEUR

Kalkolu – Persunal iffinanzjat bl-Art. 18 01 02 01

Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk japplika

Impjegati b’kuntratt (Art 18 01 02 01 01) – medja ta’ 55,874 EUR kull sena * 8 persuni = 0,447 mEUR

Esperti nazzjonali (Art 18 01 02 01 03) – 50,578 EUR kull sena * 8 persuni = 0.405 mEUR

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, nota PMO, 19.01.2007, estimi għas-sena 2007

8.2.6 Nefqa oħra amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza EUR miljun (sa 3 postijiet deċimali) |

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

18 01 02 11 01– Missjonijiet | 0,131 | 0,131 |

18 01 02 11 02– Laqgħat & Konferenzi | 0,190 | 0,190 |

2 Total ta’ Nefqa Amministrattiva Oħra (XX 01 02 11) |

3 Nefqa oħra ta' natura amministrattiva (speċifika inkluża referenza għal-linja tal-baġit) |

Nefqa amministrattiva totali, għajr għal riżorsi umani u spejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0,321 | 0,321 |

Missjonijiet inkluż żjajjar lejn is-27 Stat Membru fis-SIS 1+ għal 2 persuni (0,131 mEUR).

Kalkolu – Nefqa amministrattiva oħra mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza

[1] ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4.

[2] ĠU L 205, 07.08.2007, p. 63.

[3] ĠU L 239, 22.9.2000, p.19. Konvenzjoni, kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta' Ġunju 2007 (ĠU L 205, 7.7.2007, p.63)

[4] ĠU L 328, 13.2.2003, p. 4.

[5] ĠU L 411, 30.12.2006, p. 1.

[6] ĠU L 328, 13.2.2003, p. 1.

[7] ĠU L 411, 30.12.2006, p. 78.

[8] ĠU L 381, 28.12.2006, p. 1.

[9] COM 2007/170/KE (l-ewwel pilastru), ĠU L 79, ta’ l-20.03.2007, p. 20 u COM 2007/171/EC (it-tielet pilastru), ĠU L 79, ta’ l-20.03.2007, p. 29.

[10] ĠU L 57, 01.03.2008, p. 1

[11] ĠU L 57, 01.03.2008, p. 14

[12] ĠU C […], […], p. […].

[13] ĠU C […], […], p. […].

[14] ĠU L 239, 22.09.2000, p. 19. Il-Konvenzjoni, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1160/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, tat-22.07.2005, p. 18).

[15] ĠU L 328, 13.12.2001, p.4. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1988/2006 (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 1).

[16] ĠU L 328, 13.12.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/1007/ĠAE (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 78).

[17] ĠU L 381 28.12.2006, p. 4

[18] ĠU L 205, 07.08.2007, p. 63.

[19] ĠU L 248, 16.9.2002, p.1. Regolament kif l-aħħar emenda bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p.9)

[20] ĠU L 8, 12.1.2001, p.1

[21] ĠU L 12, 17.1.2004, p. 47.

[22] ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

[23] ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

[24] ĠU L 176, 10.7.1999, p.36.

[25] ĠU L 176, 10.7.1999, p.31

[26] ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

[27] ĠU L 53, 27.2.2008, p.1.

[28] ĠU L 83, 26.03.2008, p. 1

[29] Approprijazzjonijiet differenzjati

[30] Approprijazzjonijiet mhux differenzjati, minn hawn ’il quddiem imsejħa NDA

[31] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[32] Għandhom jiżdiedu kolonni oħra jekk ikun meħteġ, jiġifieri jekk il-perjodu ta’ l-azzjoni jkun ta’ aktar minn 6 snin.

[33] Kif deskritt fit-Taqsima 5.3

[34] L-ispiża ta’ dawn MHIX koperta bl-ammont ta’ referenza

[35] L-ispiża ta’ dawn MHIX koperta bl-ammont ta’ referenza

[36] L-ispiża ta’ dawn hija inkluża fl-ammont ta’ referenza