Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 423/2004 dwar l-irkupru ta’ l-istokkijiet tal-merluzz u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 {SEC(2008) 386} {SEC(2008) 389} /* KUMM/2008/0162 finali - CNS 2008/0063 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 2.4.2008 KUMM(2008) 162 finali 2008/0063 (CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 423/2004 dwar l-irkupru ta’ l-istokkijiet tal-merluzz u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 {SEC(2008) 386} {SEC(2008) 389} (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | Ir-raġunijiet għall-proposta u l-miri tagħha Il-mira ta’ din il-proposta hija li jkun emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2004 tas-26 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi miżuri għall-irkuprar ta’ l-istokkijiet ta’ merluzz, l-hekk imsejjaħ pjan ta’ rkupru tal-merluzz. Il-mira globali tar-Regolament (KE) Nru 423/2004 hija li jkun żgurat l-irkupru sikur ta’ l-istokkijiet tal-merluzz għad-daqs ta’ stokkijiet ta’ prekawzjonirrakkomandat mix-xjenzati fi żmien ħames sa għaxar snin. Il-parir xjentifiku tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (l-STECF), ibbażat fuq il-parir tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (l-ICES) indika li t-tnaqqis ikkawżat mill-effett kollettiv tal-ħatt totali permissibbli (it-TACs), tal-miżuri tekniċi (eż. l-qisien tal-malji, il-kompożizzjonijiet tal-ħatt, l-għeluq taż-żoni) u tar-regolamenti komplementarji dwar ġestjoni ta’ sforzi ma kienu suffiċjenti xejn biex inaqqsu l-mortalità mis-sajd għal-livelli meħtieġa biex iħallu lill-istokkijiet tal-merluzz jerġgħu jikbru. Mill-erba’ stokkijiet ta’ merluzz fil-pjan, il-merluzz tal-Baħar tat-Tramuntana biss wera xi sinjal ta’ rkupru (popolazzjoni ta’ sena ogħla minn dawk tas-snin ta’ qabel), waqt li l-ebda wieħed mill-istokkijiet l-oħra ta’ merluzz m'hu qed juri sinjal ċar ta’ rkupru. Il-progress bil-mod biex jiġu rkuprati l-istokkijiet ta’ merluzz iġib il-ħtieġa li ssir reviżjoni tat-termini u l-kondizzjonijiet tal-pjan. L-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 423/2004, kif ukoll tar-reġim assoċjat ta’ ġestjoni ta’ l-isforz (implimentat sa mill-2003 fit-TAC u r-regolament tal-kwota annwali), flimkien ma’ l-opinjonijiet tal-partijiet interessati miġburin fil-qosor fis-simpożju dwar l-irkupru tal-merluzz, li sar f’Marzu 2007, jippermettu l-identifikazzjoni ta’ l-aspetti ewlenin fejn il-pjan jeħtieġlu jkun modifikat biex tittejjeb l-effikaċja. L-elementi l-ġodda ewlenin li għandhom ikunu introdotti, li jiġġustifikaw din l-emenda huma dawn li ġejjin: Il-ħtieġa li jiġu riveduti l-miri L-evidenza li hemm bħalissa dwar l-effett tas-tisħin globali toħloq il-ħtieġa li ssir reviżjoni tal-miri fit-tul tal-pjanijiet ta’ rkupru. Aktar milli jkunu mmirati livelli speċifiċi ta’ bijomassa li jisgħu ma jinkisbux aktar f’kundizzjonijiet oċeaniċi li qed jinbidlu, il-pjan għandu jikkonċentra fuq il-kisba ta’ l-aħjar rata ta’ sfruttament li tiggarantixxi l-ogħla rendiment sostenibbli li l-kundizzjonijiet il-ġodda jistgħu jipprovdu. Is-simplifikazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni ta’ l-isforz Is-sistema ta’ ġestjoni ta’ l-isforz, implimentata f’anness tat-TAC u r-regolament tal-kwota annwali, tant saret kumplessa, l-aktar minħabba l-ħafna derogi, li saret diffiċli biex tiġi implimentata, biex tkun immonitorjata u kkontrollata. Jeħtieġ li jkun hemm sistema ġdida, msejsa fuq limiti ta’ sforzi, li għandha titħaddem b’mod domestiku mill-Istati Membri biex tipprovdi simplifikazzjoni akbar tar-regolament, aktar flessibbiltà għall-Istati Membri u implimentazzjoni aktar effiċjenti. L-adattament tal-pjan għal livelli differenti ta’ rkupru Il-pjan jeħtieġlu jagħraf li meta l-istokkijiet jibdew jitjiebu, ikunu jistgħu jiġu applikati approċċi aktar gradwali. Għal din ir-raġuni, il-pjan emendat jintroduċi approċċ modulari, fejn l-aġġustament tal-mortalità fis-sajd ikun funzjoni tal-livell ta’ rkupru miksub. Id-dispożizzjoni għal regoli ta’ ġbir f’sitwazzjonijiet b’dejta li mhix suffiċjenti L-esperjenza ta’ dan l-aħħar turi wkoll li x-xjenzjati bosta drabi naqsu li jipprovdu l-parametri biex ikun applikat b’mod strett il-pjan li hemm bħalissa, minħabba l-kwalità baxxa tad-dejta. Dan wassal għal deċiżjonijiet ad hoc mill-Kunsill. Jeħtieġ li jkun hemm regoli ċari biex ikunu applikati meta u fejn ix-xjenzjati ma jkunux jistgħu jipprovdu stimi preċiżi ta’ l-istat ta’ l-istokkijiet. Il-ħtieġa li jitnaqqas ir-rimi tal-merluzz It-tnaqqis tar-rimi għandu jkun parti sewwa mill-pjan rivedut. Għandhom jiddaħħlu mekkaniżmi ġodda, biex is-sajjieda jitħeġġu jissieħbu fi programmi ta’ prevenzjoni tal-merluzz. L-inkorporazzjoni ta’ l-istokk tal-merluzz tal-Baħar Ċeltiku Dan l-istokk kien eskluż mill-pjan ta’ rkupru tal-merluzz ta’ l-2004 abbażi ta’ l-istat aħjar ta’ konservazzjoni tiegħu. Iżda evalwazzjonijiet riċenti jikkonfermaw li dan l-istokk jinsab fi stat ta’ sfruttament żejjed li jixbah lil dak ta’ l-istokkijiet l-oħra tal-merluzz fl-ibħra Komunitarji. Għalhekk hemm il-ħtieġa li dan ikun inkluż fil-pjan ta’ rkupru. F’dan il-kuntest, id-dispożizzjonijiet ta’ kontroll għandhom ikunu adattati wkoll għall-istruttura u d-dispożizzjonijiet il-ġodda. Jeħtieġ, għalhekk, li l-pjan eżistenti ta’ rkupru tal-merluzz ikun emendat biex ikun aktar komplut, aġġornat ma’ żviluppi riċenti, aktar sempliċi, aktar effiċjenti u eħfef biex ikun implimentat, immonitorjat u kkontrollat. Minħabba l-emendi proposti għall-pjan ta’ rkupru tal-merluzz, ċerti miżuri ta’ kontroll stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993, li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni, għandhom jittejbu biex tkun żgurata l-konformità mal-miżuri stabbiliti fil-pjan emendat ta’ rkupru tal-merluzz. | 120 | Il-kuntest ġenerali Matul ir-riforma ta’ l-2002 tal-Politika Komuni dwar is-Sajd, il-Kummissjoni u l-Kunsill qablu li jimplimentaw progressivament pjanijiet multiannwali u pjanijiet ta’ rkupru dwar riżorsi tas-sajd ta’ interess għall-Komunità. Ġew stabbiliti pjanijiet għall-parti l-kbira ta’ l-istokkijiet tal-merluzz fl-ibħra Komunitarji, żewġ stokkijiet tal-marlozz, żewġ stokkijiet ta’ l-awwist, żewġ stokkijiet tal-lingwata u l-istokks tal-barbun tat-tbajja’ u tal-lingwata fil-Baħar tat-Tramuntana. Fl-2002 ukoll, l-Istati Membri kienu firmatarji tal-Pjan ta’ Implimentazzjoni tas-Samit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Johannesburg). Dak il-Pjan ta’ Implimentazzjoni jinkludi impenn għall-isfruttament ta’ żoni tas-sajd skond l-ogħla rendimenti sostenibbli (RMS) sa l-2015. L-istokkijiet tal-merluzz fl-ibħra Komunitarji kienu l-ewwel każ fejn kien implimentat pjan ta’ rkupru multiannwali. Għalkemm kienu adottati wkoll aktar pjanijiet ta’ rkupru u ta' ġestjoni, l-irkupru tal-merluzz jibqa’ komponent essenzjali tal-Politika Komuni dwar is-Sajd kif riformata fl-2002. L-importanza ta’ meded għas-sajd tal-merluzz, l-implikazzjonijiet tas-sajd tal-merluzz fuq is-sajd immirat għal speċi oħra, ir-riskju għall-interessi ekonomiċi u soċjali kbar u l-valur tal-merluzz bħala speċi simbolika joħolqu l-ħtieġa li l-irkupru tal-merluzz jirnexxi. Għal din ir-raġuni, id-dgħjufijet tal-pjan li hemm bħalissa, identifikati kemm mix-xjenzjati, kif ukoll mill-partijiet interessati, għandhom ikunu indirizzati permezz ta’ emenda għall-pjan li hemm bħalissa,. | 130 | Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd, jistabbilixxi l-qafas ġenerali għall-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd, u jidentifika s-sitwazzjonijiet li fihom il-Kunsill għandu jadotta pjanijiet ta’ ġestjoni u pjanijiet ta’ rkupru. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2004 tas-26 ta’ Frar 2004 jistabbilixxi miżuri għall-irkuprar ta’ l-istokkijiet ta’ merluzz. | 140 | Konsistenza mal-politiki u l-miri l-oħrajn ta’ l-Unjoni Il-mira tal-proposta għal żvilupp sostenibbli hija konsistenti mal-politika ambjentali tal-Komunità, l-aktar ma’ l-elementi ta’ dik il-politika li jittrattaw il-ħarsien tal-ħabitati naturali u l-preservazzjoni tar-riżorsi naturali. | IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT | Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati | 211 | Metodi ta’ konsultazzjoni, setturi ewlenin immirati u profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu Il-proposta hija bbażata fuq bosta konsultazzjonijiet ma’ Stati Membri, kif ukoll ma’ rappreżentanti ta’ partijiet interessati fil-Kumitati Konsultattivi Reġjonali. Il-Kummissjoni pprovdiet dokument tekniku informali għall-RACs u għal Stati Membri f’Mejju 2007, li kien ibbażat fuq l-idea li l-merluzz seta’ (u kellu) jirkupra jekk il-mortalità mis-sajd titnaqqas b’mod suffiċjenti. Id-dokument informali esplora żewġ approċċi biex jinkiseb tnaqqis bħal dan. Approċċ wieħed, ibbażat fuq tnaqqis ġeneralizzat ta’ impenn fis-sajd f’ħafna mill-meded tas-sajd tal-merluzz, ma ntlaqax minn ħafna. L-alternattiva, li kellha ssib modi kif is-sajd tal-merluzz kellu jkun "żganċjat" minn sajd ieħor u kif kellhom jitnaqqsu dawk l-attivitajiet, kellha appoġġ fil-prinċipju iżda ftit miżuri speċifiċi kienu ssuġġeriti biex dak jinkiseb fil-prattika. L-RACs urew preferenza għal approċċ speċifiku għal stokk; iżda kienu rrakkomandati ftit speċifiċi miżuri ta’ ġestjoni. Il-kontribuzzjonijiet prinċipali mingħand l-RACs huma: sistema ta’ għeluq volontarju temporanju impost wara avviż minn ftit żmien qabel (l-hekk imsejjaħ għeluq għal "żmien reali"), u impenn fil-livell ta’ kull vapur għalih waħdu li jevita milli jaqbad merluzz ("pjanijiet li jevitaw il-merluzz"). Dwar dak li għandu x’jaqsam mal-ġestjoni ta’ sforzi, il-Kummissjoni ddiskutiet ma’ Stati Membri u ma’ l-RACs il-possibbiltà ta’ approċċ ġdid li bih ikunu stabbiliti limiti għal sforzi f’sajd espressi f’jiem kW. Matul is-sena 2008 amministrazzjonijiet u organizzazzjonijiet professjonali ta’ Stati Membri jistgħu jintroduċu l-arranġamenti amministrattivi meħtieġa biex is-sistema l-ġdida tkun tista’ tibda titħaddem fl-2009. | 212 | Sommarju ta’ tweġibiet u kif tqiesu | Ġbir u użu ta’ tagħrif espert | 221 | Kampi xjentifiċi/ta’ tagħrif espert ikkonċernati L-ICES u l-STECF intalbu jagħtu parir xjentifiku dwar il-ġestjoni fit-tul tas-sajd fejn dan kien possibbli. L-STECF ta r-rapport tiegħu dwar l-irkupru tal-merluzz f’Marzu 2007. | 2249 | Sommarju tal-parir riċevut u użat Il-punti ewlenin huma: it-tnaqqis li jkun hemm mill-effett kollettiv tal-ħatt totali permissibbli (it-TACs), miżuri tekniċi (eż. qisien ta’ malji ta’ xbieki, kompożizzjonijiet ta’ ħatt, għeluq ta’ żoni) u minn regolamenti komplementarji dwar ġestjoni ta’ sforzi ma kien suffiċjenti xejn biex inaqqas il-mortalità mis-sajd għal livelli rikjesti biex iħalli lill-istokkijiet tal-merluzz jerġgħu jikbru u l-ebda waħda mill-erba’ stokkijiet ta’ merluzz mhi turi sinjal ċar li qed tirkupra. l-STECF jagħti parir li jkun hemm tnaqqis immedjat tal-pressjoni tas-sajd fuq il-merluzz milli jkun hemm konċentrazzjoni fuq id-definizzjoni u l-kisba, li mhumiex faċli, ta’ miri fit-tul. Miri fit-tul bħal jitqiesu li huma rati ta’ sfruttament ta’ madwar 50% jew anqas minn dawk li tqiesu għal snin riċenti. Kull tnaqqis ta’ sforz fis-sajd biex tonqos il-pressjoni tas-sajd fuq il-merluzz għandu jkun konsistenti ma’ miżuri oħra ta’ ġestjoni u implimentat b’mod li l-isforz li jibqa’ ma jitħalliex ikun konċentrat fuq il-merluzz. is-sistema ta’ ġestjoni ta’ sforzi għandha ssir b’mod speċifiku għal żona u għandha tinkludi miżuri li jippenalizzaw sajjieda li jikkawżaw l-ogħla mortalità ta’ merluzz. Din il-proposta hija msejsa fuq il-parir riċevut. | 225 | 226 | Mezzi użati biex il-parir ta’ l-esperti jkun jista’ jinkiseb mill-pubbliku Il-parir ta’ l-ICES u l-STECF jista’ jinkiseb mill-pubbliku mis-siti elettroniċi rispettivi tagħhom (www.ices.dk u fishnet.jrc.it/web/stecf ). | 230 | Il-valutazzjoni ta’ l-impatt Il-valutazzjoni ta’ l-impatt hija bbażata l-aktar fuq żewġ tipi ta’ kontribut: L-analiżi xjentifika, imwettqa l-aktar mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku tas-Sajd (STECF), li sa mill-2005 analizza fid-dettall l-implimentazzjoni tal-pjan eżistenti, u wera b’mod kwantitattiv kif l-irkupru kien qed jagħmel progress mill-aspett bijoloġiku. Il-konsultazzjonijiet ma’ partijiet interessati, li nbdew b’simpożju fuq l-irkupru tal-merluzz, miżmum f’Edinburgu f’Marzu 2007, b’parteċipazzjoni wiesgħa tal-partijiet interessati kollha, u l-opinjonijiet li kien hemm wara mill-interessati Kunsilli Konsultattivi Reġjonali, assistiti b’dokument dettaljat mhux uffiċjali dwar għażliet u alternattivi mħejjija mis-servizzi tal-Kummissjoni wara s-simpożju msemmi hawn fuq. Dawn l-elementi pprovdew għal analiżi ċara tar-raġunijiet għaliex il-pjan kurrenti mhux qed jilħaq il-miri tiegħu, u identifikaw għadd ta’ alternattivi biex ikunu esplorati. Dawk ewlenin kienu: Il-bdil ta’ miri ta’ bijomassa ma’ miri ta’ mortalità fis-sajd; Li jkun żgurat approċċ gradwali, proporzjonat ma’ l-istat ta’ konservazzjoni ta’ l-istokkijiet differenti Li jkun iffavorit approċċ fuq bażi reġjonali Li tingħata aktar flessibbiltà lill-ġestjoni ta’ l-isforzi fis-sajd. Il-merluzz għandu jkun żganċjat minn ma’ speċi assoċjati biex ikun evitat tnaqqis ġenerali fl-isforzi fis-sajd għal sajd fejn il-merluzz ikun biss speċi li tinqabad b’mod każwali. | ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | 310 | Il-bażi legali Il-bażi legali tar-Regolament (KE) Nru 423/2004 huwa l-Artikolu 37 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. | 329 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà, għalhekk, ma japplikax. Iżda l-emenda proposta tipprovdi għal aktar deċentralizzazzjoni għal Stati Membri, l-aktar f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġestjoni ta’ impenji fis-sajd fost vapuri li jtajru l-bandiera tagħhom stess. Din id-deċentralizzazzjoni tipprovdi għal aktar flessibbiltà lil Stati Membri u tikkontribwixxi biex tkun simplifikata l-leġiżlazzjoni Komunitarja. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja/ġejjin. | 331 | Hija emenda ta’ regolament eżistenti. Il-mira tagħha hija li jitjiebu u jkunu aġġornati ċerti aspetti ta’ pjan eżistenti, fid-dawl ta’ xhieda ġdida u abbażi ta’ l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tal-pjan eżistenti. | IMPLIKAZZJONI TA’ BAġIT | 409 | Il-proposta m’għandhiex implikazzjoni għall-baġit Komunitarju. | INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI | Rivista/reviżjoni/klawsola ta’ tmiem awtomatiku | 531 | Il-proposta tinkludi Artikolu li jipprovdi għal evalwazzjoni ta’ miżuri ta’ ġestjoni kull tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament. | 532 | 570 | Tifsira dettaljata tal-proposta Ir-rati mmirati proposti ta’ mortalità fis-sajd huma bbażati fuq parir xjentifiku mingħand l-STECF u l-ICES u jirriflettu s-sitwazzjoni bijoloġika kurrenti. Fil-proposta hemm inkluża klawsola ta’ evalwazzjoni biex ikun żgurat li r-rati mmirati ta’ mortalità fis-sajd ikunu jistgħu jiġu emendati skond il-każ fid-dawl ta’ informazzjoni u pariri xjentifiċi ġodda. | E-10198 | (Memorandum ta’ spjegazzjoni validat – 10.881karattri – konformi man-norma tad-DĠT.) | 1. 2008/0063 (CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 423/2004 dwar l-irkupru ta’ l-istokkijiet tal-merluzz u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 37 tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2004 tas-26 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi miżuri għall-irkuprar ta’ l-istokkijiet ta’ merluzz[1], u b’mod partikulari l-Artikolu 6(4) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[2], Billi: (1) Parir xjentifiku riċenti tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (l-ICES) wera li t-tnaqqis fil-qbid tal-merluzz ikkawżat mill-effett kollettiv tal-ħatt totali permissibbli (it-TACs), tal-miżuri tekniċi u tal-miżuri komplementarji ta’ ġestjoni ta’ sforzi ma kienu suffiċjenti xejn biex inaqqsu l-mortalità mis-sajd għal-livelli meħtieġa biex iħallu lill-istokkijiet tal-merluzz jerġgħu jikbru u li l-ebda wieħed mill-erba' stokkijiet ta’ merluzz koperti mir-Regolament (KE) Nru 423/2004 mhu qed juri sinjali ċari ta’ rkupru. (2) Il-mira tal-pjan attwali għall-irkupru tal-merluzz għandha titqies li tkun intlaħqet għal stokk meta, għal sentejn konsekuttivi, il-kwantità ta’ merluzz matur tkun akbar minn dik stabbilita fl-Artikoli 3 u 5 bħala kwantità li tkun fil-limiti bijoloġiċi żguri. Dik il-mira ma ntlaħqitx. (3) Skond sottomissjonijiet xjentifiċi riċenti, l-aktar dwar ix-xejriet fit-tul ta’ ekosistemi ta' l-ibħra, ma jistgħux ikunu stabbiliti bi preċiżjoni l-livelli ta’ bijomassa mixtieqa fit-tul. Minħabba dan, l-għan ta’ kull pjan ta’ rkupru tal-merluzz għandu jinbidel minn mira bbażata fuq il-bijomassa għal mira bbażata fuq il-mortalità mis-sajd, liema għan għandu jkun applikat ukoll għal-livelli permessi ta’ sforzi fis-sajd. (4) Il-merluzz tal-baħar Ċeltiku għandu jkun kopert mill-pjan ta’ rkupru tal-merluzz minħabba d-deterjorament ta’ l-istat ta’ dan l-istokk sa mill-2005. (5) Għandhom ikunu introdotti mekkaniżmi ġodda biex iħeġġu lis-sajjieda jissieħbu fi programmi ta’ prevenzjoni għall-merluzz. (6) F’każ li l-STECF ma jkunx jista’ jagħti parir fuq TAC minħabba nuqqas ta’ informazzjoni mhux preċiża u rappreżentattiva biżżejjed, għandhom ikunu stabbiliti dispożizzjonijiet biex ikun żgurat li TAC ikun iffissat b’mod konsistenti anki f’kundizzjonijiet mhux tajbin ta’ data . (7) Biex jiżguraw il-miri ta’ mortalità fis-sajd u biex jikkontribwixxu ħalli jitnaqqas ir-rimi, opportunitajiet ta’ sajd fir-rigward ta’ sforzi fis-sajd għandhom ukoll ikunu ffissati f’livelli li jkunu konsistenti ma’ l-istrateġija ta’ rkupru. Opportunitajiet ta’ sajd bħal dawn għandhom, kemm jista’ jkun, ikunu definiti skond tipi ta’ tagħmir tas-sajd abbażi ta’ prattika kurrenti fis-sajd. (8) Miżuri ta’ kontroll flimkien ma’ dawk li jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993, li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll applikabbli għall-politika komuni tas-sajd[3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2846/98[4], għandhom jittejbu biex jiżguraw konformità mal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament. (9) Ir-Regolament (KE) Nru 423/2004 għandu, għalhekk, ikun emendat b’dan il-mod. (10) Ir-Regolament (KEE) Nru 2847/93 għandu jkun aġġustat għat-tibdiliet magħmula fil-pjan ta’ rkupru, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 423/2004 Ir-Regolament (KE) Nru 423/2005 huwa emendat kif ġej: (1) Il-Kapitolu I huwa sostitwit b’dan li ġej: "KAPITOLU I SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET Artikolu 1 Suġġett Dan ir-Regolament jistabbilixxi pjan ta’ rkupru għal ħames stokkijiet ta’ merluzz (minn hawn ’il quddiem imsejħin "stokkijiet ta’ merluzz imbattla") li jkun jaqbel maż-żoni ġeografiċi li ġejjin: (a) il-merluzz ta’ Kattegat; (b) il-merluzz tal-Baħar tat-Tramuntana, ta’ Skagerrak u tal-Kanal tal-Lvant; (c) il-merluzz tan-naħa tal-punent ta’ l-Iskozja; (d) il-merluzz tal-Baħar Irlandiż; (e) il-merluzz tal-Baħar Ċeltiku. Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (a) id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002; (b) "grupp ta’ sforz" tfisser sett ta’ vapuri li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru li jistad f’waħda miż-żoni msemmijin fl-Artikolu 1 u juża tagħmir tas-sajd li jkun ta’ wieħed mill-gruppi ta’ tagħmir imsemmijin fl-Anness I; (c) "qabda għal kull unità ta’ sforz" (cpue) tfisser il-kwantita ta’ ħut maqbudin u espressi fil-piż b’unità waħda ta’ sforz espressa f’jiem kW matul sena waħda. Artikolu 2a Definizzjonijiet ġeografiċi Għal finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ġeografiċi ta’ żoni ġeografiċi li ġejjin: (a) 'Kattegat' tfisser dik il-parti tad-Diviżjoni IIIa, kif iddelinjata mill-Kunsill Internazzjonali għall-esplorazzjoni tal-Baħar (IECS), b’konfini min-naħa tat-tramuntana b’linja li tibda mill-fanal tal-port fi Skagen sal-fanal tal-port f’Tistlarna u minn din il-ponta sa l-eqreb ponta fil-kosta Żvediża u min-naħa ta’ nofsinhar b’linja li tibda minn Hasenore sa Gnibens Spids, minn Korshage sa Spodsbjerg u minn Gilbjerg Hoved sa Kullen; (b) 'Il-Baħar tat-Tramuntana' tfisser is-subżona IV ta’ l-ICES u dik il-parti tad-Diviżjoni IIIa ta’ l-ICES li mhix koperta minn Skagerrak u dik il-parti tad-Diviżjoni IIA ta’ l-ICES li qiegħda fl-ibħra li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ Stati Membri; (c) 'Skagerrak' tfisser dik il-parti tad-Diviżjoni IIIa ta’ l-ICES b’konfini min-naħa tal-punent b’linja li tibda mil-fanal tal-port f’Hanstholm sal-fanal tal-port f’Lindesnes u min-naħa ta’ nofsinhar b’linja li tibda mil-fanal tal-port fi Skagen sal-fanal tal-port f’Tistlarna u minn dik il-ponta sa l-eqreb ponta fil-kosta Żvediża; (d) 'Il-Kanal tal-Lvant' tfisser id-Diviżjoni VIId ta’ l-ICES; (e) 'Il-Baħar Irlandiż' tfisser id-Diviżjoni VIIa ta’ l-ICES; (f) 'Fil-Lvant ta’ l-Iskozja' tfisser id-Diviżjoni VIa ta’ l-ICES u dik il-parti tad-Diviżjoni Vb ta’ l-ICES li qiegħda fl-ibħra li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ Stati Membri. (g) 'il-Baħar Ċeltiku' tfisser id-Diviżjonijiet VIIe sa VIIk inklużi ta’ l-ICES. Artikolu 2b Kalkulazzjoni ta’ sforz fis-sajd Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament: (a) il-kapaċità ta’ vapur għandha titkejjel f’kilowotts; (b) l-attività ta’ vapur għandha titkejjel f’jiem preżenti f’żona ġeografika kif stabbilit fl-Artikolu 1. Jum preżenti f’żona għandu jkun perjodu kontinwu ta’ 24 siegħa (jew parti minnhom) li matulhom vapur ikun preżenti fiż-żona u assenti mill-port. Artikolu 3 L-għan tal-pjan 1. Il-pjan imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jiżgura l-isfruttament sostenibbli ta’ l-istokkijiet ta’ merluzz abbażi ta’ l-ogħla rendiment sostenibbli. 2. L-għan imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkiseb waqt li tinżamm il-mortalità fis-sajd għall-merluzz għal 0,4 għall-etajiet minn sentejn sa erba’ snin. (2) Il-Kapitolu II huwa mħassar. (3) Il-Kapitolu III huwa sostitwit b’dan li ġej: "KAPITOLU III QBID TOTALI PERMISSIBBLI Artikolu 5 Livelli minimi u ta’ prekawzjoni Il-livell minimu u l-livell ta’ prekawzjoni għal kull wieħed mill-istokkijiet ta’ merluzz imbattla għandhom ikunu kif ġej: Stokk | Livelli Minimi f’tunnellati metriċi | Livelli ta’ Prekawzjoni f’tunnellati metriċi | Merluzz ta’ Kattegat | 6 400 | 10 500 | Merluzz tal-Baħar tat-Tramuntana, Skagerrak u l-Kanal tal-Lvant | 70 000 | 150 000 | Merluzz lejn il-Punent ta’ l-Iskozja | 14 000 | 22 000 | Merluzz tal-Baħar Irlandiż | 6 000 | 10 000 | Merluzz tal-Baħar Ċeltiku | 6 300 | 8 800 | Artikolu 6 Proċedura għall-fissazzjoni ta’ TACs 1. Kull sena l-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar it-TAC għas-sena ta’ wara għal kull wieħed mill-istokkijiet ta’ merluzz imbattla. It-TACs għandhom, abbażi tal-parir ta’ l-STECF, jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin: (a) jekk id-daqs ta’ l-istokk fis-sena qabel is-sena ta’ applikazzjoni tat-TAC ikun anqas mill-minimu stabbilit fl-Artikolu 5, ir-rata ta’ mortalità mis-sajd għandha titnaqqas b’25% fis-sena ta’ applikazzjoni tat-TAC kif imqabbla mar-rata ta’ mortalità mis-sajd fis-sena ta’ qabel; (b) jekk id-daqs ta’ l-istokk fis-sena qabel is-sena ta’ applikazzjoni tat-TAC ikun anqas mil-livell ta’ prekawzjoni stabbilit fl-Artikolu 5 u ’l fuq mil-livell minimu jew daqsu kif stabbilit fl-Artikolu 5, ir-rata ta’ mortalità mis-sajd għandha titnaqqas bi 15% fis-sena ta’ applikazzjoni tat-TAC kif imqabbla mar-rata ta’ mortalità mis-sajd fis-sena ta’ qabel; u (c) jekk id-daqs ta’ l-istokk fis-sena qabel is-sena ta’ applikazzjoni tat-TAC ikun ’il fuq mil-livell ta’ prekawzjoni jew daqsu kif stabbilit fl-Artikolu 5, ir-rata ta’ mortalità mis-sajd għandha titnaqqas b’10% fis-sena ta’ applikazzjoni tat-TAC kif imqabbla mar-rata ta’ mortalità mis-sajd fis-sena ta’ qabel. 2. Jekk l-applikazzjoni tal-paragrafu 1(b) u (c) tirriżulta, abbażi tal-parir ta’ l-STECF, f’rata ta’ mortalità mis-sajd aktar baxxa minn 0,4 għal klassi ta’ età 2, 3 u 4, il-Kunsull għandu jiffissa t-TAC f’livell li jirriżulta f’rata ta’ mortalità mis-sajd ta’ 0,4 għal dawk il-gruppi ta’ età. 3. Meta jagħti l-parir tiegħu skond il-paragrafi 1 u 2, l-STECF għandu jassumi li l-istokk ikun instad, fis-sena qabel is-sena ta’ applikazzjoni tat-TAC, bi tnaqqis fil-mortalità mis-sajd ugwali għat-tnaqqis massimu permissibbli ta’ sforz fis-sajd li jkun japplika f’dik is-sena. 4. Minkejja l-paragrafu 1(b) u (c) u l-paragrafu 2, il-Kunsill m’għandux jiffissa t-TAC f’livell li jkun aktar minn 15% taħt jew fuq it-TAC stabbilit fis-sena ta’ qabel. 5. It-TAC għandu jkun ikkalkulat billi jitnaqqsu l-kwantitajiet li ġejjin mit-total ta’ merluzz imwarrab previst mill-STECF bħala li jkun jaqbel mar-rati ta’ mortalità mis-sajd imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2: (a) kwantità ta’ ħut għar-rimi mistenni ta’ merluzz mill-istokk ikkonċernat; (b) skond il-każ, kwantità li tikkorrispondi ma’ sorsi oħra rilevanti ta’ mortalità tal-merluzz, li għandha tkun iffissata abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni. Artikolu 6a Proċedura għall-iffissar ta’ TACs f’kundizzjonijiet ta’ data mhix tajba Fejn, minħabba nuqqas ta’ informazzjoni mhix preċiża u rappreżentattiva biżżejjed, l-STECF ma jkunx jista’ jagħti parir li jħalli lill-Kunsill jiffissa t-TAC skond l-Artikolu 6, il-Kunsill għandu jiddeċiedi kif ġej: (a) fejn l-STECF jagħti parir li l-qbid tal-merluzz għandu jitnaqqas għall-livell l-aktar baxx possibbli, it-TAC għandu jkun ifissat skond tnaqqis ta’ 25% imqabbel mat-TAC fis-sena ta’ qabel; (b) fil-każijiet l-oħra kollha it-TAC għandu jkun iffissat skond tnaqqis ta’ 15% imqabbel mat-TAC fis-sena ta’ qabel. Artikolu 7 Evalwazzjoni ta’ miżuri ta’ ġestjoni 1. Kull tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha titlob lill-STECF biex jevalwa l-progress ta’ kull wieħed mill-istokkijiet ta’ merluzz imbattla biex jirkupra. 2. F’każ li l-STECF jagħti parir li jekk xi wieħed mill-istokkijiet ta’ merluzz imbattla jkun qed jonqos li jirkupra sewwa, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni (a) li tiffissa t-TAC għall-istokk rilevanti f’livell aktar baxx minn dak imsemmi fl-Artikoli 6 u 6a; (b) li tiffissa l-isforz massimu permissibbli fis-sajd f’livell aktar baxx minn dak imsemmi fl-Artikolu 8a, (c) li tistabbilixxi kondizzjonijiet assoċjati skond il-każ. 3. Fil-każ li l-STECF jagħti parir li l-livelli minimi u ta’ prekawzjoni fl-Artikoli 5 jew il-livell tar-rata ta’ mortalità mis-sajd indikata fl-Artikolu 6(2) ma jkunux aktar tajbin biex ir-riskju li l-istokkijiet jitbattlu jinżamm baxx u biex jinżamm l-ogħla rendiment sostenibbli, il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar valuri ġodda għal dawn il-livelli." 4) Il-Kapitolu IV huwa sostitwit b’dan li ġej: " KAPITOLU IV Limitatazzjoni ta’ sforz fis-sajd Artikolu 8 Reġim ta’ sforz fis-sajd It-TACs iffissati fl-Artikoli 6 u 6a għandhom ikunu kkomplementati minn reġim ta’ sforz fis-sajd li bih opportunitajiet fis-sajd, jiġifieri fir-rigward ta’ sforzi fis-sajd, ikunu allokati lil Stati Membri fuq bażi annwali. Artikolu 8a Allokazzjonijiet ta’ sforzi fis-sajd 1. Kull sena, il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar l-isforz massimu permissibbli għal kull grupp ta’ sforz minn Stat Membru. 2. L-isforz massimu permissibbli fis-sajd għandu jkun ikkalkulat permezz ta’ linja bażi stabbilita kif ġej: (a) għal-ewwel sena ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament il-linja bażi għandha tkun stabbilita bħala l-isforz medju f’jiem kW maħduma matul is-snin 2005, 2006 u 2007, abbażi tal-parir ta’ l-STECF. (b) għas-snin ta’ wara ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-linja bażi għandha tkun ugwali għall-isforz massimu permissibbli fis-sajd tas-sena ta’ qabel. 3. Għal gruppi ta’ sforz li, abbażi ta’ l-evalwazzjoni annwali tad- data ta’ ġestjoni ta’ sforz fis-sajd, mibgħuta skond l-Artikoli 18, 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru xxx/2008[5], ikunu kkontribwew l-aktar għal qabda totali ta’ merluzz u li l-qabda totali tagħhom abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni tkun tikkonsisti mill-anqas fi 80% ta’ merluzz, l-isforz massimu permissibbli fis-sajd għandu jkun ikkalkulat kif ġej: (a) fejn japplika l-Artikolu 6, billi jkun applikat għal-linja bażi l-istess tnaqqis perċentwali bħal dak stabbilit fl-Artikolu 6 għall-mortalità fis-sajd; (b) fejn japplika l-Artikolu 6a, billi jkun applikat għal-linja bażi l-istess tnaqqis perċentwali fl-isforz fis-sajd bħat-tnaqqis tat-TAC. 4. Għal gruppi ta’ impenn barra dawk imsemmija fil-paragrafu 3, l-impenn massimu permissibbli fis-sajd għandu jinżamm fil-livell tal-linja bażi. Arti kolu 8b Obbligazzjonijiet ta’ Stat Membru 1. Għall-vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu, kull Stat Membru għandu jiddeċiedi dwar metodu ta’ allokazzjoni ta’ sforz massimu permissibbli fis-sajd lil kull wieħed mill-vapuri, abbażi tal-kriterji li ġejjin: (a) promozzjoni ta’ prattika tajba fis-sajd, inkluż it-tkabbir tal-ġbir ta’ data , tnaqqis ta’ rimi u minimizzazzjoni ta’ l-impatt fuq ħut għadu qed jikber; (b) parteċipazzjoni fi programmi ta’ kooperazzjoni biex ma jitħalliex isir qbid każwali mhux meħtieġ ta’ merluzz; (c) impatt baxx fuq l-ambjent, inkluż il-konsum ta’ fjuwil u emissjonijiet ta’ ġassijiet li jsaħħnu l-atmosfera; (d) proporzjonalità fir-rigward ta’ allokazzjoni ta’ opportunitajiet fis-sajd fir-rigward ta’ kwoti ta’ sajd. 2. Kull Stat Membru għandu joħroġ permessi speċjali tas-sajd skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94[6] għal vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu li jagħmlu attivitajiet ta’ sajd fiż-żoni ġeografiċi msemmija fl-Artikolu 2a. 3. Għal kull grupp ta’ sforz, il-kapaċità totali espressa kemm f’GT kif ukoll f’kW tal-vapuri li jkollhom permessi speċjali tas-sajd maħruġin skond il-paragrafu 2, m’għandhiex tkun akbar mill-kapaċità tal-vapuri li kienu attivi fl-2007 billi użaw it-tagħmir u stadu fiż-żona ġeografika konċernata. 4. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jżomm lista ta’ vapuri li jkollhom il-permes speċjali imsemmi fil-paragrafu 2 u li l-lista jagħmluha b’mod li tkun tista’ tinkiseb mill-Kummissjoni u minn Stati Membri oħra mis-sit elettroniku uffiċjali tiegħu. Artikolu 8c Regolazzjoni ta’ sforz fis-sajd Stati Membri għandhom jimmonitorjaw il-kapaċità u l-attività tal-flotta tagħhom permezz ta’ gruppi ta’ sforz u għandhom jieħdu azzjoni, skond il-każ, jekk l-isforz massimu permissibbli fis-sajd ikun wasal biex jintlaħaq, biex jiżguraw li l-isforz ma jaqbiżx il-limiti stabbiliti. Artikolu 8d Skambju ta’ sforz massimu permissibbli fis-sajd bejn Stati Membri L-isforz massimu permissibbli fis-sajd stabbilit skond l-Artikolu 8a għandu jkun adottat mill-Istati Membri interessati minħabba: (a) skambji ta’ kwoti magħmulin skond l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002; u (b) riallokazzjonijiet u/jew tnaqqis magħmul/in skond l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 u l-Artikoli 21(4), 23(1) u 32(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93. Artikolu 8e Skambju ta’ sforz massimu permissibbli fis-sajd bejn gruppi ta’ sforz 1. Fuq talba motivata kif imiss mingħand Stat Membru, il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, temenda l-allokazzjonijiet ta’ sforz għal dak l-Istat Membru billi tittrasferixxi ħiliet fis-sajd bejn gruppi ta’ sforz, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 4. 2. It-trasferiment għandu jitħalla jsir bejn gruppi ta’ tagħmir iżda mhux bejn żoni ġeografiċi. 3. It-trasferiment għandu jitħalla jsir biss minn grupp donatur ta’ tagħmir li jkun wera, fir-rigward tal-merluzz, qabda għal kull unità ta’ sforz (cpue) akbar minn ‘cpue’ tal-grupp riċevitur ta’ tagħmir. L-Istat Membru li jitlob it-trasferiment għandu jagħti l-informazzjoni meħtieġa dwar ‘cpue’. 4. It-trasferiment għandu jsir fuq bażi ta’ minn jum ta’ 1 kW għal ieħor ta’ 1 kW." (5) L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: " Artikolu 9 Relazzjoni mar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 Il-miżuri ta’ kontroll mogħtija f’dan il-Kapitolu għandhom japplikaw b’żieda ma’ dawk preskritti fir-Regolament (KEE) Nru 2847/93. Artikolu 9a Eżami tal-ġurnal ta’ abbord 1. Għal vapuri b’sistema ta’ monitoraġġ tal-vapur (VMS), Stati Mebri għandhom jivverifikaw li l-informazzjoni li tasal fiċ-ċentri ta’ monitoraġġ tas-sajd (FMC) tkun taqbel ma’ attivitajiet reġistrati fil-ġurnal ta’ abbord billi jużaw data tal-VMS. Kontro-eżamijiet bħal dawn għandhom ikunu rreġistrati f’għamla komputerizzata li tinqara u għall-perjodu ta’ tliet snin. 2. Kull Stat Membru għandu jżomm u jara li jkunu jistgħu jinkisbu mis-sit elettroniku uffiċjali tiegħu d-dettalji ta’ kuntatt għas-sottomissjoni ta’ dikjarazzjonijiet minn ġurnali ta’ abbord u dwar ħatt. Artikolu 9b L-użin tal-merluzz imħott l-ewwel Il-kaptan ta’ vapur tas-sajd għandu jiżgura li kull kwantità ta’ merluzz maqbud fiż-żoni msemmijin fl-Artikolu 2a u mħotta f’port tal-Komunità għandha tintiżen qabel il-bejgħ jew qabel ma tinġarr band’oħra mill-port tal-ħatt. L-imwieżen użati għal dan l-użin għandhom ikunu approvati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Il-figura li tirriżulta mill-użin għandha tintuża għad-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93. Artikolu 9c Spezzjoni ta’ punti ta’ referenza Kull Stat Membru li jkollu vapuri milqutin minn dan ir-Regolament għandu jiffissa punti ta’ referenza speċifiċi. Punti ta’ referenza bħal dawn għandhom ikunu riveduti kull tant żmien wara li tkun saret analiżi tar-riżultati miksuba. L-ispezzjoni ta’ punti ta’ referenza għandha tevolvi progressivament sakemm il-punti ta’ referenza mmirati u definiti fl-Anness II jintlaħqu. Arti kolu 9d Projbizzjoni ta’ trasbord It-trasbord ta’ merluzz fuq il-baħar huwa ipprojbit fiż-żoni ġeografiċi msemmija fl-Artikolu 2a. Artikolu 9e Sorveljanza konġunta u skambju ta’ spetturi Stati Membri interessati għandhom jagħmlu spezzjonijiet konġunti u attivitajiet ta’ sorveljanza. Artikolu 9f Programmi ta’ azzjoni ta’ kontroll nazzjonali 1. Stati Membri b’vapuri milqutin minn dan ir-Regolament għandhom jiddefinixxu programm ta’ azzjoni ta’ kontroll nazzjonali skond l-Anness III. 2. Qabel il-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, Stati Membri b’vapuri milqutin minn dan ir-Regolament għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħra milqutin minn dan ir-Regolament fuq is-sit elettroniku uffiċjali tagħhom il-programmi ta’ azzjoni ta’ kontroll nazzjonali tagħhom flimkien ma’ skeda ta’ implimentazzjoni. 3. Il-Kummissjoni għandha, mill-anqas darba fis-sena, iżżomm laqgħa tal-Kumitat tas-Sajd u l-Agrikoltura biex issir evalwazzjoni tal-konformità mal-programmi ta’ azzjoni ta’ kontroll nazzjonali u r-riżultati tagħhom dwar stokkijiet ta’ merluzz milqutin minn dan ir-Regolament." (6) Il-Kapitolu VI huwa sostitwit b’dan li ġej: "KAPITOLU VI Teħid ta’ deċiżjonijiet u dispożizzjonijiet finali Arti kolu 17 Proċedura ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet Fejn dan ir-Regolament jipprovdi għal teħid ta’ deċiżjonijiet mill-Kunsill, il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata abbażi ta’ proposta mingħand il-Kummissjoni. Artikolu 17a Emendi għall-Anness I Fuq il-bażi tal-parir ta’ l-STECF, il-Kummissjoni tista’ temenda l-Anness I ta’ dan ir-Regolament skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 u abbażi tal-prinċipji li ġejjin: (a) gruppi ta’ sforz għandhom ikunu stabbiliti b’mod omoġenju kemm jista’ jkun għall-istokkijiet bijoloġiċi maqbuda, għad-daqs tal-ħut maqbud għax immirat jew b’mod każwali u għall-effetti fuq l-ambjent ta’ l-attivitajiet tas-sajd assoċjati mal-gruppi ta’ sforz. (b) l-għadd u d-daqs ta’ gruppi ta’ sforz għandhom ikunu kost-effettivi fir-rigward ta’ ġestjoni ta’ resaponsabiltajiet relattivi għall-ħtiġijiet ta’ konservazzjoni." Artikolu 2 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2847/93 Ir-Regolament (KE) Nru 2847/93 huwa emendat kif ġej: (1) L-Artikolu 19j huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu 19j Kull Stat Membru għandu jinnotifika, mingħajr dewmien, lil Stati Membri oħra bid-dettalji ta’ identifikazzjoni tal-vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu li għalihom ikunu ġew sospiżi jew irtirati l-awtorizzazzjoni biex jagħmlu attivitajiet ta’ sajd f’medda waħda ta’ sajd jew aktar imsemmija fl-Artikoli 3 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1954/2003 jew il-permess speċjali tas-sajd maħruġ skond l-Artikolu 8b (2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2004." (2) L-Artikolu 21a huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu 21a Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi d-data li fiha l-vapuri jew ġemgħa ta’ vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu għandhom jitqiesu li laħqu l-livell massimu ta’ sforz fis-sajd f’żona tas-sajd kif stabbilit fir-Regolament imsemmi fl-Artikolu 11(2) jew (3) tar-Regolament (KE) Nru 1954/2003 u fl-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 423/2004. Minn dik id-data huwa għandu jipprojbixxi provviżorjament l-attivitajiet ta’ sajd minn dawk il-vapuri jew ġemgħa ta’ vapuri f’dik iż-żona. Il-Kummissjoni għandha tkun notifikata mill-ewwel dwar din il-miżura u mbagħad tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra." (3) L-Artikolu 21b huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu 21b Fejn il-vapuri jew ġemgħa ta’ vapuri li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru jitqiesu li jkunu eżawrew 70% ta’ l-isforz massimu fis-sajd allokat lilhom skond ir-Regolament (KE) Nru 1954/2003 u r-Regolament (KE) Nru 423/2004, l-Istat Membru interessat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-miżuri adottati skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 685/95." (4) L-Artikolu 21c huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu 21c 1. Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19i, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jitħarsu l-livelli massimi ta’ sforz fis-sajd, kif iffissati skond ir-Regolament (KE) Nru 1954/2003 u r-Regolament (KE) Nru 423/2004. 2. Wara notifika skond l-Artikolu 21a jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha tiffissa, fuq il-bażi ta’ informazzjoni li jkun hemm, id-data li fiha l-livell massimu ta’ sforz fis-sajd minn vapuri jew ġemgħa ta’ vapuri li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru għal żona ta’ sajd jitqies li jkun intlaħaq. Minn dik id-data ’l hinn, il-vapuri jew ġemgħa ta’ vapuri li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru m’għandhomx jagħmlu attivitajiet ta’ sajd fil-meded konċernati." Artikolu 3 D ħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS Dan l-Anness li ġej qiegħed fir-Regolament (KE) Nru 423/2004: " ANNESS I Gruppi ta’ sforz 1. Gruppi ta’ tagħmir (1) Xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT, PTB) bil-malji: TR.1 ugwali għal 100mm jew akbar TR.2 ugwali għal 70mm jew akbar u anqas minn 100mm TR.3 anqas minn 70mm (2) Xbieki tat-tkarkir bil-lattuni (TBB) bil-malji: BT.1 ugwali għal 80mm jew akbar BT.2 anqas minn 80mm (3) Xbieki tal-garġi, xbieki tat-tisrim (ħlief pariti) bil-malji GN.1 ugwali għal 150mm jew akbar GN.2 ugwali għal 110mm jew akbar u anqas minn 150mm GN.3 anqas minn 110mm (4) Pariti (TN.1) (5) Lenez (LL.1) 2. Gruppi ta’ żoni ġeoġrafiċi: 2.1. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw il-gruppi ġeografiċi li ġejjin: (a) Kattegat; (b) (i) Skagerrak; (ii) dik il-parti taż-żona IIIa ta’ l-ICES li mhix koperta minn Skagerrak u Kattegat; Iż-żona IV ta’ l-ICES u l-ibħra tal-KE taż-żona IIa ta’ l-ICES; (iii) iż-żona VIId ta’ l-ICES; (c) iż-żona VIIa ta’ l-ICES; (d) iż-żona VIa ta’ l-ICES; (e) Il-Baħar Ċeltiku (iż-żoni VIIe sa VIIk inklużi ta’ l-ICES). 3. Gruppi ta’ sforz: It-trasmissjoni ta’ data ta’ sforz prevista fl-Artikolu 19i tar-Regolament (KE) Nru 2847/93 għandha tuża l-kodiċijiet li ġejjin għal kull grupp ta’ sforz: Żoni | Gruppi ta’ tagħmir | (a) | (b) | (c) | (d) | (e) | TR1 | TR1a | TR1b | TR1c | TR1d | TR1e | TR2 | TR2a | TR2b | TR2c | TR2d | TR2e | TR3 | TR3a | TR3b | TR3c | TR3d | TR3e | BT1 | BT1a | BT1b | BT1c | BT1d | BT1e | BT2 | BT2a | BT2b | BT2c | BT2d | BT2e | GN1 | GN1a | GN1b | GN1c | GN1d | GN1e | GN2 | GN2a | GN2b | GN2c | GN2d | GN2e | GN3 | GN3a | GN3b | GN3c | GN3d | GN3e | TN1 | TN1a | TN1b | TN1c | TN1d | TN1e | LL1 | LL1a | LL1b | LL1c | LL1d | LL1e | ANNESSX II PUNTI TA’ REFERENZA SPEĊIFIĊI TA’ SPEZZJONI Mira 1. Kull Stat Membru għandu jiffissa punti ta’ referenza speċifiċi ta’ spezzjoni skond dan l-Anness. Strateġija 2. L-ispezzjoni u s-sorveljanza ta’ attivitajiet ta’ sajd għandhom jikkonċentraw fuq vapuri li aktarx jaqbdu l-merluzz. Spezzjonijiet każwali tat-trasport u l-kummerċjalizzazzjoni tal-merluzz għandhom jintużaw bħala mekkaniżmu komplementari ta’ kontro-eżami biex tkun ittestjata l-effikaċja ta’ l-ispezzjoni u s-sorveljanza. Prijoritajiet 3. Tipi differenti ta’ tagħmir għandhom ikunu ssuġġettati għal livelli differenti ta’ prijoratizzazzjoni, skond kemm il-flotot jintlaqtu minn limiti ta’ opportunitajiet fis-sajd. Għal din ir-raġuni, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi prijoritajiet speċifiċi. Punti ta’ referenza mmirati 4. Mhux aktar tard minn xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, Stati Membri għandhom jimplimentaw l-iskedi ta’ spezzjoni tagħhom waqt li jqisu l-miri indikati hawn taħt. Stati Membri għandhom jispeċifikaw u jiddeskrivu liema strateġija ta’ teħid ta’ kampjuni għandha tkun applikata. Il-Kummissjoni jista’ jkollha aċċess, meta titolbu, għal pjan ta’ teħid ta’ kampjuni użat mill-Istat Membru. (a) Livell ta’ spezzjoni fil-portijiet Bħala regola ġenerali, il-preċiżjoni li għandha tinkiseb għandha tkun mill-anqas ekwivalenti għal dak li għandu jinkiseb b’metodu sempliċi u każwali ta’ teħid ta’ kampjuni, fejn spezzjonijiet ikopru 20 % tal-ħatt kollu bl-użin ta’ merluzz fi Stat Membru. (b) Livell ta’ spezzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni Spezzjoni ta’ 5 % tal-kwantitajiet ta’ merluzz offruti għall-bejgħ b’irkant. (c) Livell ta’ spezzjoni fuq il-baħar Punt ta’ referenza flessibbli: li għandu jkun iffissat wara analiżi dettaljata ta’ l-attività fis-sajd f’kull żona. Punti ta’ referenza fuq il-baħar għandhom jagħmlu referenza għall-għadd ta’ jiem ta’ rondi fuq il-baħar fiż-żoni ta’ ġestjoni tal-merluzz, jekk jista’ jkun b’punt ta’ referenza separat għal jiem ta’ rondi f’żoni speċifiċi. (d) Livell ta’ sorveljanza bl-ajru Punt ta’ referenza flessibbli: li għandu jkun stabbilit wara analiżi dettaljata ta’ l-attività tas-sajd magħmula f’kull żona u wara li jkunu tqiesu r-riżorsi li jkun hemm għad-dispożizzjoni ta’ l-Istat Membru. ANNESS III Werrej tal-programmi ta’ azzjoni ta’ kontroll nazzjonali Il-programmi ta’ azzjoni ta’ kontroll nazzjonali għandu jkollhom bħala mira, fost oħrajn, li jispeċifikaw dan li ġej: 1. IL-MEZZI TA’ KONTROLL Ir-riżorsi umani 1.1. L-għadd ta’ spetturi bbażati fuq l-art u fuq il-baħar u l-perjodi u ż-żoni fejn għandhom jitqassmu. Ir-riżorsi tekniċi 1.2. L-għadd ta’ vapuri u inġenji ta’ l-ajru ta' l-għassa u l-perjodi u ż-żoni fejn dawn għandhom jitqassmu. Ir-riżorsi finanzjarji 1.3. L-allokazzjonijiet tal-baġit għat-tqassim tar-riżorsi umani, tal-vapuri u ta' l-inġenji ta’ l-ajru ta' l-għassa. 2. IR-REĠISTRAZZJONI ELETTRONIKA U R-RAPPURTAR TA’ L-INFORMAZZJONI DWAR L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD Deskrizzjoni tas-sistemi implimentati biex tkun żgurata l-konformità ma’ l-Artikoli 9a, 10, 11 u 12. 3. ID-DENOMINAZZJONI TAL-PORTIJIET Fejn ikun rilevanti, għandu jkun hemm lista ta’ portijiet indikati għall-ħatt tal-merluzz skond l-Artikolu 9e. 4. ID-DĦUL JEW IL-ĦRUĠ MINN ŻONI SPEĊIFIĊI. Deskrizzjoni tas-sistemi implimentati biex tkun żgurata l-konformità ma’ l-Artikolu 11. 5. IL-KONTROLL TAL-ĦATT Deskrizzjoni ta’ kull faċilità u/jew sistema implimentati/a biex tkun żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 9a, 9b, 9c u 15. 6. IL-PROĊEDURI TA’ SPEZZJONI Il-programmi ta’ azzjoni ta’ kontroll nazzjonali għandhom jispeċifikaw il-proċeduri li għandhom ikunu segwiti: (a) meta jkunu qed isiru spezzjonijiet fuq il-baħar u fuq l-art; (b) għall-komunikazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti maħturin minn Stati Membri oħrajn bħala responsabbli għall-programmi ta’ azzjoni ta’ kontroll nazzjonali għall-merluzz; (c) għas-sorveljanza konġunta u l-iskambju ta’ spetturi, inkluża l-ispeċifikazzjoni tas-setgħat u ta’ l-awtorità ta’ spetturi li jkunu qed joperaw fl-ibħra ta’ Stati Membri oħrajn." [1] ĠU L 70, 9.3.2004, p. 8 [2] ĠU C, p. [3] ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1 [4] ĠU L 358, 31.12.1998, p.5 [5] Jekk jogħġbok daħħal referenza għar-regolament il-ġdid dwar il-Ġbir tad- Data . [6] OJ L 171, 6.07.1994, p. 7