52008DC0063




[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussell, 4.2.2008

COM(2008) 63 finali

RAPPORT INTERIM MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

Dwar il-Progress fil-Bulgarija taħt il-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Verifika

RAPPORT INTERIM MILL-KUMMISSJONILILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

Dwar il-Progress fil-Bulgarija taħt il-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Verifika

INTRODUZZJONI

Meta l-Bulgarija ssieħbet fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 2007, ġie stabbilit Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Verifika (CVM) [1] sabiex jgħin lill-Bulgarija tirranġa nuqqasijiet fil-qasam tar-riforma ġudizzjarja u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata u biex jiġi ssorveljat il-progress f'dawn l-oqsma.

Dan ir-rapport huwa t-tieni rapport intavolat mill-Kummisjoni taħt il-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Verifika[2]. Is-sitt xhur mill-ewwel rapport huma meqjusin bħala perjodu qasir wisq li fih il-Bulgarija kellha tirrimedja n-nuqqasijiet kollha u għall-Kummissjoni biex tevalwa mill-ġdid il-valutazzjoni li għamlet f'Ġunju li għadda. Għalhekk ir-rapport jippreżenta aġġornament fattwali tal-progress mingħajr ma jipprovdi valutazzjoni dettaljata tar-riżultati miksuba taħt kull waħda mill-kriterji stabbiliti fis-CVM. Barra minn hekk, ir-rapport interim preżenti jinkludi ħarsa ġenerali lejn l-assistenza li ġiet provduta lill-Bulgarija f'dawk l-oqsma relevanti għall-kriterji. Dan sar bil-ħsieb li jiġu identifikati xi nuqqasijiet fl-assistenza u biex tiġi pprovduta firxa sħiħa ta' għajnuniet rilevanti lill-Bulgarija.

RIFORMA ĠUDIZZJARJA U L-ĠLIEDA KONTRA L-KORRUZZJONI U L-KRIMINALITÀ ORGANIZZATA: IL-QAGħDA ATTWALI

Segwitu tar-reviżjoni ta' Ġunju 2007: il-Pjan ta' Azzjoni

Mill-aħħar rapport tal-Kummissjoni f'Ġunju 2007, ġie stabbilit djalogu permanenti u mill-qrib ma' l-awtoritajiet Bulgari fi Brussell u f'Sofia. Il-Bulgarija pprovdiet aġġornamenti dettaljati dwar il-qagħda attwali lill-Kummissjoni fuq bażi regolari.

L-awtoritajiet Bulgari laqgħu is-suġġeriment tal-Kummissjoni li jistabbilixxu Pjan ta' Azzjoni dwar kif il-Bulgarija fi ħsiebha tilħaq il-kriterji. Il-Kummissjoni pprovdiet l-assistenza lill-Bulgarija fil-forma ta' valutazzjoni metodoloġika tal-Pjan ta' Azzjoni. Sussegwentment, f'Ottubru 2007, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati, il-Gvern Bulgaru adotta Pjan ta' Azzjoni dettaljat u ppreżentah lill-Kummissjoni[3]. It-tħejjija u l-adozzjoni fil-ħin tal-Pjan ta' Azzjoni li kien jeħtieġ sforz kollettiv u mobilizzazzjoni ta' riżorsi konsiderevoli f'qasir żmien jirrifletti impenn serju mill-awtoritajiet Bulgari.

Aġġornament dwar il-Progress

Kriterju 1: Adozzjoni ta' emendi Kostituzzjonali li jeliminaw kwalunkwe ambigwità dwar l-indipendenza u r-responsabilità tas-sistema ġudizzjarja

- L-Assemblea Nazzjonali għandha tadotta l-emendi għall-Kostituzzjoni Bulgara

- L-Assemblea Nazzjonali għandha tagħmel it-tibdil neċessarju għall-Att tas-Sistema Ġudizzjarja

- L-Ispettorat għandu jitwaqqaf u jibda jaħdem u l-ewwel riżultati għandhom jiġu ppubblikati u evalwati

L-emendi Kostituzzjonali neċessarji ġew adottati fi Frar 2007. L-Att dwar is-Sistema Ġudizzjarja ġdida ġie adottat f'Lulju 2007. Il-Kunsill Ġudizzjarju Suprem twaqqaf u huwa operazzjonali wara l-elezzjoni ta' kemm il-membri parlamentari kif ukoll il-membri ġudizzjarji. L-ispettur prinċipali u 8 minn 10 spetturi tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem ġew eletti mill-Parlament fid-19 ta' Diċembru 2007. Huwa mistenni li l-ispettorat ikun operazzjonali matul l-ewwel kwart ta' l-2008.

Kriterju 2: L-iżgurar ta' proċess iktar trasparenti u effiċjenti bl-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' att dwar is-sistema ġudizzjarja ġdid u l-kodiċi l-ġdid ta' proċedura ċivili. Rapport dwar l-impatt ta' dawn il-liġijiet ġodda u dwar il-kodiċi ta' proċedura penali u ta' proċedura amministrativa, notevolment dwar il-fażi ta' qabel il-proċess

- L-adozzjoni tal-Kodiċi l-ġdid ta' Proċedura Ċivili

- L-adozzjoni ta' l-Att dwar is-Sistema Ġudizzjarja ġdid li jirrifletti l-emendi lill-Kostituzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet ta' l-esperti ta' reviżjoni ugwali fil-qasam

- Il - ħolqien ta' sistema ta' monitoraġġ għall-kodiċijiet ġodda kollha

- Rapport f'intervalli regolari ta' żmien dwar is-sejbiet tal-proċess ta' monitoraġġ, prinċipalment fir-rigward tal-fażi ta' qabel il-proċess, l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u s-sentenzi

- L-emenda tal-kodiċijiet u l-leġiżlazzjoni rilevanti jekk dan ikun meħtieġ

Il-Kodiċi l-ġdid ta' Proċedura Ċivili ġie adottat f'Lulju 2007 u jidħol fis-seħħ f'Marzu 2008. Twaqqfu l-gruppi ta' ħidma li għandhom iħejju l-leġiżlazzjoni sekondarja relevanti.

L-Att dwar is-Sistema Ġudizzjarja ġdid ġie adottat f'Lulju 2007. Dan jistabilixxi l-KĠS bħala entità permanenti u jindirizza t-tħassib ta' esperti notevolment dwar id-diviżjoni tal-karigi bejn l-ispettorati tal-KĠS u l-Ministeru tal-Ġustizzja.

Ir-riżultati tal-gruppi ta' xogħol għall-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta' Proċeduri Amministrativi u l-Kodiċi ta' Proċeduri Penali ġew ippubblikati regolarment fuq l-Internet[4]. Għad trid titwaqqaf sistema ta' monitoraġġ għall-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili ġdid. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Bulgari jixtiequ jiżviluppaw u joħolqu liġi ġdida li tirregola l-proċess globali ta' tfassil tal-liġi[5].

Ir-restrizzjonijiet formali tal-Kodiċi ta' Proċedura Penali Bulgaru fil-fażi ta' qabel il-proċess ifixklu l-ħeffa tal-proċeduri tal-qrati u huwa rrapurtat li jwasslu għal rinviji frekwenti mill-qorti lura għall-prosekuzzjoni. Każijiet ta' korruzzjoni allegata fil-livelli għolja u kriminalità organizzata komplew ikunu suġġetti għal rinvijii frekwenti u għal dewmien fit-tul għal raġunijiet proċedurali[6]. Il-Kodiċi Penali Bulgaru ma jiddistingwix bizzejjed bejn il-gradi diversi ta' reati u jidher strutturalment antikwat.[7]

Il-ħolqien ta' Aġenzija Nazzjonali għas-Sigurtà fl-aħħar ta' l-2007 wasslet għal dibattitu dwar l-estensjoni tal-kompetenzi tal-maġistrati investigativi ( sledovateli ) għal kawżi ta' korruzzjoni fil-livelli għolja u l-kriminalità organizzata. Għaddejjin taħdidiet dwar jekk il-Kodiċi ta' Proċeduria Penali għandux jiġi emendat biex jawtorizza l-Prosekutur Ġenerali biex jordna, fuq bażi ta' każ b'każ, li investigazzjonijiet isiru minn maġistrati investigativi, jekk il-każ jippreżenta kumplessità fattwali jew legali jew interess pubbliku sinifikanti[8]. Kwalunkwe tibdil fir-responsabilitajiet tal-maġistrati investigativi għandu jiġi eżaminat fl-isfond ta' l-impenn tal-Bulgarija biex tillimita l-kompetenzi ta' maġistrati investigativi li ġie miftiehem qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija.

Kriterju 3: Tkompli r-riforma ġudizzjarja sabiex tissaħħaħ il-professjonaliżmu, ir-responsabilità u l-effiċjenza. Tevalwa l-impatt ta' din ir-riforma u tippubblika r-riżultati kull sena

- Il-ħolqien ta' proċess trasparenti u li jiffunzjona bis-sħiħ tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward ta' investigazzjonijiet dixxiplinari mill-futur Ispettorat mal-Kunsill Suprem tal-Ġudikatura

- L-iżgurar ta' applikazzjoni sħiħa u estiża tal-Kodiċi ta' l-Etika fir-rigward tal-maġistrati, speċjalment proċeduri għall-istħarriġ, l-investigazzjoni u t-tkeċċija/prosekuzzjoni fil-każ ta' ksur

- Il-monitoraġġ ta' l-applikazzjoni tas-sistema ta' eżamijiet kompetittivi għar-reklutaġġ u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-maġistrati

- Il-pubblikazzjoni annwali tas-sejbiet ta' l-evalwazzjoni tar-riforma tas-sistema ġudizzjarja, partikolarment dwar kif problemi speċifiċi kienu marbuta mal-professjonaliżmu ; ir-responsabbiltà u l-effiċjenza ġew indirizzati .

- L-introduzzjoni ta' software għall-allokazzjoni każwali tal-kawżi lis-servizzi tal-Prosekuzzjoni

- Tisħiħ tat-taħriġ dwar l-implikazzjoni ta' dawn il-liġijiet il-ġodda

Minbarra dawn il-miżuri deskritti fil-kriterju 2, ġie mwaqqaf kumitat dwar il-proċeduri dixxiplinarji mal-KĠS biex japplika l-kodiċi ta' l-etika għall-maġistrati. L-istituzzjoni għadha ma setgħetx tikseb reputazzjoni, madankollu l-ewwel sanzjonijiet dixxiplinari applikati mill-KĠS fil-kompożizzjoni l-ġdida tiegħu jindikaw politika stretta ta' prosekuzzjoni ta' vjolazzjonijiet[9]

Il-monitoraġġ ta' l-effiċjenza tal-proċess ġudizzjarju jbati minn nuqqas ta' data relevanti u kapaċità xierqa għal analiżi kwalitativa. Hemm nuqqas ta' data affidabbli dwar is-segwitu ta' każijiet matul il-fażijiet ta' qabel il-proċess u matul il-kawża. Id- data ppreżentata lill-Kummissjoni dwar każijiet ta' korruzzjoni fil-livelli għolja u kriminalità organizzata taħt il-kriterji 4 u 6 ma tippermettix evalwazzjoni tal-prestazzjoni tas-servizzi tal-ġudikatura jew ta' l-investigazzjoni. Huwa importanti u urġenti li l-Bulgarija tiżviluppa l-ħiliet ta' ġbir u klassifikra tad- data tagħha. Il-kompletar tas- Sistema ta' Informazzjoni Unifikata hija importanti f'dan ir-rigwar. Il-pjan ta' azzjoni għall-kriterju 3 jipprevedi għadd ta' miżuri koerenti għall-monitoraġġ tal-progress tar-riforma ġudizzjarja biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tagħha. Dan jinkludi l-pubblikazzjoni ta' lmenti dwar appuntamenti u kompetizzjonijiet u l-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-verifiki tal-KĠS dwar il-proċeduri ta' reklutaġġ. Jinkludi wkoll bosta miżuri għat-taħriġ kontinwu tal-maġistratura.

Kriterju 4: Twettaq u tirrapporta dwar investigazzjonijiet professjonali, mhux partiġġjani dwar l-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni fil-livelli għolja. Tirrapporta dwar l-ispezzjonijiet interni ta' istituzzjonijiet pubbliki u dwar il-pubblikazzjoni ta' assi ta' uffiċjali fil-livelli għolja

- Esperti ta' Stati Membri Assoċjati għandhom jagħtu għajnuna u gwida fir-rigward tat-titjib tal-kwalità ta' l-investigazzjonijiet u r-rappurtaġġ dwarha

- Is-simplifikazzjoni u l-koordinazzjoni ta' l-organizzazzjoni istituzzjonali ta' entitajiet bis-setgħa li jiġġieldu l-korruzzjoni

- L-istabbiliment ta' arranġamenti amministrattivi għas-salvagwardja ta' l-informaturi dwar prattiċi ħżiena (whistleblowers )

- L-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni dwar l-indipendenza ta' l-ispettorati fl-amministrazzjoni pubblika u li tiġi żgurata aktar proattività fir-rwol investigattiv tagħhom

- Isiru rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda biex titwaqqaf u tiġi miġġielda l-influwenza fuq enititajiet ta' l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni, partikolarment biex jissostanzjaw każi ta' sospensjoni/tkeċċija/ftuħ ta' proċedimenti kriminali kontra entitajiet ta' l-infurzar tal-liġi allegatament korrotti

- L-iżgurar tal-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' verifika kredibbli fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet ta' l-assi kif ukoll dwar sanzjonijiet effettivi fil-każ ta' dikjarazzjonijiet foloz jew ineżatti

Il-Bulgarija rreġistrat 51 akkuża, 20 kundanna finali u 7 instabu mhux ħatja għal korruzzjoni fil-livelli għolja fil-perjodu mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Ottubru 2007. Fi ħdan il-ġudikatura, ġew imnieda 11-il proċedura qabel il-proċess, u ma ġew irreġistrati l-ebda kundanni kriminali. Barra minn hekk, il-Bulgarija tirrapporta għadd konsiderevoli ta' verifiki ppjanati u ad hoc fi ħdan l-amministrazzjoni ċentrali u fil-ġudikatura[10]. Ma kinitx disponibbli data kwalitativa dwar strateġiji ta' ispezzjoni, prijoritajiet ta' kontroll u valutazzjoni ta' riskju. Għalhekk, kienet impossibbli valutazzjoni tal-kontribut ta' dawn l-attivitajiet fit-tnaqqis tal-korruzzjoni fil-livelli għolja fil-Bulgarija .

Filwaqt li tirrikonoxxi li saru iktar sforzi organizzazzjonali, ma ġew irrappurtati ebda rizultati konkreti dwar it-titjib fil-kooperazzjoni bejn l-entitajiet differenti inkarigati bil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-kumitat kontra l-korruzzjoni, flimkien mal-Kunsill tal-Ministri, għandu jiżviluppa pjan ta' azzjoni biex jissaħħu l-kapaċitajiet, jiġu implimentati azzjonijiet konġunti u titjieb l-interazzjoni instituzzjonali sa Frar 2008.[11]

Ma ġiet irrappurtata ebda attività ta' ħarsien ta' informaturi ( whistleblowers ). Il-Pjan ta' Azzjoni jipprevedi diskussjoni round table dwar l-implimentazzjoni tal-qafas legali eżistenti għall-ħarsien ta' informaturi u kampanja ta' sensibilizzazzjoni għal Frar-Marzu 2008.

Kriterju 5: It-teħid ta' aktar miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni partikolarment fi ħdan il-gvern lokali

- L-implimentazzjoni ta' sanzjonijiet dixxiplinari u politika ta' tolleranza żero, partikolarment fis-Servizz Veterinarju, id-dwana, l-Aġenzija Eżekuttiva dwar it-Toroq u servizzi relatati oħra

- L-istabbiliment ta' sistemi elettroniċi tal-ħlas u sistema ta' xiftijiet każwali għall-ħaddiema impjegati fil-fruntieri

- It-twettiq ta' verifiki u ċċekkjar f'intervalli regolari ta' żmien, il-pubblikazzjoni tas-sejbiet u l-iżgurar tas-segwitu taghom

- Rappurtar dwar investigazzjonijiet dwar ġid inspjegabbli

Miżuri preventivi, taħriġ u l-integrazzjoni ta' l-aħjar prassi fi proċeduri fis-seħħ bħas-sistema ta' dokument uniku[12], allokazzjoni każwali ta' xiftijiet u rotazzjoni naqqsu l-opportunitajiet ta' korruzzjoni fost il-puliżija u d-dwana mal-fruntieri. Stħarriġ li sar f'Awissu 2007 mid-Dutch Royal Automobile Club jikkonferma din it-tendenza pożittiva. Il-Bulgarija rrapurtat dwar verifiki, proċedimenti dixxiplinari u sanzjonijiet fost il-pulizija u d-dwana mal-fruntieri. Il-Kummissjoni m'għandhiex dettalji suffiċjenti dwar każijiet u sanzjonijiet li jistgħu jippermettu konklużjoni f'dan l-istadju.[13]

Is-sistema ta' l- eGvern u sistema ta' ġestjoni bil-kju ġew introdotti fi ħdan il-gvern lokali fi tliet reġjuni piloti.

Verifiki proattivi fil-ġid inspjegabbli saru fi ħdan l-awtoritajiet doganali. M'hemmx iktar informazzjoni disponibbli dwar sforzi f'oqsma oħra biex jiġi intraċċjat ġid inspjegabbli. Il-verifiki għandhom isiru b'mod proattiv ibbażat fuq l-analiżi tar-riskju u jkopru l-gvern lokali u setturi vulnerabbli oħra.

Il-ħwienet bla dazju fit-territorju Bulgaru fil-fruntieri esterni mat-Turkija u s-Serbja u l-ħwienet tal-petrol bla dazju fit-territorju Bulgaru għadhom qed jiġu tollerati u kellhom żieda sostanzjali ta' profitti matul l-2007. Dawn huma punt ċentrali għall-korruzzjoni lokali u l-kriminalità organizzata.

Il-Bulgarija tirrapporta li allegazzjonijiet ta' korruzzjoni matul l-aħħar elezzjonijeit lokali wasslu għal 13-il proċediment ta' qabel il-proċess wara emendi għall-Kodiċi Penali f'Ottubru 2007 li kkriminalizza x-xiri tal-voti.[14]

Kriterju 6: Implimentazzjoni ta' strateġija għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, b'enfażi fuq ir-reati serji, il-ħasil tal-flus kif ukoll fuq is-sekwestru sistematiku ta' l-assi tal-kriminali. Rappurtar dwar investigazzjonijiet ġodda u li għadhom għaddejjin, akkużi u kundanni f'dawn l-oqsma

- Esperti ta' Stati Membri Assoċjati għandhom jagħtu gwida u għajnuna fir-rigward tat-titjib tal-kwalità ta' l-investigazzjonijiet u r-rappurtaġġ dwarha

- Jitressaq pjan ta' azzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata li jiġi implimentat flimkien ma' rapporti li jsiru regolarment

- L-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-konfiska ta' assi ta' kriminali

- Ir-rappurtaġġ regolari u l-verifika interna ta' l-investigazzjonijiet ġodda u li għadhom għaddejjin, l-akkużi u l-kundanni

- Il-pubblikazzjoni tas-sejbiet ta' dawn il-verifiki

- L-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni ġdid għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus

Fil-perjodu mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2007, il-Bulgarija nediet 48 investigazzjoni ta' qabel il-proċess għal offiżi relatati mal-kriminalità organizzata; ressqet 21 akkuża fil-qorti u rreġistrat 24 kundanni finali. Filwaqt li tagħraf ix-xejra pożittiva, analiżi kwalitativa ta' din id- data li tirrigwarda l-effiċjenza tal-proċess ġudizzjarju u n-natura tal-kundanni m'hijiex disponibbli. L-analiżi mill-Kummissjoni ta' kampjun ta' każijiet ta' profil għoli rreġistrati turi li wieħed mill-każijiet biss ġie ffinaliżżat mill-2000 u nofs il-każijiet għadhom fil-fażi ta' investigazzjoni.[15]

Il-gvern ħoloq Aġenzija Nazzjonali għas-Sigurtà f'Diċembru 2007[16] sabiex itejjeb ir-reputazzjoni tal-Bulgarija fis-segwitu ġudizzjarju tar-reati serji. L-aġenzija ser tkun stabbilita billi jingħaqdu s-Servizz għas-Sigurtà Nazzjonali attwali[17], l-Aġenzija għall-Intelligenza Finanzjarja[18] u l-Aġenzija Militari għall-Kontrointelliġenza. L-Aġenzija Nazzjonali għas-Sigurtà se tkun stabbilita taħt l-awtorità diretta tal-Kunsill tal-Ministri u tingħata kapaċità operattiva indipendenti. Skond kif ġiet ifformulata, l-Aġenzija Nazzjonali għas-Sigurtà għandha, fil-pratika, tkun f'pożizzjoni soda biex tieħu l-inizjattiva fil-fażi ta' qabel il-proċess. Għalhekk tisħiħ parallel ta' l-uffiċju tal-prosekuzzjoni jidher xieraq. Il-poteri preċiżi ta' l-aġenzija u l-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni ma' istituzzjonijiet kompetenti oħra fi ħdan il-Ministeru ta' l-Intern għad iridu jiġu definiti fil-leġiżlazzjoni sekondarja u fil-ftehimiet ta' kooperazzjoni instituzzjonali. F'dan il-kuntest ikun importanti li jiġu kkjarifikati għal-liema każijiet ser tkun kompetenti l-Aġenzija u li jiġi żgurat li tista' twettaq investigazzjonijiet b'mod indipendenti u tagħti xhieda fil-qorti.

APPOġġ TAħT IL-MEKKANIżMU TA' KOOPERAZZJONI U VERIFIKA

Il-Bulgariija kellha għad-dispożizzjoni tagħha appoġġ sostanzjali fil-qasam tal-ġustizzja u l-intern permezz kemm ta' programmi ta' l-UE bħal Phare u l-Faċilità Tranżitorja u kemm mill-Istati Membri.[19] Dan il-qasam jibqa' l-aktar importanti għall-appoġġ ta' wara s-sħubija fl-UE. Iktar minn nofs il-baġit tal-Faċilità ta' Tranżizzjoni ta' l-UE għall-Bulgarija huwa ddedikat lil dan is-settur, u jinkludi pakkett speċjali ta' 6 miljun EUR għal proġetti li jappoġjaw direttament il-progress fil-kriterji tas-CVM.

Proġetti fil-qasam tal-ġustizzja u l-intern ikopru l-firxa sħiħa tal-kriterji. Analiżi iktar dettaljata tal-proġetti implimentati mill-2003[20] turi li xi oqsma, bħar-riforma ġudizzjarja (Kriterju 3) u t-taħriġ u t-tagħmir għall-pulizija u l-pulizija tal-fruntieri (Kriterju 5) irċevew ammonti sinifikanti ta' għajnuna u jista' jkun li laħqu ċertu livell ta' saturazzjoni. Għajnuna fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-livelli għolja (Kriterju 4) u għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (Kriterju 6) huwa inqas appoġġjat. B'żieda ma' dan, s'issa għadhom ma saru l-ebda proġetti dwar il-prevenzjoni ta' korruzzjoni lokali jew korruzzjoni fis-setturi vulnerabbli bħall-edukazzjoni u s-saħħa (Kriterju 5).

L-appoġġ provdut kellu impatt fuq il-progress tal-Bulgarija. Oqsma ta' espożizzjoni għolja għall-kooperazzjoni internazzjonali, bħar-riforma ġudizzjarja u l-fruntieri juru progress aħjar fir-rigward tas-sodisfazzjoni ta' kriterji minn oqsma li ngħataw inqas għajnuna.

L-għajnuna futura għandha tiġi kkonċentrata fuq l-appoġġ għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata. Għandha tindirizza direttament il-prijoritajiet u l-ħtiġijiet identifikati fil-Pjan ta' Azzjoni li kien imfassal mill-Bulgarija. B'mod ġenerali, għandha tingħata preferenza lill-missjonijiet ta' għajnuna żgħar u mmirati sew li jirrispettaw kemm il-kapaċità ta' assorbiment ta' l-istituzzjonijiet Bulgari u li jħallu f'idejhom kompletament ir-riżultati F'dawk l-oqsma fejn intlaħaq il-punt ta' limitu massimu, hu xieraq li jkun hemm tneħħija gradwali u mmaniġġjata ta' l-appoġġ.

Il-Bulgarija hija mħeġġa biex tagħmel użu sħiħ mill-baġit sostanzjali ta' assistenza ta' l-UE li għadu disponibbli permezz tal-Faċilità ta' Tranżizzjoni u t-TAIEX. Proġetti ikbar li huma ppjanati għall-implimentazzjoni mill-2008 taħt il-Faċilità ta' Tranżizzjoni u li jistgħu jagħtu riżultati konkreti biss fi żmien sena jew tnejn għandhom jiġu kkumplimentati bi proġetti flessibbli u b'għanijiet immirati tajjeb fuq terminu qasir jew medju ("ġemellaġġ parzjali").

Il-parir tal-Kummissjoni lill-Istati Membri huwa li jikkunsidraw appoġġ iktar dirett u prattiku lill-Bulgarija fil-forma ta', pereżempju, timijiet investigattivi tal-fruntieri, appoġġ fil-programmi ta' protezzjoni tax-xhieda, il-qsim ta' intelliġenza finanzjarja u metodoloġiji, li jiġu ssekondati esperti tekniċi għal entitajiet li qed jiġġieldu kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni u l-ħolqien ta' sħubiji istituzzjonali f'dan il-qasam. Programmi ta' skambju u boroż ta' studju ma' istituzzjonijiet bħall-Aġenzija Nazzjonali għas-Sigurtà l-ġdida, il-Kunsill Ġudizzjarju Suprem u l-ispettorat tiegħu jew is-servizzi ta' l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni li jittrattaw il-korruzzjoni fil-livelli għolja u l-kriminalità organizzata jistgħu jkunu prijoritajiet oħra.

KONKLUżJONI

Fl-ewwel sena mis-sħubija tagħha fl-UE l-Bulgarija kompliet bl-isforzi tagħha biex tirrimedja n-nuqqasijiet li kieku tħallew, kienu jxekklu l-applikazzjoni effettiva tal-liġijiet, politiki u programmi ta' l-UE. Madankollu f'oqsma ewlenin bħall-korruzzjoni f'livelli għoljin u l-kriminalità organizzata, għadhom ma ntwerewx riżultati li jikkonvinċu.

L-aġġornament tekniku pprovdut f'dan ir-rapport ma jikkostitwix valutazzjoni fil-fond tal-progress taħt il-kriterji imma s-sitwazzjoni fil-post tqajjem tħassib li jrid jiġi indirizzat qabel il-Kummissjoni tagħmel il-valutazzjoni sħiħa tagħha f'Ġunju. Filwaqt li l-isforzi tal-Bulgarija fir-riforma ġudizzjarja (kriterji 1-3) u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni mal-fruntieri jkomplu juru progress, għandhom jissaħħu l-azzjonijiet fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fi ħdan il-gvern lokali u s-setturi vulnerabbli bħas-saħħa u l-edukazzjoni (kriterju 5). B'mod partikolari, il-Bulgarija għandha żżid l-isforzi biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni fil-livelli għolja (kriterju 4) u l-kriminalità organizzata (kriterju 6).

Il-Kummissjoni tagħraf l-isforz sostanzjali li sar biex jiġi ppreżentat Pjan ta' Azzjoni kredibbli. Madankollu, il-Pjan ta' Azzjoni jeħtieġ koerenza f'xi partijiet, u jeħtieġ li jimla ċertu nuqqasijiet. Jeħtieġ li xi attivitajiet jiġu spjegati iktar fid-dettal, għandhom jiġu stabbiliti l-iskadenzi u jiġu identifikati b'mod ċar l-istituzzjonijiet responsabbli għat-twettiq ta' l-azzjonijiet varji.[21] Il-Kummissjoni tipproponi li l-Pjan ta' Azzjoni jiġi emendat b'dawn il-punti.

ANNEX

Overview of EU Assistance provided to Bulgaria in the area of Judicial Reform and the Fight against Corruption and Organised Crime [22]

Benchmarks 1 and 2: Independence and Accountability of the Judicial System; Transparency and Efficiency of the Judicial Process

Projects focusing on the revision and implementation of the Bulgarian judicial procedure codes and projects strengthening key institutions in the judicial system such as the Supreme Judicial Council and the Prosecution Office have been implemented. The application of procedural legislation will continue to be supported through the Transition Facility.

Phare 2004-2006:

- Strengthening the Bulgarian Judiciary – Implementation of the new penal procedures code; strengthening the interagency cooperation between public prosecutor’s office (PPO) and other concerning bodies in fighting organised crime and corruption (Oct 2006-Apr 2008: 878.600 EUR)

- Strengthening the Senior Judicial Council and improvement of magistrates' status (until Jul 2007: 1,2 MEUR)

- Remedy the Civil and Penal Procedures (ended early 2007: 1.2 MEUR)

Transition Facility 2007:

- Strengthening the uniform application of the new procedural legislation in Bulgaria (1,6 MEUR)

Main Bilateral Projects:

Consultations to national legislation and further training in criminal law, harmonization of European Law and various topics, e.g. legal aid (2007: 88.000 EUR) |

- Main Projects with a total budget of at least 4.8 MEUR

Benchmark 3: Judicial Reform

An important budget for investment into IT technology and for training and strategic advice on structural reform of the judiciary was made available. Substantial support has been given to the establishment of a witness protection system. Future projects continue training activities and strengthen court management. Bilateral projects focused on various aspects of judicial reform including training and capacity building.

Phare 2004-2006:

- Training of magistrates and administrative staff (1,2 MEUR)

- Judicial Cooperation in Penal and Civil Matters (until 09/2007; 1 MEUR)

- Support for the Establishment and Strengthening of a Witness Protection System (6.2 MEUR)

- Several Projects investing into Information Technology for the Judiciary and providing Technical Assistance (total approx. budget 43 MEUR)

Transition Facility 2007:

- Strengthening the public management of the judiciary and court administration (1,8 Mio EUR)

- Further steps towards a higher quality of training in the judiciary (780.000 EUR)

European Social Fund: Operational Plan 2007-2013 (Administrative Capacity):

The ESF will fund several projects on the improvement of professionalism, transparency and accountability of the Bulgarian judicial system for a total budget of 12 MEUR. Project objectives include monitoring of the Administrative Procedure Code; development of IT systems; development and capacity building of the administrative court system; development of the Unified Information System.

Bilateral Projects:

Consultation to national legislation and further training in administration of justice, administrative law and various topics: quality management workshops for judges and prosecutors (until Dec 2007: 38.000 EUR) |

Establishing European Union Law Documentation Centre for the Judiciary(Apr 2006-Mar 2008: 350.000 EUR) Strengthening the capacity of the Ombudsman of BG and the local public mediators to protect human rights, counteract corruption and promote good governance (Jan 2007-Dec2008: 350.000 EUR) Strengthening of institutional capacity of SIRENE bureau (in preparation: 325.000 EUR) Rendering of advice on strategic issues relating to the conceptual framework of the reforms of the structure of the Prosecutor’s Office of the Republic of Bulgaria (Jan-Sept 2007: 74.500 EUR) |

Continued Development of Judiciary Training Capacities (Mar-Nov 2007: 35.000 EUR) |

Better Legal Training for magistracy (Apr 2006-2008: 101,000 EUR) Prosecution Office Reform (Jun 2006-2008: 80,700 EUR) |

- Main Projects with a total budget of at least 65.4 MEUR

Benchmark 4: High-Level Corruption

Several successive EU projects on capacity building for the fight against corruption have been implemented since 2004. This support will continue through both Phare and the Transition Facility. A number of bilateral advisers are active in this area and individual missions and training courses have been carried out through bilateral funds.

Phare 2004-2006:

- Strengthening the Capacity of the Anti-Corruption Commission to Counteract Corruption in Public Administration and Judiciary and the relevant law enforcement bodies - Technical Assistance (several projects since 2004, total budget: 7.2 Mio EUR)

Transition Facility 2007:

- Civil Society Development in the area of anti-corruption fighting (1,15 Mio EUR)

- Elaboration and strengthening of the Human Resources Management System in the Ministry of Interior as a factor in the fight against corruption among its personnel (1,5 Mio EUR)

Main Projects with a total budget of at least 9.85 MEUR

Benchmark 5: Local Corruption / Corruption at Borders

The EU has heavily invested in Border Control and in improving the effectiveness of Bulgarian police since 2003. A number of bilateral projects have also reinforced institutional capacity in this area. However, no larger projects directly addressing prevention aspects of local corruption and corruption in vulnerable sectors such as education and healthcare have been implemented.

Phare 2003-2006:

- 11 large projects modernising Border Police equipment, implementing EU best-practice in border control and improving the operative capacity of border police have been implemented since 2003/2004. (total budget: approx. 90 MEUR)

- Several projects address the general modernisation of Bulgarian Police and the improvement of its efficiency (total budget: approx. 25 MEUR)

Bilateral Projects (examples):

Enhancing Anti-Corruption Practices within the Bulgarian Law Enforcement Agencies (Nov 2006 -Feb 2007) Border Justice (Aug 2006-Mar 2007: 125,000 EUR) |

- Main Projects with a total budget of at least 115 MEUR

Benchmark 6: Organised Crime

As yet, assistance for capacity-building of the key institutions responsible for the fight against organised crime has been relatively limited, except for important investment into Police. For the future an important budget for training and capacity development in this area has been foreseen. Bilateral projects focussed on a number of specific areas such as drugs trafficking, human trafficking or money laundering.

Phare 2004-2006:

- Modernising Bulgarian Police and Enhancing its efficiency (several projects since 2004, total budget: 16.46 MEUR)

- Further strengthening police investigation capacity (crime statistics, undercover operations and investigative techniques and forensics) (900,000 EUR)

- Improving of the Co-operation between the Financial Intelligence Agency and the Obligated Entities Enlisted by the Law on Measures against Money Laundering (150,000 EUR)

- Further Strengthening the Administrative Capacity of the Public Prosecutor’s Office for fighting money laundering, organized crime and corruption on the high levels with an accent on confiscation of property acquired by crime (155,000 EUR)

- Improvement of Forensic Capacity for the Inspection of Crime Scenes (Phare 2006: 1.6 MEUR)

Transition Facility 2007:

- Enhancement of the administrative capacity of the Police in counteraction to drug crimes at national and regional level (600.000 EUR)

- Enhancement of the Ministry of Interior's capacity to fight organised crime (1 Mio EUR)

- Enhancement of the capacity of the Bulgarian police through the introduction of EU models and methods for crime analysis (580.000 EUR)

- Further strengthening the administrative capacity of the Financial Supervision Commission (money-laundering) (450.000 EUR)

- Improving and extending the level of training in the field of countering organized crime for Bulgarian MoI (620.000 EUR)

- Further strengthening forensic capacity of the expert services of Ministry of Interior for collection and examination of material traces for crime scenes (525.000 EUR)

Bilateral Projects:

Illegal Migration (Nov 2007-Jun 2008: 24.000 EUR) |

“Development of a child-rights methodology to identify and support child victims of traffic” (Dec 2005-2007: 214.908 EUR) |

Raising the effectiveness of the Financial Intelligence Agency in monitoring of anti-money laundering and anti-terrorist financing compliance in entities of the non-financial sector (Jun-Nov 2007: 51.000 EUR) |

Explosives, Firearms, Ammunitions (Feb-Aug 2007: 39.500 EUR) Fight against money laundering Police cooperation programmes on (1)crime management (2) trafficking in human beings and illegal migration, (3) police and ethics |

Combating Money Laundering (Nov 2006-Jun 2007: 35,140 EUR) Murder Investigation – Building Capacity (Jul06-Mar 2007: 24,770 EUR) Identity Document Fraud Unit (Apr 2006-2007: 282,000 EUR) Improving anti-drugs intelligence capacity of BG Customs Agency (Nov 2006-Dec 2007: 105,000 EUR) |

- Main Projects with a total budget of at least 22.96 MEUR

[1] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/929/KE tat-13 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi mekkaniżmu għall-kooperazzjoni u l-verifika tal-progress fil-Bulgarija biex tindirizza miri speċifiċi fl-oqsma tar-riforma ġudizzjarja u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 58).

[2] Il-Kummissjoni rrappurtat għall-ewwel darba fis-27 ta' Ġunju 2007, COM(2007)377 finali

[3] Il-pjan huwa disponibbli fuq dan is-sit: http://www.mvr.bg/en/EUIntegration/plan_BM_1_6_21_10_07_final.htm

[4] Ir-rapporti dwar il-Kodiċi ta' Proċedura Penali (PPC) huma ppubblikati fuq il-websajt tal-Ministeru tal-Ġustizzja u ta' l-Uffiċju tal-Prosekutur, filwaqt li r-rapporti dwar il-Kodiċi ta' Proċedura Amministrativa (APC) huma aċċessibbli fuq il-websajt tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Qorti Suprema Amministrativa.

[5] Pjan ta' Azzjoni, punt 2.10

[6] Fil-fatt, biċċa informazzjoni li ma tkunx inkisbet matul il-proċedimenti kriminali mill-awtoritajiet Bulgari awtorizzati ma tistax tiġi kkunsidrata bħala prova legali. Ma jeżistu wkoll l-ebda mezzi biex tiġi protetta d- data li ma ġietx ikkunsidrata bħala prova. Approċċ tant restrittiv għal provi li jistgħu jiġu ppreżentati fil-qorti jrendi l-fażi ta' qabel il-proċess iktar diffiċli u jnaqqas l-effiċjenza biex issir ġustizzja.

[7] Skond istituzzjonijiet varji bħall-uffiċju tal-prosekutur ġenerali u l-Kunsill Ġudizzjarju Suprem, kif ukoll esperti indipendenti, il-Bulgarija għandha bżonn timmodernizza l-Kodiċi Penali taħgha u tirrevedi l-Kodiċi ta' Proċedura Penali.

[8] Emenda għall-Artikolu 194 tal-Kodiċi ta' Proċedura Penali

[9] Fit-13 ta' Diċembru 2007, il-KĠS neħħa mill-kariga prosekutur u investigatur minħabba korruzzjoni. Fiż-żewġ każijiet, il-KĠS adotta interpretazzjoni rigoruża tal-każ u rrifjuta rimedji proċedurali eventwali bħall-iskadenza tal-preskrizzjoni legali u immunità garantita lill-maġistrati qabel emendi għall-Kostituzzjoni.

[10] Għall-perjodu Lulju-Novembru 2007 l-ispettorati fl-amministrazzjoni ċentrali wettqu 784 verifika, li minnhom 373 kienu ppjanati u 411 kienu ad hoc . L-ispettorat ta' l-Aġenzija Doganali wettqet il-parti l-kbira tal-verifiki ad hoc - 90. Wasal numru totali ta' 214 rapport ta' korruzzjoni fl-ispettorati. Inbdew 73 proċedura dixxiplinari kontra uffiċjali amministrativi. Ġew imkeċċija 54 uffiċjali. Ġew temporanjament sospiżi 5 uffiċjali. Ġew ippreżentati fajls dwar 30 uffiċjal lill-Uffiċju tal-Prosekutur. Ġew ikkundannati 3 uffiċjali minħabba korruzzjoni b'sentenza li daħlet fis-seħħ.

[11] Kriterju 4 tal-Pjan ta' Azzjoni, punt 1.2.

[12] Sa l-aħħar ta' Diċembru 2007 ħames postijiet ta' kontroll mal-fruntieri (minn 11) kellhom jibdew joperaw taħt il-prinċipju ta' "dokument uniku elettroniku".

[13] Skond id-data pprovduta mill-Ministeru ta' l-Intern, l-Aġenzija Doganali kienet qed twettaq verifiki fuq 86 uffiċjal tad-dwana bħala segwitu tal-verifiki ppjanati fil-perjodu ta' Lulju-Novembru 2007. Barra minn hekk, fl-istess ħin, saru 12-il proċedura dixxiplinari wara indikazzjonijiet u ġew imposti 15-il sanzjoni dixxiplinari. Fl-istess ħin il-Pulizija tal-Fruntieri għamlu 24 verifika li rriżultaw f'10 mkeċċija, 8 trasferiti għal attivitajiet oħra u 3 sospiżi. Saru proċeduri dixxiplinari kontra 5 uffiċjali oħra li kellhom jiġu sospiżi.

[14] Fit-28 ta' Ottubru u l-4 ta' Novembru saru l-elezzjonijiet lokali fil-Bulgarija. L-awtoritajiet rċevew 179 rapport ta' xiri allegat tal-voti. Il-Prosekuzzjoni nediet 13-il investigazzjoni fit-22 ta' Novembru. L-ikbar ammont ta' investigazzjonijiet saru f'Pernik, Varna, Stara Zagora, Berkovitsa.

[15] Fin-nuqqas ta' analiżi kwalitativa dwar is-segwitu ġudizzjarju għall-kawżi ta' kriminalità organizzata, il-Kummissjoni kkomunikat lill-Bulgarija għażla ta' kampjuni għad-diskussjoni, lista' ta' każijiet magħrufa rreġistrati bejn l-2000 u l-2007. Il-qagħda attwali li rċeviet il-Bulgarija dwar 10 każijiet reġistrati sa l-2006 turi li akkużi ġew imressqa u bdew il-proċeduri fil-qorti dwar 3 każijiet, f'wieħed mill-każijiet ġie propost ftehim bejn prosekutur u konvenut u bħalissa qed jiġi studjat mill-Qorti Suprema għall-Kassazzjoni, f'każ ieħor ftehim bejn prosekutur u konvenut daħal legalment fis-seħħ, u fil-5 każijiet l-oħra, inkluż weħed li ġiet irreġistrata fl-2002 u waħda fl-2003, għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet.

[16] Il-Liġi dwar l-Aġenżija ta' l-Istat "Sigurtà Nazzjonali", Ġurnal Uffiċjali tal-Bulgairija Nru 109 ta' l- 20/12/07

[17] Servizz taħt il-Ministeru ta' l-Intern għal investigazzjonijiet speċjali u sigrieti

[18] L-inkorporazzjoni ta' l-Aġenzija għall-Intelliġenza Finanzjarja fl-Aġenzija għas-Sigurtà Nazzjonali l-ġdida tista' taffettwa s-sitwazzjoni ta' l-FIA Bulgara fi ħdan in-netwerk ta' FIU Ewropej (il-grupp Egmont) u jeħtieġ li tiġi kkoordinata ma' l-entitajiet rispettivi.

[19] Il-Phare waħdu għamel disponibbli iktar minn 182 miljun EUR fil-qasam tal-ġustizzja u l-intern mill-2004. Il-Faċilità ta' Tranżizzjoni ser tkun implimentata sa l-2010. Fil-qafas tal-fondi strutturali, ser tingħata attenzjoni u appoġġ speċifika għat-twaqqif ta' ġestjoni finanzjarja soda u trasparenti tal-fondi ta' l-UE li huwa proċess marbut mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Għandha tingħata assistenza teknika għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-kontroll tal-proġetti, kif ukoll għall-iżvilupp ta' Sistema Unika effettiva ta' Ġestjoni ta' Informazzjoni sabiex tipprovdi ukoll informazzjoni trasparenti dwar l-intervenzjonijiet u l-impenn tal-fondi. Matul l-eżerċizzju ta' l-evalwazzjoni tal-konformità, l-awdituri tal-KE għandhom jaraw is-sistemi mwaqqfa fil-Bulgarija, inkluż kemm huma ppreparati li jiġġieldu l-frodi u l-korruzzjoni. TAIEX organizzat għadd sostanzjali ta' attivitajiet fil-qasam tal-ġustizzja u l-intern fil-Bulgarija u għad għandha baġit disponibbli għal attivitajiet fil-futur.

[20] Sabiex jiġu identifikati nuqqasijiet possibbli fl-assistenza u sabiex tiġi żgurata d-disponibilità tal-firxa sħiħa ta' l-għajnuna, l-assistenza relevanti ta' l-UE u dik bilaterali li ġiet provduta lil-Bulgarija mill-2003 qiegħda miġbura f'lista mqassra mehmuża ma' dan ir-rapport. Il-lista ġiet stabbilita fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli fi ħdan il-Kummissjoni u fuq il-bażi ta' l-iformazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri. Mhux id- data kollha fuq il-proġetti individwali setgħet titpoġġa fil-lista u d- data aggregata ingħatat preferenza biex tkun tista' tinqara aħjar. Madankollu s-sett sħiż ta' l-informazzjoni kien skambjat mal-Bulgarija u s-suġġerimenti f'dan il-kapitlu ġew diskussi ma' l-awtoritajiet Bulgari u huma appoġġjati minnhom.

[21] Azzjonijiet proposti taħt ir-riforma ġudizzjarja (kriterju 3) u b'mod partikolari taħt il-qafas legali għall-ġudikatura (kriterji 1 u 2) huma dettaljati u kredibbli. B'kuntrast, il-Pjan ta' Azzjoni għall-kriterji 4, 5 u 6, huma nieqes minn miri preċiżi u indikaturi ta' prestazzjoni sinifikanti. Il-miżuri proposti (bħall-kampanji ta' sensibilizzazzjoni eċċ) ma jirriflettux il-livell ta' impenn meħtieġ biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet involuti. Barra minn dan, dawn ma jistabilixxux il-qafas operattiv sottostanti meħtieġ. Pereżempju, il-miżura 1.4 tal-kriterju 5 ssemmi inkjesti annwali f'postijiet ewlenin mal-fruntieri fuq passiġġieri u sewwieqa tat-trakkijiet dwar l-imġiba rigward il-korruzzjoni ta' uffiċjali tal-fruntieri. Sabiex il-progress jiġi segwit b'mod iktar preċiż, dan it-tip ta' inkjesti għandhom isiru kull xahar jew kull tliet xhur fil-postijiet l-iktar vulnerabbli tal-fruntieri. Jistgħu jsiru flimkien ma' organizzazzjoni indipendenti. L-inkjesti jistgħu jkunu marbuta wkoll ma' pjan ta' azzjoni operazzjonali dwar dawn il-postijiet fil-fruntieri billi tiġi stabbilita aġenda dettaljata għal kontrolli, ispezzjonijiet, taħriġ eċċ. Dan it-tip ta' pjan ta' azzjoni jista' jkun ibbażat fuq data kwalitativa li tippermetti valutazzjoni analitika ta' riskju. L-aġġornament kontinwu tal-Pjan ta' Azzjoni għandu jiġi segwit b'mod rigoruż minn mekkaniżmu ċentrali ta' koordinazzjoni operattiva b'saħħtu.

[22] PHARE: Budgetary figures include Bulgarian national co-financing.

Bilateral Projects: Only larger bilateral projects are taken up in this list. In addition, various assistance missions, study visits and smaller activities have taken place.