52008PC0105

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE dwar il-konservazzjoni ta’ l-għasafar selvaġġi, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni - Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju /* KUMM/2008/0105 finali - COD 2008/0038 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 26.2.2008

KUMM(2008) 105 finali

2008/0038 (COD)

Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE dwar il-konservazzjoni ta’ l-għasafar selvaġġi, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Il-kuntest tal-proposta

1.1 Riforma tal-proċeduri tal-komitoloġija

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[1], ġiet emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta’ Lulju 2006[2].

L-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE kif emendata jintroduċi proċedura regolatorja ġdida bi skrutinju għall-miżuri b'ambitu ġenerali li għandhom l-għan li jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inkluż li jitħassru xi wħud minn dawn l-elementi jew li l-istrument jiġi ssupplimentat biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali.

1.2. Allinjament prijoritarju u allinjament ġenarali

B'dikjarazzjoni konġunta[3], il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni elenkaw lista ta' strumenti bażiċi li l-adattament tagħhom għad-Deċiżjoni emendata kien urġenti sabiex tiġi introdotta l-proċedura regolatorja l-ġdida bi skrutinju (allinjament prijoritarju). Sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti l-oħra adottati b'kodeċiżjoni diġà fis-seħħ meta d-Deċiżjoni 2006/512/KE daħlet fis-seħħ, id-dikjarazzjoni konġunta titlob ukoll l-adattament ta' dawn l-istrumenti, b'konformità mal-proċeduri applikabbli (allinjament ġenerali).

Il-Kummissjoni ntrabtet li teżamina dawn l-istrumenti kollha, bil-għan li sa tmiem l-2007 tressaq il-proposti leġiżlattivi meħtieġa biex jadattawhom, jekk ikun il-każ, għall-proċedura regolatorja l-ġdida bi skrutinju[4].

1.3. Il-metodu osservat

Billi dan issemma fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2007[5], il-Kummissjoni wettqet eżami bir-reqqa ta’ l-istrumenti legali kollha adottati b'kodeċiżjoni, sabiex identifikat dawk l-istrumenti li jippermettu lill-Kummissjoni tadotta miżuri ta’ firxa ġenerali għall-emendar ta’ elementi mhux essenzjali ta’ l-istrument bażiku. B'hekk, il-Kummissjoni identifikat aktar minn 200 att legali li jeħtieġu jiġu adattati.

Uħud minn dawn l-atti jinsabu fil-programm ta’ kodifikazzjoni tal-Kummissjoni. Dan hu l-każ tad-Direttiva tal-Kunsill tat-2 ta’ April 1979 dwar il-konservazzjoni ta’ l-għasafar selvaġġi (79/409/KEE)[6]. Skond safejn ikun wasal il-proċess ta’ kodifikazzjoni, l-adattament għall-proċedura l-ġdida għandu jsir jew bit-tibdil tal-proposta kkodifikata u riformulata, jew inkella, bħal f'dan il-każ, b'emenda leġiżlattiva.

2. Elementi ġuridiċi tal-proposta

L-għan ta’ l-adattament huwa li jintroduċi fl-atti fis-seħħ il-proċedura regolatorja bi skrutinju, kif stabbilita fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE emendata.

B'mod partikolari, l-Artikolu 15 għandu jiġi adattat għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, għaliex jipprevedi l-adottar ta' miżuri li jkunu ta' firxa ġenerali u maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 79/409/KEE, fost l-oħrajn billi jikkomplementaha.

L-Artikolu 17 għandu jiġi emendat biex tinkludi referenza għall-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Peress li l-istrument bażiku huwa Direttiva, l-adattament għandu jsir permezz ta’ strument ekwivalenti.

2008/0038 (COD)

Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE dwar il-konservazzjoni ta’ l-għasafar selvaġġi, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[7],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[8],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[9],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[10],

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE[11] tistipula li għandhom jiġu adottati ċerti miżuri skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[12].

(2) Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li introduċiet proċedura regolatorja bi skrutinju għal miżuri ta’ ambitu ġenerali mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inkluż billi jitneħħew uħud minn dawk l-elementi jew billi l-istrument jiġi ssupplimentat biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali.

(3) Skond id-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni[13] dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, biex din il-proċedura l-ġdida tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat u li diġà huma fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu emendati skond il-proċeduri applikabbli.

(4) Fir-rigward tad-Direttiva 79/409/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa b’mod partikolari sabiex tadatta ċerti Annessi fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku. Peress li dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u tfasslu sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 79/409/KEE u jżidu magħha elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(5) Għaldaqstant, id-Direttiva 79/409/KEE għandha tiġi emendata skond dan.

(6) Ġaladarba l-emendi li għandhom isiru għad-Direttiva 79/409/KE minn din id-Direttiva huma adattamenti li jikkonċernaw biss il-proċeduri tal-kumitat, m'għandhomx bżonn jiġu trasposti mill-Istati Membri. Għalhekk m'hemmx il-ħtieġa li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dan il-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 79/409/KEE hija emendata kif ġej:

(1) L-Artikolu 15 jinbidel b'li ġej:

"Artikolu 15

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-emendi meħtieġa biex jadattaw l-Annessi I u V fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku, kif ukoll l-emendi msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(4). Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(2).”

(2) L-Artikolu 17 jinbidel b'li ġej:

"Artikolu 17

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta’ l-Addattament għall-Progress Tekniku u Xjentifiku.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b'qies għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha."

Artikolu 2

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fi [...].

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[…] […]

[1] ĠU C 203, 17.7.1999, p. 1.

[2] ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11.

[3] ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.

[4] PE 376.314v01-00 – A6-0236/2006 (dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa mar-rapport tal-Parlament).

[5] COM(2007) 740 finali

[6] ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/105/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 368).

[7] ĠU C […], […], p. […].

[8] ĠU C […], […], p. […].

[9] ĠU C […], […], p. […].

[10] ĠU C […], […], p. […].

[11] ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1. Id-Direttiva kif ġiet emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/105/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 368).

[12] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

[13] ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.