52008PC0023

Proposta għal direttiva …/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2008/0023 finali - COD 2008/0019 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 28.1.2008

KUMM(2008) 23 finali

2008/0019 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA …/…/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (Verżjoni kkodifikata)

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunita sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunita tkun ċara u trasparenti.

2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunita huma ċari u jinftiehmu malajr.

3. Il-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunita.

Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/250/KEE ta’ l-14 ta’ Mejju 1991 dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter[3]. Id-Direttiva l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 91/250/KEE u ta’ l-att li jemendaha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness II tad-Direttiva kkodifikata.

ê 91/250/KEE (adattat)

2008/0019 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA …/…/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta’ […]

dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter

(test b’rilevanza ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu Ö 95 Õ tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Ö Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita Õ fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6]

Billi:

ê

1. Id-Direttiva 91/250/KEE tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Mejju 1991[7] ġiet emendata b'mod sostanzjali[8]. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

ê 91/250/KEE premessa 2

2. L-iżvilupp ta’ programmi tal-kompjuter jeħtieġ investiment ta’ riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji konsiderevoli filwaqt li programmi tal-kompjuter jistgħu jiġu kkupjati bi frazzjoni ta’ l-ispiża meħtieġa għall-iżvilupp tagħhom indipendentement.

ê 91/250/KEE premessa 3

3. Il-programmi tal-kompjuter qegħdin ikollhom parti dejjem aktar importanti fil-firxa wiesa’ ta’ l-industriji u t-teknoloġija tal-programmi tal-kompjuter tista’ f’dan is-sens tiġi kkunsidrata li hi ta’ importanza fundamentali għall-iżvilupp industrijali tal-Komunità.

ê 91/250/KEE premessa 4 (adattat)

4. Ċerti differenzi fil-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter offruta bil-liġijiet ta’ l-Istati Membri għandhom effetti diretti u negattivi fuq Ö it-tħaddim tas-suq intern Õ dwar programmi tal-kompjuter .

ê 91/250/KEE premessa 5 (adattat)

5. Differenzi eżistenti li jkollhom dawn l-effetti hemm bżonn li jitneħħew u oħrajn ġodda ma jitħallewx jinqalgħu, filwaqt li d-differenzi li ma jkollhomx effett kontra Ö it-tħaddim tas-suq intern Õ sa grad sostanzjali m’għandhomx bżonn li jitneħħew jew li ma jitħallewx li jqumu.

ê 91/250/KEE premessa 6

6. Il-qafas legali tal-Komunità dwar il-protezzjoni ta’ programmi tal-kompjuter jista’ f’dan is-sens primarjament ikun limitat li jistabbilixxi li Stati Membri għandhom jagħtu protezzjoni lill-programmi tal-kompjuter skond liġi tad-drittijiet ta’ l-awtur bħal xogħlijiet letterarji u, ukoll, biex jiġi stabbilit min jew xiex għandu jkun protett, id-drittijiet esklussivi li permezz tagħhom persuni protetti għandhom ikunu jistgħu jafdaw sabiex jawtorizzaw jew jipprojbixxu ċerti atti u għal kemm żmien il-protezzjoni għandha tapplika.

ê 91/250/KEE premessa 7

7. Għall-fini ta’ din id-Direttiva, it-terminu «programm tal-kompjuter» għandu jinkludi programmi f’kull forma, inklużi dawk li jkunu mdaħħla fil-hardwer. Dan it-terminu jinkludi wkoll xogħol preparatorju ta’ disinn li jwassal għall-iżvilupp ta’ programm tal-kompjuter kemm-il darba li n-natura tax-xogħol preparatorju huwa hekk li programm tal-kompjuter jista’ jirriżulta minnu fi stadju aktar ’il quddiem.

ê 91/250/KEE premessa 8

8. Dwar il-kriterji li għandhom jiġu applikati biex jistabbilixxu jekk programm tal-kompjuter huwiex oriġinali jew le, l-ebda testijiet m’għandhom jiġu applikati dwar il-meriti kwalitattivi jew estetiċi tal-programm.

ê 91/250/KEE premessa 9

9. Il-Komunità hija impenjata bis-sħiħ għall-promozzjoni ta’ standardizzazzjoni internazzjonali.

ê 91/250/KEE premessa 10, 11 u 12

10. Il-funzjoni ta’ programm tal-kompjuter hija li jikkomunika u jaħdem flimkien ma’ komponenti oħra f’sistema ta’ kompjuters u ma’ utenti u, għal dan l-iskop, interkonnessjoni u interazzjoni loġika u, fejn u xieraq, waħda fiżika hija meħtieġa biex tippermetti l-elementi kollha tas-softwer u hardwer li jaħdmu ma’ softwer u hardwer ieħor u ma’ utenti fil-modi kollha li fihom huma maħsuba li jiffunzjonaw. Il-partijiet tal-programm li jipprovdu għal din l-interkonnessjoni u l-interazzjoni bejn l-elementi tas-softwer u l-hardwer huma ġeneralment magħrufa bħala « interfaces ». Din l-interkonnessjoni u l-interazzjoni funzjonali hija ġeneralment magħrufa bħala «interoperabilità»; din l-interoperabilità tista’ tiġi mfissra bħala l-kapaċità li tagħmel skambju ta’ l-informazzjoni u li tuża’ b’mod reċiproku l-informazzjoni li tkun ġiet skambjata.

ê 91/250/KEE premessi 13, 14 u 15

11. Biex jiġi evitat id-dubju, għandu jkun ċar li l-espressjoni biss ta’ programm tal-kompjuter hija protetta u li l-ideat u prinċipji li jservu ta’ bażi għal kull element fil-programm, inklużi dawk li jservu ta’ bażi għall- interfaces tiegħu, mhumiex protetti bid-drittijiet ta’ l-awtur skond din id-Direttiva. Skond dan il-prinċipju tad-drittijiet ta’ l-awtur, sal-punt li l-loġika, l-algoritmi u lingwi tal-programmi jinkludu ideat u prinċipji, dawk l-ideat u prinċipji mhumiex protetti skond din id-Direttiva. Skond il-leġislazzjoni u ġurisprudenza ta’ l-Istati Membri u l-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet ta’ l-awtur, l-espressjoni ta’ dawk l-ideat u l-prinċipji għandha tkun protetta bid-drittijiet ta’ l-awtur.

ê 91/250/KEE premessa 16 (adattat)

12. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, it-terminu «kirja» ifisser li tagħmel disponibbli għall-użu, għal perijodu limitat ta’ żmien u għal finijiet ta’ qligħ, programm ta’ kompjuter jew kopja tiegħu. Dan it-terminu ma jinkludix self lill-pubbliku, li, f’dan is-sens, jibqa’ barra mill-iskop ta’ din id-Direttiva.

ê 91/250/KEE premessi 17 u 18

13. Id-drittijiet esklussivi ta’ l-awtur li jipprevjenu r-riproduzzjoni mhux awtorizzata ta’ dan ix-xogħol għandhom ikunu soġġetti għall-eċċezzjoni limitata fil-każ ta’ programm tal-kompjuter li tippermetti r-riproduzzjoni teknika meħtieġa għall-użu ta’ dak il-programm minn min jiksbu legalment. Dan ifisser li l-atti li jtellgħu u jħaddmu meħtieġa għall-użu ta’ kopja ta’ programm li jkun inkiseb legalment, u l-att ta’ korrezzjoni ta’ l-iżbalji tiegħu, jistgħu ma jkunux projbiti b’kuntratt. Fl-assenza ta’ disposizzjonijiet kuntrattwali speċifiċi, inkluż meta kopja ta’ programm tkun inbiegħet, kull att ieħor meħtieġ għall-użu tal-kopja ta’ programm jista’ jitwettaq skond l-iskop maħsub tiegħu minn min ikun kiseb legalment dik il-kopja.

ê 91/250/KEE premessa 19

14. Persuna li għandha d-dritt li tuża programm tal-kompjuter m’għandhiex tkun ipprojbita milli twettaq atti meħtieġa biex tosserva, tistudja jew tittestja l-funzjonar tal-programm, kemm-il darba dawn l-atti ma jiksrux id-drittijiet ta’ l-awtur fil-programm.

ê 91/250/KEE premessi 20, 21, 22, 23 u 24 (adattat)

15. Ir-riproduzzjoni, traduzzjoni, adattament jew trasformazzjoni mhix awtorizzata tal-forma taċ-ċifrarju li fih kopja ta’ programm tal-kompjuter tkun saret disponibbli tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet esklussivi ta’ l-awtur. Minkejja dan, jistgħu jeżistu ċirkustanzi meta din ir-riproduzzjoni taċ-ċifrarju u t-traduzzjoni tal-forma tiegħu huma indispensabbli biex tikseb l-informazzjoni meħtieġa biex tikseb l-interoperabilità ta’ programm maħluq indipendentement minn programmi oħra. Għalhekk għad għandu jiġi kkunsidrat li dawn iċ-ċirkustanzi limitati biss, twettiq ta’ l-atti ta’ riproduzzjoni u traduzzjoni minn jew f’isem persuna li għandha d-dritt li tuża kopja tal-programm hija leġittima u kompatibbli ma’ prattika ġusta u għandha għalhekk titqies li ma jkollhiex bżonn l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-dritt. Skop ta’ din l-eċċezzjoni huwa li jagħmilha possibbli li jikkonnettja l-komponenti kollha ta’ sistema tal-kompjuter, inklużi dawk ta’ manifatturi differenti, biex ikunu jistgħu jaħdmu flimkien. Din l-eċċezzjoni tad-drittijiet esklussivi ta’ l-awtur ma tistax tintuża’ b’mod li tippreġudika l-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet jew li tmur kontra l-isfruttar normali tal-programm.

ê 91/250/KEE premessa 25 (adattat)

16. Skond id-disposizzjonijiet Ö tad-Direttiva 2006/116/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-perjodu ta' protezzjoni ta' drittijiet ta' l-awtur u ta' ċerti drittijiet relatati[9] Õ, Ö il-perjodu Õ ta’ protezzjoni għandu jkun il-ħajja ta’ l-awtur u Ö sebgħin Õ sena mill-1 ta’ Jannar tas-sena wara s-sena tal-mewt tiegħu jew, fil-każ ta’ xogħol anonimu jew bi psewdonimu, Ö sebgħin Õ sena mill-1 ta’ Jannar tas-sena wara s-sena li fiha x-xogħol ikun Ö ġie legalment disponibbli għall-pubbliku Õ.

ê 91/250/KEE premessa 26 (adattat)

17. Protezzjoni ta’ programmi tal-kompjuter skond liġijiet tad-drittijiet ta’ l-awtur għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni, f’każi xierqa, ta’ forom oħra ta’ protezzjoni. B’danakollu, kull disposizzjoni kuntrattwali kontrarja għald-Ö disposizzjonijiet tad-Direttiva msemmija rigward id-dekumpilazzjoni Õ jew għall-eċċezzjonijiet li hemm Ö previsti b’din id-Direttiva rigward l-għemil ta’ kopja ta’ rinforz jew għall-osservazzjoni, l-istudju jew l-ittestjar tal-funzjonament ta’ programm Õ għandha tkun nulla u bla effett.

ê 91/250/KEE premessa 27 (adattat)

18. Id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni skond l-Artikoli Ö 81 Õ u Ö 82 Õ tat-Trattat jekk fornitur dominanti jirrifjuta li jagħmel disponibbli l-informazzjoni li hija meħtieġa għall-interoperabilità kif imfissra f’din id-Direttiva.

ê 91/250/KEE premessa 28

19. Id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti speċifiċi tal-liġi tal-Komunità li tkun diġà għaddiet dwar il-pubblikazzjoni ta’ interfaces fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet jew Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-istandardizzazzjoni fil-qasam ta’ l-informatika u t-telekomunikazzjoni.

ê 91/250/KEE premessa 29

20. Din id-Direttiva ma taffettwax derogi li hemm provdut dwarhom fil-leġislazzjoni nazzjonali skond il-Konvenzjoni ta’ Berna fuq punti li mhumiex regolati b’din id-Direttiva.

ê

21. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B,

ê 91/250/KEE

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-għan tal-protezzjoni

1. Skond id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, Stati Membri għandhom jipproteġu programmi tal-kompjuter, bid-drittijiet ta’ l-awtur, bħala xogħlijiet letterarji bit-tifsira tal-Konvenzjoni ta’ Berna għall-Protezzjoni ta’ Xogħlijiet Letterarji u Artisitiċi. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, it-terminu «programmi tal-kompjuter» għandu jinkludi l-materjal preparatorju tad-disinn tagħhom.

2. Protezzjoni skond din id-Direttiva għandha tapplika għall-espressjoni f’kull forma ta’ programm tal-kompjuter. Ideat u prinċipji li jservu ta’ bażi għal kull element ta’ programm tal-kompjuter, inklużi dawk li jservu ta’ bażi għall- interfaces tiegħu, mhumiex protetti bid-drittijiet ta’ l-awtur skond din id-Direttiva.

3. Programm tal-kompjuter għandu jkun protett jekk ikun oriġinali fis-sens li jkun il-ħolqien intellettwali ta’ l-awtur stess. L-ebda kriterji oħra ma għandhom jiġu applikati biex tiġi stabbilita l-eliġibilità tiegħu għall-protezzjoni.

ê 91/250/KEE (adattat)

Ö 4. Id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jgħoddu wkoll għall-programmi maħluqa qabel l-1 ta’ Jannar 1993 mingħajr preġudizzju għal kull att konkluż u drittijiet miksuba qabel dik id-data. Õ

Artikolu 2

L-awtur ta’ programmi tal-kompjuter

1. L-awtur ta’ programm tal-kompjuter għandu jkun il-persuna Ö fiżika Õ jew grupp ta’ persuni Ö fiżiċi Õ li jkun ħoloq il-programm jew, fejn il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru tippermetti, il-persuna Ö ġuridika Õ maħtura bħala detentur tad-drittijiet minn dik il-leġislazzjoni.

ê 91/250/KEE

Fejn xogħlijiet kollettivi huma rikonoxxuti bil-leġislazzjoni ta’ Stat Membru, il-persuna kkunsidrata mil-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru li tkun ħolqot ix-xogħol għandha titqies bħala l-awtur tiegħu.

2. Dwar programm tal-kompjuter maħluq minn grupp ta’ persuni naturali flimkien, id-drittijiet esklussivi għandhom ikunu pposseduti flimkien.

3. Fejn programm tal-kompjuter jinħoloq minn impjegat fit-twettiq ta’ dmirijietu jew billi jsegwi struzzjonijiet mogħtija mill-prinċipal tiegħu, il-prinċipal b’mod esklussiv għandu jkun intitolat biex jeżerċita d-drittijiet ekonomiċi kollha fil-programm hekk maħluq, kemm-il darba ma jkunx hemm provdut mod ieħor bil-kuntratt.

Artikolu 3

Il-benefiċjarji tal-protezzjoni

Protezzjoni għandha tingħata lill-persuni naturali jew legali kollha eliġibbli skond leġislazzjoni nazzjonali dwar drittijiet ta’ l-awtur kif applikata għal xogħlijiet letterarji.

Artikolu 4

Atti Ristretti

1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 5 u 6, id-drittijiet esklussivi tad-detentur tad-drittijiet skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2 għandhom jinkludu d-dritt li jagħmlu jew li jawtorizzaw:

(a) ir-riproduzzjoni permanenti jew temporanja ta’ programm tal-kompjuter b’kull mezz u f’kull forma, f’parti jew kollha. Inkwantu għat-tlugħ, wiri, tħaddim, trasmissjoni jew ħażna tal-programm tal-komputer jinneċessitaw din ir-riproduzzjoni, dawn l-atti għandhom ikunu suġġetti għall-awtorizzazzjoni mid-detentur tad-drittijiet;

(b) it-traduzzjoni, addattament, arranġament u kull alterazzjoni oħra ta’ programm tal-kompjuter u r-riproduzzjoni tar-riżultati tagħhom, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-persuna li tibdel il-programm;

(ċ) kull forma ta’ distribuzzjoni lill-pubbliku, inkluż il-kiri, tal-programm oriġinali tal-kompjuter jew kopji tiegħu.

2. L-ewwel bejgħ fil-Komunità ta’ kopja ta’ programm mid-detentur tad-drittijiet jew bil-kunsens tiegħu għandu jeżawrixxi d-dritt ta’ distribuzzjoni fil-Komunità ta’ dik il-kopja, bl-eċċezzjoni tad-dritt biex jikkontrolla aktar il-kiri tal-programm jew kopja tiegħu.

Artikolu 5

Eċċezzjonijiet għall-atti ristretti

1. Fl-assenza ta’ disposizzjonijiet speċifiċi kuntrattwali, l-atti msemmija fl-Artikolu 4(1)(a) u (b) m’għandhomx jeħtieġu awtorizzazzjoni mid-detentur tad-drittijiet fejn ikunu meħtieġa għall-użu tal-programm tal-kompjuter minn min jiksbu legalment skond il-fini maħsub tiegħu, inkluża l-korrezzjoni ta’ żball.

2. L-għemil ta’ kopja ta’ rinforz minn persuna li jkollha dritt li tħaddem il-programm tal-kompjuter tista’ ma tkunx miżmuma b’kuntratt għal kemm żmien ikun meħtieġ għal dak l-użu.

3. Il-persuna li jkollha dritt tuża kopja ta’ programm tal-kompjuter għandha tkun intitolata, mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet, li tosserva, tistudja jew tittestja l-funzjonament tal-programm sabiex tiddeċiedi l-ideat u l-prinċipji li huma l-bażi ta’ kull element tal-programm jekk hu jagħmel hekk waqt li jkun iwettaq kull att ta’ tlugħ, wiri, tħaddim, trasmissjoni jew ħażna ta’ programm li hu jkun intitolat li jagħmel.

Artikolu 6

Dekumpilazzjoni

1. L-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet ma għandhiex tkun meħtieġa fejn ir-riproduzzjoni taċ-ċifrarju u t-traduzzjoni tal-forma tiegħu skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1)(a) u (b) huma indispensabbli biex tottjeni l-informazzjoni meħtieġa biex tikseb l-interoperabilità ta’ programm tal-kompjuter maħluq indipendentement minn programmi oħra, kemm-il darba jsiru skond dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) dawn l-atti jitwettqu mill-persuna li tingħatalha l-liċenzja jew minn persuna oħra li jkollha d-dritt li tuża’ kopja ta’ programm, jew f’isimhom minn persuna awtorizzata li tagħmel dan;

(b) l-informazzjoni meħtieġa biex tikseb l-interoperabilità ma tkunx minn qabel disponibbli għall-persuni msemmija fil-punt (a); u

(ċ) dawn l-atti jkunu limitati għall-partijiet tal-programm oriġinali li huma meħtieġa biex jiksbu l-interoperabilità.

2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx jippermettu l-informazzjoni miksuba permezz ta’ l-applikazzjoni tiegħu:

(a) li tintuża għal għanijiet oħra għajr biex tikseb l-interoperabilità tal-programm tal-kompjuter maħluq indipendentement;

(b) li tingħata lill-oħrajn, għajr meta jkun meħtieġ għall-interoperabilità ta’ programm tal-kompjuter maħluq indipendentement; jew

(ċ) li tintuża għall-iżvilupp, produzzjoni jew kummerċ ta’ programm tal-kompjuter sostanzjalment simili fl-espressjoni tiegħu, jew għal kull att ieħor li jikser id-drittijiet ta’ l-awtur.

3. Skond id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Berna għall-protezzjoni ta’ Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma jistgħux jiġu interpretati b’mod li jippermettu l-applikazzjoni tiegħu li tintuża b’mod li tippreġudika b’mod mhux raġunat l-interessi ġusti tad-detentur leġittimu jew imorru kontra l-isfruttar normali tal-programm tal-kompjuter.

Artikolu 7

Miżuri speċjali ta’ protezzjoni

ê 91/250/KEE (adattat)

1. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 4, 5 u 6, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, skond il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, rimedji xierqa kontra persuna li tikkommetti xi wieħed mill-atti Ö li ġejjin Õ:

ê 91/250/KEE

(a) kull att li jqiegħed fiċ-ċirkulazzjoni kopja ta’ programm tal-kompjuter waqt li jaf, jew li jkollu raġuni għalfejn jemmen, li hija kopja illegali;

(b) il-pussess, għal finijiet kummerċjali, ta’ kopja ta’ programm tal-kompjuter waqt li jkun jaf, jew ikollu raġuni għalfejn jemmen, li tkun kopja illegali;

(ċ) kull att li jqiegħed fiċ-ċirkulazzjoni, jew il-pussess għal finijiet kummerċjali ta’, kull mezz li l-uniku għan maħsub għalih hu li jħaffef, li jneħħi mingħajr awtorità jew li jeħles minn xi strument tekniku li jista’ jkun applikat biex jipproteġi programm tal-kompjuter.

2. Kull kopja illegali ta’ programm tal-kompjuter tista’ tiġi sekwestrata skond il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru interessat.

3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għas-sekwestru b’kull mezz imsemmi fil-paragrafu 1(ċ).

Artikolu 8

Applikazzjoni kontinwa ta’ disposizzjonijiet legali oħra

ê 91/250/KEE (adattat)

Id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kull disposizzjoni legali oħra bħal dik dwar id-drittijiet tal-privattivi, Ö trademarks Õ, kompetizzjoni inġusta, sigrieti tas-sengħa, protezzjoni ta’ prodotti semikundutturi jew liġi ta’ kuntratt.

Kull disposizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-Artikolu 6 jew għall-eċċezzjonijiet li hemm provdut dwarhom fl-Artikolu 5(2) u (3) għandhom ikunu nulli u bla effett.

Artikolu 9

Ö Komunikazzjoni Õ

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bid-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali Ö adottata Õ fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.

ê

Artikolu 10

Deroga

Id-Direttiva 91/250/KEE, kif emendata mid-Direttiva mniżżla fl-Anness I, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

ê 91/250/KEE (adattat)

Artikolu 12

Ö Indirizzati Õ

ê 91/250/KEE

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, […]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[…] […]

é

ANNESS I

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha (imsemmija fl-Artikolu 10)

Direttiva tal-Kunsill 91/250/KEE (ĠU L 122, tas-17.5.1991, p. 42) |

Direttiva tal-Kunsill 93/98/KEE (ĠU L 290, ta’ l-24.11.1993, p. 9) | Artikolu 11(1) biss |

Parti B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmija fl-Artikolu 10)

Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |

91/250/KEE | 31 ta’ Diċembru 1992 |

93/98/KEE | 30 ta’ Ġunju 1995 |

_____________

ANNESS II

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 91/250/KEE | Din id-Direttiva |

Artikolu 1(1), (2) u (3) | Artikolu 1(1), (2) u (3) |

Artikolu 2(1), l-ewwel sentenza | Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 2(1), it-tieni sentenza | Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu |

Artikolu 2(2) u (3) | Artikolu 2(2) u (3) |

Artikolu 3 | Artikolu 3 |

Artikolu 4, kliem tal-bidu | Artikolu 5(1), kliem tal-bidu |

Artikolu 4(a) | Artikolu 4(1)(a) |

Artikolu 4(b) | Artikolu 4(1)(b) |

Artikolu 4(ċ), l-ewwel sentenza | Artikolu 4(1)(ċ) |

Artikolu 4(ċ), it-tieni sentenza | Artikolu 4(2) |

Artikoli 5, 6 u 7 | Artikoli 5, 6 u 7 |

Artikolu 9(1), l-ewwel sentenza | Artikolu 8, l-ewwel paragrafu |

Artikolu 9(1), it-tieni sentenza | Artikolu 8, it-tieni paragrafu |

Artikolu 9(2) | Artikolu 1(4) |

Artikolu 10(1) | __ |

Artikolu 10(2) | Artikolu 9 |

__ | Artikolu 10 |

__ | Artikolu 11 |

Artikolu 11 | Artikolu 12 |

__ | Anness I |

__ | Anness II |

_____________

[1] KUMM(87) 868 PV.

[2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, KUMM(2001) 645 finali.

[4] Ara l-Anness I, Parti A għal din il-proposta.

[5] ĠU C [...], [...] p. [...].

[6] ĠU C [...], [...] p. [...].

[7] ĠU L 122, 17.5.1991, p. 42. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 93/98/KEE (ĠU L 290, 24.11.1993, p. 9).

[8] Ara l-Anness I, Parti A.

[9] ĠU L 372, 27.12.2006, p. 12.