52008PC0025




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 29.1.2008

KUMM(2008) 25 finali

2008/0008 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (kontroll statiku) (Verżjoni kkodifikata)

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunita sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunita tkun ċara u trasparenti.

2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunita huma ċari u jinftiehmu malajr.

3. Il-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunita.

Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 79/622/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (kontroll statiku)[3]. Id-Direttiva l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni tfasslet abbażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 79/622/KEE u ta’ l-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness XI tad-Direttiva kkodifikata.

ê 79/622/KEE (adattat)

2008/0008 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (kontroll statiku)

(test b’rilevanza ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,u b’mod partikolari l-Artikolu Ö 95 Õ tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Ö Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita Õ fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6]

Billi:

ê

(1) Id-Direttiva 79/622/KEE tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (kontroll statiku)[7] ġiet emendata b’mod sostanzjali diversi drabi[8]. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, id-Direttiva msemmija għandha tiġi kkodifikata.

ê 79/622/KEE premessa 2 (adattat)

(2) Ö Id-Direttiva 79/622/KEE hija waħda mid-Direttivi seperati li għandhom x'jaqsmu mas-sistema ta' l-approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE, kif mibdula bid-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-approvazjoni tat-tip ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresterija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi, u li tħassar id-Direttiva 74/150/KEE[9], u li stabbilietpreskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresterija, fir-rigward, fost oħrajn, ta' massa massima għal tagħbija awtorizzata, sit u mmuntar tan-number plate ta' reġistrazzjoni ta' wara, it-tankijiet tal-karburant likwidu, tagħbijiet ta' saborra, l-apparat li jagħti twissija li tinstema', il-livell ta' hoss ammissibbli u s-sistemi ta' l-"exhaust" (silenzjużi). Dawn il-preskrizzjonijet tekniċi jikkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip KE prevista mid-Direttiva 2003/37/KE, li għandha tkun applikata fir-rigward ta' kull tip ta' trattur. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2003/37/KE dwar sistemi tal-vetturi rigward tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresterija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi japplikaw għal din id-Direttiva. Õ

(3) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness X, Parti B,

ê 79/622/KEE (adattat)

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tapplika għa t-tratturi kif definiti fl-Artikolu 1 Ö l-ewwel inċiż u fl-Artikolu 2(j) Õ tad-Direttiva Ö 2003/37/KE Õ li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

Ö (a) Õ spazju ħieles taħt il-fus ta’ wara ta’ mhux aktar minn 1000 mm Ö ; Õ

Ö (b) Õ wisa’ fissa minima aġġustabbli tat- track ta’ waħda mill-fwies tas-sewqan ta’ 1150 mm jew aktar Ö ; Õ

Ö (ċ) Õ possibilità li jitwaħħlilha strument għall- multipoint coupling għal għodda li jinqalgħu u żbarra għall-irmunkar Ö ; Õ

Ö (d) Õ massa ta’ 800 kg jew aktar, li tikkorrispondi Ö mal-massa bla piż Õ tat-trattur mhux mgħobbi kif definit fil-punt 2.1 ta’ l-Anness I għad-Direttiva Ö 2003/37/KE Õ, li jinkludi l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib mgħammra skond din id-Direttiva u tyres ta’ l-akbar daqs rakkomandat mill-manifattur.

ê 79/622/KEE

Artikolu 2

1. Kull Stat Membru għandu jagħti approvazzjoni tat- tip KE għal komponent E għal kull tip ta’ struttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur skond ir-rekwiżiti ta’ kostruzzjoni u kontroll stabbiliti fl-Annessi I sa V.

ê 79/622/KEE (adattat)

2. Stat Membru li ta approvazzjoni tat-tip KE għal komponentgħandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikkontrolla, sa fejn hu neċessarju u jekk hemm bżonn b’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħra, li l-mudelli ta’ protezzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. Tali kontroll għandha tkun limitata għal kontrolli fuq il-post.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom, għal kull tip ta’ struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur approvati skond l-Artikolu Ö 2 Õ , joħorġu lill-manifattur tat-trattur jew ta’ l-struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib, jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, marka ta' approvazzjoni tat-tip KE għal komponent li tikkonforma mal-mudell esibit f’Anness VI.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jimpedixxu l-użu ta’ marki li jistgħu joħolqu konfużjoni bejn strutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib li jkollhom l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent skond l-Artikolu Ö 2 Õ u tagħmir ieħor.

Artikolu 4

Stat Membru ma jistax jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib jew it-twaħħil tagħhom fuq tratturi għal raġunijiet relatati mall-kostruzzjoni tagħhom jekk dawn ikollhom il-marka ta' approvazzjoni tat-tip KE għal komponent.

Madankollu, Stat Membru jista’ jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib li għandhom il-marka ta' approvazzjoni tat-tip KE għal komponent u li jonqsu konsistentement milli jikkkonformaw mat-tip approvat.

ê 79/622/KEE

Dak l-Istat għandu jinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda, filwaqt li jispeċifika r-raġunijijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

Artikolu 5

L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jibagħtu fi żmien xahar lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra, kopji taċ-ċertifikati ta' l-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent, li eżempju tagħhom huwa mogħti fl-Anness VII, kompluti għal kull tip ta’ struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib li huma japprovaw jew li jirrifjutaw li japprovaw.

ê 79/622/KEE (adattat)

Artikolu 6

1. Jekk l-Istat Membru li jkun ħareġ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent jsib li numru ta’ strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħhom mat-tratturi li għandhom l-istess marka ta' approvazzjoni tat-tip KE għal komponent ma jikkonformawx mat-tip li huwa jkun approva, għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-mudelli tal-produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għanduhom javżaw lil dawk l-Istati Membri l-oħra bil-miżuri meħuda, li jistgħu jestendu għall-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent fejn ikun hemm nuqqas ta’ konformità serja u ripetuta.

L-awtoritajiet imsemmija għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk jiġu infurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor b'dan in-nuqqas ta’ konformità.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin fi żmien xahar b'kull irtirar ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent tu dwar ir-raġunijiet għat-teħid ta' tali miżura.

ê 79/622/KEE

Artikolu 7

Kull deċiżjoni meħuda skond id-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, li tirrifjuta jew tirtira approvazzjoni tat-tip KE għal komponent, jew li tipprojbixxi t-tqegħid tagħhom fis-suq jew l-użu tagħhom, għandha tispeċifika fid-dettal ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata.

Tali deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-parti konċernata, li fl-istess ħin għandha tkun infurmata bir-rimedji ġudizzjarji disponibbli skond il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u bil-limiti ta’ żmien permess għall-eżerċizzju ta’ dawn ir-rimedji.

ê 79/622/KEE (adattat)

Artikolu 8

Stat Membru majistax jirrifjuta li joħroġ approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali dwar trattur għal raġunijiet relatati ma’ l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib jew it-twaħħil tagħha mat-trattur jekk dan ikollu l-marka ta' approvazzjoni tat-tip KE u jekk il-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VIII ġew milħuqa.

Artikolu 9

Stat Membru ma jistax jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, dħulfiċ-ċirkulazzjoni jew il-bidu ta' l-użu ta kwalunkwe trattur għal raġunijiet relatati ma’ l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur jekk dan għandu l-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE u jekk -ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VIII ġew milħuqa.

Artikolu 10

Għall-għanijiet ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE, kwalunkwe trattur li jirreferi għalih l-Artikolu Ö 1 Õ għandu jkun mgħammar bi struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib li tissoddisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi I sa IV.

Madankollu t-tratturi definiti fl-Artikolu [9 tad-Direttiva 77/536/KEE] jistgħu, għall-għanijiet ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE, jkunu mgħammra bi struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib li tissoddisfa -r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness [I sa IV] ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 11

L-emendi neċessarji biex jiġu addatati -r-rekwiżiti fl-Annessi Ö I sa IX Õ għal din id-Direttiva biex jitqies il-progress tekniku, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu Ö 20(2) Õ tad-Direttiva Ö 2003/37/KE Õ.

L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 13

Id-Direttiva 79/622/KEE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness X, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness X, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XI.

Artikolu 14

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum w ara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Għandha tapplika mill-[...].

ê 79/622/KEE Art. 13

Artikolu 15

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, […]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[…] […]

ê 79/622/KEE (adattat)

LISTA TA’ ANNESSI

Anness I: | Rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent |

Anness II: | Rekwiżiti għall-kontroll tas-saħħa ta’ l-istrutturi ta’ protezzjoni u tat-twaħħil tagħhom mat-tratturi |

Anness III: | Proċeduri al-kontroll |

Anness IV: | Figuri |

Anness V: | Mudell tar-rapport tal-kontroll ta' approvazzjoni tat-tip KE għal komponent ta' struttura ta' protezzjoni (qafas jew kabina tas-sigurtà) rigward is-saħħa tagħha kif ukoll is-saħħa tat-twaħħil tagħha mat-trattur |

Anness VI: | Marki |

Anness VII: | Mudell taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE għalkomponent |

Anness VIII: | Rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip KE |

Anness IX: | Mudell ta' Anness għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE għal għal tip ta' trattur dwar is-saħħa ta’ l-istrutturi ta’ protezzjoni u t-twaħħil tagħhom mat-trattur (kontrolli statiċi) |

Ö Anness X Õ | Ö Parti A: Direttiva mħassra flimkien ma' lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha Parti B: Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali Õ |

Ö Anness XI Õ | Ö Tabella ta’ korrelazzjoni Õ |

ê 79/622/KEE

ANNESS I

ê 79/622/KEE (adattat)

REKWIŻITI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE GĦAL KOMPONENT

ê 79/622/KEE

1. DEFINIZZJONI

1.1. «Struttura ta' protezzjoni kontra l-qlib» ( safety cab jew qafas), minn issa ‘il quddiem msejjħa «struttura ta’ protezzjoni», tfisser l-istruttura fuq trattur li l-iskop essenzjali tagħha huwa li jiġu evitati jew limitati riskji lis-sewwieq li jirriżultaw minn qlib tat-trattur waqt użu normali.

1.2. L-istrutturi msemmija f’1.1 huma karatterizzati mill-fatt li waqt lil-kontrolli preskritti fl-Annessi II u III jiżguraw spazju mhux mfixkel ġewwa fihom kbir biżżejjed biex jipproteġi lis-sewwieq.

2. REKWIŻITI ĠENERALI

2.1. Kull struttura ta’ protezzjoni u t-twaħħil tagħha mat-trattur għandha tkun hekk disinjata u mibnija sabiex tilħaq l-għan ewlieni stabbilit fil-punt 1.

2.2. Din il-kondizzjoni titqies milħuqa jekk ir-rekwiżiti ta’ l-Annessi II u III jiġu ssoddisfatti.

ê 79/622/KEE (adattat)

3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE GĦAL KOMPONENT

3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE għal komponentdwar is-saħħa ta’ struttura ta’ protezzjoni u s-saħħa tat-twaħħil tagħha ma’ trattur għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tat-trattur jew mill-manifattur ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni jew mir-rappreżentanti awtorizzati tiegħu.

3.2. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent għandha tiġi akkumpanjata mid-dokumenti msemmijin hawn taħt fit-tlett kopji u bil-partikolari li ġejjin:

- tpinġija ġenerali ta’ l-arranġament jew fuq skala mmarkata fuq it-tpinġija jew inkella li tagħti d-dimensjonijiet ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni. Din it-tpinġija għandha partikolarment turi dettalji tal-komponenti tat-twaħħil,

- ritratti mill-ġenb u minn wara li juru d-dettalji tat-twaħħil,

- deskrizzjoni qasira ta' l-istruttura ta' protezzjoni li tinkludi t-tip ta’ kostruzzjoni, dettalji tat-twaħħil fuq it-trattur u, fejn neċessarju, dettalji dwar cladding , mezzi ta’ aċċess u ħarba, dettalji dwar kuttunament interjuri u karatteristiċi li jipprevjenu qlib kontinwu u dettalji ta’ sħana u ventilazzjoni,

- dettalji ta’ materjali wżati fil-partijiet strutturali li jinkludu saljaturi u serraturi ta’ twaħħil (Ara Anness V).

3.3. Trattur li jirrapreżenta t-tip ta’ trattur li għalih huwa maħsub li l-istruttura ta’ protezzjoni li għandha tiġi approvata għandha tiġi sottomessa lis-servizz tekniku responsabbli biex imexxi l-kontrolli ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti. Dan it-trattur għandu jiġi mgħammar bl-istruttura ta' protezzjoni.

3.4. Min għandu approvazzjoni tat-tip KE għal komponent jista’ jitlob l-estensjoni tagħha għal tipi oħrajn ta’ tratturi. L-awtorità kompetenti li kienet tat l-approvazzjoni oriġinali tat-tip KE għal komponent għandha tagħti l-estensjoni jekk l-istruttura ta’ protezzjoni approvata u t-tip(i) ta’ trattur li għalihom tintalab l-estensjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

ê 79/622/KEE

- il-massa tat-trattur mingħajr saborra, kif definita fil-punt 1.3 ta’ l-Anness II, ma testendix b’aktar minn 5 % il-massa ta’ riferenza użat fil-kontroll,

- il-metodu ta’ twaħħil u l-komponenti tat-trattur li miegħu twaħħlu huma identiċi,

- il-komponenti bħal mudguards u bonnet cowls li jistgħu jagħtu għajnuna għall-istruttura ta' protezzjoni huma identiċi,

- il-posizzjoni u d-dimensjonijiet kritiċi tas-sedil fl-istruttura ta’ protezzjoni u l-posizzjonijiet relattivi ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni u t-trattur għandhom jkunu tali li ż-żona ta’ spazju tibqa’ fil-protezzjoni ta’ l-istruttura mgħawġa waqt il-kontroll kollha.

4. MARKI

4.1. Kull struttura ta’ protezzjoni li tikkonforma mat-tip approvat għandu jkollha l-marki li ġejjin:

4.1.1. il-marka tan-negozju jew l-isem;

4.1.2. marka ta' approvazzjoni tat-tip KE għal komponent li tikkonforma mal-mudell fl-Anness VI;

4.1.3. numru serjali ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni;

4.1.4. Ditta u tip(i) tat-trattur(i) li għaliha jew għalihom hija maħsuba l-istruttura ta’ protezzjoni.

4.2. Dawn il-partikolari kollha għandhom jidhru fuq plakka żgħira.

4.3. Dawn il-marki għandhom ikunu viżibbli, li jistgħu jinqraw u ma jitħassrux.

_____________

ANNESS II

REKWIŻITI GĦALL-KONTROLL TAS-SAĦĦA TA’ L-ISTRUTTURI TA’ PROTEZZJONI U TAT-TWAĦĦIL TAGĦHOM MAT-TRATTURI

1. REKWIŻITI ĠENERALI

1.1. Għanijiet tal-kontroll

Kontrolli li jsiru bl-użu ta’ riggijiet speċjali huma maħsuba li jissimulaw tali tagħbijiet bħalma jiġu imposti fuq struttura ta’ protezzjoni meta jinqaleb it-trattur. Dawn -il-kontrolli, deskritti fl-Anness III, jippermettu li jsiru osservazzjonijiet dwar is-saħħa ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni u kwalunkwe saljatura mwaħħla mat-trattur u kwalunkwe parti tat-trattur li titrasmetti l-forza tal-kontroll.

1.2. Preparazzjoni għall-kontroll

1.2.1. L-istruttura ta’ protezzjoni għandha tikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tal-produzzjoni tas-serje. Għandha tiġi mwaħħla skond il-metodu tat-twaħħil dikjarat mill-manifattur ma’ waħda mit-tratturi li ġiet disinjata għaliha. Mhux meħtieġ trattur komplet għall--kontroll; madankollu l-istruttura ta’ protezzjoni u partijiet tat-trattur li jitwaħħal fuqhom-għall-kontrolli għandhom jirrapreżentaw stallazzjoni li topera, minn hawn ‘il quddiem se tiġi msejjħa bħala «l-assemblea».

1.2.2. L-assemblea għandha titwaħħal mal- bedplate biex il-membri li jgħaqqdu l-assemblea u l- bedplate ma jitgħawġux b’mod sinjifikanti b’relazzjoni ma’ l-istruttura ta’ protezzjoni taħt tagħbija. Il-metodu ta’ twaħħil ta’ l-assemblea mal- bedplate ma jistax minnu nnifsu jimmodifika s-saħħa ta’ l-assemblea.

1.2.3. L-assemblea għandha tiġi miżmuma u mwaħħla jew tiġi modifikata sabiex l-enerġija kollha tal-kontroll tiġi assorbita mill-istruttura ta’ protezzjoni u t-twaħħil tagħha mal-komponenti riġidi tat-trattur.

1.2.3.1. Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ punt 1.2.3, il-modifikazzjoni għandha ssakkar kwalunkwe sospensjoni tar-rikba tat-trattur sabiex jiġi żgurat li ma jassorbi l-ebda enerġija tal-kontroll.

1.2.4. Għall-kontroll it-trattur għandu jiġi mgħammar bil-komponenti strutturali kollha tal-produzzjoni tas-serje li tista’ tinfluwenza s-saħħa ta’ l-istruttura tal-protezzjoni jew li tista’ tkun meħtieġa għall-kontroll tas-saħħa.

Komponenti li jistgħu jikkrejaw riskju fiż-żona ħielsa għandhom wkoll jiġu mgħammra sabiex ikunu jistgħu jiġu eżaminati biex jiġi kontrollat jekk ġewx milħuqa r-rekwiżiti tal-punt 4.

ê 1999/40/KE Art. 1 u Anness pt. 1

Kull komponent li s-sewwieq stess jista' jneħħi għandhom jitneħħew meta jsiru l-kontrolli. Jekk huwa possibbli li l-bibien u t-twieqi jinżammu miftuħin jew li jitneħħew meta t-trattur jkun qiegħed jintuża, iridu jinżammu miftuħin jew jitneħħew waqt li jsiru l-kontrolli, sabiex ma tiżdiedx is-saħħa ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib. Jekk, f'din il-pożizzjoni, jikkostitwixxu perikolu lis-sewwieq jekk it-trattur jinqaleb, ir-rapport tal-kontroll irid jirreferi għal dan il-fatt.

ê 79/622/KEE (adattat)

1.3. Massa tat-trattur

Il-massa ta' referenza mt, tintuża fil-formoli (ara Anness III) biex jiġu kkalkolati l-enerġiji u l-forza ta’ tgħaffiġ, għandha tkun għall-anqas dik definita fil-punt 2.1 ta’ l-Anness I tad-Direttiva Ö 2003/37/KE Õ (i.e. teskludi aċċessjori mhux obbligatorji imma tinkludi coolant , żjut, karburanti, għodda u s-sewwieq) kif ukoll l-istruttura ta’ protezzjoni u jitnaqqsu 75 kg.

ê 79/622/KEE

Mhumiex inklużi tagħbiiet mhux obbligatorji fuq quddiem jew wara, saborra tat- tyre , implementi mwaħħlin, tagħmir armat jew kwalunkwe komponenti speċjaliżżati.

2. APPARAT U TAGĦMIR

2.1. Kontrolli għal tagħbija orizzontali (ġenb u lonġitudinali)

2.1.1. Materjal, tagħmir u mezzi biex jorbtu l-isfel li huma xierqa biex jiżguraw li l-assemblea hija mwaħħla sew mal- bedplate , independentement mit- tyre jekk preżenti.

2.1.2. Mezzi biex tiġi applikata forza orizzontali fuq l-istruttura ta’ protezzjoni bi travu iebes kif muri fil-Figuri 1 u 2 ta’ l-Anness IV.

2.1.2.1 It-travu iebes għandu jkollu dimensjoni tal-wiċċ vertikali ta’ 150 mm.

2.1.2.2. Għandha issir disposizzjoni sabiex it-tagħbija jista’ jiġi distribwit uniformament għad-direzzjoni tat-tagħbija u ma’ travu li huwa ta’ tul ta’ wieħed mill-multipli eżatti ta’ 50 bejn 250 u 700 mm.

2.1.2.3. It-trufijiet tat-travu f’kuntatt ma’ l-istruttura ta’ protezzjoni għandha tkun mgħawwġa fit-tond b’ radius massimu ta’ 50 mm.

2.1.2.4. Ġunti universali – jew l-ekwivalenti – għandhom jiġu inkorporati biex jiġi żgurat li l-attrezzatura tat-tagħbija ma tkaxkarx l-istruttura fit-tidwir jew fiċ-ċaqliq f’kwalunkwe direzzjoni minbarra d-direzzjoni tat-tagħbija.

2.1.2.5. Fejn it-tul orizzontali ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni li għaliha għandha tiġi applikata t-tagħbija ma tikkostitwix linja dritta normali għad-direzzjoni ta’ l-applikazzjoni tat-tagħbija, l-ispazju għandu jiġi mimli sabiex it-tagħbija tiġi distribwita ma’ dan it-tul.

2.1.3. Tagħmir għall-kejl, sa fejn teknikament possibbli, ta' l-enerġija assorbita mill-istruttura ta’ protezzjoni u l-partijiet riġidi tat-trattur li magħha hija mwaħħla, per eżempju billi tkejjel il-forza applikata matul id-direzzjoni ta’ l-applikazzjoni tagħha u t-tagħwiġa relativa li tikkorrispondi mall-punt fuq ix- chassis tat-trattur.

2.1.4. Mezzi biex jiġi ppruvat li ma kienx hemm dħul mill-istruttura ta' protezzjoni fiż-żona ta’ spazju matul il-kontroll. Rig skond il-figuri 6 ta’l-Anness IV jista’ jintuża.

2.2. Kontrolli ta’ tgħaffiġ (wara u quddiem)

2.2.1. Materjal, tagħmir u mezzi biex jorbtu l-isfel li huma xierqa biex jiżguraw li t-trattur huwa mwaħħal sew mal- bedplate , indipendentement mit- tyres .

2.2.2. Mezzi biex tiġi applikata forza vertikali għall-istruttura ta’ protezzjoni, bħalma huwa muri fil-figura 3 ta’ l-Anness IV, inkluż travu iebes li jgħaffeġ li huwa wiesa’ 250 mm.

2.2.3. Tagħmir biex titkejjel il-forza vertikali totali applikata.

2.2.4. Mezzi biex jiġi ppruvat li ma kienx hemm dħul mill-istruttura ta' protezzjoni fiż-żona ta’ spazju matul il-kontroll. Rig skond il-figuri 6 ta’l-Anness IV jista’ jintuża.

2.3. Tolleranza fil-kejl

2.3.1. Dimensjonijiet: ± 3 mm.

2.3.2. Tagħwiġa: ± 3 mm.

2.3.3. Massa tat-trattur ± 20 kg.

2.3.4. Tagħbijiet u forzi: ± 2 %.

2.3.5. Direzzjoni tat-tagħbija: devjazzjoni mid-direzzjonijiet orizzontali u vertikali speċifikati fl-Anness III:

- mill-bidu tal-kontroll, taħt tagħbija żero: ± 2o,

- waqt il-kontroll, taħt tagħbija: 10o fuq u 20o taħt l-orizzontali. Dawn il-varjazzjonijiet għandhom jinżammu fil-minimu.

3. KONTROLL

3.1. Rekwiżiti ġenerali

3.1.1. Sekwenza tal-kontroll

3.1.1.1. Is-sekwenza tal-kontroll għandha tkun kif ġej:

3.1.1.1.1. Tagħbija lonġitudinali (Anness III, 1.2)

Għal tratturi b’min ta’ l-anqas 50% tal-massa kif definita fil-punt 1.3 fuq ir-roti ta’ wara t-tagħbija lonġitudinali għandha tiġi applikata minn wara (każ 1). Għal tratturi oħra t-tagħbija lonġitudinali għandha tiġi applikata minn quddiem (każ 2).

3.1.1.1.2. L-ewwel kontroll ta’ tgħaffiġ:

L-ewwel kontroll ta’ tgħaffiġ għandu jiġi applikat fl-istess tarf ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni bħat-tagħbija lonġitudinali. i.e.:

fuq wara f’każ 1 (Anness III, punt 1.5),

fuq quddiem f’każ 2 (Anness III, punt 1.6),

3.1.1.1.3. Tagħbija mill-ġenb (Anness III, 1punt .3)

3.1.1.1.4. It-tieni kontroll ta’ tgħaffiġ:

It-tieni kontroll ta’ tgħaffiġ għandu jiġi applikat fit-tarf oppost minn dak ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni għat-tagħbija lonġitudinali. i.e.:

fuq quddiem f’każ 1 (Anness III, punt 1.6),

fuq wara f’każ 2 (Anness III, punt 1.5),

3.1.1.1.5. It-tieni tagħbija lonġitudinali (Anness III, punt 1.7):

It-tieni tagħbija lonġitudinali għandha tiġi applikata għal tratturi li huma mgħammra bi struttura ta’ protezzjoni disinjata biex titmejjel meta d-direzzjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ tagħbija lonġitudinali (ara punt 3.1.1.1.1) ma tkunx mejlet l-istruttura ta’ protezzjoni.

3.1.1.2. Jekk, waqt il-kontroll, tinkiser jew tiċċaqlaq kwalunkwe parti mit-tagħmir li jrażżan, il-kontroll għandu jinbeda mill-ġdid.

3.1.1.3. Ma jistgħu jsiru l-ebda tiswijiet jew aġġustamenti lit-trattur jew lill-istruttura ta’ protezzjoni waqt il-kontrolli.

3.1.2. Wisa’ tas-serbut tar-roti

Ir-roti għandhom jitneħħew jew jiġu ffissati f’wisa’ tas-serbut li jiżgura li ma tista’ ssir l-ebda interferenza ma’ l-istruttura ta’ protezzjoni waqt il-kontrolli.

3.1.3. Tneħħija tal-komponenti li ma joħolqux periklu

Il-komponenti kollha tat-trattur u l-istruttura ta’ protezzjoni li, bħala unitajiet kompleti, jikkostitwixxu protezzjoni għas-sewwieq – inkluża protezzjoni tat-temp – għandhom jiġu pprovduti kompleti fuq trattur għall-ispezzjoni.

L-istruttura ta’ protezzjoni li tiġi kontrollata ma’ għandhiex għalfejn tiġi mgħammra bi twieqi ta’ quddiem, tal-ġenb jew ta’ wara bil-ħġieġ tas-sigurtà jew material simili, u kwalunkwe pannell, tagħmir u aċċessorji li ma’ għandhomx funzjoni ta’ saħħa strutturali u li ma jistax joħloq periklu fil-każ ta’ qlib.

3.1.4. Strumentazzjoni

L-istruttura ta’ protezzjoni għandha tiġi strumentata bit-tagħmir meħtieġ biex tiġi akkwistata l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi mpinġi d-dijagramma tad-tagħwiġa tal-forza (ara figura 4 ta' l-Anness IV). Tagħwiġa totali u permanenti ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni għandha tiġi mkejjla u nnotata għal kull stadju tal-kontroll (ara figura 5 ta’ l-Anness IV)

3.1.5. Direzzjoni tat-tagħbija

F’każ ta’ trattur li fih s-sedil mhux fuq il-pjan medju tat-trattur u/jew saħħa mhux simmetrika ta’ l-istruttura, it-tagħbija fuq il-ġenb tkun fuq it-trattur li x’aktarx l-aktar iwassal għal vjolazzjoni taż-żona ta’ spazju waqt il-kontrolli (ara wkoll Anness III, punt 1.3).

4. REKWIŻITI TA’ L-AĊĊETTAZZJONI

ê 79/622/KEE (adattat)

4.1. Struttura ta’ protezzjoni sottomessa għall-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent għandha titqies li ssodisfat ir-rekwiżiti tas-saħħa jekk wara l-kontrolli tissoddisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

ê 82/953/KEE Art. 1 u Anness (adattat)

4.1.1. Ö L-istruttuta tal-protezzjoni ma tkunx daħlet fl-ebda parti miż-żona ta’ spazju ħieles kif deskritta fil-punt 3.2 ta’ l-Anness III jew dejjem ħarset iż-żona ħielsa matul il-kontrolli Õ speċifikati fil-punti 1.2, 1.3, 1.5, 1.6 u, fejn addattat, 1.7 ta’ l-Anness III.

Jekk ikun sar kontroll ta’ tagħbija eċċessiva, il-forza applikata meta l-enerġija speċifikata hija assorbita għandha tkun akbar minn 0.8 tal-forza massima li jkun hemm kemm matul il-kontroll prinċipali u kemm matul il-kontroll ta’ tagħbija eċċessiva kkonċernati (ara l-figuri 4b u 4ċ ta’ l-Anness IV).

ê 79/622/KEE (adattat)

è1 82/953/KEE Art. 1 u Anness

è1 4.1.2. ç Waqt il-kontrolli l-istruttura ta’ protezzjoni ma’ għandiex timponi Ö pressjoni Õ fuq l-istruttura tas-sedil.

ê 82/953/KEE Art. 1 u Anness

4.1.3. Fil-punt meta l-livell ta’ enerġija mitluba jintlaħaq f’kull waħda mill-kontrolli speċifikati ta’ tagħbija orizzontali, l-forza għandha taqbeż 0.8 tal-forza massimas.

ê 79/622/KEE

4.2. Addizzjonalment, ma’ għandu jkun hemm l-ebda karatteristika li tippreżenta periklu partikolari lis-sewwieq, e.g. nuqqas ta’ kuttunament fis-saqaf jew kull post ieħor fejn tista’ tintlaqat ras is-sewwieq.

5. RAPPORT TAL-KONTROLL

ê 79/622/KEE (adattat)

5.1. Ir-rapport tal-kontroll għandu jitwaħħal maċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent msemmi fl-Anness VII. Il-presentazzjoni tar-rapport għandha tkun kif muri fl-Anness V. Għandu jinkludi:

5.1.1. deskrizzjoni ġenerali tal-forma u l-kostruzzjoni ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni Ö (ara Anness V għad-dimensjonijiet obbligatorji), Õ li jinkludu d-disposizzjonijiet għall-entratura, Ö ħruġ normali u hruġ ta' emerġenza Õ; id-disposizzjonijiet għal sistemi ta’ sħana u ventilazzjoni, u aċċessorji oħra fejn dawn huma disponibbli u fejn jistgħu jaffettwaw iż-żona ta’ spazju ħieles jew jistgħu joħolqu periklu.

5.1.2. Dettalji ta’ karatteristiċi speċjali bħal strumenti biex jipprevenu t-tgerbib kontinwu tat-trattur.

5.1.3. Deskrizzjoni qasira ta’ kuxxinament interjuri.

5.1.4. Dikjarazzjoni tat-tip tal- windscreen u glazing Ö użat u Õ ta’ marki ta’ approvazzjoni KE jew oħrajn inkorporati.

5.2. Jekk l-approvazzjoni tat-tip KE qed tiġi estiża għal tipi oħra ta’ tratturi, ir-rapport għandu jinkludi r-referenza eżatta tar-rapport ta’ l-approvazzjoni oriġinali tat-tip KE għal komponent kif ukoll indikazzjonijiet preċiżi dwar ir-rekwiżiti stabbiliti fis-sezzjoni 3.4 ta’ l-Anness I.

ê 79/622/KEE

è1 82/953/KEE Art. 1 u Anness

5.3. Ir-rapport għandu jidentifika biċ-ċar it-tip ta’ trattur (ditta, tip u deskrizzjoni kummerċjali, eċċ) użat għall-kontroll u t-tipi li għalihom l-istruttura ta’ protezzjoni hija maħsuba.

6. SIMBOLI

mt | = | massa ta’ riferenza ta' trattur (kg) kif definit fil-punt 1.3. |

D | = | tagħwiġa (mm) ta’l-istruttura fil-punt ta’ u f’linja ma’ l-applikazzjoni tat-tagħbija. |

è1 D’ ç | è1 = ç | è1 tagħwiġa (mm) ta’ l-istruttura għall-enerġija kkalkulata mitluba. ç |

F | = | forza ta' tagħbija statika (N:newtons). |

Fmax | = | forza statika ta' -tagħbija massima li ssir waqt tagħbija, (N) ħlief għal tagħbija żejda. |

è1 F’ ç | è1 = ç | è1 il-forza ta’ l-enerġija kkalkulata mitluba. ç |

è1 F-D ç | è1 = ç | è1 kurva ta’ forza/tagħwiġa. ç |

Eis | = | penetrazzjoni ta’ enerġija li jiġi assorbit waqt tagħbija mill-ġenb (J:joules). |

Eil 1 | = | penetrazzjoni ta’ enerġija li jiġi assorbit waqt tagħbija lonġitudinali (J). |

è1 Eil 2 ç | è1 = ç | è1 id-penetrazzjoni ta’ enerġija li trid tiġi assorbita matul l-applikazzjoni tat-tieni tagħbija lonġitudinali (J). ç |

Fr | = | forza applikata fuq wara fil-kontroll tat-tgħaffiġ (N). |

Ff | = | forza applikata fuq quddiem fil-kontroll tat-tgħaffiġ (N). |

_______________

ANNESS III

PROĊEDURA TAL-KONTROLL

1. KONTROLL GĦAT-TAGĦBIJA ORIZZONTALI U TGĦAFFIĠ

1.1. Dispożizzjonijiet ġenerali għal kontrolli ta’ tagħbija orizzontali

1.1.1. It-tagħbijiet applikati lill-istruttura ta’ protezzjoni għandhom jiġu distribwiti permezz ta’ travu iebes, li jikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 2.1.2 ta’ l-Anness II, mqiegħda normali għad-direzzjoni ta’ l-applikazzjoni ta' tagħbija; it-travu iebes jista’ jkun mgħammar b’mezzi li jiprevenu iċ-ċaqliq tagħha lejn il-ġenb. Ir-rata ta’ tagħwiġa taħt tagħbija ma’ għandhiex tkun akbar minn 5 mm/s. Waqt li tiġi applikata it-tagħbija, il-valuri F u D għandhom jiġu rreġistrati simultanjament f’żidiet ta’ tagħwiġa ta’ 15-il mm jew inqas, biex tiġi żgurata l-preċiżjoni. Ladarba tkun bdiet l-applikazzjoni inizzjali, it-tagħbija ma għandhiex titnaqqas sakemm jitlesta l-kontroll; imma huwa permess li ma tiżdiedx aktar it-tagħbija jekk mixtieq, e.g. biex jiġi reġistrat il-kejl.

1.1.2. Jekk il-membru strutturali li għalih tiġi applikata it-tagħbija huwa kkurvat, għandu jikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 2.1.2.5 ta’ l-Anness II. L-applikazzjoni ta’ tagħbija għandha, madankollu, tikkonforma mar-rekwiżiti tas-sezzjoni 1.1.1 fuq u s-sezzjoni 2.1.2 ta’ l-Anness II.

1.1.3. Jekk ma jeżisti l-ebda membru strutturali msallab fil-punt ta’ l-applikazzjoni, travu sostitut għall-kontroll li ma jżidx saħħa ma’ l-istruttura jista’ jintuża għall-proċedura tal-kontroll.

1.1.4. L-istruttura għandha tiġi viżwalment ikkontrollata meta t-tagħbija titneħħa wara li kull tagħbija tkun kompluta. Jekk saru tixqiq jew tqattigħ waqt tagħbija, il-kontroll ta’ tagħbija żejda speċifikat f’1.4 hawn taħt għandu jsir qabel ma wieħed jgħaddi għat-tagħbija li jmiss fis-sekwenza mogħtija fis-sezzjoni 3.1.1.1 ta’ l-Anness II.

ê 82/953/KEE Art.1 u Anness (adattat)

1.2. Tagħbija lonġitudinali (ara l-Figura 2 ta’ l-Anness IV)

L-applikazzjoni tat-tagħbija għandha tkun orizzontali u parallela mal-pjan medjan vertikali tat-trattur.

Għal tratturi li għandhom mill-anqas 50 % tal-massa tagħhom, kif definita fil-punt 1.3 ta’ l-Anness II, fuq ir-roti ta’ wara, it-tagħbija lonġitudinali ta’ wara u t-tagħbija laterali għandha tiġi applikata fuq naħat differenti tal-pjan lonġitudinali medjan ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni. Għal tratturi li għandhom mill-anqas 50 % tal-massa tagħhom fuq ir-roti ta’ quddiem, it-tagħbija lonġitudinali ta’ quddiem għandha tkun fuq l-istess naħa tal-pjan lonġitudinali medjan ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni bħat-tagħbija laterali.

Għandha tiġi applikata fuq il-parti strutturali trasversali l-aktar ‘il fuq ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni (jiġifieri, l-parti li x’aktarx tolqot l-art l-ewwel fil-każ ta’ qlib).

Il-punt ta’ applikazzjoni tat-tagħbija għandu jkun mqiegħed Ö f'distanza ta' Õ wieħed minn sitta tal-wisa’ tan-naħa ta’ fuq ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni ‘l ġewwa mill-kantuniera ta’ barra. Il-wisa’ ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni għandha tittieħed bħala d-distanza ta’ bejn iż-żewġ linji paralleli mal-pjan medjan vertikali tat-trattur li jmiss l-estremitajiet ta’ barra ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni fi pjan orizzontali li jmiss in-naħa ta’ fuq tal-membri strutturali trasversali l-aktar ‘il fuq.

It-tul tat-travu ma’ għandux ikun inqas minn terz tal-wisa’ ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni (kif deskritt qabel) u mhux aktar minn 49 mm akbar minn dan il-minimu.

It-tagħbija lonġitudinali hija applikata minn wara jew minn quddiem, kif definit fil-punt 3.1.1.1 ta’ l-Anness II.

Il-kontroll għandu jitwaqqaf kull meta:

(a) l-enerġija tat-tensjoni assorbita mill-istruttura ta’ protezzjoni hija ugwali għal jew akbar mid-penetrazzjonita’ l-enerġija meħtieġa Eil 1 (fejn Eil 1 = 1.4 mt);

(b) l-istruttura tidħol fiż-żona ta’ spazju ħieles jew tħalli liż-żona ta’ spazju ħieles mingħajr protezzjoni.

ê 79/622/KEE

è1 1999/40/KE Art. 1 u Anness pt. 2(a)

1.3. Tagħbija mill-ġenb (ara Figura 1 ta’ l-Anness IV)

It-tagħbija għandha tiġi applikata orizzontalment 90º mall-pjan medju vertikali tat-trattur. Għandha tiġi applikata għall-estremità l-aktar 'il fuq ta’ l-istruttura ta' protezzjoni f’punt ta’ 300 mm ‘l quddiem mill-punt ta’ referenza tas-sedil, bis-sedil fil-posizzjoni l-aktar lura kif definita fit-taqsima 2.3.1. hawn taħt. Jekk l-istruttura ta' protezzjoni għandha xi proġezzjoni fil-ġenb li żgur tiġi l-ewwel f’kuntatt ma’ l-art waqt qlib lejn il-ġenb, it-tagħbija għandha tiġi applikata f’dak il-punt.è1 Fil-każ ta' trattur b'pożizzjoni riversibbli, it-tagħbija għandha tiġi applikata fuq in-naħa ta' fuqnett ta' l-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib fin-nofs bejn iż-żewġ punti ta' referenza tas-sedil. ç

It-travu għandu jkun twil kemm huwa prattikabbli, iżda mhux itwal minn 700 mm.

Il-kontroll għandu jitwaqqaf kull meta:

(a) l-enerġija ta’ sforz assorbita mill-istruttura ta' protezzjoni hija daqs jew aktar mill-penetrazzjoni tal-enerġija meħtieġa Eis (fejn Eis = 1.75 mt); jew

(b) l-istruttura ta' protezzjoni tikser iż-żona ta’ spazju jew tħalli ż-żona ta’ spazju mingħajr protezzjoni.

ê 88/413/KEE Art.1 u Anness

1.4. Kontroll ta’ tagħbija żejda (ara Figuri 4a, 4b u 4ċ f’Anness IV)

1.4.1. Il-kontroll ta’ tagħbija żejda għandu jitwettaq jekk il-forza tonqos b’aktar mit-3 % waqt l-aħħar 5 % tat-tagħwiġa miksuba, fejn l-enerġija meħtieġa tinxtorob mill-istruttura (ara Figura 4b).

ê 82/953/KEE Art.1 u Anness

1.4.2. Il-kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija jinvolvi ż-żieda gradwali tat-tagħbija orizzontali b’żidiet ta’ 5 % ta’ l-enerġija inizzjali mitluba sa massimu ta’ 20 % ta’ enerġija miżjuda (ara l-figura 4 ċ).

1.4.2.1. Il-kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija huwa sodisfaċenti jekk, wara kull żieda b’5, 10 jew 15 % f’enerġija mitluba, il-forza tonqos b’anqas minn 3 % għal żieda ta’ 5 % u tibqa’ aktar minn 0.8 Fmass.

1.4.2.2. Il-kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija huwa sodisfaċenti jekk, wara li l-istruttura tkun assorbiet 20 % ta’ enerġija miżjuda, il-forza taqbeż 0.8 Fmass.

1.4.2.3. Matul il-kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija huma permessi xquq jew tiċritiet addizzjonali u/jew il-penetrazzjoni fi jew in-nuqqas ta’ protezzjoni taż-żona ta’ spazju ħieles minħabba diformazzjoni elastika. Madankollu, wara t-tneħħija tat-tagħbija, l-istruttura ma’ għandhiex tidħol fiż-żona ta’ spazju ħieles, li għandha tkun protetta kompletament.

ê 79/622/KEE (adattat)

1.5. Tgħaffiġ fuq wara

It-travu għandu jiġi posizzjonat fuq il-membri strutturali ta’ wara l-aktar 'il fuq u r-riżultanti tal-forzi li jgħaffġu għandhom jinsabu fil-pjan vertikali lonġitudinali referut. Għandha tiġi applikata forza Fr = 20 mt.

Fejn il-parti ta’ wara tas-saqaf ta’ l-istruttura ta' protezzjoni ma jreġġix il-forza kollha li tgħaffeġ, il-forza għandha tiġi applikata sakemm is-saqaf jiġi defless biex imiss mal-pjan li jgħaqqad il-parti ta’ fuq ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni ma’ dik il-parti ta’ wara tat-trattur li kapaċi treġġi l-massa tal-vettura meta tinqaleb. Il-forza għandha imbagħad titneħħa, u t-trattur jew il-forza ta’ tagħbija tiġi posizzjonata mill-ġdid sabiex it-travu jiġi fuq dak il-punt ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni li tkun tista’ imbagħad treġġi l-istruttura ta’ protezzjoni meta tinqaleb kompletament. Imbagħad għandha tiġi applikata l-forza Fr.

Il-forza Fr għandha tiġi applikata għal minimu ta’ ħames sekondi wara l-waqfa tad- Ö tagħwiġa Õ li tidher viżibbilment.

Ö Il-kontroll għandu jitwaqqaf Õ jekk l-istruttura tikser ż-żona ta’ spazju jew tħalli ż-żona ta’ spazju mingħajr protezzjoni.

1.6. Tgħaffiġ fuq quddiem

It-travu għandu jiġi posizzjonat fuq il-membri strutturali ta’ quddiem l-aktar 'il fuq u r-riżultanti tal-forzi li jgħaffġu għandhom ikunu lokati fil-pjan vertikali lonġitudinali ta' referenza. Għandha tiġi applikata forza Ff = 20 mt.

Fejn il-parti ta’ quddiem tas-saqaf ta’ l-istruttura ta' protezzjoni ma jreġġix il-forza li tgħaffeġ kollha, il-forza għandha tiġi applikata sakemm is-saqaf jiġi mgħawweġ biex imiss mal-pjan li jgħaqqad il-parti ta’ fuq ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni ma’ dik il-parti ta’ quddiem tat-trattur li kapaċi treġġi l-massa tal-vettura meta tinqaleb. Il-forza għandha imbagħad titneħħa, u t-trattur jew il-forza ta’ tagħbija tiġi posizzjonata mill-ġdid sabiex it-travu jiġi fuq dak il-punt ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni li treġġi l-istruttura ta’ protezzjoni meta tinqaleb kompletament. Għandha imbagħad tiġi applikata l-forza Ff.

Il-forza Ff għandha tiġi applikata għal minimu ta’ ħames sekondi wara l-waqfa tat- Ö tagħwiġa Õ li tidher viżibbilment.

Waqqaf il-kontroll jekk l-istruttura tidħol fiż-żona ta’ spazju ħieles jew tħalli ż-żona ta’ spazju ħieles mingħajr protezzjoni.

1.7. It-tieni tagħbija lonġitudinali

L-applikazzjoni tat-tagħbija għandha tkun orizzontalment parallela mal-pjan medju vertikali tat-trattur.

It-tieni tagħbija lonġitudinali għandha tiġi applikata minn wara jew minn quddiem kif definit fil-punt 3.1.1.1 ta’ l-Anness II.

Għandha tkun applikata fid-direzzjoni opposta għal u fil-kantuniera l-iżjed 'il bogħod mit-tagħbija lonġitudinali fis-sezzjoni 1.2.

Għandha tiġi applikata fuq il-membru strutturali trasvers l-aktar ‘il fuq ta’ l-istruttura ta' protezzjoni (i.e. dik il-parti li x’aktarx tmiss l-art f’inċident ta’ qlib).

Il-punt ta’ applikazzjoni tat-tagħbija għandu jkun Ö f'distanza ta' Õ wieħed minn sitta mill-wisa’ ta’ fuq ta’ l-istruttura ta' protezzjoni ‘l ġewwa mill-kantuniera ta’ barra. Il-wisa’ ta' l-istruttura ta' protezzjoni titqies bħala d-distanza bejn żewġ linji paralleli mal-pjan medju vertikali tat-trattur li tmiss l-estremitajiet fuq barra ta’ l-istruttura ta' protezzjoni fil-pjan orizzontali li jmiss fuq tal-membri strutturali trasversi l-aktar 'il fuq.

It-tul tat-travu m’għandux ikun inqas minn terz tal-wisa’ ta’ l-istruttura ta' protezzjoni (kif deskritta qabel) u mhux aktar minn 49 mm aktar minn dan il-minimu.

Ö Il-kontroll għandu jitwaqqaf Õ kull meta:

(a) l-enerġija ta’ sforz assorbita mill-istruttura hija daqs jew akbar mill-penetrazzjonita’ l-enerġija meħtieġa Eil2 (fejn Eil2 = 0.35 mt); jew

(b) l-istruttura tidħol fiż-żona ta’ spazju jew tħalli ż-żona ta’ spazju mingħajr protezzjoni.

2. ŻONA TA’ SPAZJU

2.1. Iż-żona ta’ spazju hija murija fil-figura 6 ta’ l-Anness IV u definita f’relazzjoni mal-pjan ta' referenza vertikali ġeneralment lonġitudinali għat-trattur u li tgħaddi minn punt ta' referenza tas-sedil, deskritt fis-sezzjoni 2.3, u ċ-ċentru ta’ l- isteering wheel . Il-pjan ta' referenza għandu jiġi assunt li jiċċaqlaq orizzontalment mas-sedil u l- isteering wheel waqt l-applikazzjoni tat-tagħbija iżda li jibqa’ perpendikolari ma’ l-art tat-trattur jew ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni jekk dan jiġi armat kif kien.

Fejn l- isteering wheel huwa aġġustabli, il-posizzjoni tiegħu għandha tkun dik għal sewqan normali bilqiegħda.

2.2. Il-limiti taż-żona għandhom jittieħdu bħala:

2.2.1. pjani vertikali ta’ 250 mm fuq kull naħa tal-pjan ta' referenza li jestendi ‘l fuq mill-punt ta' referenza tas-sedil għal 300 mm;

2.2.2. pjanijiet paralleli li jestendu mit-tarf l-aktar fil-għoli tal-pjan 2.2.1 sa għoli massimu ta’ 900 mm fuq il-punt ta' referenza tas-sedil u mmejjel b’tali mod li t-tarf ta’ fuq tal-pjan fil-ġenb li minnu t-tagħbija tiġi applikata huwa għall-inqas 100 mm mill-pjan ta' referenza;

2.2.3. pjan orizzontali 900 mm ‘l fuq mill-punt ta' referenza tas-sedil;

2.2.4. pjan immejjel perpendikolari għall-pjan ta' referenza u li jinkludi punt 900 mm direttament ‘l fuq mill-punt ta' referenza tas-sedil l-aktar fil-għoli u l-punt l-aktar lura tad-dahar tas-sedil;

2.2.5. wiċċ, jekk meħtieġ kurvat, b’serje ta’ linji dritti perpendikolari għall-pjan ta' referenza li jestendi l-isfel mill-punt l-aktar lura tas-sedil f’kuntatt mad-dahar tas-sedil mat-tul tiegħu kollu;

2.2.6. wiċċ kurvilineari, perpendikolari għall-pjan ta' referenza, f’ radius ta’ 120 mm tanġent mal-pjanijiet 2.2.3 u 2.2.4;

2.2.7. wiċċ kurvilineari, perpendikolari għall-pjan ta' referenza, b’ radius ta’ 900 mm li jestendi ‘l quddiem għal 400 mm minn u tanġent mall-pjan 2.2.3 f’punt 150 mm ‘l quddiem mill-punt ta' referenza tas-sedil;

2.2.8. pjan immejjel perpendikolari għall-pjan ta' referenza, li jingħaqad mal-wiċċ 2.2.7 fit-tarf ta’ quddiem u li jgħaddi 40 mm mill- isteering wheel . F’każ ta’ posizzjoni għolja ta’ isteering , dan il-pjan jiġi sostitwit minn pjan li jmiss il-wiċċ fit-tarf 2.2.7;

2.2.9. pjan vertikali, perpendikolari għall-pjan ta' referenza, 40 mm ‘il quddiem mill- isteering wheel ;

2.2.10. pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt ta' referenza tas-sedil;

ê 1999/40/KE Art. 1 u Anness pt. 2(b)

2.2.11. fil-każ ta' trattur bil-pożizzjoni tas-sewqan riversibbli, l-ispazju ħieles għandu jkun taħlita taż-żewġ spazji stabbiliti miż-żewġ pożizzjonijiet ta' l-i steering wheel u s-sedil;

2.2.12. fil-każ ta' trattur li jista' jkun mgħammar b'sedili mhux obbligatorji, il-kontrolli għandhom ikunu bażati fuq l-ispazju magħqud kif definit mill-punti ta' referenza għal kull għażla possibbli. L-istruttura ta' protezzjoni kontra l-qlib ma tistax tidħol fl-ispazju ħieles magħqud magħmul mill-varji punti ta' referenza tas-sedili;

2.2.13. fejn sedil ġdid jiġi propost wara li jkun twettaq il-kontroll, irid ikun hemm kalkolu li jiddetermina jekk l-ispazju ħieles il-ġdid madwar il-punt ta' referenza tal-post ġdid jinsab kompletament fl-ispazju ħieles diġa stabbilit. Jekk dan ma jkunx il-każ, għandu jsir kontroll ġdid.

ê 79/622/KEE

2.3. Lokazzjoni tas-sedil u punt ta' referenza tas-sedil

2.3.1. Għall-għanijiet tad-definizzjoni taż-żona ta’ spazju f'punt 2.1, is-sedil għandu jkun fil-punt l-aktar lura ta’ kwalunkwe medda ta’ aġġustament orizzontali. Għandu jitqiegħed fl-ogħla punt tal-medda ta’ aġġustament orizzontali fejn dan hu independenti mill-aġġustament tal-posizzjoni orizzontali tiegħu.

Il-punt ta' referenza għandu jiġi stabbilit bl-użu ta’ l-apparat illustrat f’figuri 7 u 8 ta’ l-Anness IV biex tiġi simulata tagħbija minn okkupant bniedem. L-apparat għandu jikkonsisti f’ pan board tas-sedil u għuda għas-serħan tad-dahar. L-għuda għas-serħan tad-dahar għandu jiġi nperjat fir-reġjun tal- ħotbiet tal-ġenbejn (A) u ġenbejn (B), bil-ġonta (B) jkollha l-għoli aġġustabbli.

2.3.2. Il-punt ta' referenza huwa definit bħala l-punt fil-pjan medju lonġitudinali tas-sedil fejn il-pjan tanġent ma' l-għuda tas-serħan t’isfel tad-dahar u l-pjan orizzontali jiltaqgħu. Dan il-pjan orizzontali jaqta’ l-wiċċ ta’ isfel tal- pan board tas-sedil 150 mm quddiem it-tanġent hawn fuq imsemmi.

2.3.3. Fejn sedil jinkorpora ċaqliq b’sospensjoni mqabbża liberalment, kemm jekk dan jista’ jiġi aġġustat għat-toqol tas-sewwieq jew le, is-sedil għandu jitqiegħed fil-punt nofsani ta’ dan iċ-ċaqliq.

L-apparat għandu jiġi posizzjonat fuq is-sedil. Imbagħad għandu jitgħabba b’forza ta’ 550N f’ punt 50 mm ‘l quddiem mill-ġonta (A), u ż-żewġ partijiet ta’ l-għuda għas-serħan tad-dahar għandhom jingħafsu ħafif b'tanġent mad-dahar.

2.3.4. Jekk mhuwiex possibbli li jiġu determinati tanġenti definiti għal kull żona tas-serħan tad-dahar (taħt u fuq ir-reġjun lumbar ) għandu jsir dan li ġej:

2.3.4.1. fejn l-ebda tanġent għaż-żona t’isfel mhux possibbli, il-parti t’isfel ta’ l-għuda għas-serħan tad-dahar tingħafas mad-dahar vertikalment;

2.3.4.2. fejn l-ebda tanġent għaż-żona ta’ fuq mhux possibbli, il-ġonta (B) titwaħħal f’għoli li hu 230 mm ‘l fuq mill-punt ta' referenza tas-sedil, jekk il-parti ta’ isfel tas-serħan tad-dahar hija vertikali. Imbagħad iż-żewġ partijiet ta’ l-għuda għas-serħan tad-dahar jingħafsu ħafif mad-dahar.

3. KONTROLLI U KEJL LI GĦANDUU JSIRU

ê 79/622/KEE (adattat)

è1 82/953/KEE Art. 1 u Anness

è1 3.1. ç Żona ta' spazju ħieles

Waqt kull kontroll, l-istruttura ta' protezzjoni għandha tiġi eżaminata biex jiġi verifikat jekk parti mill-istruttura ta' protezzjoni daħlitx f’żona ta' spazju ħieles madwar is-sedil tas-sewwieq kif definit fil-punt 2.1. Addizzjonalment, l-istruttura ta' protezzjoni għandha tiġi eżaminata biex jiġi determinat jekk xi parti miż-żona ta' spazju ħieles hiex barra mill-protezzjoni ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni. Għal dan il-għan, għandha titqies barra mill-protezzjoni ta' l-istruttura ta' protezzjoni jekk xi parti minnha tkun ġiet f’kuntatt ma’ l-art ċatta jekk it-trattur jinqaleb lejn id-direzzjoni li minnha kienet applikata t-tagħbija. Għal dan il-għan, it- tyre u s-settjar tas-sriebet għandhom jitqiesu li huma l-iżgħar speċifikati mill-manifattur.

è1 3.2. ç Ö Tagħwiġa Õ permanenti finali

Wara Ö l-kontrolli, it-tagħwiġa Õ permanenti finali ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni għandha tiġi rreġistrata. Għal dan il-għan, qabel il-bidu tal-kontroll, il-posizzjoni tal-membri ewlenija ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni f’relazzjoni mal-punt ta' referenza tas-sedil għandhom jiġu rreġistrati.

______________

ANNESS IV

ê 82/953/KEE Art. 1 u Anness (adattat)

FIGURI

Figura 1: | Il-punt ta’ applikazzjoni ta’ tagħbija laterali |

Figura 2: | Il-punt ta’ applikazzjoni ta’ tagħbija lonġitudinali minn wara |

Figura 3: | Eżempju ta’ arranġament għal kontroll ta’ tkissir |

Figura 4a: | Ö Kurva forza/ Õ tagħwiġa - kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija mhux meħtieġ |

Figura 4b: | Ö Kurva forza/tagħwiġa Õ - kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija meħtieġ |

Figura 4ċ: | Kurva forza/tagħwiġa - il-kontroll ta’ eċċess ta’ tagħbija għandu jitkompla |

Figura 5: | Illustrazzjoni tat-termini Ö tagħwiġa permanenti, tagħwiġa elastika Õ u Ö tagħwiġa Õ totali |

Figura 6 a: | Veduta mill-ġenb taż-żona ta’ spazju ħieles |

Figura 6 b: | Veduta minn quddiem/minn wara taż-żona ta’ spazju ħieles |

Figura 6ċ: | Veduta isometrika |

Figura 7: | Apparat għad-determinazzjoni tal-punt ta’ referenza tas-sedil |

Figura 8: | Metodu ta’ kif jiġi ddeterminat il-punt ta’ referenza tas-sedil. |

ê 79/622/KEE

è1 82/953/KEE Art. 1 u Anness (Figura 2)

[pic]

è1(1)ç

[pic]

Figura 3: Eżempju ta’ arranġament għal kontroll ta’ tgħaffiġ

ê 82/953/KEE Art. 1 u Anness (adattat)

è1 88/413/KEE Art. 1 u Anness

[pic]

1. Punt ta' referenza aF' = 0,95 D'

1.1. Il-kontroll ta' eċċess ta' tgħabija m'huwiex meħtieġ peress illi a F' < 1, 03 F'.

Figure 4a Kurva forza/ tagħwiġa – kontrall ta' eċċess ta' tagħbija mhux meħtieġ

[pic]

1. Punt ta' referenza a F' = 0,95 D'

1.1 Il-kontroll ta' eċċess ta' tagħbija mhux meħtieġ peress a F' < 1, 03 F'.

1.2 Il-kontroll ta' tagħbija żejda mhux sodisfaċenti peress illi bF' > u bF' > 0,8 Fmax.

Figure 4b = Kurva forza/ tagħwiġa - kontroll ta' eċċess ta' tagħbija meħtieġ

[pic]

1. Punt ta' referenza a F' = 0,95 D'

1.1 Il-kontroll ta' tagħbija zejda meħtieġ peress illi e a F' < 1, 03 F'.

1.2 è1 Jekk bF huwa inqas minn 0,97 F’, il-kontroll tat-tagħbija żejda għandu jitwettaq. ç

1.3 Peress illi cF' < 0,97 bF' il-kontroll ta' tagħbija żejda għandu jitkompla

1.4 Peress illi dF' < 0,97 cF' il-kontroll ta' tagħbija żejda ghandu jitkompla.

1.5 Il-kontroll ta' tagħbija żejdahuwa sodisfaċenti peress illieF' > 0,8 Fmax.

NB: Jekk fi kwalunkwe ħin F jaqa' taħt 0,8 Fmax, l-istruttura hija miċħuda.

Figure 4c Kurva ta' forza/ tagħwiġa - il-kontroll ta' eċċess ta' tagħbija għandu jitkompla

[pic]

Figura 5: Illustrazzjoni tat-termini tagħwiġa permanenti, tagħwiċa elastika u Ö tagħwiġa Õ totali.

[pic]

Figura 6a: Dehra mill-ġenb taż-żona ta’ spazju.

[pic]

Figura 6b: Dehra minn quddiem/wara taż-żona ta’ spazju

[pic]

Figura 6c: Dehra isometrika

[pic]

Figura 7: Apparat għad-determinazzjoni tal-punt ta' referenza tas-sedil.

[pic]

Figura 8: Metodu li bih il-punt ta' referenza tas-sedil jiġi determinat .

_______________

ê 79/622/KEE (adattat)

ANNESS V

MUDELL

RAPPORT DWAR IL-KONTROLL TA’ APPROVAZZJONI TAT -TIP KE GĦAL KOMPONENT TA’ STRUTTURA TA’ PROTEZZJONI (QAFAS JEW KABINA TAS-SIGURTÀ) RIGWARD IS-SAĦĦA TAGĦHA KIF UKOLL IS-SAĦĦA TAT-TWAĦĦIL TAGĦHA MAT-TRATTUR

(Kontroll statiku)

[pic]

[pic]

[pic]

[pic]

_______________

ê 79/622/KEE (adattat)

ANNESS VI

MARKI

Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti tal-KE għandha tikkonsisti f’rettangolu li ddawwar f’ittri żgħar l-ittra «e» segwita mill-ittra jew ittri distintivi ta’ l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti:

ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1985, Art. 26 u Anness I p. 213

1 għall-Ġermanja

2 għall-Franza

3 għall-Italja

4 għall-Olanda

ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1994, Art. 29 u Anness I p. 206

5 għall-Isvezja

ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1994, Art. 26 u Anness I p. 213

6 għall-Belġju

ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003, Art. 20 u Anness I p. 61

7 għall-Ungerija

8 għar-Repubblika Ċeka

ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1985, Art. 26 u Anness I p. 213

9 għal Spanja

11 għar-Renju Unit

ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1994, Art. 29 u Anness I p. 206

12 għall-Awstrija

ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1985, Art. 26 u Anness I p. 213

13 għal-Lussemburgu

ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1994, Art. 29 u Anness I p. 206

17 għall-Finlandja

ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1985, Art. 26 u Anness I p. 213

18 għad-Danimarka

ê 2006/96/CE, Art. 1 u Anness, punt A.28

19 għar-Rumanija

ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003, Art. 20 u Anness II p. 61

20 għall-Polonja

ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1985, Art. 26 u Anness I p. 213 (adattat)

Ö 21 Õ għall-Portugall

ê 87/354/KEE Art. 1 u Anness, pt. 9(h) (adattat)

Ö 23 Õ EL għall-Greċja

ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1985, Art. 26 u Anness I p. 213 (adattat)

Ö 24 Õ għall-Irlanda

ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003, Art. 20 u Anness II p. 61

26 għas-Slovenja

27 għas-Slovakkja.

29 għall-Estonja

32 għal-Latvja

ê 2006/96/CE, Art. 1 u Anness, punt A.28

34 għall-Bulgarija

ê Att ta' Adeżjoni ta' l-2003, Art. 20 u Anness II, p. 61 (adattat)

36 għal-Litwanja

Ö 49 Õ CY għal Ċipru

Ö 50 Õ MT għal Malta.

ê 79/622/KEE (adattat)

Għandu jinkludi wkoll fil-qrib tar-rettangolu in-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent li jikkorrispondi man-numru taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE għal komponent maħruġ rigward is-saħħa tat-tip ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni u t-twaħħil tagħha fuq it-trattur.

[pic]

Eżempju ta’ marka ta' approvazzjoni tat-tip KE għal komponent

Il-marka ta' approvazzjoni tat-tip KE għal komponent għandha tiġi supplementata mis-simoblu addizzjonali «S»

L-istruttura ta’ protezzjoni li għandha l-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal komponent murija hawn fuq hija struttura li għaliha ngħatat approvazjoni tat-tip KE għal komponentfil-Ġermanja (e 1) taħt in-numru 1471.

_______________

ê 79/622/KEE (adattat)

ANNESS VII

MUDELL

ĊERTIFIKAT TA’ APPROVAZZJONI TAT-TIP KE GĦAL KOMPONENT

[pic]

[pic]

____________________

ê 79/622/KEE (adattat)

ANNESS VIII

REKWIŻITI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE

1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ trattur, rigward is-saħħa ta’ struttura ta’ protezzjoni u s-saħħa tat-twaħħil tagħha mat-trattur, għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tat-trattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

ê 79/622/KEE

2. Trattur li jirrappreżenta t-tip ta’ trattur għall-approvazzjoni, li fuqu struttura ta’ protezzjoni u t-twaħħil tagħha, debitament approvati, jiġu armati, għandhom jiġu sottomessi lis-servizzi tekniċi responsabbli biex imexxu -l-kontrolli ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

ê 79/622/KEE (adattat)

3. Is-servizz tekniku responsabbli biex imexxi l-kontrolli għall-approvazzjoni tat-tip għandu jikkontrolla jekk it-tip approvat ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni hijiex maħsuba li tiġi armata fuq it-tip ta’ trattur li għaliha tintalab l-approvazzjoni tat-tip. Partikolarment, għandha taċċerta li t-twaħħil ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni tikkorrespondi ma’ dak li ġie tkontrollat meta ngħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KE.

4. Min għandu approvazzjoni tat-tip KE jista’ jitlob li tiġi estiża għal tipi oħra ta’ strutturi ta’ protezzjoni.

5. L-awtoritaijet kompententi għandom jagħtu tali estensjonijiet fuq il-kundizzjonijiet li ġejjin:

5.1. it-tip ta’ struttura ta’ protezzjoni ġdida u t-twaħħil tagħha fuq it-trattur għandha approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KE;

5.2. hija ddisinjata li tiġi armata fuq it-tip ta’ trattur li għaliha tintalab l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE;

5.3. it-twaħħil ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni mat-trattur tikkorrespondi ma’ dik li ġiet kontrollat meta ngħatat l-approvazzjoni tat-tip KE.

6. Għandu jiġi anness ċertifikat, li l-mudell tiegħu jidher fl-Anness IX, maċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal kull approvazzjoni tat-tip jew estensjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip li ngħatat jew ġiet rifjutata.

7. Jekk l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ tip ta’ trattur tiġi introdotta fl-istess ħin ma’ talba għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti KE għal tip ta’ struttura ta’ protezzjoni li hija maħsuba li tintrama’ fuq it-tip ta’ trattur li għaliha ntalbet l-approvazzjoni tat-tip KE, ma jsirux il-kontrolli msemmija f’2 u 3.

______________

ê 79/622/KEE (adattat)

ANNESS IX

MUDELL

Isem ta’ l-Awtorità Kompetenti |

ANNESS GĦAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE GĦAL TIP TA’ TRATTUR DWAR IS-SAĦĦA TA’ L-ISTRUTTURI TA’ PROTEZZJONI (KOMPARTIMENT JEW QAFAS GĦAS-SIGURTÀ) U T-TWAĦĦIL TAGĦHOM MAT-TRATTUR (Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Marzu 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u r-revoka tad-Direttiva 74/150/KEE) |

[pic]

[pic]

_______________________

é

ANNESS X

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha (imsemmija fl-Artikolu 13)

Direttiva tal-Kunsill 79/622/KEE (L 179 tas-17.7.1979, p. 1) |

Direttiva tal-Kummissjoni 82/953/KEE (ĠU L 386 tal-31.12.1982, p. 31) |

Punt IX.A.15.h) ta' l-Anness I ta' l-Att ta' Adeżjoni 1985 (ĠU L 302, tal-15.11.1985, p. 213) |

Direttiva tal-Kunsill 87/354/KEE (ĠU L 192 tal-11.7.1987, p. 43) | Biss għal dak li għandu x’jaqsam mar-referenzi fl-Artikolu 1 u Anness punt 9(h) għad-Direttiva 79/622/KEE |

Direttiva tal-Kummissjoni 88/413/KEE (ĠU L 200 tas-26.7.1988, p. 32) |

Punti XI.C.II.4 ta' l-Anness I ta' l-Att ta' Adeżjoni 1994 (ĠU C 241, tad-29.8.1994, p. 206) |

Direttiva tal-Kummissjoni 1999/40/KE (ĠU L 124 tat-18.5.1999, p. 11) |

Punt I. A.29 ta' l-Anness II ta' l-Att ta' Adeżjoni 2003 (ĠU L 236 tat-23.9.2003, p. 61) |

Directive 2006/96/CE tal-Kunsill (ĠU L 363 20.12.2006, p. 81) | Biss għal dak li għandu x'jaqsam mar-referenzi fl-Artikolu 1 għad-Direttiva 79/622/CEE, u l-Anness, punt A.28 |

Parti B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmi fl-Artikolu 13)

Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |

79/622/KEE | 27 ta’ Diċembru 1980 |

82/953/KEE | 30 ta’ Settembru 1983(*) |

87/354/KEE | 31 ta’ Diċembru 1987 |

88/413/KEE | 30 ta’ Settembru 1988(**) |

1999/40/KE | 30 ta’ Ġunju 2000(***) |

2006/96/KE | 1 ta’ Jannar 2007 |

(*): Skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 82/953/KEE:

"1. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1983, l-ebda Stat Membru ma jista’:

- jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li joħroġ id-dokumenti msemmija fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE jew li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali, rigward tip ta’ trattur, jew

- jipprojbixxi l-d-dħul fis-servizz ta’ tratturi,

jekk l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ta’ dan it-tip ta’ trattur jew ta’ dawn it-tratturi tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

2. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1984, Stat Membru:

- m’ għandux joħroġ aktar id-dokument msemmi fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE għal tip ta’ trattur li l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva,

- jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonali rigward tip ta’ trattur li l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

3. B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1985, l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ trattuti li l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

4. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 3 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/536/KEE."

(**): Skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 88/413/KEE:

"1. Mill-1 ta’ Ottubru 1988 l-ebda Stat Membru ma jista’:

- jirrifjuta, fir-rigward tat-tip ta’ trattur, li jagħti l-approvazzjoni ta’ tip KEE, li joħroġ id-dokument imsemmi f’Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali; jew

- jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta’ tratturi;

jekk l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib fuq dawn it-tip ta’ tratturi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

2. Mill-1 ta’ Ottubru 1989 l-Istati Membri:

- ma għandhomx joħorġu d-dokument imsemmi f’Artikolu 10(1), l-aħħar inċiż tad-Direttiva 74/150/KEE fir-rigward tat-tip ta’ trattur li l-istrument ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma jħarisx id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva,

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tip ta’ trattur li l-istruttura ta’ protezzjoni kontra l-qlib ma tħarisx id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva."

(***): Skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/40/KE:

"1. Mill-1 ta' Lulju 2000, l-Istati Membri ma jistgħux:

- jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, biex joħorġu d-dokument li hemm ipprovdut għalih fit-tielet inċiż ta' Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE, jew li jagħti l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, rigward tip ta' trattur, jew

- jipprojbixxu d-dħul fis-servizz ta' tratturi,

jekk it-tratturi involuti jħarsu l-ħtiġijiet tad-Direttiva 79/622/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva.

2. Mill-1 ta' Jannar 2001, l-Istati Membri:

- ma għandhomx joħorġu aktar id-dokument stipulat fit-tielet inċiż ta' Artikolu 10(1) tad-Direttiva 74/150/KEE għal kwalunkwe tip ta' trattur li ma jħarisx il-ħtiġijiet tad-Direttiva 79/622/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva,

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali rigward kull tip ta' trattur li ma jħarisx il-ħtiġijiet tad-Direttiva 79/622/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva."

_____________

ANNESS XI

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 79/622/KEE | Din id-Direttiva |

Artikoli 1 u 2 | Artikoli 2 u 3 |

Artikolu 3(1) | Artikolu 4, l-ewwel paragrafu |

Artikolu 3(2) | Artikolu 4, it-tieni paragrafu |

Artikoli 4 and 5 | Artikoli 5 u 6 |

Artikolu 6, l-ewwel sentenza | Artikoli 7, l-ewwel paragrafu |

Artikolu 6, it-tieni sentenza | Artikoli 7, it-tieni paragrafu |

Artikoli 7 u 8 | Artikoli 8 u 9 |

Artikoli 9, frażi tal-bidu | Artikolu 1, frażi tal-bidu |

Artikolu 9, l-ewwel inċiż | Artikolu 1, punt (a) |

Artikolu 9, it-tieni inċiż | Artikolu1, punt (b) |

Artikolu 9, it-tielet inċiż | Artikolu 1, punt (c) |

Article 9, ir-raba' inċiż | Artikolu 1, punt (d) |

Artikoli 10 u 11 | Artikoli 10 u 11 |

Artikolu 12(1) | ___ |

_____________

[1] COM(87) 868 PV.

[2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire , COM(2001) 645 finali.

[4] Ara l-Anness X, Parti A għal din il-proposta.

[5] ĠU C [...], [...] p. [...].

[6] ĠU C [...], [...] p. [...].

[7] ĠU L 179 tas-17.7.1979 p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2006/96/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81).

[8] Anness X, Parti A.

[9] ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/67/KE.