52008PC0124




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 3.3.2008

KUMM(2008) 124 finali

2008/0050 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf {SEG(2008) 275} {SEG(2008) 276}

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

Kuntest Ġenerali

Il-produzzjoni ta’ l-annimali tikkontribwixxi kważi nofs il-produzzjoni kollha agrikola fl-UE. L-għalf huwa l-akbar element ta’ spiża għall-5 miljun bidwi li jrabbu l-annimali fil-Komunità. Il-kundizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ l-għalf għandhom impatt kruċjali fuq il-kompetittività tas-settur tat-trobbija ta’ l-annimali. Il-qasam l-ieħor importanti ta’ l-għalf hu l-ikel ta’ l-annimali tad-dar (pets), li jixtruh ’il fuq minn 60 miljun familja li jrabbu l-pets fl-UE. L-industrija ta’ l-UE ta’ l-għalf kompost inkluż l-ikel tal-pets għandha valur ta’ bejgħ annwali ta’ kważi 50 biljun €, mingħajr ma jingħadd in-negozju tal-materjal ta’ l-għalf.

It-tikketta sservi min-naħa waħda għal skopijiet ta’ infurzar, kontroll u traċċabilità, u min-naħa l-oħra biex tipprovdi tagħrif lill-konsumatur. Minħabba li huwa l-mezz kruċjali ta’ komunikazzjoni bejn il-bejjiegħ u x-xerrej, it-tikkettar għandu jkun sempliċi u ċar kemm jista’ jkun. Ir-rekwiżiti obbligatorji għandhom jiġu verifikati ma dak li hu meħtieġ biex jippermetti lill-utent medju jagħmel għażla infurmata. It-tikkettar ta’ l-għalf għandu jitqies fil-kuntest usa’ ta’ informazzjoni lill-utent. Ix-xiri ta’ għalf għall-annimali ta’ l-irziezet huwa llum il-ġurnata attività li ssir bejn negozju u ieħor.

Għanijiet tal-proposta

Il-proġett huwa inkluż fil-programm ta’ semplifikazzjoni dejjem għaddej tal-Komunità. Għalhekk, billi l-prerekwiżit li jkun żgurat livell għoli ta’ l-għalf u s-sikurezza ta’ l-ikel fil-Komunità ntlaħaq, l-għanijiet ġenerali huma l-konsolidament, ir-reviżjoni u l-immodernizzar tad-Direttivi dwar iċ-ċirkolazzjoni u t-tikkettar ta’ materjali ta’ l-għalf u l-għalf kompost. Is-simplifikazzjoni tar-regoli attwali ma għandhomx jikkompromettu l-livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa ta' l-annimali. Il-proposta għandha tipprovdi ċarezza legali, implimentazzjoni armonizzata u għandha tiffaċilita l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Biex tiżdied il-kompetittività tas-settur ta’ l-għalf u biedja ta’ l-annimali fl-UE, ir-rekwiżiti tekniċi għandhom jiġu semplifikati u l-piż amministrattiv żejjed għandu jitneħħa. Barra minn dan, dawk li jużaw l-għalf għandu jkollhom il-jedd li jagħmlu għażla infurmata mingħajr ma jiġu żgwidati.

B’mod konkret, l-għan operazzjonali dwar il-kwistjoni ta’ l-elenkar tal-materjal ta’ l-għalf huwa l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern permezz ta’ tismija ċara u informazzjoni xierqa lill-klijent. Fir-rigward tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni hu mmirat li jiżgura li r-rekwiżiti ta’ l-awtorizzazzjonijiet qabel it-tqegħid fis-suq ikunu proporzjonati mar-riskju u li jiżgura li materjali emerġenti ta’ l-għalf ikunu speċifikati adegwatament għal użu kif suppost. Għall-għalf kompost, aktar innovazzjoni u kompetittività għandhom jintlaħqu billi jitnaqqsu r-rekwiżiti żejda fit-tikkettar. Rigward l-ikel tal-pets l-għan operazzjonali hu li tittejjeb l-approprjatezza tat-tikketti ta’ l-ikel tal-pets biex min jixtrih ikun jista’ jipprevjeni tikkettar li jiżgwida.

Dispożizzjoni eżistenti fil-qasam tal-proposta

Id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE tistabbilixxi r-regoli għaċ-ċirkolazzjoni ta’ materjali ta’ l-għalf kompost. Bħala tip speċjali ta’ għalf kompost, id-Direttiva tal-Kunsill 93/74/KEE tistabbilixxi il-prinċipji ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għal għanijiet nutrijenti partikolari (“għalf djetetiku”). Id-Direttiva tal-Kunsill 96/25/KE tinkludi r-regoli ġenerali dwar iċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta’ materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem. Id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għat-tqassim għal ’l hekk imsejħa “bijoproteini” (ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali) li jappartjenu lill-kategorija ta’ materjali ta’ l-għalf. Barra minn dawn, id-Direttiva tal-Kunsill 93/113/KE tipprovdi għal regoli dwar l-użu u l-bejgħ ta’ l-enżimi, mikro-organiżmi u l-preparazzjoni tagħhom fin-nutrijenti ta’ l-annimali u l-Artikolu 16 li għadu validu tad-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE li ġiet revokata jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għat-tikkettar ta’ l-addittivi ta’ l-għalf li huma inkorporati fl-għalf kompost.

Dawn id-dispożizzjonijiet legali huma implimentati bid-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE li tawtorizza, f’ċerti każi, it-tqegħid fis-suq ta’ għalf għall-annimali kompost f’pakketti jew reċipjenti mhux issiġillati, id-Direttiva tal-Kummissjoni 82/475/KEE li telenka l-kategoriji ta’ ingredjenti li jistgħu jintużaw għall-iskopijiet ta’ l-ittikkettjar ta’ għalf kompost għall-annimali domestiċi, id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/39/KE, li tistabbilixxi lista ta’ użu intiż tal-materjal ta’ l-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE li tadotta lista ta’ materjali li ċ-ċirkolazzjoni u l-użu tagħhom għan-nutriment ta’ l-annimali huwa pprojbit ("lista negattiva").

Il-proposta torganizza aħjar, tissemplifika, taġġorna u timmodernizza d-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħra ta’ l-Unjoni

Il-proposta tikkonforma mal-Politika tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar u l-Istrateġija ta’ Lisbona. L-enfasi hija fuq is-semplifikazzjoni tal-proċess regolamentarju, biex b’hekk jitnaqqas il-piż amministrattiv u tittejjeb il-kompetittività ta’ l-industrija ta’ l-ikel Ewropea, waqt li tiġi żgurata s-sikurezza ta’ l-ikel, u jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika u jitqiesu l-aspetti globali.

2. KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT

Konsultazzjoni tal-partijiet interessati

Intalbet l-opinjoni ta’ l-Istati Membri, ir-rappreżentanti ta’ Pajjiżi Terzi u l-partijiet interessati permezz ta’ konsultazzjonijiet, laqgħat jew waqt kuntatti bilaterali sa mill-2002 b’intensità dejjem tiżdied.

Fl-2003 il-Kummissjoni assenjat kuntrattur estern biex jagħmel studju dwar ir-reviżjoni ta’ ċerti partijiet tal-leġiżlazzjoni ta’ l-għalf. Ir-rapport finali bl-isem “Valutazzjoni tal-possibbiltà ta’ l-adozzjoni tal-proposta l-ġdida li tfassal mill-ġdid il-leġiżlazzjoni dwar it-tikkettar ta’ l-għalf u li temenda l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni/tneħħija ta’ xi kategoriji ta’ l-għalf ta’ l-annimali” ġie ppreżentat f’Ġunju ta’ l-2004.

F’Novembru 2005, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni mal-pubbliku ġenerali ta’ Tfassil ta’ Politika Interattiva biex tiġbor informazzjoni dwar l-impatti possibbli tal-kwistjonijiet prinċipali meqjusa għar-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni attwali.

F’Jannar u fi Frar 2007, saru diskussjonijiet ma’ l-Istati Membri fil-marġini tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ma’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza ta’ l-Ikel u l-partijiet interessati rappreżentati fil-Grupp Konsultattiv dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali u l-Pjanti. Dwar l-elementi ta’ l-abbozz tal-proposta leġiżlattiva, l-Istati Membri ġew ikkonsultati f’jumejn sħaħ ta’ laqgħat tal-grupp ta’ ħidma f’Ġunju u Lulju ta’ l-2007.

Valutazzjoni ta’ l-Impatt

Għal kull waħda mill-azzjonijiet ta’ politika importanti proposta fl-abbozz tar-Regolament, skond kif kien xieraq, diversi għażliet li jkopru mir-revoka ta’ rekwiżiti (deregolamentazzjoni) saż-żamma ta’ l-istatus quo, u miż-żieda ta’ miżuri obbligatorji ġodda sad-delegazzjoni tar-responsabbiltà lill-partijiet interessati (regolamentazzjoni konġunta) ġew eżaminati għar-rigward ta’ l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tagħhom fuq id-diversi partijiet interessati u awtoritajiet.

Il-Kummissjoni wettqet Valutazzjoni ta’ l-Impatt li r-rapport tagħha ġie ppreżentat flimkien ma’ din il-proposta bħala Dokument ta’ Ħidma ta’ l-Istaff tal-Kummissjoni. Din tinsab ukoll fis-sit http://ec.europa.eu/food/food/animalnutrition/labelling/index_en.htm

3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Sommarju ta’ l-azzjoni proposta

L-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ l-għalf. Waqt li tissostitwixxi l-leġiżlazzjoni attwali fil-qasam tal-marketing u l-użu ta’ ċertu għalf, hi tissemplifika u timmodernizza d-dispożizzjonijiet biex tiżgura tagħrif adegwat lill-konsumaturi filwaqt li tiżgura l-funzjonament effikaċi tas-suq intern, imsejjes fuq il-ħarsien tas-saħħa pubblika.

Bażi Ġuridika

L-Artikoli 37 u 152(4) tat-Trattat tal-KE.

Il-prinċipju tas-Sussidjarjetà

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika safejn il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità.

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri għar-raġunijiet li ġejjin:

Il-qofol ta’ l-azzjoni tal-Komunità hija l-iffissar tal-kundizzjonijiet għaċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta’ l-għalf fl-UE li ma jistgħux jiġu indirizzati kif suppost mill-Istati Membri waħedhom biex is-suq komuni intern jiffunzjona bla xkiel; l-esperjenza turi li differenzi fit-traspożizzjoni tad-Direttiva mill-Istati Membri jfixkel l-ilħiq ta’ suq komuni armonizzat jiġifieri l-moviment ħieles ta’ l-għalf. Barra minn dan, l-Unjoni għandha d-dritt li taġixxi biex ittejjeb il-produttività u d-dħul ta’ l-agrikoltura Ewropea permezz ta’ kundizzjoni ta’ produzzjoni uniformi.

Azzjoni individwali mill-Istati Membri tista’ twassal għal livelli differenti ta’ sikurezza ta’ l-għalf/ikel u tfixkel lill-konsumaturi. Per eżempju, leġiżlazzjoni armonizzata bis-sħiħ dwar iċ-ċirkolazzjoni ta’ l-għalf tnaqqas l-irtirar ta’ l-għalf mis-suq wara s-sejbien ta’ xi riskju.

L-azzjoni ta’ l-UE hija ġustifikata għall-ilħiq tal-funzjonament effikaċi tas-suq intern relatat maċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta’ l-għalf fir-rigward tal-kompetittività tan-negozju Ewropew ta’ l-għalf u l-biedja ta’ l-annimali. Barra minn dan, l-armonizzazzjoni tar-regoli hija fl-interess ta’ dawk li jużaw l-għalf fl-Ewropa biex ikunu infurmati kif jixraq.

Il-proposta għalhekk tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarità.

Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin.

Il-proposta tarmonizza l-qafas regolatorju tal-marketing u l-użu ta’ ċertu għalf u b’hekk tikkontribwixxi għal funzjonament tas-settur ta’ l-għalf fl-UE. Skond il-prerekwiżit li tiġi żgurata s-sikurezza ta’ l-ikel/l-għalf, il-miżuri leġiżlattivi proposti ġew eżaminati bir-reqqa billi tqabblu l-benefiċċji mistennija ma’ l-iżvantaġġi. Barra minn dan, f’kull qasam, saret evalwazzjoni sħiħa tal-miżuri konkreti biex dawn ma jimponux piż żejjed u mhux ġustifikat.

Fin-nuqqas ta’ l-armonizzazzjoni jinżammu l-kundizzjonijiet individwali nazzjonali ta’ marketing u produzzjoni. Il-piż amministrattiv tnaqqas.

Għażla ta’ strumenti

Strumenti proposti: Regolament Wieħed

Meta jitqies li s-semplifikazzjoni hija element kruċjali tal-proposta, l-użu ta’ regolamenti huwa ġeneralment meqjus li jgħin is-semplifikazzjoni billi jiggarantixxi li l-partijiet kollha jkollhom isegwu l-istess regoli fl-istess ħin (Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-semplifikazzjoni COM (2005)535).

Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġunijiet li ġejjin.

Il-Komunità żviluppat rekwiżiti estensivi dwar iċ-ċirkolazzjoni u l-użi ta’ l-għalf. Dawn għadhom imniżżla f’diversi Direttivi b’ħafna referenzi għal xulxin u duplikazzjonijiet. Madankollu, ir-rekwiżiti kienu ġew adottati jew bħala tweġibiet imferrxa għar-rekwiżiti tas-Suq Intern jew b’risq l-għan tal-Komunità li żżid is-sikurezza ta’ l-għalf u l-ikel. Dan irriżulta f’sensiela ta’ reġimi differenti, jista’ jkunu ġustifikat biss għal raġunijiet storiċi.

Minbarra dan, l-implimentazzjoni nazzjonali tad-Direttivi twassal għal kundizzjonijiet ta’ bejgħ mhux armonizzati li jirriżultaw f’ostakli għall-kummerċ intern ta’ l-UE kif jixhdu d-diversi każijiet imressqa quddiem il-QEĠ. Il-kwistjoni ta’ kwalifikazzjonijiet differenti ta’ ċertu għalf hija ta’ tħassib kontinwu għan-negozji, l-awtoritajiet nazzjonali u ta’ l-UE inklużi l-Qrati. L-uniformità fil-klassifikazzjoni tibqa’ mfixkla sakemm ir-regoli tal-Komunità jibqgħu stipulati f’Direttivi.

Fl-aħħarnett, id-diversi emendi varji magħmula fid-Direttivi kkonċernati kienu fil-fatt tfasslu b’tali mod li ma tħalla l-ebda "marge de manoeuvre" (spazju ta’ manuvra) fit-traspożizzjoni mill-Istati Membri, biex b’hekk kienu aktar “qishom Regolamenti” milli kienu fi spirtu ta’ Direttivi. L-għan kien preċiżament li jiġu evitati diverġenzi fl-applikazzjoni mill-Istati Membri. Għal diversi snin, il-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tan-nutrizzjoni ta’ l-annimali tfasslet b’dan il-mod, bi tweġiba għall-ħtieġa ta’ ċertezza legali mitluba mill-operaturi u sikwit mill-Istati Membri.

Fil-qosor, Regolament ġdid komprensiv jintroduċi konsistenza u ċarezza fis-settur kollu kemm hu ta’ l-għalf fl-UE.

4. IMPLIKAZZJONIJIET GħALL-BAĠIT

Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità.

5. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

Semplifikazzjoni

Il-proposta tipprovdi għas-semplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni, il-proċeduri amministrattivi għall-awtoritajiet pubbliċi (ta’ l-UE jew nazzjonali) u l-proċeduri amministrattivi għall-partiti privati.

Ir-revoka tal-possibbiltajiet mhux meħtieġa li Istati Membri jidderogaw nazzjonalment mid-dispożizzjonijiet ġenerali u l-promozzjoni ta’ derogi utli għal-livell obbligatorju Ewropew tħaffef il-leġiżlazzjoni u żżid it-trasparenza għall-partijiet ikkonċernati. It-test se jiġi aġġornat u ċċarat.

Din il-proposta hija inkluża fil-Programm dejjem għaddej tal-Kummissjoni dwar is-semplifikazzjoni u fil-Programm ta’ Ħidma u Leġiżlazzjoni 2007 tagħha bir-referenza 2007/SANCO/004.

Iż-Żona Ekonomika Ewropea

L-att propost jikkonċerna kwestjoni taż-ŻEE u għandu għalhekk jiġi estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea.

Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta

Il-Kapitolu 1 – Dispożizzjonijiet introduttorji

Id-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċirkolazzjoni u l-użu tal-materjali ta’ għalf u l-għalf kompost għandhom jiżguraw il-livell ta’ sikurezza ta’ l-għalf/ikel, waqt li jipprovdu ambjent ta’ suq modern għall-partijiet interessati. B’hekk, il-leġiżlazzjoni orizzontali u partikolari attwali fl-oqsma relatati għandha tiġi osservata. Definizzjonijiet ċari tat-tipi differenti ta’ għalf u espressjonijiet huma kruċjali għall-ilħiq ta’ dawn l-għanijiet.

Il-Kapitolu 2 – Rekwiżiti ġenerali

Ir-rekwiżiti ġenerali u tal-marketing għandhom jiġu stabbiliti għall-għalf kollu. Obbligazzjonijiet speċjali għall-manifatturi u operaturi oħra jiġu stipulati sabiex jippermettu azzjonijiet ta’ kontroll u miżuri ta’ sikurezza ta’ l-għalf xierqa.

Il-Kummissjoni se tingħata s-setgħa li żżomm u taġġorna lista ta’ materjali li t-tqegħid tagħhom fis-suq huwa pprojbit.

Il-Kapitolu 3 – It-tqegħid fuq is-suq ta’ tipi speċifiċi ta’ għalf

Kriterji ta’ impurità għall-materjali ta’ l-għalf għandhom jiġu stabbiliti u sabiex issir distinzjoni bejn materjali ta’ l-għalf u tipi oħra ta’ għalf il-Kummissjoni se jkollha l-jedd li toħroġ linji gwida.

Kjarifikazzjoni dwar għalf komplementari hija ta’ importanza partikolari fejn jirrigwarda l-kontenut massimu ta’ addittivi ta’ l-għalf.

Id-dispożizzjonijiet dwar l-għalf maħsuba għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari (għalf djetetiku) għandhom jinżammu bil-possibbiltà li tiġi aġġornata l-lista ta’ awtorizzazzjonijiet permezz tal-Komitoloġija wara konsultazzjoni ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza ta’ l-Ikel, jekk ikun meħtieġ.

Il-Kapitolu 4 – It-tikkettar, il-preżentazzjoni u l-ippakkjar

Id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar it-tikkettar tal-materjali kollha ta’ l-għalf u l-għalf kompost għandhom jiżguraw l-eżattezza u l-approprjatezza. Ir-responsabbiltà għall-eżattezza tat-tikkettar tul il-katina ta’ l-ikel għandha tiġi ċċarata. It-talbiet għandhom jissostnew xjentifikament fuq rikjesta ta’ l-awtoritajiet ta’ kontroll.

Il-dispożizzjonijiet ġenerali obbligatorji dwar it-tikkettar għandhom ikunu l-istess għall-materjali ta’ l-għalf u l-għalf kompost. It-turija ta’ addittivi ta’ l-għalf għandha tissejjes fuq il-klassifikazzjoni tas-sikurezza. Għall-ikel tal-pets il-flessibbiltà għandha tevita li t-tikkettar ta’ l-addittivi jfixkel lill-klijenti.

Rekwiżiti ta’ tikkettar speċifiku obbligatorju xieraq għandhom jiġu stabbiliti għall-materjali ta’ l-għalf, l-għalf kompost u l-għalf djetetiku.

Dawk li jużaw l-għalf għandu jkollhom id-dritt li fuq inizjattiva tagħhom jiksbu informazzjoni supplementari dwar id-dettalji tat-tikketti obbligatorji.

Għandu jiġu stabbilit tikkettar speċjali għall-għalf kontaminat.

Għandhom jiġu previsti derogi mir-rekwiżiti ta’ tikkettar bażiku u speċjali, imsejsa fuq l-esperjenzi pożittivi mgħoddija.

Għandu jiġu stabbilit il-qafas għat-tikkettar volontarju ta’ l-għalf kompost għall-annimali li jipproduċu l-ikel u għall-ikel tal-pets.

Rigward l-ippakkjar ta’ l-għalf, il-ħtieġa li dan jitqiegħed fis-suq esklużivament f’kontenituri ssiġillati se tkun possibbilment derogata taħt ċertu kundizzjonijiet.

Il-prinċipji tat-tikkettar għandhom japplikaw ukoll għall-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ l-għalf.

Il-Kapitolu 5 – Il-Katalogu Komunitarju tal-materjali ta’ l-għalf u l-Kodiċi tal-prattika tajba ta’ tikkettar

Lista aktar kompluta ta’ materjali ta’ l-għalf b’identifikazzjoni xierqa tal-prodotti tkun favorevoli f’termini ta’ trasparenza tas-suq. Meta jitqies li lista bi speċifikazzjonijiet ta’ materjali ta’ l-għalf m’għandha l-ebda influwenza fuq is-sikurezza ta’ l-għalf, u li huma l-partijiet interessati l-aktar li jafu liema huma l-prijoritajiet f’termini ta’ liema prodotti għandhom jindirizzaw l-ewwel u l-livell ta’ elenkar dettaljat, ikun proporzjonat li dan ix-xogħol jiġi delegat lill-partijiet interessati.

Fuq il-bażi ta’ esperjenzi pożittivi bl-elaborazzjoni ta’ gwidi għall-industrija dwar prattiċi tajba ta’ iġjene ta’ l-għalf, u l-interess ġustifikat tal-partijiet interessati li jkunu involuti fil-qasam, il-partijiet interessati għandhom jiġu mħeġġa jelaboraw il-Kodiċi Komunitarji għal prattiċi tajba ta’ tikkettar fi ħdan il-qafas tat-tikkettar volontarju.

Il-Kummissjoni għandha tkun involuta fl-elaborazzjoni tal-Katalogu u l-Kodiċi Komunitarji bi rwol konsultattiv u ta’ approvazzjoni finali. Għandu jiġi żgurat li l-partijiet interessati kollha rilevanti jkunu involuti fl-elaborazzjoni ta’ dawk l-istrumenti.

Il-Kapitolu 6 – Dispożizzjonijiet ġenerali u finali

L-implimentazzjoni tal-miżuri proposti fir-Regolamenti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE.

It-tikkettar ta’ premixtures (addittivi lesti minn qabel) skond kif stabbilit fl-Artikolu 16 tar-Regolament 1831/2003 għandu jiġi emendat biex jiġu rranġati xi inkonsistenzi.

L-Annessi: Dispożizzjonijiet tekniċi għat-tikkettar ta’ l-għalf għandhom jiġu stabbiliti biex jipprovdu l-ispeċifikazzjonijiet neċessarji. Dawn jinkludu dettalji konkreti ta’ tikkettar obbligatorju u volontarju konkret għall-materjali ta’ l-għalf u għall-għalf kompost. Minbarra dan, għandhom jiġu stabbiliti t-tolleranzi għall-kontroll tad-dettalji mdaħħla fit-tikketti.

.

2008/0050 (COD)

Proposta għal

RE GOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf

(Test b'relevanza għaż-ZEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 37 u 152(4)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[3],

Waqt li jaġixxu skond il-proċeduri stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[4],

Billi:

(1) L-ilħiq ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-annimali huwa wieħed mill-għanijiet fundamentali tal-liġi ta’ l-ikel, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar ta’ 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-Ikel[5]. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll l-approċċ mir-razzett għall-furketta li jqis l-għalf bħala stadju sensittiv fil-bidu tal-katina ta’ l-ikel.

(2) L-għalf jista’ jiġi kategorizzat f’materjali ta’ l-għalf, għalf kompost, addittivi ta’ l-għalf u għalf medikat. Ir-regoli għall-marketing ta’ l-addittivi ta’ l-għalf huma mniżżla fir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali[6] u għall-materjali ta’ l-għalf medikat fid-Direttiva tal-Kunsill 90/167/KEE tas-26 ta’ Marzu 1990 li tistipula l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-preparazzjoni, id-dħul fis-suq u l-użu fil-Komunità ta’ prodotti ta’ l-ikel medikati[7].

(3) Il-liġi attwali dwar iċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta’ materjali ta’ l-għalf u għalf kompost li jinkludu l-ikel tal-pets, jiġifieri Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE tat-2 ta’ April l-1979 dwar il-marketing ta’ l-għalf kompost[8], id-Direttiva tal-Kunsill 93/74/KEE tat-13 ta’ Settembru 1993 dwar l-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għal għanijiet nutrijenti partikolari[9] ("għalf djetetiku"), id-Direttiva tal-Kunsill 96/25/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar iċ-ċirkolazzjoni (u l-użu) ta’ materjali ta’ l-għalf tal-bhejjem[10] u d-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1982 li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali[11] ("bijo-proteini"), jeħtieġ li jiġu aġġornati. Is-sostituzzjoni ta’ dawk id-Direttivi ġġib magħha l-ħtieġa li tiġi sostitwita d-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE tat-2 ta’ Mejju ta’ l-1980 li tawtorizza, f’ċertu każi, it-tqegħid fis-suq ta’ għalf għall-annimali kompost f’pakketti jew reċipjenti mhux issiġillati[12].

(4) Bħala konsegwenza tas-sostituzzjoni tad-Direttiva 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 93/113/KE ta’ l-14 ta’ Diċembru ta’ 1993 l-użu u l-bejgħ ta’ l-enżimi, mikro-organiżmi u l-preparazzjoni tagħhom fin-nutrijenti ta’ l-annimali[13] għandha tiġi sostitwita wkoll. Barra minn dan, ir-revoka tad-Direttiva 79/373/KEE timplika li Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE, li baqgħet fis-seħħ wara r-revoka tad-Direttiva 70/524/KEE permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jeħtieġ li jiġi sostitwit b’dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar ta’ addittivi ta’ l-għalf inkorporati fl-għalf kompost.

(5) Peress li l-ilma mhux kopert mid-definizzjoni ta’ għalf, kif previst fil-liġi ta’ l-ikel u l-għalf tal-Komunità u ma jinbiegħx għal skopijiet ta’ nutrizzjoni ta’ l-annimali, dan ir-Regolament m’għandux jinkludi kundizzjonijiet għall-ilma użat fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali. Minflok, l-użu ta’ l-ilma min-negozji ta’ l-għalf hija koperta mir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar ta’ l-2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene ta’ l-għalf[14].

(6) B’żieda mar-rekwiżiti ta’ l-għalf kif stabbiliti fl-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u l-Artikolu 4 tar-Regolament 183/2005 ikun xieraq li jsiru dispożizzjonijiet speċjali dwar is-sikurezza u l-marketing li għandhom japplikaw ukoll għall-għalf għall-annimali li ma jipproduċux ikel.

(7) Ir-responsabbiltajiet ta’ l-operaturi tan-negozju ta’ l-għalf huma stabbiliti fl-Artikoli 17, 18 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Dawk l-Artikoli ma jkoprux l-għalf għall-annimali li ma jipproduċux ikel. L-esperjenzi reċenti wrew li dan l-għalf jista’ jimmina s-sikurezza ta’ l-għalf u ta’ l-ikel. Għalhekk, għandhom isiru provvedimenti biex jestendu l-Artikoli għall-għalf ta’ l-annimali li ma jipproduċux ikel.

(8) Sabiex jinfurzaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jagħmlu kontrolli uffiċjali skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u ta’ l-ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta’ l-annimali[15]. Dawk il-kontrolli għandhom ikopru mhux biss id-dettalji tat-tikkettar obbligatorju iżda ukoll ta’ dak volontarju. Sabiex ikunu jistgħu jsiru kontrolli tad-data dwar il-kompożizzjoni, għandhom jiġu determinati t-tolleranzi permissibbli għall-valuri fuq it-tikketti.

(9) Għall-amministrazzjoni tar-riskji ta’ sikurezza ta’ l-għalf, il-lista ta’ prodotti li t-tqegħid tagħhom fis-suq għal skopijiet ta’ nutrizzjoni ta’ l-annimali huwa projbit, kif previst bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE[16], għandha tinżamm. L-eżistenza ta’ tali lista m’għandiex tfisser li l-prodotti kollha mhux elenkati jistgħu jitqiesu bħala sikuri.

(10) Id-distinzjoni bejn materjali ta’ l-għalf, addittivi ta’ l-għalf u mediċini veterinarji għandha implikazzjonijiet fuq il-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq. Il-materjali ta’ l-għalf huma primarjament użati għal-ħtiġijiet ta’ l-annimali, per eżempju, għall-enerġija, nutrijenti, minerali jew fibri djetetiċi. Huma normalment ma jkunux definiti eżatt kimikament għajr għall-kostitwenti nutrizzjonali bażiċi. Effetti li huma ġustifikati permezz ta’ valutazzjoni xjentifika u li huma riżervati għall-addittivi ta’ l-għalf jew mediċini veterinarji għandhom jiġu esklużi mill-użijiet oġġettivi ta’ materjali ta’ l-għalf. Huwa xieraq li jsiru linji gwida għad-distinzjoni bejn it-tipi ta’ prodotti.

(11) Id-definizzjoni ta’ materjali ta’ l-għalf komplementari fid-Direttiva 79/373/KEE ħolqot problemi ta’ applikazzjoni f’diversi Stati Membri. Sabiex tkun possibbli applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni, l-għalf komplementari m’għandux jinkludi addittivi aktar minn ċertu livell.

(12) Id-Direttiva 82/471/KEE hi mmirata biex ittejjeb il-provvista b’għalf b’kontenut għoli ta’ proteini fil-Komunità. Dik id-Direttiva teħtieġ proċedura ta’ awtorizzazzjoni qabel it-tqegħid fis-suq fir-rigward tal-bijo-proteini kollha possibbli. Kienu ftit ħafna l-awtorizzazzjonijiet ġodda li ngħataw fil-passat u n-nuqqas ta’ għalf għoli fil-proteini għadu evidenti. Għalhekk, ir-rekwiżit ta’ l-awtorizzazzjoni ġenerali qabel it-tqegħid fis-suq instab li kienet projbittiva u li minflok ir-riskji tas-saħħa jistgħu jiġu ttrattati permezz tal-projbizzjoni tal-prodotti riskjużi msejsa fuq is-sorveljanza tas-suq. F’każ li r-riżultat ta’ l-istima tar-riskju ta’ bijoproteina kien jew ikun negattiv, iċ-ċirkolazzjoni tagħha għandha tiġi projbita. Għalhekk, il-ħtieġa speċjali ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta’ qabel it-tqegħid is-suq tal-bijo-proteini għandha tiġi abolita b’riżultat li s-sistema ta’ sikurezza dwar dawn il-prodotti tkun l-istess għall-materjali l-oħra ta’ l-għalf kollha.

(13) Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/74/KEE implimentati bid-Direttiva 94/39/KE li tistabbilixxi lista ta’ użu intiż tal-materjali ta’ l-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali [17] wriet li qed taħdem sew u għandha tinżamm f’forma aġġornata. L-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Ikel (minn hawn ’il quddiem imsejħa "l-Awtorità") għandha tiġi kkonsultata dwar l-effikaċja u s-sikurezza ta’ tali l-għalf fejn fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni xjentifika u teknika disponibbli ikun hemm raġunijiet li jindikaw li l-użu ta’ l-għalf speċifiku jista’ ma jilħaqx l-iskopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari jew jista’ jkollu effetti ħżiena fuq is-saħħa ta’ l-annimali, saħħet il-bniedem, l-ambjent jew il-benesseri ta’ l-annimali.

(14) It-tikkettar iservi għal skopijiet ta’ infurzar, traċċabilità u kontroll. Barra minn dan, it-tikkettar għandu jipprovdi l-informazzjoni neċessarja lill-klijenti li tippermettilhom jagħmlu l-aħjar għażla għall-bżonnijiet tagħhom u għandu jkun konsistenti, koerenti, trasparenti u li jinftiehem. Billi l-klijenti b’mod partikolari l-bdiewa ta’ l-annimali jagħmlu l-għażla tagħhom mhux biss fil-punt tax-xiri, fejn jistgħu jinfluwenzaw ir-rekwiżiti dwar l-informazzjoni tat-tikkettar fuq il-pakkett li għandhom japplikaw mhux biss għat-tikketti fuq il-prodott iżda wkoll għal tipi oħra ta’ komunikazzjoni bejn il-bejjiegħ u l-klijent. Barra minn dan, dawk il-prinċipji għandhom japplikaw ukoll għall-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ l-għalf.

(15) It-tikkettar jipprovdi informazzjoni obbligatorja, volontarja u addizzjonali. L-informazzjoni obbligatorja għandha tgħaqqad ir-rekwiżiti bażiċi u speċifiċi ta’ tikkettar għall-materjali ta’ l-għalf u għall-għalf kompost rispettivament u oħrajn addizzjonali fil-każ ta’ għalf djetetiku.

(16) Il-prinċipju eżistenti li ċertu addittivi ta’ l-għalf biss għandhom jiġu tikkettati la darba jintużaw fil-materjali ta’ l-għalf u l-għalf kompost wera li jaħdem sew. Kemm il-kategorizzazzjoni li tirriżulta mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 u kemm il-fatt li partikolarment is-sidien tal-pets jistgħu jitfixklu minħabba xi tikkettar ta’ l-addittivi jeħtieġ li jiġu aġġornati u modernizzati.

(17) Bħala konsegwenza tal-kriżijiet tal-BSE u d-dijossina, l-obbligu li jintwera l-persentaġġ bil-piż tal-materjali ta’ l-għalf kollha inklużi fl-għalf kompost kien ġie introdott fl-2002. B’mod parallel, il-livell ta’ sikurezza fl-ikel u l-għalf sadanittant tjieb b’mod sinifikattiv permezz tar-Regolamenti (KE) Nru 178/2002 u Nru 183/2005 u l-miżuri ta’ l-implimentazzjoni tagħhom, espliċitament l-enfasi tagħhom fuq ir-responsabbiltà ta’ l-operaturi tan-negozju ta’ l-għalf u l-ikel, is-sistema mtejjba ta’ traċċabbiltà, l-introduzzjoni tal-prinċipju tal-HACCP fin-negozji ta’ l-għalf u l-gwidi għal prattiċi tajba ta’ iġjene fin-negozju ta’ l-għalf. Dawn il-kisbiet pożittivi, li jirriflettu ruħhom fin-notifikazzjonijiet tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf jiġġustifikaw li l-obbligu li jintwera l-persentaġġ bil-piż tal-materjali ta’ l-għalf kollha inkorporati fl-għalf kompost għandu jitneħħa. Il-persentaġġi eżatti jistgħu jingħataw fuq bażi volontarja.

(18) Biex tkun żgurata informazzjoni xierqa lill-klijent u biex jiġi evitat li jkun żgwidat, il-persentaġġ bil-piż eżatt għandu jkun meħtieġ fil-każ li l-materjal ta’ l-għalf rispettiv ikun enfasizzat fuq it-tikkettar ta’ l-għalf kompost.

(19) F’ċerti oqsma fejn il-produttur mhux obbligat li jittikketta d-dettalji, il-klijent għandu jkollu l-possibbiltà li jitlob informazzjoni addizzjonali. Madankollu, it-turija tal-materjali ta’ l-għalf inkorporati fl-għalf kompost f’ordni axxendenti skond il-piż diġà tipprovdi informazzjoni importanti dwar id-data tal-kompożizzjoni. Meta jitqiesu l-iżviluppi reċenti fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità li jagħtu garanziji ogħla fir-rigward, b’mod partikolari, l-HACCP, it-traċċabbiltà, ir-regoli stretti ta’ l-iġjene, u l-iżvilupp ta’ gwidi Komunitarji għal prattiċi ta’ iġjene tajba, il-manifattur għandu jkun f’qagħda li jirrifjuta t-talba jekk iqis li l-kxif ta’ l-informazzjoni mitluba tikser id-drittijiet tal-propjetà intellettwali tiegħu. Dan m’għandux jaffettwa s-sikurezza ta’ l-ikel u l-għalf, billi l-awtoritajiet kompetenti dejjem għandhom id-dritt li jiksbu l-persentaġġi eżatti tal-materjali ta’ l-għalf kollha.

(20) Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf ta’ l-annimali[18] ma tirregolax it-tikkettar ta’ l-għalf b’mod eċċessiv ta’ sustanzi mhux mixtieqa. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet adegwati.

(21) Derogi mir-rekwiżiti ġenerali ta’ tikkettar għandhom jiġu previsti sakemm l-applikazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti ma tkunx meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew l-annimali jew l-interessi tal-konsumatur u tkun ta’ piż żejjed għal manifattur jew għall-operaturi tan-negozju ta’ l-għalf responsabbli għad-dettalji fuq it-tikketti. Fuq il-bażi ta’ l-esperjenza tali derogi għandhom ikunu previsti fir-rigward ta’ għalf konsenjat minn bidwi għal ieħor għall-użu fir-razzett tiegħu, għal kwantitajiet żgħar, għal għalf kompost mhux magħmul minn materjali ta’ l-għalf u għal taħlitiet ta’ qmuħ mill-pjanta sħiħa.

(22) Bħala regola ġenerali, l-għalf kompost għandu jinbiegħ f’kontenituri ssiġillati, iżda għandhom jiġu previsti derogi xierqa.

(23) Il-Parti B ta’ l-Anness tad-Direttiva 96/25/KE u l-Anness għal Direttiva 82/471/KEE fihom listi ta’ deżinjazzjonijiet, deskrizzjonijiet u dispożizzjonijiet għat-tikkettar għal ċerti materjali ta’ għalf. Dawk il-listi jiffaċilitaw l-iskambju ta’ l-informazzjoni dwar il-propjetajiet tal-prodott bejn il-manifattur u x-xerrej. Madankollu, dawk il-listi mhumiex eżawrjenti. Dan ifisser li materjali ta’ l-għalf mhux elenkati jistgħu jinbiegħu ukoll. Barra minn dan, materjali ta’ l-għalf emerġenti ilhom snin ma jiġu elenkati bir-riżultat li materjali ta’ l-għalf fis-suq koperti mil-listi naqsu. B’mod partikolari fir-rigward tal-materjali ta’ l-għalf emerġenti, dawk il-listi għandhom jiġu estiżi fl-interess tal-partijiet interessati li huma l-benefiċjarji ta’ deskrizzjonijiet xierqa tal-prodott.

(24) L-esperjenza ta’ l-involviment tal-partijiet interessati biex jiġu ffissati standards permezz ta’ linji gwida tal-Komunità fil-qasam ta’ iġjene ta’ l-għalf kienet pożittiva.kollha kemm hi. L-elenkar aktar estensiv mill-partijiet interessati seta’ jkun aktar flessibbli u addattat aħjar għal ħtiġijiet ta’ l-informazzjoni għall-utent milli kieku sar mil-leġiżlatur. Il-partijiet interessati jistgħu jiddeċiedu dwar l-isforzi ddedikati skond l-importanza tal-lista tal-materjal ta’ l-għalf partikolari. Il-listi attwali tal-materjali ta’ l-għalf fid-Direttivi 96/25/KE u 82/471/KEE għandhom isiru l-verżjoni inizjali tal-Katalogu Komunitarju tal-materjal ta’ l-għalf li jrid ikun ikkompletat mill-partijiet interessati skond l-interessi tagħhom. L-użu tal-Katalogu għandu jkun volontarju iżda sabiex ikun evitat li x-xerrej jiġi żgwidat dwar l-identità vera tal-prodott, il-manifattur għandu juri jekk jużax id-deżinjazzjonijiet elenkati fil-Katalogu jew le meta ma japplikahx.

(25) Tikkettar modern jiffaċilita ambjent kompetittiv tas-suq li fih l-operaturi kompetittivi, effiċjenti u innovattivi jistgħu jagħmlu użu sħiħ mit-tikkettar biex ibigħu l-prodotti tagħhom. Fil-konsiderazzjoni kemm tar-relazzjoni bejn in-negozji fil-bejgħ ta’ l-għalf għall-bhejjem u kemm dik bejn il-manifattur u x-xerrej ta’ l-ikel tal-pets, Kodiċi ta’ tikkettar tajjeb għal dawn iż-żewġt oqsma jista’ jkun mezz utli biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ tikkettar modern. Dawn il-kodiċi jistgħu jinterpretaw il-qafas provdut għall-itikkettar volontarju.

(26) L-involviment tal-partijiet kollha interessati huwa l-element kruċjali għall-kwalità u l-approppjatezza tal-Katalogu u l-Kodiċi għal tikkettar tajjeb. Sabiex jittejjbu d-drittijiet ta’ l-utent għall-informazzjoni xierqa, l-interess tagħhom għandu jitqies b’mod partikolari. Dan jista’ jiġi żgurat billi l-Kummissjoni tapprova l-Katalogu u l-Kodiċi.

(27) Minħabba li l-għanijiet tas-sikurezza ta’ l-ikel u l-għalf u l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern għall-għalf ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipji ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(28) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni[19].

(29) Il-poter għandu jingħata lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tiddeċiedi dwar prodotti projbiti għall-użu bħala għalf, biex tawtorizza għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari, biex tistabbilixxi lista ta’ kategoriji ta’ tikkettar ta’ materjali ta’ l-għalf għall-annimali li ma jipproduċux ikel, biex temenda l-lista ta’ dettalji tat-tikkettar volontarji u biex tadotta l-Annessi fid-dawl ta’ żviluppi xjentifiċi u tekniċi. Billi dawk il-miżuri jolqtu l-ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċeduri regolatorji bl-iskrutinju kif provdut fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(30) L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għat-tikkettar u l-ippakkjar ta’ l-addittivi ta’ l-għalf u l-premixtures. B’mod partikolari r-regoli li jikkonċernaw il-premixtures urew li jikkawżaw problemi prattiċi fl-implimentazzjoni għall-industrija u l-awtoritajiet kompetenti. Sabiex jippermettu tikkettar aktar konsistenti ta’ premixtures, dak l-Artikolu għandu jiġi emendat.

(31) Id-Direttivi 79/373/KEE, 80/511/KEE, 82/471/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE għandhom għalhekk jiġu revokati.

(32) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penalijiet li japplikaw għal ksur tad-dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Dawn il-penalijiet għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu 1 Dispożizzjonijiet in troduttorji

Artikolu 1 Suġġett

L-għan ta’ dan ir-Regolament skond il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 huwa li jarmonizza l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, sabiex tiġi żgurata l-informazzjoni għall-utenti u l-konsumaturi u l-funzjonament effikaċi tas-suq intern.

Artikolu 2 Ambitu

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ l-għalf fil-Komunità inklużi r-rekwiżiti għat-tikkettar, l-ippakkjar u l-preżentazzjoni.

2. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Komunità applikabbli għall-qasam tan-nutrizzjoni ta’ l-annimali, jiġifieri:

(a) Id-Direttiva 90/167/KEE;

(b) Id-Direttiva 2002/32/KE;

(c) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju ta’ l-2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi[20];

(d) Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman[21];

(e) Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 Settembru ta’ l-2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament[22]; u

(f) Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru ta’ l-2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti ta’ l-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE[23].

3. Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-ilma, kemm jekk jingħata direttament lill-annimali u kemm jekk jiddaħħal intenzjonalment fl-għalf.

Artikolu 3Definizzjonijiet

1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet ta’ ‘għalf’, ‘kummerċ (negozju) ta’ l-għalf’, ‘operatur tal-kummerċ (tan-negozju) ta’ l-għalf’, ‘tpoġġija (tqegħid) fis-suq’ u ‘traċċabbiltà’ kif mogħtija fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u d-definizzjonijiet ta’ “addittivi ta’ l-għalf”, “taħlitiet lesti minn qabel (premixtures)”, "għajnuniet ta’ pproċessar" u "razzjon ta’ kuljum” kif mogħtija fir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 għandhom japplikaw.

2. Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll.

(a) ‘Annimal li jipproduċi l-ikel’: kull annimal li jinżamm għall-produzzjoni ta’ l-ikel għal konsum mill-bniedem inklużi annimali li għalkemm mhux ikkunsmati jappartjenu għal speċi li normalment tista’ tiġi kkunsmata fil-Komunità;

(b) ‘Annimali li ma jipproduċux l-ikel’: annimali li jinżammu jew jitgħammru iżda li mhumiex użati għall-konsum mill-bniedem bħal annimali tal-fer, pets u annimali miżmuma fil-laboratorji, zoos u ċirkli;

(c) ‘Annimali tal-fer’: annimali miżmuma jew imrobbija għall-produzzjoni tal-fer u mhux użati għal konsum mill-bniedem;

(d) ‘Pet’ jew ‘annimal pet’: annimal li jappartjeni għal speċi mitmugħa, imrobbija jew miżmuma, iżda li mhux normali li tiġi kkunsmata min-nies fil- Komunità;

(e) ‘Materjali ta’ l-għalf’: prodotti li joriġinaw mill-ħxejjex jew l-annimali, li l-għan prinċipali tagħhom u li jaqdu l-ħtiġijiet ta’ nutrizzjoni ta’ l-annimali, fl-istat naturali tagħhom, friski jew ippriżervati, u prodotti li ġejjin mill-ipproċessar industrijali tiegħu, u sustanzi organiċi u inorganiċi, kemm jekk fihom addittivi ta’ l-għalf u kemm jekk le, li huma maħsuba għall-użu bħala għalf mitmugħ lill-annimali jew direttament bħala tali, u kemm wara l-ipproċessar, fil-preparazzjoni ta’ l-għalf kompost jew bħala ġarriera tal-premixtures;

(f) ‘Għalf kompost’: taħlita ta’ materjali ta’ l-għalf, kemm jekk fih addittivi ta’ l-għalf u kemm jekk le, għat-tmigħ f’forma ta’ għalf komplut jew komplementari;

(g) ‘Għalf komplut’: għalf kompost li, permezz tal-kompożizzjoni tiegħu, huwa biżżejjed bħala razzjoni ta’ kuljum;

(h) ‘Għalf komplementari’: għalf kompost b’minn ta’ l-inqas materjal ta’ l-għalf wieħed li għandu kontenut għoli ta’ ċerti sustanzi iżda li, permezz tal-kompożizzjoni tiegħu, ikun biżżejjed biss bħala razzjon ta’ kuljum jekk jintuża flimkien ma’ għalf ieħor;

(i) ‘Għalf minerali’: għalf komplementari li fih ta’ l-inqas 40% rmied grezz;

(j) ‘Sostitut tal-ħalib”: għalf kompost mogħti f’forma niexfa jew wara li jinħall fi kwantità ta’ likwidu għat-tmigħ ta’ annimali żgħar bħala żieda, jew sostitut għall-ħalib post-kolostrali jew għat-tmigħ ta’ għoġiela, ħrief jew gidien maħsuba għall-qatla;

(k) ‘Ġarrier’: sustanza użata biex tħoll, tnaqqas il-konċentrazzjoni jew xort’oħra timmodifika fiżikament addittiv ta’ l-għalf sabiex tiffaċilita l-immanniġġar, l-applikazzjoni jew l-użu tiegħu mingħajr ma tibdel il-funzjoni teknoloġika tiegħu u mingħajr ma toħloq l-ebda effett teknoloġiku hija nfisha;

(l) ‘Skop ta’ nutrizzjoni partikolari’: l-iskop li jkunu sodisfatti l-ħtiġijiet ta’ nutrizzjoni ta’ l-annimali li l-proċess ta’ assimilazzjoni, assorbiment jew metaboliżmu tagħhom ikun jew jista’ jiġi temporanjament jew b’mod irriversibbli danneġġjat u li għalhekk jistgħu jibbenefikaw mit-teħid ta’ għalf xieraq għal kundizzjoni tagħhom;

(m) ‘Għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari’: għalf li jista’ jissodisfa skop ta’ nutrizzjoni partikolari permezz tal-kompożizzjoni partikolari jew metodu ta’ manifattura tiegħu, li jiddistingwih b’mod ċar mill-għalf ordinarju. Għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari ma jinkludix materjali ta’ għalf medikati fit-tifsira tad-Direttiva 90/167/KEE;

(n) ‘Tul minima ta’ ħażna’: data li sa tmiemha, taħt kundizzjonijiet ta’ ħażna xierqa, il-produttur jiggarantixxi li l-għalf iżomm minn ta’ l-anqas il-propjetajiet speċifiċi tiegħu;

(o) ‘Lott’: unità ta’ produzzjoni minn pjanta waħda bl-użu ta’ parametri tal-produzzjoni uniformi jew numru ta’ tali unitàjiet, meta jkunu prodotti f’ordni kontinwu u maħżuna flimkien. Dan jikkonsisti fi kwantità identifikabbli ta’ għalf u huwa determinat minn karatteristiċi komuni, bħal ma huma l-oriġini, il-varjetà, it-tip ta’ ppakkjar, minn jippakkjahom, il-konsenjatur jew it-tikkettar;

(p) ‘It-Tikkettar’: attribuzzjoni ta’ kwalunkwe kliem, dettalji, trade mark, marka, materjal grafiku jew simbolu ta’ l għalf billi tali informazzjoni titqiegħed fuq kwalunkwe mezz bħal ippakkjar, kontenitur, avviż, tikketta, dokument, ċurkett, kullar jew fuq l-Internet b’referenza jew bħala akkumpanjament ta’ tali għalf;

(q) ‘Tikketta’: kull tabella, marka, sinjal, grafika jew materjal deskrittiv ieħor, miktub, stampat, stensiljat, immarkat, intaljat, inċiż jew mehmuż mal-kontenitur ta’ l-għalf;

(r) ‘Preżentazzjoni’: l-għamla, l-apparenza, jew l-ippakkjar u l-materjali ta’ l-ippakkjar użati għall-għalf, apparti mill-mod li bih ikun irranġat u muri.

Kapitolu 2 Rekwiżiti ġenerali

Artikolu 4 Rekwiżiti ta’ marketing u ta’ sikurezza

1. Għall-finijiet ta’ dan ir- Regolament, l-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament 178/2002 u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-għalf ta’ l-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

2. l-għalf jista’ jitqiegħed fis-suq u użat biss jekk:

(a) ikun vijabbli, ġenwin, tajjeb għall-iskop u ta’ kwalità tajba għall-bejgħ;

(b) ma jkollux effett dirett negattiv fuq l-ambjent jew il-benesseri ta’ l-annimali;

(c) ikun tikkettat, ippakkjat u ppreżentat skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, fid-Direttiva 90/167/KEE u fir-Regolament (KE) Nru 1831/2003, skond kif ikun applikabbli.

3. L-għalf għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tekniċi dwar l-impuritajiet u determinanti kimiċi oħra stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 5 Responsabbiltajiet u obbligazzjonijiet tan-negozji ta’ l-għalf

1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Artikoli 17, 18 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-għalf ta’ l-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

2. Il-manifatturi ta’ l-għalf għandhom jagħmlu disponibbli għall-awtoritajiet responsabbli mit-twettiq tal-kontrolli uffiċjali kull informazzjoni dwar il-kompożizzjoni jew propjetajiet dikjarati ta’ l-għalf li jqiegħdu fis-suq li tippermettilhom jivverifikaw l-informazzjoni mogħtija fit-tikketti.

Artikolu 6 Projbizzjoni

1. L-għalf m’għandux ikun fih materjali li t-tqegħid fis-suq jew l-użu tagħhom għal skopijiet ta’ nutrizzjoni ta’ l-annimali huwa projbit.

2. Wara li tqis b’mod partikolari l-evidenza xjentifika, il-progress teknoloġiku, in-notifiki taħt is-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf jew ir-riżultati tal-kontrolli uffiċjali skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-Kummissjoni għandha tadotta lista ta’ materjali li t-tqegħid fis-suq jew l-użu tagħhom għal skopijiet ta’ nutrizzjoni ta’ l-annimali huwa projbit.

Dawk il-miżuri li huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skond il-proċeduri regolatorji bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 29(4).

Kapitolu 3 Tqegħid fis-suq ta’ tipi speċifiċi ta’ għalf

Artikolu 7 Karatteristiċi ta’ tipi ta’ għalf

Skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 29(2), il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida li jiċċaraw id-distinzjoni bejn materjali ta’ l-għalf, addittivi ta’ l-għalf u mediċini veterinarji.

Artikolu 8 Kontenut ta’ addittivi ta’ l-għalf fl-għalf komplementari

Bla ħsara għall-kundizzjonijiet ta’ l-użu previsti fir-Regolament li jawtorizza l-addittiv ta’ l-għalf rispettiv, l-għalf komplementari m’għandux ikun fih addittivi ta’ l-għalf inkorporati f’livelli li jisbqu 100 darba l-kontenut massimu ffissat relevanti fl-għalf komplut jew ħames darbiet f’każ ta’ coċċidjostati u ħistomonostati.

Artikolu 9 Marketing ta’ għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari

Għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari jista’ jinbiegħ biss bħala tali jekk jissodisfa l-karatteristiċi nutrizzjonali essenzjali għall-iskop nutrizzjonali partikolari rispettiv, u jirrappreżenta l-użu maħsub, kif awtorizzat u mdaħħal fil-lista stabbilita skond l-Artikolu 10.

Artikolu 10 Awtorizzazzjoni ta’ użijiet maħsuba

1. Awtorizzazzjonijiet għal użijiet maħsuba jistgħu jingħataw wara li ssir applikazzjoni minn persuna stabbilita fil-Komunità jew fuq talba ta’ Stat Membru. Tali applikazzjoni jew talba għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni.

2. L-applikant għandu jimla dossier li juri li l-għalf speċifiku jilħaq l-iskop nutrizzjonali partikolari maħsub u li jkollu l-ebda effett negattiv fuq is-saħħa ta’ l-annimali, saħħet il-bniedem, l-ambjent u l-benesseri ta’ l-annimali.

3. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi d-dossier ta’ l-applikazzjoni lill-Istati Membri.

4. Jekk, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni xjentifika u teknika disponibbli l-Kummissjoni jkollha raġunijiet x’jindikaw li l-użu ta’ l-għalf speċifiku jista’ ma jilħaqx l-iskop nutrizzjonali partikolari maħsub jew jista’ jkollu effetti negattivi fuq is-saħħa ta’ l-annimali, saħħet il-bniedem, l-ambjent u l-benesseri ta’ l-annimali, il-Kummissjoni għandha tressaq talba għal valutazzjoni flimkien mad-dossier lill-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Ikel (‘l-Awtorità’) fi żmien tliet xhur. L-Awtorità għandha tagħti opinjoni fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi t-talba. Dan il-limitu ta’ żmien għandu jiġi estiż kull meta l-Awtorità titlob informazzjoni supplementari mill-applikant.

5. Fi żmien sitt xhur wara li tgħaddi dan id-dossier lill-Istati Membri jew, jekk ikun xieraq, wara li tirċievi l-opinjoni ta’ l-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament biex toħroġ jew tiċħad l-awtorizzazzjoni rispettiva u tistabbilixxi lista, kif imsemmi fl-Artikolu 9, skond il-każ.

Dawk il-miżuri li huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skond il-proċeduri regolatorji bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 29(4).

6. It-tneħħija ta’ użu maħsub elenkat tista’ tintalab mill-applikant oriġinali jew minn Stat Membru. It-talba għandha tkun akkumpanjata minn dossier li jiġġustifika t-tneħħija. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tibda l-proċedura ta’ tneħħija f’każijiet li dwarhom ikollha informazzjoni sostanzjali disponibbli biex toħloq dossier rispettiv.

7. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dan id-dossier lill-Istati Membri u lill-applikant oriġinali għall-kummenti. Il-proċedura kif stabbilita fil-paragrafi 4 u 5 għandha tapplika mutatis mutandis.

Kapitolu 4T ikkettar, preżentazzjoni u Ppakkjar

Artikolu 11Prinċipji ġenerali

1. It-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ l-għalf m’għandhomx jiżgwidaw lill-utent

(a) fir-rigward ta’ l-użijiet maħsuba u l-karatteristiċi ta’ l-għalf, b’mod partikolari, in-natura, il-metodu tal-manifattura jew produzzjoni, l-identità, il-propjetajiet, il-kompożizzjoni, il-kwantità, id-durabilità, l-ispeċi jew il-kategoriji ta’ l-annimali li għalihom huwa maħsub;

(b) billi jattribwixxi effetti jew karatteristiċi li l-għalf m’għandux jew billi jissuġġerixxu li għandu karatteristiċi speċjali meta fil-fatt kull għalf simili jkollu tali karatteristiċi.

(c) fir-rigward tal-konformità tat-tikkettar mal-Katalogu tal-Komunità u l-Kodiċi tal-Komunità msemmija fl-Artikoli 25 u 26.

2. Materjali ta’ l-għalf kompost u għalf kompost mibjugħa sfużi jew f’pakketti jew kontenituri mhux issiġillati skond l-Artikolu 23(2) għandhom ikunu akkumpanjati minn dokument li fih id-dettalji tat-tikkettar obbligatorju kollha skond dan ir-Regolament

3. Fejn għalf jiġi offrut għall-bejgħ permezz ta’ komunikazzjoni distanti kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[24] id-dettalji tat-tikkettar obbligatorji meħtieġa minn dan ir-Regolament għandhom jidhru fuq il-materjal li jaoppoġġja l-bejgħ distanti.

4. Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar ġenerali huma stabbiliti fl-Anness II.

5. It-tolleranzi u d-diskrepanzi bejn il-valuri kompożizzjonali ta’ l-għalf jew l-għalf kompost murija fit-tikketta u l-valuri analizzati fil-kontrolli uffiċjali skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 huma elenkati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 12 Responsabbiltà

1. Il-manifattur ta’ l-għalf huwa responsabbli għad-dettalji tat-tikkettar għandu jiżgura t-turija u l-eżattezza sostantiva tagħhom.

2. Jekk l-għalf jinbiegħ bl-isem jew l-isem tan-negozju ta’ operatur ta’ negozju ta’ l-għalf li mhux il-manifattur innifsu, dak l-operatur tan-negozju ta’ l-għalf huwa responsabbli għad-dettalji fuq it-tikketti.

3. Safejn l-attivitajiet tagħhom jaffettwaw it-tikkettar fi ħdan in-negozju taħt il-kontroll tagħhom, l-operaturi ta’ negozju ta’ l-għalf għandhom jiżguraw li l-informazzjoni provduta bi kwalunkwe mezz tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

4. L-operaturi ta’ negozju ta’ l-għalf responsabbli għal attivitajiet ta’ bejgħ bl-imnut jew ta’ distribuzzjoni li ma jaffetwawx it-tikkettar għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta biex jaġevolaw l-iżgurar tal-konformità mar-rekwiżiti tat-tikkettar, b’mod partikolari billi ma jipprovdux għalf li jafu jew setgħu jobsru, li fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni fil-pussess tagħhom u bħala professjonisti, ma jikkonformax ma’ dawk ir-rekwiżiti.

5. Fi ħdan in-negozju taħt il-kontroll tagħhom l-operaturi tan-negozju ta’ l-għalf għandhom jiżguraw li d-dettalji obbligatorji tat-tikketti jistgħu jiġu trażmessi tul il-katina ta’ l-ikel kollha sabiex jippermettu l-għoti ta’ l-informazzjoni lill-utent aħħari skond dan ir-Regolament.

Artikolu 13 Affermazzjonijiet

1. It-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ l-għalf tista’ tiġbed l-attenzjoni partikolari għall-preżenza jew in-nuqqas ta’ sustanza fl-għalf, għal xi karatteristika jew proċess ta’ nutrizzjoni speċifiku jew għal xi funzjoni speċifika relatata ma’ kwalunkwe minn dawn, sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu issodisfati:

(a) l-affermazzjoni tkun oġġettiva, verifikabbli mill-awtoritajiet kompetenti u mifhuma mill-utent ta’ l-għalf, u

(b) il-persuna responsabbli għat-tikkettar tipprovdi meta mitluba mill-awtoritajiet kompetenti prova xjentifika tal-verità ta’ l-affermazzjoni, jew permezz ta’ evidenza xjentifika disponibbli pubblikament jew permezz ta’ riċerka dokumentata mill-kumpanija. Is-sostanzjalment xjentifiku għandu jkun disponibbli fil-ħin li l-għalf jitqiegħed fis-suq.

2. Bla ħsara għall-paragrafu 1, affermazzjonijiet li jikkonċernaw l-ottimizzazzjoni tan-nutrizzjoni u s-sostenn jew il-protezzjoni tal-kundizzjonijiet fiżjoloġiċi huma permessi jekk ma jkunux imsejsa fuq azzjoni farmakoloġika jew immunoloġika.

3. It-tikkettar jew il-preżentazzjoni ta’ l-għalf m’għandhomx jaffermaw li l-għalf

(a) jipprevjeni, jikkura jew ifejjaq xi marda, jew

(b) għandu skopijiet ta’ nutrizzjoni u karatteristiċi partikolari għajr dawk imniżżla fil-lista imsemmija fl-Artikolu 9.

Artikolu 14 Preżentazzjoni tad-dettalji obbligatorji fit-tikketti

1. Id-dettalji obbligatorji fit-tikketti għandhom jingħataw fl-intier tagħhom f’post prominenti fuq il-pakkett, il-kontenitur jew fuq tikketta mehmuża miegħu, b’mod li jidher sew, jinqara faċilment u ma jitħassarx, f’minn ta’ l-inqas bil-lingwa jew waħda mill-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru li fih isir it-tqegħid fis-suq.

2. Id-dettalji obbligatorji fit-tikketti għandhom ikunu faċilment identifikabbli u mhux mgħottija minn xi informazzjoni oħra. Huma għandhom jintwerew f’kulur, tipa u daqs li ma jgħattix jew jenfasizza xi parti ta’ l-informazzjoni, sakemm tali varjazzjoni ma ssirx biex tinġibed l-attenzjoni għal xi dikjarazzjoni ta’ prekawzjoni.

3. L-ispeċifikazzjonijiet għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu inklużi fil-Kodiċi tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 26.

Artikolu 15 Rekwiżiti dwar tikkettar ġenerali obbligatorju

Materjal ta’ l-għalf jew għalf kompost m’għandux jitqiegħed fis-suq sakemm id-dettalji li ġejjin ma jintwerewx fit-tikketti:

(a) it-tip ta’ għalf: ‘materjal ta’ l-għalf’, ‘għalf komplut’ jew ‘għalf komplementari’, kif ikun xieraq;

fir-rigward ta’ ‘għalf komplementari’ id-deżinjazzjonijiet li ġejjin jistgħu jintużaw fejn ikun xieraq: ‘għalf minerali’, ‘għalf sostitut komplut tal-ħalib’ jew ‘għalf sostitut komplementari tal-ħalib’;

fir-rigward tal-pets barra għajr qtates u klieb ‘għalf komplut’ jew ‘għalf komplementari’ jista’ jiġi sostitwit minn‘għalf kompost’;

(b) l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz ta’ operatur tan-negozju ta’ l-għalf responsabbli għad-dettalji tat-tikketta;

(c) jekk ikun ingħata, in-numru ta’ l-approvazzjoni ta’ l-istabbiliment mogħti skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jew skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005. Jekk manifattur għandu diversi numri għandu juża dak miksub taħt ir-Regolament 183/2005;

(d) in-numru ta’ referenza tal-lott;

(e) il-kwantità netta espressa f’unitajiet ta’ massa fil-każ ta’ prodotti solidi, u f’unitajiet ta’ massa jew volum fil-każ ta’ prodotti likwidi;

(f) il-lista ta’ addittivi ta’ l-għalf preċeduta mill-isem u l-kontenut skond il-Kapitolu I ta’ l-Anness V jew VI, skond kif japplika, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tat-tikkettar stipulati fir-Regolament li jawtorizza l-addittiv ta’ l-għalf rispettiv.

(g) il-kontenut ta’ umdità skond il-punt 6 ta’ l-Anness I.

Artikolu 16 Rekwiżiti dwar tikkettar obbligatorju speċifiku għall-materjali ta’ l-għalf

1. B’żieda mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 15, it-tikkettar tal-materjali ta’ l-għalf għandu jinkludi wkoll l-isem tal-materjal ta’ l-għalf akkumpanjat minn dikjarazzjoni obbligatorja li tikkorrispondi mal-kategorija rispettiva mniżżla fil-lista fl-Anness IV.

2. Id-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu sostitwiti bid-dettalji stabbiliti fil-Katalogu tal-Komunità msemmi fl-Artikolu 25.

3. Jekk l-isem tal-materjal ta’ l-għalf użat jikkorrispondi ma’ wieħed mill-ismijiet inklużi fil-Katalogu tal-Komunità msemmi fl-Artikolu 25, iżda l-persuna responsabbli għat-tikkettar mhux qed tapplika d-dispożizzjoni tiegħu, dan għandu jintwera b’mod ċar fuq it-tikketta.

Artikolu 17 Rekwiżiti speċiifiċi ta’ tikkettar obbligatorju għall-għalf kompost

1. B’żieda mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 15, it-tikkettar ta’ l-għalf kompost għandu jinkludi wkoll dawn li ġejjin:

(a) l-ispeċi jew kategorija ta’ l-annimali li għalihom hu maħsub l-għalf kompost;

(b) l-istruzzjonijiet għall-użu xieraq li jindikaw l-iskop li għalih l-għalf huwa maħsub;

(c) fil-każ li l-manifattur mhuwiex il-persuna responsabbli għad-dettalji fuq it-tikketta, għandhom jiġu provduti dawn li ġejjin:

- l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-manifattur, jew

- in-numru ta’ l-identifikazzjoni kif mogħti skond Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005; jekk tali numru ta’ l-identifikazzjoni ma jkunx inħareġ, numru ta’ reġistrazzjoni, attribwit lill-manifattur fil-format stabbilit fil-Kapitolu II ta’ l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 183/2005;

(d) l-indikazzjoni tat-tul minimu ta’ ħażna skond ir-rekwiżiti li ġejjin:

- ‘uża qabel…’ segwit mid-data li tispeċifika xahar partikolari f’każ ta’ għalf li jeħżien malajr minħabba l-proċessi ta’ degradazzjoni;

- ‘l-aħjar qabel…’ segwit mid-data li tispeċifika xahar partikolari fil-każ ta’ għalf ieħor.

Jekk id-data tal-manifattura tkun fit-tikketta, id-data tista’ tkun speċifikata wkoll bħala ‘… (perjodu ta’ ġranet jew xhur) wara d-data tal-manifattura’;

(e) il-lista tal-materjali ta’ l-għalf li minnhom huwa kompost l-għalf, li ġġib l-intestatura “kompożizzjoni” u turi l-isem ta’ kull materjal ta’ l-għalf u telenka dawk il-materjali ta’ l-għalf f’ordni dixxendenti skond il-piż; dik il-lista tista’ tinkludi l-persentaġġ tal-piż.

(f) id-dikjarazzjonijiet obbligatorji previsti fil-Kapitolu II ta’ l-Anness V jew VI, skond kif japplika.

2. Fir-rigward tal-lista msemmija fil-paragrafu 1(e), ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) l-isem u l-persentaġġ tal-piż tal-materjal ta’ l-għalf għandu jintwera jekk il-preżenza tiegħu hija msemmija jew enfassizzata fuq it-tikketta fi kliem, stampi jew grafika;

(b) jekk il-persentaġġi tal-piż tal-materjali ta’ l-għalf inkorporati f’għalf kompost għall-annimali li jipproduċu l-ikel ma jkunux murija fuq it-tikketta, il-manifattur għandu, jekk jintalab, jagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar id-data tal-kompożizzjoni kwantitattiva f’medda ta’ +/- 15% tal-valur skond il-formulazzjoni ta’ l-għalf, sakemm ma jikkunsidrax din l-informazzjoni bħala kummerċjalment sensittiva u li l-kxif tagħha jista’ jikser id-drittijiet tal-propjetà intellettwali tiegħu;

(c) fil-każ ta’ għalf kompost maħsub għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel, it-turija ta’ l-isem speċifiku tal-materjal ta’ l-għalf jista’ jiġi sostitwit mill-isem tal-kategorija li fiha jappartjeni l-materjal ta’ l-għalf.

3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2(c), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ kategoriji ta’ materjali ta’ l-għalf li jistgħu jiġu indikati minflok il-materjali ta’ l-għalf individwali fit-tikketta ta’ l-għalf għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

Dawk il-miżuri li huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissuplimentawh għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 29(4).

Artikolu 18 Rekwiżiti addizzjonali ta’ tikkettar għall-għalf maħsub għal skopijiet partikolari ta’ nutrizzjoni

B’żieda mar-rekwiżiti ġenerali obbligatorji stabbiliti fl-Artikoli 15 u 16 jew fl-Artikolu 17, skond kif japplika, it-tikkettar ta’ l-għalf maħsub għal skopijiet partikolari ta’ nutrizzjoni għandu jinkludi wkoll:

(a) it-terminu li jikkwalifikah ‘djetetiku’, li hu riżervat biss għall-għalf maħsub għal skopijiet partikolari ta’ nutrizzjoni, maġenb id-deżinjazzjoni ta’ l-għalf kif stabbilita fl-Artikolu 15(a);

(b) id-dettalji preskritti għall-użu maħsub rispettiv fil-kolonni 1, 2, 3, 4, 5 u 6 tal-lista kif imsemmi fl-Artikolu 9;

(c) l-indikazzjoni li għandha tintalab l-opinjoni ta’ espert nutrizzjonali qabel l-użu ta’ l-għalf jew qabel l-estensjoni tal-perjodu ta’ l-użu.

Artikolu 19 Rekwiżiti addizzjonali ta’ tikkettar għall-ikel tal-pets

Fuq it-tikketta ta’ l-ikel tal-pets għandu jintwera numru tat-telefon b’xejn li jippermetti lill-klijent jikseb informazzjoni b’żieda mad-dettalji obbligatorji dwar:

(a) l-addittivi ta’ l-għalf inkorporati fl-ikel tal-pets, u

(b) il-materjali ta’ l-għalf inkorporati li huma deżinjati bil-kategorija kif imsemmi fl-Artikolu 17(2)(c).

Artikolu 20 Rekwiżiti ta’ tikkettar addizzjonali għall-għalf kontaminat

Flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 15, 16, 17 u 18, għalf li jkun fih livell ta’ sustanzi mhux mixtieqa ogħla minn dak permess skond id-Direttiva 2002/32/KE għandu jiġi tikkettat bħala ‘għalf b’livell(i) eċċessiv(i) ta’ … (deżinjazzjoni tas-sustanza(i) mhux mixtieqa skond l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE), maħsub biss għall-istabbilimenti ta’ detossifikazzjoni awtorizzati’. L-awtorizzazzjoni ta’ dawk l-istabbilimenti għandha tkun ibbażata fuq l-Artikolu 10(2) jew (3) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005.

Fil-każ li jkun maħsub li l-kontaminazzjoni tiġi mnaqqsa jew eliminata permezz tat-tindif, it-tikkettar addizzjonali ta’ l-għalf kontaminat għandu jkun ‘għalf b’livell(i) eċċessiv(i) ta’ … (deżinjazzjoni tas-sustanza(i) mhux mixtieqa skond l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE), għall-użu biss bħala għalf wara tindif adegwat’.

Artikolu 21 Derogi

1. Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 15(c), (d) u (e) u l-Artikolu 16(2) m’għandhomx ikunu meħtieġa fejn qabel kull tranżazzjoni x-xerrej ikun iddikjara bil-miktub li m’għandux bżonn din l-informazzjoni. Tranżazzjoni tista’ tikkonsisti f’diversi konsenji.

2. Dwar l-għalf ippakkjat id-dettalji msemmija fl-Artikolu 15(c), (d) u (e) u l-Artikolu 17(1)(c), (d) u (e) jistgħu jingħataw fuq il-pakkett barra mill-post tat-tikketta kif imsemmi fl-Artikolu 14(1). F’tali każijiet għandu jiġi indikat il-post fejn jidhru dawn id-dettalji.

3. Bla ħsara għall-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, id-dettalji msemmija fl-Artikolu 15(c), (d) u (e) u Artikolu 16(2) ta’ dan ir-Regolament m’għandhomx ikunu obbligatorji għal materjali ta’ l-għalf li ma fihomx addittivi ta’ l-għalf, bl-eċċezzjoni ta’ priżervattivi jew addittivi tal-ħżin f’sajlo, u li huma prodotti u mwassla minn operatur tan-negozju ta’ l-għalf skond l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 lil utent ta’ l-għalf għall-produzzjoni primarja għall-użu fl-istabbiliment tiegħu.

4. Id-dikjarazzjonijiet obbligatorji msemmija fl-Artikolu 17(1)(f) m’għandhomx ikunu meħtieġa għal taħlitiet ta’ qmuħ minn pjanti sħaħ.

5. Fil-każ ta’ l-għalf kompost magħmul minn mhux iktar minn tliet materjali ta’ l-għalf id-dettalji msemmija fl-Artikolu 17(1)(a) u (b) m’għandhomx ikunu meħtieġa fejn il-materjali ta’ l-għalf użati jidhru b’mod ċar fid-deskrizzjoni.

6. Għal kwantitajiet li ma jisbqux 20 kg ta’ materjali ta’ l-għalf jew għalf kompost maħsuba għall-utent aħħari u mibjugħa sfużi, id-dettalji msemmija fl-Artikoli 15, 16 u 17 jistgħu jinġiebu għall-attenzjoni tax-xerrej permezz ta’ avviż xieraq fil-punt tal-bejgħ. F’dan il-każ, id-dettalji msemmija fl-Artikolu 15(a) u l-Artikolu 16(1) jew l-Artikolu 17(1)(a) u (b) għandhom, kif ikun xieraq, jiġu stampati għall-benefiċċju tal-klijent l-iktar tard fuq il-fattura.

7. Għal kwantitajiet ta’ ikel tal-pets li ma jisbqux ir-razzjon ta’ kuljum ta’ l-ispeċi ta’ l-annimal rispettiv mibjugħa f’pakketti b’diversi kontenituri, id-dettalji msemmija fl-Artikolu 15(b), (c) u (f) u l-Artikolu 17(1)(c), (e) u (f) jistgħu jingħataw fuq il-pakkett biss minflok fuq kull kontenitur.

8. Permezz ta’ deroga mid-dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali għall-għalf maħsub għall-annimali miżmuma għal skopijiet xjentifiċi jew sperimentali bil-kundizzjoni li t-tikketta tiegħu turi b’mod ċar dan l-iskop. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 22 Tikkettar volontarju

1. Flimkien mar-rekwiżiti tat-tikkettar obbligatorju, it-tikkettar ta’ l-għalf kompost jista’ jinkludi wkoll dettalji ta’ tikkettar volontarju, sakemm il-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 11 ikunu osservati.

2. It-tikkettar volontarju addizzjonali jista’ jinkludi biss id-dettalji li ġejjin:

(a) dikjarazzjonijiet mhux obbligatorji kif stabbilit f l-Annessi V u VI;

(b) il-pajjiż tal-produzzjoni jew manifattura;

(c) id-deskrizzjoni jew it-trade mark tal-prodott;

(d) indikazzjoni tal-kundizzjoni fiżika ta’ l-għalf jew l-ipproċessar speċifiku li jkun għadda minnu;

(e) il-kontenut ta’ l-umdità;

(f) id-data tal-manifattura;

(g) kundizzjonijiet speċjali tal-ħażna;

(h) il-prezz tal-prodott.

3. Il-Kummissjoni tista’ temenda l-lista tad-dettalji stabbilita fil-paragrafu 2.

Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 29(4).

Artikolu 23 Ippakkjar

1. Għalf jista’ jitqiegħed fis-suq biss f’pakketti jew kontenituri ssiġillati. L-ippakkjar jew il-kontenituri għandhom ikunu ssiġillati b’tali mod li, meta l-ippakkjar jew il-kontenitur jinfetaħ, is-siġill jinkiser u ma jkunx jista’ jerġa’ jintuża.

2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-għalf li ġej jista’ jitqiegħed fis-suq sfuż jew f’pakketti jew kontenituri mhux issiġillati:

(a) materjali ta’ l-għalf;

(b) għalf kompost miksub esklużivament b’taħlit ta’ qmuħ jew frott sħiħ.

(c) konsenji bejn produttur ta’ l-għalf kompost u ieħor;

(d) konsenji ta’ għalf kompost direttament lill-utent ta’ l-għalf;

(e) konsenji minn produtturi ta’ l-għalf kompost lid-ditti ta’ l-ippakkjar;

(f) kwantitajiet ta’ għalf kompost li ma jisbqux 50 kilogramma fil-piż u li huma maħsuba għall-utent aħħari u meħuda direttament minn pakkett jew kontenitur issiġillat;

(g) blokki jew pakkeġġi.

Artikolu 24 Bidla tal-pakkett

1. Jekk lott jinqasam, id-dettalji obbligatorji tat-tikkettar previsti f’dan ir-Regolament, flimkien ma’ referenza għall-lott inizjali, għandhom jiġu ripetut fuq il-pakkett, kontenitur jew dokument li jakkumpanjah għal kull porzjon tal-lott.

2. Fejn il-kompożizzjoni ta’ l-għalf hija modifikata wara li tkun tqiegħed fis-suq id-dettalji obbligatorji tat-tikkettar għandhom jiġu addattati skond dan taħt ir-responsabbiltà ta’ l-operatur tan-negozju ta’ l-għalf responsabbli għall-modifikazzjoni ta’ l-għalf.

Kapitolu 5 Il-katalogu tal-Komunità dwar materjali ta' l-għalf u l-kodiċi tal-Komunità ta' prassi tajba ta' tikkettar

Artikolu 25 Il-Katalogu tal-Komunità tal-materjali ta’ l-għalf

1. Il-Katalogu tal-Komunità tal-materjali ta’ l-għalf (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Katalogu’) għandu jiġi stabbilit bħala għodda li ttejjeb it-tikkettjar tal-materjali ta' l-għalf. Hu għandu jinkludi għal kull materjal ta’ l-għalf elenkat:

(a) l-isem;

(b) in-numru ta’ l-identifikazzjoni;

(c) deskrizzjoni tal-materjal ta’ l-għalf inkluża l-informazzjoni dwar il-proċess tal-manifattura, jekk ikun xieraq;

(d) dettalji speċifiċi dwar il-kompożizzjoni nutrizzjonali li għandha tiġi inkluża fit-tikkettar kif imsemmi fl-Artikolu 16(2);

(e) glossarju bid-definizzjoni tal-proċessi u espressjonijiet tekniċi differenti msemmija.

2. L-ewwel entrati fil-Katalogu għandhom ikunu dawk elenkati fil-Parti B ta’ l-Anness tad-Direttiva 96/25/KE u l-Anness tad-Direttiva 82/471/KEE u għandhom isegwu l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29(2).

3. Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27 għandha tapplika għall-emendi fil-Katalogu.

4. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu japplikaw mingħajr ħsara għar-rekwiżiti ta' sikurezza kif stipulati fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 26 Kodiċi tal-Komunità dwar prattiċi tajba ta’ tikkettar

1. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ l-iżvilupp ta’ żewġ Kodiċi tal-Komunità ta’ prattika tajba ta’ tikkettar (minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘Kodiċi’), wieħed għall-ikel tal-pets u wieħed għall-għalf ta’ l-annimali li jipproduċu l-ikel. Huma għandhom jirreferu għall-iskop tat-tikkettar volontarju previst fl-Artikolu 22 u jappoġġjaw titjib fl-approprjatezza tat-tikkettar.

2. Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27 għandha tapplika għall-istabbiliment u għal kull emenda li ssir fil-Kodiċi.

Artikolu 27Stabbiliment tal- Katalogu u tal-Kodiċi

1. Fejn jinħolqu l-Katalogu u l-Kodiċi, għandhom jiġu żviluppati u emendati, kif xieraq mir-rappreżentanti kollha xierqa tas-setturi Ewropej tas-setturi ta’ l-għalf:

(a) b'konsultazzjoni mal-partijiet l-oħra kkonċernati, bħalma huma l-utenti ta’ l-għalf;

(b) f’kollaborazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri u, fejn ikun xieraq, ma’ l-Awtorità;

(c) jitqiesu l-esperjenzi relevanti mill-opinjonijiet mogħtija mill-Awtorità u l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku.

2. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-Katalogu, l-abbozz tal-Kodiċi u l-abbozzi ta’ l-għalih skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 29(2) sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu:

(a) dawn ikunu ġew żviluppati skond il-paragrafu 1;

(b) il-kontenuti tagħhom ikun prattikabbli fil-Komunità kollha għas-setturi li għalihom jirreferu; u

(c) ikunu xierqa biex jilħqu l-għanijiet rispettivi.

3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika t-titoli u r-referenzi tal-Katalogu u l-Kodiċi fis-Serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Kapitolu 6 Dispożizzjonijiet ġenerali u finali

Artikolu 28 Emendi fl-Annessi u miżuri li jimplimentawhom

1. Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Annessi I sa VI sabiex taddattahom fid-dawl ta’ l-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi.

Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċeduri regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 29(4).

2. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolament jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 29(3).

Artikolu 29 Proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, imwaqqaf permezz ta’ l-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Kumitat’.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu japplika, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tiegħu.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tiegħu.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5a (1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tiegħu.

Artikolu 30 Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1831/2003

L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huwa emendat kif ġej:

(1) Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘(d) fejn ikun xieraq, in-numru ta’ l-approvazzjoni ta’ l-istabbiliment li jimmanifattura jew iqiegħed fis-suq l-addittivi ta’ l-għalf jew il-premixture skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill *;

* ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1.’;

(b) Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

‘Fil-każ ta’ premixtures, il-punti (b), (d), (e) u (g) m’għandhomx japplikaw għall-additivi ta’ l-għalf inkorporati.’

(2) Il-Paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘3. B’żieda ma’ l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1, il-pakkett jew il-kontenitur ta’ l-addittivi ta’ l-għalf li jappartjenu għal grupp funzjonali speċifikat fl-Anness III jew ta’ premixture li fiha addittiv li jappartjeni lil grupp funzjonali speċifikat fl-Anness III għandu jkollu l-informazzjoni, ippreżentata f’mod li jidher sew, jinqara faċilment u li ma jitħassarx, imsemmija f’dak l- Anness.’

(3) Il-Paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘4. Fil-każ ta’ premixtures, il-kelma ‘Premixture’ għandha tidher b’ittri kbar fuq it-tikketta u l-ġarriera għandhom jiġu dikjarati, fil-każ ta’ materjali ta’ l-għalf, skond l-Artikolu 17(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ l-għalf]]*.

* ĠU L … .’.

Artikolu 31Revoka

Id-Direttivi 79/373/KEE, 80/511/KEE, 82/471/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE huma revokati

Referenzi għad-Direttivi revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VII.

Artikolu 32 Penalijiet

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penalijiet finanzjarji applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu kull miżura neċessarja sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni tagħhom. Il-penalijiet previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn [id-data ta’ applikazzjoni] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti li taffetwahom.

Artikolu 33 Miżuri tranżizzjonali

Il-miżuri tranżizzjonali għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 29(3).

Artikolu 34Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-[għoxrin ġurnata] wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Hu għandu japplika mit-tnax il-xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

DISPOżIZZJONIJIET TEKNIċI DWAR

impuritajiet, sostitut tal-ħalib, materjal ta’ l-għalf GĦAT-TGĦAQQID JEW denaturizazzjoni, IL-livelli ta’ l-irmied U L- KONTENUT TA’ L-UMDITÀ MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4

1. Il-materjali ta’ l-għalf għandhom, skond il-prattiċi ta’ manifattura tajba kif stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 183/2005 ikunu ħielsa minn impuritajiet kimiċi li jirriżultaw mill-proċess tal-manifattura tagħhom u mill-għajnuniet ta’ l-iproċċessar, sakemm ma jkunx ġie ffissat kontenut massimu speċifiku fil-Katalogu msemmi fl-Artikolu 25.

2. Il-purità botanika tal-materjal ta’ l-għalf m’għandiex tkun inqas minn 95 %, sakemm ma jkunx ġie stabbilit livell differenti fil-Katalogu kif imsemmi fl-Artikolu 25. L-impuritajiet botaniċi jinkludu l-impuritajiet ta’ materjali ta’ pjanti bla effett ħażin fuq l-annimali bħal pereżempju tiben u żrieragħ u speċi oħrajn ta’ ħaxix selvaġġ ikkoltivat. Fir-rigward ta’ l-impuritajiet botaniċi bħal ma huma r-residwi ta’ żrieragħ taż-żejt oħra jew frott taż-żejt ieħor miksuba minn proċess preċedenti ta’ manifattura, m’għandux jisboq 0.5 % għal kull tip ta’ żerriegħa taż-żejt jew frotta.

3. Il-livell tal-ħadid fl-għalf sostitut tal-ħalib għall-għoġiela ta’ piż ħaj inqas minn jew daqs 70 kilogramma għandu jkun minn ta’ l-inqas 30 milligrammi kull kilogramm ta’ l-għalf komplut b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %.

4. Fejn il-materjal ta’ l-għalf jintuża biex jiddenatura jew jgħaqqad materjali ta’ l-għalf oħra, il-prodott jista’ xorta waħda jiġi kkunsidrat bħala materjal ta’ l-għalf. L-isem, in-natura u l-kwantità tal-materjal ta’ l-għalf użat biex jgħaqqad jew jiddenatura għandu jkun ittikkettat. Jekk materjal ta’ l-għalf ikun mgħaqqad b’materjal ta’ l-għalf ieħor il-persentaġġ ta’ dan ta’ l-aħħar m’għandux jisboq 3 % tal-piż totali.

5. Il-livell ta’ rmied li ma jinħallx fl-aċidu idrokloriku m’għandux jisboq 2.2 % tal-materjal niexef. Madankollu, il-livell ta’ 2.2 % jista’ jinqabeż, f’każ ta’

- materjali ta’ l-għalf;

- għalf kompost li fih aġenti minerali li jgħaqqdu awtorizzati;

- għalf kompost minerali;

- għalf kompost li fih iżjed minn 50 % ross jew pitravi taz-zokkor jew prodotti li ġejjin minnhom;

- għalf kompost maħsub għall-ħut tal-farm li fih kontenut ta’ dħin tal-ħut ta’ iżjed minn 15 %,

sakemm il-livell ikun dikjarat fuq it-tikketta.

6. Sakemm l-ebda livell ieħor ma jkun stabbilit fl-Anness III jew il-Katalogu msemmija fl-Artikolu 25 il-kontenut ta’ l-umdità ta’ l-għalf għandu jitniżżel jekk jisboq:

- 5 % fil-każ ta’ għalf minerali li ma fihx sustanzi organiċi;

- 7 % fil-każ ta’ għalf sostitut tal-ħalib u għalf kompost ieħor li fih kontenut ta’ prodott tal-ħalib li jisboq 40 %;

- 10 % fil-każ ta’ għalf minerali li fih sustanzi organiċi;

- 14 % fil-każ ta’ għalf ieħor.

ANNESS II

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR IT-TIKKETTAR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 11(4)

1. Il-kontenut u l-livelli indikati jew li għandhom jiġu dikjarati jirrelataw għall-piż ta’ l-għalf, għajr fejn ikun speċifikat mod ieħor.

2. Il-lista ta’ l-addittivi għandha tkun preċeduta mill-intestatura ‘addittivi kull kg’

3. L-indikazzjoni numerika tad-dati ssegwi l-ordni ta’ ġurnata, xahar u sena, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fuq it-tikketta.

4. Espressjonijiet sinonimi f’ċerti lingwi;

(a) Bil-Ġermaniż id-deżinjazzjoni “Futtermittel-Ausgangserzeugnis” tista’ tiġi sostitwita minn “Einzelfuttermittel”, fil-Grieġ “πρώτη ύλη ζωοτροφών” tista’ tiġi sostitwita minn “απλή ζωοτροφή” u fit-Taljan “materie prime per alimenti degli animali” tista’ tiġi sostitwita minn “mangime semplice”;

(b) Fid-deżinjazzjoni ta’ l-ikel tal-pets l-espressjonijiet li ġejjin huma permessi: Fl-Olandiż “samengesteld voeder”; fl-Ingliż ‘pet food’; fl-Ungeriż “állateledel”; fit-Taljan “alimento”; fil-Pollakk "karma"; Fis-Sloven " hrane za hišne živali; u fl-Ispanjol “alimento”.

5. L-istruzzjonijiet għall-użu xieraq ta’ l-għalf komplementari li fih addittivi li jisbqu l-livelli massimi ffissati għall-għalf komplut għandhom jiddikjaraw il-kwantità massima fi grammi jew kilogrammi ta’ għalf komplementari kull annimal kull jum.

6. Mingħajr ma jiġu affettwati l-metodi analitiċi, l-espressjoni "proteini grezzi " tista’ tiġi sostitwita minn "proteini", "żjut jew xaħmijiet mhux mirduda " tista’ tiġi sostitwita minn “kontenut ta’ xaħam” u "irmied grezz" tista’ tiġi sostitwita minn “residwu ta’ l-inċinerazzjoni” jew “materjal organiku ".

ANNESS III

TOLLERANZI GĦAT-TIKKETTJAR TAL-KOMPOŻIZZJONI TA’ MATERJALI ‘ TA’ L-GĦALF U GĦALF KOMPOST PREVISTI FL-ARTIKOLU 11(5)

1. It-tolleranzi stabbiliti f’dan l-Anness jinkludu devjazzjonijiet tekniċi u analitiċi. Ladarba t-tolleranzi li jkopru l-inċertezzi fil-kejl u l-varjazzjonijiet proċedurali jiġu ffissati fil-livell Komunitarju, il-valuri ffissati fil-paragrafu 2 għandhom jiġu adottati skond dan biex ikopru biss it-tolleranzi tekniċi.

2. Fejn il-kompożizzjoni tal-materjal ta’ l-għalf jew għalf kompost jinstab li jiddevja mill-kompożizzjoni mogħtija fit-tikketta b’mod li jnaqqas il-valur tiegħu, it-tolleranzi li ġejjin huma permessi:

(a) għall-proteini grezzi, zokkrijiet, lamtu u inulina;

- 3 unitajiet għal kontenut dikjarat ta’ 30 % jew aktar,

- 10 % tal-kontenut dikjarat ta’ inqas minn 30 % iżda mhux inqas minn 10 %,

- 1 unità għal kontenut dikjarat ta’ inqas minn 10 %;

(b) għall-fibri grezzi, żjut u xaħmijiet mhux mirduda;

- 2,2 unitajiet għal kontenut dikjarat ta’ 15 % jew aktar,

- 15 % tal-kontenut dikjarat ta’ inqas minn 15 % iżda mhux inqas minn 5 %,

- 0,8 ta’ unità għal kontenut dikjarat ta’ inqas minn 5 %;

(c) għall-umdità, irmied grezz, irmied li ma jinħallx fl-aċidu idrokloriku u kloruri bħal NaCl, fosfru totali, sodju, karbonat tal-kalċju, kalċju, manjeżju, indiċi ta’ l-aċidu u materjal insolubbli f’petroljum ħafif:

- 1.5 unitajiet għal kontenut dikjarat (valuri) ta’ 15 % (15) jew aktar, kif ikun xieraq,

- 10 % tal-kontenut dikjarat (valur) għal kontenut dikjarat (valuri) ta’ inqas minn 15 % (15), iżda mhux inqas minn 2 % (2), kif ikun xieraq,

- 0,2 ta’ unità għal kontenut dikjarat (valuri) ta’ inqas minn 2 % (2), kif ikun xieraq.

(d) Għall-valur enerġetiku 5% u għall-valur proteiku 10 %;

(e) għall-addittivi ta’ l-għalf[25];

- 10 % jekk il-kontenut dikjarat hu 1000 unità jew aktar;

- 100 unità għal kontenut dikjarat ta’ inqas minn 1000 unità iżda mhux inqas minn 500 unità;

- 20 % tal-kontenut dikjarat ta’ inqas minn 500 unità iżda mhux inqas minn 1 unità;

- 0,2 ta’ unità għal kontenut dikjarat ta’ inqas minn 1 unità iżda mhux inqas minn 0,5 ta’ unità;

- 40 % tal-kontenut dikjarat ta’ inqas minn 0,5 ta’ unità.

Dawn it-tolleranzi għandhom japplikaw ukoll għal-livelli massimi ta’ l-addittivi ta’ l-ikel fl-ikel kompost.

3. Sakemm ma jinqabżux il-livelli massimi ffissati għall-għalf, id-devjazzjoni mill-kontenut dikjarat tista’ tasal sa tliet darbiet it-tolleranza stabbilita fil-paragrafu 2.

4. Għall-addittivi ta’ l-ikel li jappartjenu lill-grupp ta’ mikro-organiżmi, il-limitu massimu għandu jikkorrispondi mal-livell massimu ffissat.

- ANNESS IV

DETTALJI TAT-TIKKETTAR OBBLIGATORJU GħALL-MATERJAL TA’ L-GħALF SKOND L-ARTIKOLU 16(1)

Materjal ta’ l-għalf li jikkonsisti fi | Dikjarazzjoni obbligatorja ta’ |

1. | Għalf għal bhejjem u għalf oħxon | Proteina grezza, jekk > 10 % Fibra grezza |

2. | Qamħ taċ-ċereali |

3. | Il-prodotti ta’ u l-prodotti sekondarji mill-qamħ taċ-ċereali | Lamtu, jekk > 20 % Proteina grezza, jekk > 10 % Żejt u xaħmijiet mhux mirduda, jekk > 5 % Fibra grezza |

4. | Żerriegħa taż-żejt, frott taż-żejt |

5. | Il-prodotti ta’ u l-prodotti li ġejjin miż-żerriegħa taż-żejt, mil-frott taż-żejt | Proteina grezza, jekk > 10 % Żejt u xaħmijiet mhux mirduda, jekk > 5 % Fibra grezza |

6. | Żerriegħa tal-legumi |

7. | Il-prodotti ta’ u l-prodotti sekondarji miż-żerriegħa tal-legumi | Proteina grezza, jekk > 10 % Fibra grezza |

8. | Tuberi, għeruq |

9. | Il-prodotti ta’ u l-prodotti sekondarji mit-tuberi u mill-għeruq | Lamtu Fibra grezza Irmied ma jinħallx fl-HCl, jekk > 3.5 % |

10. | Il-prodotti ta’ u l-prodotti sekondarji mill-industrija ta’ l-ipproċessar tal-pitrava taz-zokkor | Fibra grezza, jekk > 15 % Zokkor totali, ikkalkulat bħala zokkor tal-kannamieli Irmied ma jinħallx fl-HCl, jekk > 3.5 % |

11. | Il-prodotti ta’ u l-prodotti sekondarji mill-industrija ta’ l-ipproċessar taz-zokkor tal-kannamieli | Fibra grezza, jekk > 15 % Zokkor totali ikkalkulat bħala zokkor tal-kannamieli |

12. | Żerriegħa u frott ieħor, il-prodotti tagħhom u l-prodotti sekondarji minnhom | Proteina grezza Fibra grezza Żejt u xaħmijiet mhux mirduda, jekk > 10 % |

13. | Pjanti oħra, il-prodotti tagħhom u l-prodotti sekondarji minnhom | Proteina grezza, jekk > 10 % Fibra grezza |

14. | Prodotti tal-ħalib u l-prodotti sekondarji minnhom | Proteina grezza Umdità, jekk > 5 % Lattosju, jekk > 10 % |

15. | Prodotti ta’ l-annimali ta’ l-art u l-prodotti sekondarji minnhom | Proteina grezza, jekk > 10 % Żejt u xaħmijiet mhux mirduda, jekk > 5 % Umdità, jekk > 8 % |

16. | Ħut, annimali marini oħra, il-prodotti tagħhom u l-prodotti sekondarji minnhom | Proteina grezza, jekk > 10 % Xaħam grezz, jekk > 5 % Umdità, jekk > 8 % |

17. | Minerali | Kalċju Sodju Fosfru Minerali relevanti oħra |

18. | Mixxellanji | Proteina grezza, jekk > 10 % Fibra grezza Żejt u xaħmijiet mhux mirduda, jekk > 10 % Lamtu, jekk > 30 % Zokkor totali, bħala zokkor tal-kannamieli, jekk > 10 % Irmied ma jinħallx fl-HCI, jekk > 3.5 % |

ANNESS V

DETTALJI TAT-TIKKETTAR GħALL-ANNIMALI LI JIPPRODUċU L-IKEL

Il-Kapitolu I: Addittivi ta’ l-għalf imsemmija fl-Artikoli 15(f) u 22(2)

1. L-addittivi li ġejjin għandhom jiġu elenkati bl-isem tagħhom, l-ammont miżjud, in-numru ta’ l-identifikazzjoni u l-isem rispettiv tal-grupp funzjonali kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jew il-kategorija fil-każ ta’ ‘koċċidjostati u ħistomonostati’:

(a) addittivi fejn il-kontenut massimu jkun iffissat,

(b) addittivi li jappartjenu lill-kategoriji ‘addittivi zootekniċi ’ u ‘koċċidjostati u ħistomonostati’,

(c) addittivi li jappartjenu lill-grupp funzjonali ta’ ‘l-urea u d-derivattivi tagħha’ tal-kategorija ‘addittivi nutrizzjonali ’ kif stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

2. Addittivi ta’ l-għalf mhux imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu indikati volontarjament fl-istess forma sħiħa jew parzjali.

3. L-operaturi tan-negozju ta’ l-għalf li jqiegħdu l-għalf fis-suq għandhom juru l-ismijiet ta’ l-addittivi ta’ l-għalf mhux imsemmija fil-paragrafu 1 lill-klijent fuq talba tiegħu.

4. Jekk addittiv ta’ l-għalf nutrizzjonali msemmi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huwa tikkettat volontarjament, il-livell ta’ l-inkorporazzjoni tiegħu għandu jintwera.

5. Jekk addittiv jappartjeni għal aktar minn wieħed mill-gruppi funzjonali, il-grupp li huwa approprjat għal funzjoni prinċipali tiegħu fil-każ ta’ l-għalf partikolari għandu jintwera.

Il-Kapitolu II: Kostitwenti analitiċi msemmija fl-Artikoli 17(1)f u 22(2)

Għalf | Kostitwenti analitiċi u l-livelli | Speċi jew kategorija ta’ annimali li jipproduċu l-ikel |

Dikjarazzjonijiet obbligatorji | Dikjarazzjonijiet mhux obbligatorji |

Għalf komplut | - Proteina grezza - Fibra grezza - Żejt u xaħmijiet mhux mirduda - Irmied grezz - Lamtu - Zokkor totali (bħala zokkor tal-kannamieli) - Zokkor totali bil-lamtu - Valur ta’ l-enerġija* - Valur tal-proteina* - Frazzjonijiet tal-fibra - Liżin - Metjonina - Aċidu amminiku ieħor - Vitamini - Elementi traċċa - Kalċju - Sodju - Fosfru - Potassju - Manjeżju | L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha Ħnieżer u tjur Ħnieżer u tjur | L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha Annimal li jixtarr Speċi barra minn ħnieżer u tjur Speċi barra minn ħnieżer u tjur L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha |

Għalf komplementari– Minerali | - Proteina grezza - Fibra grezza - Żejt u xaħmijiet mhux mirduda - Irmied grezz - Lamtu - Zokkor totali (bħala zokkor tal-kannamieli) - Zokkor totali bil-lamtu - Valur ta’ l-enerġija* - Valur tal-proteina* - Frazzjonijiet tal-fibra - Liżin - Metjonina - Aċidu amminiku ieħor - Vitamini - Elementi traċċa - Kalċju - Sodju - Fosfru - Potassju - Manjeżju | Ħnieżer u tjur Ħnieżer u tjur L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha Annimal li jixtarr | L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha Annimal li jixtarr Speċi barra minn ħnieżer u tjur Speċi barra minn ħnieżer u tjur L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha Speċi barra minn annimal li jixtarr |

Għalf komplementari– Oħrajn | - Proteina grezza - Fibra grezza - Żejt u xaħmijiet mhux mirduda - Irmied grezz - Lamtu - Zokkor totali (bħala zokkor tal-kannamieli) - Zokkor totali bil-lamtu - Valur ta’ l-enerġija* - Valur tal-proteina* - Frazzjonijiet tal-fibra - Liżin - Metjonina - Aċidu amminiku ieħor - Vitamini - Elementi traċċa - Kalċju ≥ 5 % < 5 % - Sodju - Fosfru ≥ 2 % < 2 % - Potassju - Manjeżju | L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha Ħnieżer u tjur Ħnieżer u tjur L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha Annimal li jixtarr | L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha Annimal li jixtarr Speċi barra minn ħnieżer u tjur Speċi barra minn ħnieżer u tjur L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha barra minn annimali li jixtarru |

* Il-valur għandu jiġi dikjarat skond il-metodu tal-KE jekk ikun disponibbli jew skond il-metodu nazzjonali uffiċjali fl-Istat Membru fejn l-għalf jitqiegħed fis-suq jekk ikun disponibbli.

ANNESS VI

DETTALJI TA’TIKKETTAR GħALL-ANNIMALI LI MA JIPPRODUċUX IKEL

Il-Kapitolu I: Addittivi ta’ l-għalf kif imsemmija fl-Artikolu15(f) u 22(2)

1. L-addittivi li ġejjin għandhom jiġu elenkati bl-isem u/jew in-numru ta’ l-identifikazzjoni tagħhom, l-ammont miżjud u l-isem rispettiv tal-grupp funzjonali kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jew il-kategorija fil-każ ta’ ‘koċċidjostati u ħistomonostati’:

(a) addittivi fejn kontenut massimu huwa ffissat,

(b) addittivi li jappartjenu lill-kategoriji ‘addittivi zootekniċi’ u ‘koċċidjostati u ħistomonostati’,

(c) addittivi li jappartjenu lill-grupp funzjonali ta’ ‘l-urea u d-derivattivi tagħha’ tal-kategorija ‘addittivi nutrizzjonali ’ kif stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

2. Addittivi ta’ l-għalf mhux imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu indikati volontarjament fl-istess forma sħiħa jew parzjali.

3. Jekk addittiv ta’ l-għalf nutrizzjonali kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ikun tikkettat volontarjament, il-livell ta’ l-inkorporazzjoni tiegħu għandu jintwera.

4. Jekk addittiv jappartjeni għal aktar minn grupp funzjonali wieħed, il-grupp approprjat għall-funzjoni prinċipali tiegħu fil-każ ta’ l-għalf partikolari għandu jintwera.

Il-Kapitolu II: Kostitwenti analitiċi kif imsemmija fl-Artikolu 17(1)(f) u 22(2)

Għalf | Kostitwenti analitiċi u l-livelli | Speċi jew kategorija ta’ annimali li ma jipproduċux ikel |

Dikjarazzjonijiet obbligatorji | Dikjarazzjonijiet mhux obbligatorji |

Għalf komplut | - Proteina - Fibri djetetiċi - Żejt u xaħmijiet mhux mirduda - Irmied grezz - Lamtu - Zokkor totali (bħala zokkor tal-kannamieli) - Zokkor totali bil-lamtu - Valur ta’ l-enerġija* - Aċidu amminiku - Vitamini - Elementi traċċa - Kalċju - Sodju - Fosfru - Potassju - Manjeżju | Qtates u klieb Qtates u klieb Qtates u klieb Qtates u klieb | Speċi barra minn qtates u klieb Speċi barra minn qtates u klieb Speċi barra minn qtates u klieb Speċi barra minn qtates u klieb L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha |

Għalf komplementari - Minerali | - Proteina - Fibri djetetiċi - Żejt u xaħmijiet mhux mirduda - Irmied grezz - Lamtu - Zokkor totali (bħala zokkor tal-kannamieli) - Zokkor totali bil-lamtu - Valur ta’ l-enerġija* - Aċidu amminiku - Vitamini - Elementi traċċa - Kalċju - Sodju - Fosfru - Potassju - Manjeżju | L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha | L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha |

Għalf komplementari- Oħrajn | - Proteina - Fibri djetetiċi - Żejt u xaħmijiet mhux mirduda - Irmied grezz - Lamtu - Zokkor totali (bħala zokkor tal-kannamieli) - Zokkor totali bil-lamtu - Valur ta’ l-enerġija* - Aċidu amminiku - Vitamini - Elementi traċċa - Kalċju - Sodju - Fosfru - Potassju - Manjeżju | Qtates u klieb Qtates u klieb Qtates u klieb Qtates u klieb | Speċi barra minn qtates u klieb Speċi barra minn qtates u klieb Speċi barra minn qtates u klieb Speċi barra minn qtates u klieb L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha L-ispeċi kollha |

ANNES S VII

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 79/373/EEC | Direttiva 96/25/EC | Atti oħra: Direttivi 80/511/EEC (1), 82/471/EEC (2), 93/74/EEC (3) or 93/113 EC (4) | Dan ir-Regolament |

- | - | - | Artikolu 1 |

Artikolu 1 | Artikolu 1 | (2), (4): Artikolu 1 (3): Artikolu 4 | Artikolu 2 |

Artikolu 2 | Artikolu 2 | (2), (3): Artikolu 2 | Artikolu 3 |

- | - | - | Artikolu 4(1) |

Artikolu 3 | Artikolu 3 | (3): Artikolu 1(2) | Artikolu 4(2) |

Artikolu 4 | Artikolu 4(3) |

- | - | - | Artikolu 5(1) |

Artikolu 12 | (3): Artikolu 10(2) | Artikolu 5(2) |

Artikolu 10a(3) | Artikolu 11(b) | (2): Artikolu 8 | Artikolu 6 |

- | - | - | Artikolu 7 |

- | - | - | Artikolu 8 |

(3): Artikolu 3 | Artikolu 9 |

(3): Artikolu 6 | Artikolu 10 |

Artikolu 5e | Artikolu 11(1) |

Artikolu 5(2) | Artikolu 5(1) | (2): Artikolu 5(2) | Artikolu 11(2) |

- | - | - | Artikolu 11(3) |

Artikolu 5(6) | Artikolu 4 u 6(4) | Artikolu 11(4) |

Artikolu 6 | Artikolu 4 | Artikolu 11(5) |

Artikolu 5(1) | Artikolu 5(1) | Artikolu 12 |

Artikolu 5e | Artikolu 5(2) | (3): Artikolu 5(6) | Artikolu 13 |

Artikolu 5(1), Artikolu 11 | Artikolu 5(1), Article 9 | Artikolu 14 |

Artikolu 5(1) u 5(5)(c) | Artikolu 5(1) | (4): Artikolu 7(1)E u Direttiva 70/524/EEC: Artikolu 16 | Artikolu 15 |

Artikolu 5(1)(c), (d) u 7 | Artikolu 16 |

Artikolu 5(1), 5c u 5d | Artikolu 17(1) |

- | - | - | Artikolu 17(2) |

Artikolu 5c(3) | Artikolu 17(3) |

(3): Artikolu 5(1), (4), (7) u 6(a) | Artikolu 18 |

- | - | - | Artikolu 19 |

Artikolu 8 | Artikolu 20 |

Artikolu 6(1)(a) | Artikolu 21(1) |

Artikolu 5(5)(d) | Artikolu 21(2) |

Artikolu 6(3)(a) | Artikolu 21(3) |

Artikolu 5(5)(b) | Artikolu 21(4) |

Artikolu 5(5)(a) | Artikolu 21(5) |

Artikolu 5(2) | Artikolu 5(3), 6(1)(b) | Artikolu 21(6) |

- | - | - | Artikolu 21(7) |

Artikolu 14(c) | Artikolu 21(8) |

Artikolu 5(3), 5c(4) u 5e | Artikolu 5(2) | Artikolu 22 |

Artikolu 4(1) | (1): Artikolu 1 | Artikolu 23 |

Artikolu 5(4) | Artikolu 24 |

- | - | - | Artikolu 25 |

- | - | - | Artikolu 26 |

- | - | - | Artikolu 27 |

Artikolu 10 | Artikolu 11 | Artikolu 28 |

Artikolu 13 | Artikolu 13 | (2): Artikolu 13 u 14 (3): Artikolu 9 | Artikolu 29 |

- | - | - | Artikolu 30 |

- | - | - | Artikolu 31 |

- | - | - | Artikolu 32 |

- | - | - | Artikolu 33 |

- | - | - | Artikolu 34 |

Anness Parti A(2), (3), (4) | Anness Parti A(II), (VI), | Anness I |

Anness Part iA(1) u Article 5(6), | Artikolu 6(4) | Anness II |

Anness Parti A(5), (6) | Anness Parti A(VII) | Anness III |

Anness Parti C | Anness IV |

Anness Parti B | Anness V |

Anness Parti B | Anness VI |

[1] ĠU C , , p. .

[2] ĠU C , , p. .

[3] ĠU C , , p. .

[4] ĠU C , , p. .

[5] ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).

[6] ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

[7] ĠU L 92, 7.4.1990, p. 42.

[8] ĠU L 86, 6.4.1979, p. 30. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).

[9] ĠU L 237, 22.9.1993, p. 23. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

[10] ĠU L 125, 23.5.1996, p. 35. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar permezz ta’ Regolament (KE) Nru 806/2003.

[11] ĠU L 213, 21.7.1982, p. 8. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/116/KE (ĠU L 379, 24.12.2004, p. 81).

[12] ĠU L 126, 21.5.1980, p. 14. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/67/ KE (ĠU L 261, 24.9.1998, p. 10).

[13] ĠU L 334, 31.12.1993, p. 17. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/40/ KE (ĠU L 180, 9.7.1997, p. 21).

[14] ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1.

[15] ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1) .

[16] ĠU L 67, 5.3.2004, p. 31.

[17] ĠU L 207, 10.8.1994, p. 20.

[18] ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/77/KE (ĠU L 271, 30.9.2006, p. 53).

[19] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

[20] ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1

[21] ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.

[22] ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

[23] ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.

[24] ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.

[25] 1 unità f’dan il-paragrafu tfisser 1 mg, 1.000 IU, 1x109 CFU jew 100 unità ta’ attività enżimatika ta’ l-addittiv ta’ l-għalf rispettiv.