Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”) /* KUMM/2007/0854 finali - CNS 2007/0290 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 20.12.2007 KUMM(2007) 854 finali 2007/0290 (CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”) (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Il-kuntest - Ir-raġunijiet għal u l-għanijiet tal-proposta: jiġi kkompletat il-qafas legali l-ġdid għall-PAK, ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 waħdieni dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) irriveda l-21 regolament eżistenti dwar l-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq speċifiċi għas-setturi (OKS) u kkombinahom f’regolament waħdieni komprensiv, bil-għan li jissemplifika l-qafas legali mingħajr ma jbiddel il-politiki sottostanti biex b’hekk jipprovdi sett waħdieni ta’ regoli armonizzati fl-oqsma klassiċi tal-politika tas-suq bħall-intervent, il-ħażna privata, il-kwoti tariffarji ta’ l-importazzjoni, ir-rifużjonjiet ta’ l-esportazzjoni, il-miżuri ta’ salvagwardja, ir-regoli ta’ l-għajnuna mill-Istat u tal-kompetizzjoni, u l-komunikazzjoni u r-rapportar tad-data. Il-proposta għal Regolament Waħdieni dwar l-OKS tressqet mill-Kummissjoni f’Diċembru 2006 u kienet abbozzata b’mod li d-deċiżjonijiet politiċi li ttieħdu tul is-snin fil-PAK ma tqiegħdux f’dubju. Il-proposta kif ukoll ir-Regolament kif sussegwentement adottat mill-Kunsill, għalhekk kienu att ta’ semplifikazzjoni teknika bbażat fuq is-sitwazzjoni legali kif kienet f’Diċembru 2006. Emendi sostantivi fis-setturi taz-zokkor, tal-frott u tal-ħxejjex, tal-frott u tal-ħxejjex ipproċessati, taż-żrieragħ, taċ-ċanga, u tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, li minn dak iż-żmien lilhawn ġew adottati mill-Kunsill ma setgħux jitqiesu fiil-waqt ta’ l-adozzjoni tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS u għandhom jiġu inkorporati issa. - Il-kuntest ġenerali Din il-proposta hija komponent essenzjali fil-pjanijiet tal-Kummissjoni biex tissemplifika l-politika agrikola komuni (PAK). Il-kwistjonijiet ewlenin tal-metodu tal-Kummissjoni ġew stabbiliti fil-Komunikazzjoni ta’ l-2005 dwar “Is-Semplifikazzjoni u Regolamentazzjoni Aħjar għall-Politika Agrikola Komuni” (li minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “il-Komunikazzjoni”)[1]. F’dan id-dokument, il-Kummissjoni enfasizzat li “Jekk fis-settur tal-biedja titnaqqas il-burokrazija żejda billi jsiru regoli aktar trasparenti, aktar faċli li jinftiehmu u inqas ta’ piż se jitnaqqsu l-ispejjeż tan-negozji u jkun żgurat li ċ-ċittadini Ewropej jirċievu valur għal flushom”. - Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Rigward l-OKS għaz-zokkor, għaż-żrieragħ, u għall-ħalib u għall-prodotti tal-ħalib, ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS diġà ħoloq il-qafas legali l-ġdid u se jirrevoka r-Regolamenti dwar l-OKS speċifiċi għas-setturi eżistenti f’dak il-waqt meta r-Regolament Waħdieni dwar l-OKS jibda japplika f’kull wieħed mis-setturi, jiġifieri fl-1 ta’ Lulju 2008 rigward iż-żrieragħ, u l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u fl-1 ta’ Ottobru 2008 rigward iz-zokkor. Rigward il-frott u l-ħxejjex u l-frott u l-ħxejjex ipproċessati, l-OKS rispettivi se jkomplu jeżistu flimkien mar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS u se jiġu revokati bil-proposta preżenti u s-sustanza tagħhom se tkun għalkollox inkorporata fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS. Fl-aħħarnett, fejn għandu x’jaqsam l-OKS għaċ-ċanga u għall-vitella, l-OKS rispettiv diġà ġie għalkollox inkorporat fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS u r-regoli l-ġodda dwar il-kummerċjalizzazzjoni li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 700/2007 issa jikkostitwixxu l-uniċi regoli li għadhom ma ġewx suġġetti għall-qafas legali orizzontali l-ġdid. - Il-konsistenza ma’ politiki u ma’ għanijiet oħra ta’ l-Unjoni Din il-proposta fil-qasam ta’ l-agrikoltura tifforma parti integrali mill-metodu ġenerali tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar u għal Semplifikazzjoni, kif ġie espress fil-Komunikazzjoni tagħha tal-25 ta’ Ottobru 2005 dwar “L-implimentazzjoni tal-programm ta’ Liżbona tal-Komunità - Strateġija għas-simplifikazzjoni ta’ l-ambjent regolatorju” [2] u approvat fil-Ftehim Interisitituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet tas-16 ta’ Diċembru 2003[3]. 2. Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni ta’ impatt - Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati Il-partijiet interessati kienu kkonsultati bħala parti mill-preparazzjonijiet għar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS li eventwalment, b’mod ġenerali tqies bħala pass pożittiv, fejn jagħmel lil-liġi applikabbli fil-qasam tal-politika tas-suq tal-PAK aktar trasparenti u aċċessibbli b’mod aktar faċli. Mhix meħtieġa konsultazzjoni oħra ladabra din il-proposta kulma se tagħmel huwa li tikkompleta r-Regolament Waħdieni dwar l-OKS mingħajr ma tintroduċi l-ebda emenda sostantiva. - Il-ġbir u l-użu tal-kompetenza Ma kien hemm l-ebda ħtieġa għal kompetenza esterna. - Il-valutazzjoni ta’ impatt Mhux applikabbli. Il-proposta mhix suġġetta għal rekwiżiti ta’ valutazzjoni ta’ impatt għaliex mhix inkluża fil-Programm Leġiżlattiv u ta’ Ħidma tal-Kummissjoni. 3. L-elementi legali u l-karatteristiċi ewlenin ta’ l-OKS orizzontali - Il-bażi legali L-Artikoli 36 u 37 tat-Trattat - Il-kontenut tal-proposta Minn mindu tressqet il-proposta għar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS, l-OKS preċedenti fis-setturi taz-zokkor, taż-żrieragħ, u tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib ġew suġġetti għal emendi sostantivi. Dawk l-emendi għadhom ma ġewx inklużi fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS. Dawn iridu jiġu inkorporati issa sabiex ikun evitat li meta jibda japplika r-Regolament Waħdieni dwar l-OKS terġa’ tiġi introdotta l-leġiżlazzjoni l-antika. Barra minn hekk, ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS għadu ma inkludiex is-setturi tal-frott u tal-ħxejjex, tal-frott u tal-ħxejjex ipproċessati u ta’ l-inbid (rigward dawn is-setturi, ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS jipprevedi biss l-applikabbiltà tal-proċedura tal-Kumitat tat-Tmexxija) għaliex dawk is-suġġetti qed jiġu jew ġew suġġetti għal riforma ġenerali fil-politika. Fil-premessa 8 tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS jiġi spjegat li dawk is-setturi se jkolhom jiġu inkorporati għalkollox ladarba jitwettqu r-riformi fil-politika. Dan huwa l-każ fir-rigward tas-setturi tal-frott u tal-ħxejjex u tal-frott u tal-ħxejjex ipproċessati li ġew sostanzjalment emendati mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 tas-26 ta' Settembru 2007 li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħxejjex u li jemenda d-Direttivi 2001/112/KE u 2001/113/KE u r-Regolamenti (KEE) Nru 827/68, (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2826/2000, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 318/2006 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 [4] . Fl-aħħarnett, bl-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 700/2007 tal-11 ta’ Ġunju 2007, il-Kunsill adotta regoli dwar it-tqegħid fis-suq tal-laħam ta’ l-annimali bovini ta’ età ta’ 12-il xahar jew anqas[5]. Meta jitqies l-għan ġenerali tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS biex jinħoloq qafas legali orizzontali waħdieni għar-regoli kollha relatati mas-swieq tal-PAK, dawn id-dispożizzjonijiet issa għandhom jiġu inklużi wkoll. - Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà Il-proposta għandha l-istess għan bħar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS innifsu, jiġifieri li tissemplifika l-qafas leġiżlattiv ta’ l-OKS mingħajr ma tbiddel l-orjentazzjonijiet politiċi sottostanti tagħhom. - L-għażla ta’ strument L-istrument propost: regolament. Mezzi oħra ma jkunux adegwati peress li l-għan tal-proposta huwa li jkun stabbilit OKS orizzontali li jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. 4. L-implikazzjonijiet baġitarji Peress li l-proposta ma ġġibx bidliet fil-miżuri eżistenti tal-PAK, m’għandha l-ebda implikazzjoni baġitarja. 5. Is-semplifikazzjoni Il-proposta tikkompleta wkoll att li, minnu nnifsu, kien adottat għal raġunijiet ta’ semplifikazzjoni teknika. Din il-proposta se tissemplifika aktar l-ambjent leġiżlattiv tal-PAK billi żżid ċerti regoli mar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS li kienu għadhom nieqsa. Huwa mistenni li twassal għal semplifikazzjoni sinifikanti tal-leġiżlazzjoni eżistenti. Ir-revoka tal-leġiżlazzjoni eżistenti L-adozzjoni tal-proposta se twassal għal revoka ulterjuri ta’ erba’ Regolamenti tal-Kunsill. 2007/0290 (CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummisjoni[6], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[7], Billi: (1) Minħabba s-semplifikazzjoni ta’ l-ambjent regolatorju tal-politika agrikola komuni (PAK), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (“ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”)[8] revokat u sostitwit minn att legali waħdieni, ir-regolamenti kollha li adotta l-Kunsill sa mill-introduzzjoni tal-PAK fil-qafas ta’ l-istabbiliment ta’ organizzazzjonijiet komuni tas-swieq għall-prodotti agrikoli u għal gruppi ta’ prodotti. (2) Kif ġie spjegat fil-premessa 7 tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS, dak l-att ta’ semplifikazzjoni ma kellux iwassal biex jinxteħtu dubji dwar deċiżjonijiet politiċi li ttieħdu maż-żmien fil-PAK u li, għalhekk, ma kienx qed jipprevedi li jipprovdi għall-ebda strument ġdid jew miżura ġdida. Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS, għalhekk jirrifletti d-deċiżjonijiet politiċi li ttieħdu sal-waqt meta l-Kummissjoni pproponiet it-test għar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS. (3) B’mod parallel man-negozjati li saru fi ħdan il-Kunsill dwar l-adozzjoni tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS, il-Kunsill innegozja u adotta wkoll serje ta’ deċiżjonijiet politiċi f’diversi setturi. Dan huwa l-każ rigward is-setturi taz-zokkor, taż-żrieragħ, u tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib. (4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tas-settur taz-zokkor[9] kien emendat prinċipalment sabiex jikseb bilanċ strutturali tas-suq ikkonċernat. Dawk l-emendi ġew adottati u pubblikati ftit biss qabel il-pubblikazzjoni tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS. (5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1947/2005 tat-23 ta' Novembru 2005 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ[10] kien emendat prinċipalment fl-istess żmien meta kien adottat ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS. Dik l-emenda temmet il-possibbiltà li l-Finlandja tagħti għajnuna nazzjonali għaż-żrieragħ u għaż-żrieragħ taċ-ċereali u, sabiex il-bdiewa fil-Finlandja jingħataw l-opportunità li jippreparaw għal stiwazzjoni mingħajr għajnuna nazzjonali, tipprevedi perjodu tranżitorju addizzjonali u finali li matulu l-Finlandja tista’ tagħti għajnuna nazzjonali għall-produzzjoni taż-żrieragħ u taż-żrieragħ taċ-ċereali, ħlief il-ħaxix ta’ l-għalf. (6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib[11], ġie emendat ftit qabel l-adozzjoni tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS fejn introduċa diversi emendi għall-iskemi ta’ intervent pubbliku u ta’ ħażna privata rigward il-butir u t-trab tal-ħalib xkumat, irrevoka l-possibbiltà li l-forzi militari jixtru l-butir bi prezzijiet imnaqqsa u stabbilixxa għajnuna b’rata fissa għall-kategoriji kollha tal-ħalib ipprovdut lill-istudenti fi stabbilimenti edukattivi. Barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/97 tat-18 ta' Diċembru 1997 li jiddetta regoli addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib għall-ħalib tax-xorb [12] ġie emendat ukoll fl-istess żmien tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 biex b’hekk ippermetta l-kummerċjalizzazzjoni, bħala ħalib tax-xorb, ta’ prodotti b’kontenut ta’ xaħam li mhux dawk li qabel kienu provduti f’dak ir-Regolament. (7) Dawk l-emendi jeħtieġ li jiġu inkorporati fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS sabiex ikun żgurat li dawk id-deċiżjonijiet politiċi qed jinżammu fis-setturi konċernati mill-applikazzjoni tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS. (8) B’mod parallel man-negozjati u għall-adozzjoni tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS, il-Kunsill innegozja u adotta wkoll riforma tal-poltika fis-setturi tal-frott u tal-ħxejjex u tal-frott u tal-ħxejjex ipproċessati. Għal dak il-għan, ġie adottat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 tas-26 ta' Settembru 2007 li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħxejjex u li jemenda d-Direttivi 2001/112/KE u 2001/113/KE u r-Regolamenti (KEE) Nru 827/68, (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2826/2000, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 318/2006 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 [13] . Kif ġie spjegat fil-premessa 8 tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS, dawk id-dispożizzjonijiet biss taż-żewġ setturi msemmija li ma kinux huma stess suġġetti għal xi riforma tal-politika, kienu inkorporati fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS mill-bidu u li d-dispożizzjonijiet sostantivi li kienu suġġetti għal emendi politiċi għandhom jiġu inkorporati fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS ladarba jidħol fis-seħħ. Peress li dak huwa l-każ, is-setturi tal-frott u tal-ħxejjex u tal-frott u tal-ħxejjex ipproċessati issa għandhom ikunu għalkollox inkorporati fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS bħala mod kif jiġu introdotti d-deċiżjonijiet politiċi li ttieħdu fir-Regolament (KE) Nru 1182/2007 fir-rigward ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq għall-prodotti ta’ dawn iż-żewġ setturi fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS. (9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 700/2007 tal-11 ta’ Ġunju 2007 dwar it-tqegħid fis-suq tal-laħam ta’ l-annimali bovini ta’ età ta’ 12-il xahar jew anqas[14] introduċa regoli ġodda ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti konċernati. L-għan tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS kien li jamalgama r-regoli eżistenti kollha fil-kuntest ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq f’qafas legali waħdieni u li jissostitwixxi l-metodi settorjali b’metodu orizzontali. Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS jinkludi regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni għad-diversi setturi u għalhekk huwa adattat biex jinkorpora r-regoli l-ġodda ta’ kummerċjalizzazzjoni intorodotti mir-Regolament (KE) Nru 700/2007 fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS. (10) Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS għalhekk għandu jiġi emendat skond dak li ntqal aktar ’il fuq. (11) L-emendi għandhom japplikaw mhux aktar tard mill-istess dati minn meta jibda japplika r-Regolament Waħdieni dwar l-OKS għas-setturi konċernati skond l-Artikolu 204(2) tiegħu. Rigward is-setturi taż-żrieragħ, taċ-ċanga u tal-vitella, u tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, il-punti (a) u (f) rispettivament tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 204(2) jipprevedu l-1 ta’ Lulju 2008 bħad-data minn meta japplika r-Regolament Waħdieni dwar l-OKS. Dan ir-Regolament, għalhekk, għandu jipprevedi wkoll l-1 ta’ Lulju 2008 bħad-data ta’ applikazzjoni għal dawn is-setturi. (12) Rigward il-ftit dispożizzjonijiet li diġà ġew previsti għas-setturi tal-frott u tal-ħxejjex u tal-frott u tal-ħxejjex ipproċessati fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS, kien japplika, skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 204(2) ta’ dak ir-Regolament mill-1 ta’ Jannar 2008. L-emendi rispettivi previsti f’dan ir-Regolament għalhekk jistgħu jsiru applikabbli mill-istess data bħal dawk għas-setturi taż-żrieragħ, taċ-ċanga u tal-vitella u tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, jiġifieri mill-1 ta’ Lulju 2008. (13) It-tieni sentenza tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1152/2007 tipprevedi li ċerti emendi introdotti minn dak ir-Regolament fis-settur tal-ħalib għandhom japplikaw biss mil-1 ta’ Settembru 2008. L-istess data ta’ applikazzjoni għandha tkun prevista għall-emendi konċernati fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament. (14) Rigward is-settur taz-zokkor, ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS japplika mill-1 ta’ Ottobru 2008 skond il-punt (c) tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 204(2) ta’ dak ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament għal dak is-settur, għalhekk, għandhom jibdew japplikaw mill-1 ta’ Ottubru 2008, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jiġi emendat kif ġej: (1) L-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Fir-rigward tas-settur ta’ l-inbid, għandu japplika l-Artikolu 195 biss.”; (b) Għandu jiġi miżjud il-paragrafu li ġej: "4. Fir-rigward tal-patata, friska jew imkessħa, tal-kodiċi NM 0701, għandu japplika l-Kapitolu II tal-Parti IV.” (2) Fl-Artikolu 3, għandu jiġi miżjud il-paragrafu li ġej: “Għall-prodotti tas-setturi tal-frott u tal-ħxejjex u tal-frott u tal-ħxejjex ipproċessati, jekk ikun meħtieġ, is-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu ffissati mill-Kummissjoni.” (3) Fl-Artikolu 6(2), il-punti (c) u (d) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej: “(c) “krema” għandha tfisser krema li tinkiseb direttament u esklussivament mill-ħalib.”; (4) L-Artikolu 8(1)(e)(ii) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “(ii) EUR 169.80 għal kull 100 kg għat-trab tal-ħalib xkumat;” (5) L-Artikolu 10(1)(f) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “(f) trab ta’ ħalib xkumat ta’ l-ogħla kwalità magħmul minn ħalib f’impriża approvata fil-Komunità mill-proċess ta’ spray, b’kontenut minimu ta’ proteini ta’ 34.0% skond il-piż tal-materja niexfa mhux xaħmija.” (6) L-Artikolu 15 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 15 Butir 1. Għall-butir, l-intervent pubbliku għandu jkun miftuħ matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Marzu u l-31 ta’ Awissu għal kwalunkwe sena. 2. Fejn il-kwantitajiet offruti għall-intervent f’dak il-perjodu jeċċedu t- 30 000 tunnellata metrika, il-Kummissjoni tista’ tissospendi x-xiri b’intervent pubbliku. F’dak il-każ, ix-xiri jista’ jitwettaq fuq il-bażi ta’ proċedura ta’ tfigħ ta’ l-offerti skond l-ispeċifikazzjonijiet li għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni.” (7) Fl-Artikolu 23, għandu jitħassar it-tieni paragrafu. (8) Fl-Artikolu 26(a), il-punt (ii) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “(ii) biex jiġi esportat, jew mingħajr ipproċessar ulterjuri jew wara proċessar fi prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat jew f'merkanzija elenkata fil-Parti III ta' l-Anness XX għal dan ir-Regolament, jew (iii) biex jintuża mill-industrija kif jissemma fl-Artikolu 62.” " (9) L-Artikolu 28(a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “(a) fir-rigward ta’: (i) butir mingħajr melħ prodott minn krema jew ħalib f'impriża approvata tal-Komunità b’kontenut minimu ta' xaħam tal-butir, skond il-piż, ta’ 82% u kontenut massimu ta’ solidi mhux xaħmin tal-ħalib, skond il-piż, ta' 2% u kontenut massimu ta’ ilma, skond il-piż ta’ 16%, (ii) butir bil-melħ prodott minn krema jew ħalib f'impriża approvata tal-Komunità b’kontenut minimu ta' xaħam tal-butir, skond il-piż, ta’ 80%, kontenut massimu ta' solidi mhux xaħmin tal-ħalib, skond il-piż ta’ 2%, u kontenut massimu ta’ ilma, skond il-piż, ta’ 16% u kontenut massimu ta’ melħ, skond il-piż, ta’ 2%.” (10) L-Artikolu 29 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 29 Kondizzjonijiet u livell ta’ għajnuna għall-butir L-ammont ta’ għajnuna għall-butir għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni fid-dawl ta’ l-ispejjeż tal-ħażna u t-tendenzi probabbli fil-prezzijiet għal butir frisk u għal butir mill-ħażniet. Fejn, fiż-żmien tat-tneħħija mill-ħażna, tkun seħħet bidla negattiva fuq is-suq mhux prevedibbli fiż-żmien tad-dħul fil-ħażna, l-għajnuna tista' tiġi miżjuda.” (11) L-Artikolu 31 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Fil-paragrafu 1, il-punti (d) sa (g) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej: “(d) ġobniet li jżommu fit-tul u ġobniet li huma manifatturati mill-ħalib tan-nagħaġ u/jew tal-mogħoż u li jeħtieġu mill-inqas sitt xhur ta' maturità; (e) laħam tal-majjal; (f) laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż.”; (b) Il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "2. Il-Kummissjoni għandha tiffissa l-għajnuna għal ħażna privata prevista fil-paragrafu 1 bil-quddiem jew permezz ta' proċeduri ta' tfigħ ta’ offerti. Rigward il-ġobniet li jissemmew fil-punt (d) tal-paragrafu 1, l-għajnuna għandha tiġi ffissata fid-dawl ta’ l-ispejjeż tal-ħażna u tal-bilanċ li għandu jinżamm bejn il-ġobniet li ngħatat għajnuna għalihom u ġobniet oħra li jidħlu fis-suq.” (12) L-Artikolu 35 għandu jitħassar. (13) Artikolu 36(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "1. Jekk l-iżviluppi fil-prezz u s-sitwazzjoni tal-ħażna għall-prodotti tal-ġobon imsemmijin fl-Artikolu 31(1)(d) jindikaw żbilanċ serju tas-suq li jista' jiġi eliminat jew imnaqqas b'ħażna staġjonali, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tagħti għajnuna għal ħażna privata.” (14) Fl-Artikolu 50, il-paragrafi 5 u 6 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej: "5. L-impriżi taz-zokkor li ma ffirmawx kuntratti ta’ konsenja ta’ qabel iż-żriegħ bil-prezz minimu għall-pitravi tal-kwota għal kwantità ta' pitravi ekwivalenti għaz-zokkor tal-kwota li għandhom, aġġustata, skond kif ikun il-każ, bil-koeffiċjent għall-irtirar preventiv iffissat skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 52(2), għandhom ikunu meħtieġa jħallsu ta' l-inqas il-prezz minimu għall-pitravi ta' kwota għall-pitravi kollha li huma jipproċessaw f'zokkor. 6. Bla ħsara għall-approvazzjoni ta' l-Istat Membru konċernat, ftehimiet interprofessjonali jistgħu jidderogaw mill-paragrafi 3, 4 u 5.” (15) L-Artikolu 52 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 52 Irtirar taz-zokkor 1. Sabiex ikun ippreservat il-bilanċ strutturali tas-suq f'livell ta' prezzijiet li huwa viċin il-prezz ta' referenza, jekk jitqiesu l-impenji tal-Komunità li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tirtira mis-suq, għal sena ta’ kummerċjalizzazzjoni partikolari, dawk il-kwantijiet ta' zokkor jew ta’ isoglukożju prodotti skond kwoti li jeċċedu l-limitu kkalkulat skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. 2. Il-limitu ta' rtirar imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun ikkalkulat, għal kull impriża li jkollha kwota, billi l-kwota tagħha tiġi multiplikata b’koeffiċjent, li għandu jkun iffissat mill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mis-16 ta’ Marzu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti, fuq il-bażi tat-tendenzi mistennija tas-suq. Għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009, dak il-koeffiċjent għandu jkun applikat għall-kwota wara r-rinunzji skond ir-Regolament (KE) Nru 320/2006 mogħtija mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu 2008. Fuq il-bażi tat-tendenzi aġġornati tas-suq, sal-31 ta’ Ottubru tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni konċernata, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi jew li tagħmel aġġustamenti, jew fil-każ fejn ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni bħal din skond l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, sabiex jiġi ffissat koeffiċjent. 3. Kull impriża provduta bi kwota għandha taħżen sal-bidu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara, bl-ispejjeż għaliha, iz-zokkor prodott skond kwota lilhinn mil-limitu kkalkulat skond il-paragrafu 2. Il-kwantitajiet ta’ zokkor jew ta’ isoglukożju rtirati matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu trattati bħala l-ewwel kwantitajiet prodotti skond kwota għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara. Bħala deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fejn jitqiesu t-tendenzi mistennija tas-suq taz-zokkor, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tqis, għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti u/jew ta’ wara, iz-zokkor jew l-isoglukożju rtirat kollu jew parti minnu bħala: (a) zokkor żejjed jew isoglukożju żejjed disponibbli biex isir zokkor industrijali jew isoglukożju industrijali, jew (b) produzzjoni skond kwota temporanja li parti minnha tista' tkun riżervata għall-esportazzjoni li tirrispetta l-impenji tal-Komunità li jirriżultaw minn ftehimiet li ġew konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat. 4. Jekk il-provvista taz-zokkor fil-Komunità tkun inadegwata, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ċertu kwantità ta’ zokkor irtirat tista' tinbiegħ fis-suq Komunitarju qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ rtirar. 5. Fil-każ fejn iz-zokkor irtirat jiġi trattat bħala l-ewwel produzzjoni taz-zokkor tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara, il-koltivaturi tal-pitravi għandhom jiġu mħallsa l-prezz minimu ta’ dik is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni. Fil-każ fejn iz-zokkor irtirat isir zokkor industrijali jew jiġi esportat skond il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 49 dwar il-prezz minimu m’għandhomx japplikaw. Fil-każ fejn iz-zokkor irtirat jinbiegħ fis-suq Komunitarju qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ritrar skond il-paragrafu 4, il-koltivaturi tal-pitravi għandhom jiġu mħallsa prezz minimu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti. Artikolu 52a Irtirar taz-zokkor fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u 2009/2010 1. Bħala deroga mill-Artikolu 52(2) ta’ dan ir-Regolament, għall-Istati Membri li l-kwota nazzjonali taz-zokkor tnaqqsitilhom minħabba r-rinunzji tal-kwota skond l-Artikoli 3 u 4a(4) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, il-Kummissjoni għandha tiffissa l-koeffiċjent għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u 2009/2010 permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Anness VIIc għal dan ir-Regolament. 2. Impriża, li skond l-Artikolu 3(1)(a) jew (b) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, tirrinunzja, b’effett mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara, il-kwota totali assenjata liha, għandha fuq it-talba tagħha, ma tkunx suġġetta għall-applikazzjoni tal-koeffiċjenti li jissemmew fl-Artikolu 52(2) ta’ dan ir-Regolament. Dik it-talba m’għandiex titressaq qabel it-tmiem tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li għaliha japplika l-irtirar.” (16) L-Artikolu 59 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 59Ġestjoni tal-kwoti 1. Il-Kummissjoni għandha taġġusta l-kwoti stabbiliti fl-Anness VI sat-30 ta’ April 2008 għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u sa tmiem Frar 2009 u 2010 rispettivament għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2009/2010 u 2010/2011. L-aġġustamenti għandhom jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 58 ta' dan ir-Regolament u ta’ l-Artikoli 3 u 4a(4) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006. 2. Jekk jitqiesu r-riżultati ta’ l-iskema ta’ ristrutturazzjoni prevista fir-Regolament (KE) Nru 320/2006, sa mhux aktar tard mit-tmiem ta’ Frar 2010, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi l-perċentwali komuni meħtieġa biex jitnaqqsu l-kwoti eżistenti għaz-zokkor u għall-isoglukożju għal kull Stat Membru jew għal kull reġjun bil-għan li jiġu evitati żbilanċi fis-suq fis-snin ta' kummerċjalizzazzjoni mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2010/2011. L-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-kwota ta’ kull impriża skond dan. Bħala deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għall-Istati Membri li l-kwota nazzjonali tagħhom tnaqqsitilhom minħabba r-rinunzji tal-kwota skond l-Artikoli 3 u 4a(4) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, il-Kummissjoni għandha tiffissa l-perċentwali permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Anness VIIa għal dan ir-Regolament. Stati Membri bħal dawn għandhom jaġġustaw, għal kull impriża fit-territorju tagħhom li jkollha kwota, il-perċentwali skond l-Anness VIIb għal dan ir-Regolament. L-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx japplikaw għall-aktar reġjuni mbiegħda li jissemmew fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat.” (17) L-Artikolu 60 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) It-titolu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 60Riallokazzjoni tal-kwota nazzjonali u t-tnaqqis tal-kwoti”; (b) il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "1. Stat Membru jista’ jnaqqas il-kwota taz-zokkor jew ta’ l-isoglukożju allokata lil impriża stabbilita fit-territorju tiegħu sa 10% għal sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u għas-snin ta’ wara, filwaqt li jirrispetta l-libertà ta’ l-impriżi li jipparteċipaw fil-mekkaniżmi stabbiliti permezz tar-Regolament (KE) Nru 320/2006. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom japplikaw kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji”; (c) għandu jiġi miżjud il-paragrafu li ġej: "4. Bħala deroga mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, fejn jiġi applikat l-Artikolu 4a tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-kwota taz-zokkor allokata lill-impriża konċernata billi japplikaw it-tnaqqis iddefinit fil-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu, fi ħdan il-limitu tal-perċentwali ffissata fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.” (18) L-Artikolu 64(c) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “(c) zokkor u isoglukożju rtirati mis-suq skond l-Artikoli 52 u 52a u li għalihom ma ġewx sodisfatti l-obbligi previsti fl-Artikolu 52(3).” (19) Fl-Artikolu 101, il-punti (b) sa (e) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej: “(b) minn manifatturi ta' prodotti ta’ l-għaġina u tal-ġelat; (c) minn manifatturi ta’ oġġetti ta’ l-ikel oħrajn li għandhom ikunu determinati mill-Kummissjoni; (d) għall-konsum dirett ta’ butir ikkonċentrat.” (20) Artikolu 102(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "3. L-għajnuna Komunitarja għandha tkun ta’ EUR 18.15/100 kg għall-ħalib kollu. L-ammonti ta' għajnuna għal prodotti tal-ħalib eliġibbli oħra għandhom ikunu determinati billi jitqiesu l-komponenti tal-ħalib tal-prodott ikkonċernat.” (21) Is-Sezzjoni IVa li ġejja għandha tiddaħħal wara s-Sezzjoni IV tal-Kapitolu IV tat-Titolu I tal-Parti II: “SEZZJONI IVaGĦajnuniet fis-settur tal-frott u tal-Ħxejjex SUBSEZZJONI IGRUPPI TA’ PRODUTTURI ARTIKOLU 103A GħAJNUNA LIL GRUPPI TA’ PRODUTTURI 1. Waqt il-perjodu tranżitorju permess skond l-Artikolu 125e, il-gruppi ta’ produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex li ġew ifformati minħabba sabiex jiġu rikonoxxuti bħala organizzazzjoni ta’ produtturi, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lil tali gruppi ta’ produtturi: (a) għajnuna biex jinkoraġġixxu l-formazzjoni tagħhom u jiffaċilitawlhom il-ħidma amministrattiva; (b) għajnuna, ipprovduta jew direttament jew permezz ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, sabiex tkopri parti mill-investimenti meħtieġa sabiex jinkiseb rikonoxximent u li huma stabbiliti fil-pjan ta’ rikonoxximent li jissemma fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 125e(1). 2. L-għajnuna li tissemma fil-paragrafu 1 għandha tiġi rimborżata mill-Komunità skond ir-regoli li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni dwar il-finanzjament ta’ tali miżuri, inklużi l-limiti u l-limiti massimi u l-grad ta’ finanzjament Komunitarju. 3. L-għajnuna li tissemma fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tkun iddeterminata għal kull grupp ta’ produtturi fuq il-bażi tal-produzzjoni kummerċjalizzata tiegħu u għall-ewwel, għat-tieni, għat-tielet, għar-raba’ u għall-ħames sena għandha tammonta għal: (a) 10%, 10%, 8%, 6% u 4% rispettivament tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata fl-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara, u (b) 5%, 5%, 4%, 3% u 2%, rispettivament tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Komunità kif jissemma fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat jew fil-Ġżejjer iżgħar ta’ l-Eġew kif jissemma fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006*. Dawk ir-rati jistgħu jitnaqqsu b’relazzjoni għall-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata li teċċedi limitu. Għall-għajnuna li tista’ titħallas fi kwalunkwe sena partikolari lil grupp ta’ produtturi, jista’ jiġi applikat limitu massimu. SUBSEZZJONI IIFONDI OPERATTIVI U PROGRAMMI OPERATTIVI ARTIKOLU 103B FONDI OPERATTIVI 1. L-organizzazzjonijiet tal-produturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix jistgħu jistabbilixxu fond operattiv. Il-fond għandu jkun iffinanzjat permezz ta’: (a) kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-membri jew ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi nfisha; (b) għajnuna finanzjarja Komunitarja li tista’ tingħata lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi. 2. Il-fondi operattivi għandhom jintużaw biss sabiex ikunu ffinanzjati programmi operattivi approvati mill-Istati Membri skond l-Artikolu 103f. Artikolu 103c Programmi operattivi 1. Il-programmi operattivi għandu jkollhom żewġ għanijiet jew aktar minn dawk li jissemmew fl-Artikolu 122(c) jew mill-għanijiet li ġejjin: (a) ippjanar tal-produzzjoni, (b) titjib fil-kwalità tal-prodott, (c) spinta lill-valur kummerċjali tal-prodotti, (d) promozzjoni tal-prodotti, kemm jekk friski kif ukoll jekk ipproċessati, (e) miżuri ambjentali u metodi ta’ produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent, inkluża l-biedja organika, (f) prevenzjoni u ġestjoni ta’ kriżijiet. 2. Il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet għandhom ikunu relatati ma’ li jkunu evitati u trattati kriżijiet fis-swieq tal-frott u tal-ħxejjex u f’dan il-kuntest għandhom ikopru: (a) irtirar mis-suq, (b) ħsad li jirrispetta l-ambjent jew l-ebda ħsad ta’ frott u ta’ ħxejjex, (c) promozzjoni u komunikazzjoni, (d) miżuri ta’ taħriġ, (e) assigurazzjoni għall-ħsad, (f) appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi sabiex jitwaqqfu fondi konġunti. Il-miżuri ta’ prevenjoni u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet, inkluż kwalunkwe pagament lura ta’ kapital u ta’ imgħax kif jissemma fit-tielet subparagrafu, m’għandhomx jinkludu aktar minn terz tan-nefqa taħt il-programm operattiv. Sabiex ikunu ffinanzjati miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet, l-organizzazzjonijiet tal-prodotturi jistgħu jidħlu għal self skond termini kummerċjali. F’dan il-każ, il-pagament lura tal-kapital u ta’ l-imgħax fuq dan is-self jista’ jifforma parti mill-programm operattiv u għalhekk jista’ jkun eliġibbli għal għajnuna finanzjarja Komunitarja skond l-Artikolu 103d. Kwalunkwe azzjoni speċifika taħt il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet għandha tkun iffinanzjata jew b’self bħal dan jew direttament, imma mhux bit-tnejn. 3. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li: (a) l-programmi operattivi għandhom jinkludu żewġ azzjonijiet ambjentali jew aktar, jew (b) mill-inqas 10% tan-nefqa taħt il-programmi operattivi għandha tkopri azzjonijiet ambjentali. L-azzjonijiet ambjentali għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti għal pagamenti agri-ambjentali stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 39(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta’ l-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropea għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)**. Fejn mill-inqas 80% tal-membri produtturi ta’ organizzazzjoni tal-produtturi jkunu suġġetti għal impenn agri-ambjentali identiku wieħed jew aktar skond dik id-dispożizzjoni mela kull wieħed minn dawk l-impenji għandu jgħodd bħala azzjoni ambjentali kif jissemma fil-punt (a) ta’ l-ewwel subparagrafu. L-appoġġ għall-azzjonijiet ambjentali li jissemmew fl-ewwel subparagrafu għandu jkopri l-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf li jirriżulta mill-azzjoni. 4. Fil-Bulgarija u fir-Rumanija, il-paragrafu 3 għandu japplika biss mill-1 ta’ Jannar 2011. 5. L-investimenti li jżidu l-pressjoni ambjentali għandhom ikunu permessi biss f’sitwazzjonijiet fejn ikunu ġew stabbiliti salvagwardji effettivi sabiex iħarsu lill-ambjent minn dawn il-pressjonijiet. Artikolu 103d Għajnuna finanzjarja Komunitarja 1. L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha tkun daqs l-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jissemmew fl-Artikolu 103b(1)(a) hekk kif tħallsu effettivament imma għandha tkun limitata għal 50% tan-nefqa effettiva li saret. 2. L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha tkun limitata għal 4.1% tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi. Madankollu, dik il-perċentwali tista’ tiġi miżjuda għal 4.6% tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata sakemm dak l-ammont li jeċċedi l-4.1% tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata jintuża biss għal miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet. 3. Fuq it-talba ta’ organizzazzjoni tal-produtturi, il-perċentwali prevista fil-paragrafu 1 għandha tkun ta’ 60% għal programm operattiv jew għal parti minn programm operattiv fejn jissodisfa ta’ l-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) qed jitressaq minn diversi organizzazzjonijiet tal-produtturi Komunitarji li joperaw fi Stati Membri differenti fuq skemi transnazzjonali; (b) qed jitressaq minn organizzazzjoni tal-produtturi waħda jew aktar involuta fi skemi mħaddma fuq bażi ta’ bejn il-fergħat; (c) ikopri biss appoġġ speċifiku għall-produzzjoni tal-prodotti organiċi koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi; (d) qed jitressaq minn organizzazzjoni ta’ produtturi f’wieħed mill-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara għall-miżuri li jiġu implimentati sa mhux aktar minn tmiem l-2013; (e) huwa l-ewwel wieħed li tressaq minn organizzazzjoni rikonoxxuta tal-produtturi li amalgamat ma’ organizzazzjoni rikonoxxuta tal-produtturi oħra; (f) huwa l-ewwel wieħed li tressaq minn assoċjazzjoni rikonoxxuta ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi; (g) qed jitressaq minn organizzazzjonijiet tal-produtturi fi Stati Membri fejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkummerċjalizzaw inqas minn 20% tal-produzzjoni tal-frott u tal-ħxejjex; (h) qed jitressaq minn organizzazzjoni tal-produtturi f’wieħed mir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Komunità; (i) ikopri biss appoġġ speċifiku għal azzjonijiet biex jippromwovu l-konsum tal-frott u tal-ħxejjex immirati lejn it-tfal fi stabbilimenti edukattivi. 4. Il-perċentwali prevista fil-paragrafu 1 għandha tkun ta’ 100% fil-każ ta’ rtirar mis-suq ta’ frott u ta’ ħxejjex li m’għandux jeċċedi 5% tal-volum tal-produzzjoni kummerċjalizzata ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi u li ħelsu minnhom permezz ta’: (a) distribuzzjoni libera lil organizzazzjonijiet u lil fondazzjonijiet tal-karità, approvata għal dak il-għan mill-Istati Membri, biex jużawhom fl-attivitajiet tagħhom ħalli jgħinu lil persuni li d-dritt tagħhom għal għajnuna pubblika huwa rikonoxxut fil-liġi nazzjonali, partikolarment għaliex m’għandhomx il-mezzi meħtieġa biex jgħixu; (b) distribuzzjoni libera lil istituzzjonijiet penali, lil skejjel u lil istituzzjonijiet edukattivi pubbliċi u lil kampijiet tal-vaganzi tat-tfal kif ukoll lil sptarijiet u lil djar ta’ l-anzjani magħżula mill-Istati Membri, li għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-kwantitajiet li tqassmu b’dan il-mod ikunu addizzjonali għall-kwantitajiet li normalment jinxtraw f’tali stabbilimenti. Artikolu 103e Għajnuna finanzjarja nazzjonali 1. F’reġjuni ta’ l-Istati Membri fejn il-grad ta’ organizzazzjoni tal-produtturi ikun partikolarment baxx, l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni, fuq talba sostanzjata b’mod xieraq, biex iħallsu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi għajnuna finanzjarja nazzjonali daqs massimu ta’ 80% tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jissemmew fl-Artikolu 103b(1)(a). Din l-għajnuna għandha tkun addizzjonali għall-fond operattiv. F’reġjuni ta’ Stati Membri fejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkummerċjalizzaw inqas minn 15% mill-valur tal-produzzjoni tal-frott u tal-ħxejjex u li l-produzzjoni tal-frott u tal-ħxejjex tagħhom tirrappreżenta ta’ l-inqas 15% mill-produzzjoni agrikola totali tagħhom, l-għajnuna li tissemma fl-ewwel subparagrafu tista’ tiġi rimborżata mill-Komunità fuq it-talba ta’ l-Istat Membru konċernat. 2. Bħala deroga mill-Artikolu 180 ta’ dan ir-Regolament, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat m’għandhomx japplikaw għall-għajnuna finanzjarja nazzjonali awtorizzata skond il-paragrafu 1. Artikolu 103f Qafas nazzjonali u strateġija nazzjonali għal programmi operattivi 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas nazzjonali sabiex ifasslu l-kondizzjonijiet ġenerali relatati ma’ l-azzjonijiet li jissemmew fl-Artikolu 103c(3). Dan il-qafas għandu jipprevedi, b’mod partikolari, li tali azzjonijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti xierqa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005**** inklużi dawk fl-Artikolu 5 tiegħu dwar il-komplementarjetà, il-konsistenza u l-konformità. L-Istati Membri għandhom iressqu l-qafas propost tagħhom quddiem il-Kummissjoni li tista’ teħtieġ modifiki fi żmien tliet xhur jekk issib li l-proposta ma tagħtix il-possibbiltà li jintlaħaqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 174 tat-Trattat u fis-sitt programm Komunitarju ta’ azzjoni ambjentali*****. L-investimenti f’azjendi individwali appoġġjati minn programmi operattivi għandhom ukoll jirrispettaw dawk l-għanijiet. 2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu strateġija nazzjonali għal programmi operattivi sostenibbli fis-suq tal-frott u tal-ħxejjex. Tali strateġija għandha tipprevedi l-elementi li ġejjin: (a) analiżi tas-sitwazzjoni f’termini ta’ punti tajba u ħżiena u tal-potenzjal għal żvilupp; (b) ġustifikazzjoni tal-prijoritajiet magħżula; (c) l-għanijiet tal-programmi u ta’ l-istrumenti operattivi, l-indikaturi ta’ rendiment; (d) valutazzjoni tal-programmi operattivi; (e) obbligi ta’ rapportar għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi. L-istrateġija nazzjonali għandha tintegra wkoll il-qafas nazzjonali li jissemma fil-paragrafu 1. 3. Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw għal Stati Membri li m’għandhom l-ebda organizzazzjoni rikonoxxuta tal-produtturi. Artikolu 103g Approvazzjoni tal-programmi operattivi 1. L-abbozzi tal-programmi operattivi għandhom jitressqu quddiem l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li għandhom japprovaw jew jiċħduhom jew jitolbu l-modifika tagħhom skond id-dispożizzjonijiet ta’ din is-subsezzjoni. 2. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-ammont stmat tal-fond operattiv għal kull sena u għalhekk għandhom iressqu raġunijiet xierqa ibbażati fuq stimi tal-programmi operattivi, fuq in-nefqa għas-sena kurrenti u possibbilment in-nefqa għas-snin ta’ qabel u, jekk ikun meħtieġ, fuq il-kwantitajiet ta’ produzzjoni stmati għas-sena ta’ wara. 3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-organizzazzjoni tal-produtturi jew lill-assoċjazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi bl-ammont stmat ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja skond il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 103d. 4. Il-pagamenti ta’ l-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandhom isiru fuq il-bażi tan-nefqa li saret għall-iskemi koperti mill-programm operattiv. Jistgħu jingħataw pagamenti bil-quddiem rigward l-istess skemi bla ħsara għall-għoti ta’ garanzija jew ta’ sigurtà. 5. L-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tinnotifika lill-Istat Membru bl-ammont finali tan-nefqa għas-sena ta’ qabel, akkumpanjat mid-dokumenti ta’ appoġġ meħtieġa, sabiex tkun tista’ tirċievi l-bilanċ ta’ l-għajnuna finanzjarja Komunitarja. 6. Il-programmi operattivi u l-finanzjament tagħhom min-naħa ta’ produtturi u ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, fuq in-naħa l-waħda, u minn fondi Komunitarji, fuq in-naħa l-oħra, għandu jkollhom tul minimu ta’ tliet snin u tul massimu ta’ ħames snin. Artikolu 103h Regoli implimentattivi Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ din is-sezzjoni, partikolarment: (a) dawk dwar il-finanzjament tal-miżuri li jissemmew fl-Artikolu 103a, inklużi l-limiti u l-limiti massimi għall-għajnuna u l-grad ta’ ko-finanzjament Komunitarju ta’ l-għajnuna; (b) il-proporzjon ta’ u r-regoli dwar ir-rimborż tal-miżuri li jissemmew fl-Artikolu 103e(1); (c) dawk dwar investimenti f’azjendi individwali; (d) id-dati għall-komunikazzjonijiet u għan-notifiki li jissemmew fl-Artikolu 103g; (e) dispożizzjoni għal pagamenti parzjali ta’ l-għajnuna finanzjarja Komunitarja li tissemma fl-Artikolu 103g. * ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1. ** ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. *** ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1. **** ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. ***** Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li tniżżel is-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità Ambjentali (ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1).” (22) L-Artikolu 113 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-Kummissjoni tista’ tipprevedi standards ta' kummerċjalizzazzjoni għal wieħed jew aktar mill-prodotti tas-setturi li ġejjin: (a) żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda fir-rigward tal-prodotti msemmijin fil-punt (a) tal-Parti VII ta' l-Anness I; (b) frott u ħxejjex; (c) frott u ħxejjex ipproċessati; (d) banana; (e) pjanti ħajjin.” (b) Il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej: (i) il-punt (a) għandu jiġi emendat kif ġej: (i a ) (ia) il-punt (iii) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “(iii) l-interess tal-konsumaturi li jirċievu informazzjoni dwar il-prodott adegwata u trasparenti rigward, partikolarment, il-pajjiż ta’ l-oriġini, il-klassi u, fejn ikun xieraq, il-varjetà (jew it-tip kummerċjali) tal-prodott;” (i b ) għandu jiġi miżjud il-punt li ġej: “(v) rigward il-frott u l-ħxejjex u l-frott u tal-ħxejjex ipproċessati, ir-rakkomandazzjonijiet standard adottati mill-Kummissjoni Ekonomika tan-NU għall-Ewropa (UN/ECE).” (ii) il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “(b) jistgħu jirrelataw b'mod partikolari, mal-kwalità, mal-klassifikazzjoni fi klassijiet, mal-piż, mad-daqs, ma’ l-ippakkjar, mat-tgeżwir, mal-ħażna, mat-trasport, mal-preżentazzjoni, mal-kummerċjalizzazzjoni, ma’ l-oriġini u mat-tikkettar.” (23) L-Artikoli 113a u 113b għandhom jiddaħħlu wara l-Artikolu 113: “Artikolu 113a Rekwiżiti addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-frott u tal-ħxejjex 1. Il-prodotti tas-settur tal-frott u tal-ħxejjex intiżi biex jinbiegħu friski lill-konsumatur, jistgħu jiġu kummerċjalizzati biss jekk ikunu tajbin, ġusti u ta’ kwalità li jistgħu jiġu kummerċjalizzati u jekk ikun indikat il-pajjiż ta’ l-oriġini. 2. Id-detentur tal-prodotti tas-setturi tal-frott u tal-ħxejjex u tal-frott u tal-ħxejjex ipproċessati koperti minn standards ta’ kummerċjalizzazzjoni għandu jkun responsabbli milli jiżgura l-konformità ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 113(3). 3. Skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 113(3) wkoll u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li tista’ tiġi adottata mill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 194, partikolarment dwar l-applikazzjoni konsistenti tal-kontrolli ta’ konformità, l-Istati Membri, fir-rigward tas-setturi tal-frott u tal-ħxejjex u tal-frott u tal-ħxejjex ipproċessati, għandhom jikkontrollaw selettivament, fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju, jekk il-prodotti konċernati jikkonformawx ma’ l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni rispettivi. Dawn il-kontrolli għandhom ikunu ffokati fuq l-istadju qabel id-dispaċċ miż-żoni ta’ produzzjoni fejn il-prodotti qed jiġu ppakkjati jew mgħobbija. Għal prodotti minn pajjiżi terzi, għandhom isiru kontrolli qabel ma jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera. Artikolu 113b Kummerċjalizzazzjoni tal-laħam ta’ annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas 1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 42(1)(a) u (2) u fil-punt A ta’ l-Anness V, il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XIa, partikolarment id-deskrizzjonijiet ta’ bejgħ li għandhom jintużaw stabbiliti fil-punt III tiegħu, għandhom japplikaw għal-laħam ta’ annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas maqtula wara l-1 ta’ Lulju 2008, kemm jekk prodott fil-Komunità kif ukoll jekk importat minn pajjiżi terzi. Madanakollu, il-laħam minn annimali li għandhom 12-il xahar jew inqas u maqtula qabel l-1 ta’ Lulju 2008 jista’ jkompli jkun kummerċjalizzat mingħajr ma jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XIa. 2. Il-kondizzjonijiet msemmijin fil-paragrafu 1 m’għandhomx japplikaw għal-laħam ta’ annimali bovini li għalihom ġiet irreġistrata denominazzjoni protetta ta’ l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta taħt ir-Regolament (KE) Nru 510/2006, qabel id-29 ta’ Ġunju 2007.” (24) L-Artikolu 121 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “(a) l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmijin fl-Artikoli 113 u 113a inklużi r-regoli dwar: (i) derogi jew eżenzjonijiet mill-applikazzjoni ta’ l-istandards, (ii) preżentazzjoni ta’ partikolaritajiet meħtieġa mill-istandards kif ukoll dwar il-kummerċjalizzazzjoni u t-tikkettar; (iii) l-applikazzjoni ta’ l-istandards għal prodotti importati fi, jew esportati mill-Komunità; (iv) fir-rigward ta’ l-Artikolu 113a(1), sabiex jiddefinixxu x’jikkostitwixxi prodott li huwa tajjeb, ġust u ta’ kwalità li jista’ jiġi kummerċjalizzat;” (b) Għandu jiġi miżjud il-punt (j) li ġej: “(j) fir-rigward tal-kondizzjonijiet li għandhom jintużaw fil-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam ta’ l-annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas skond l-Artikolu 113b: (i) il-metodu prattiku kif tiġi indikata l-ittra ta’ identifikazzjoni tal-kategorija kif ġie definit fil-punt II ta’ l-Anness XIa, rigward il-post u d-daqs ta’ l-ittri użati; (ii) l-importazzjoni tal-laħam minn pajjiżi terzi kif jissemma fil-punt VIII ta’ l-Anness XIa, rigward il-metodu kif tiġi verifikata l-konformità ma’ dan ir-Regolament.” (c) Għandu jiġi miżjud il-paragrafu li ġej: “Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Parti B tat-tabella stabbiliti fil-punt III(2) ta’ l-Anness XIa.” (25) L-Artikolu 122 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “(a) huma kostitwiti minn produtturi ta' wieħed mis-setturi li ġejjin: (i) ħops; (ii) żejt taż-żebbuġa u żebbuġ ta' l-ikel; (iii) frott u ħxejjex fir-rigward ta’ bdiewa li jkabbru wieħed mill-prodotti jew aktar ta’ dak is-settur u/jew ta’ tali prodotti maħsuba biss għall-ipproċessar; (iv) dudu tal-ħarir;” (b) Il-Punt (c)(iii) jinbidel b'dan li ġej: "(iii) il-promozzjoni tar-razzjonalizzazzjoni u l-mekkanizzazzjoni tal-produzzjoni, partikolarment minħabba l-ottimizzazzjoni ta’ l-ispejjeż ta’ produzzjoni u l-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet tal-produtturi.” (26) L-Artikolu 123 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) L-ewwel paragrafu jsir il-paragrafu 1. (b) It-tieni paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "2. Fejn l-organizzazzjonijiet bejn il-fergħat li jissemmew fil-paragrafu 1 jwettqu l-attivitajiet tagħhom fit-territorji ta’ diversi Stati Membri, ir-rikonoxximent għandu jingħata mill-Kummissjoni mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat li jissemma fl-Artikolu 195. 3. Skond il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu organizzazzjonijiet bejn il-fergħat li: (a) ikunu magħmula minn rappreżentanti ta’ attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-produzzjoni ta’, mal-kummerċ fi u/jew ma’ l-ipproċessar tal-prodotti tas-settur tal-frott u tal-ħxejjex; (b) ikunu fformati fuq l-inizjattivi ta’ l-organizzazzjonijiet jew ta’ l-assoċjazzjonijiet li jikkostitwuhom kollha jew uħud minnhom; (c) iwettqu tnejn jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin f’wieħed mir-reġjuni jew aktar tal-Komunità, fejn jitqiesu l-interessi tal-konsumaturi: (i) itejbu l-għarfien dwar u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq, (ii) jgħinu biex jikkoordinaw aħjar il-mod li bih il-frott u l-ħxejjex jitqiegħdu fis-suq, partikolarment permezz ta’ riċerka u studji dwar is-swieq, (iii) ifasslu formoli standard ta’ kuntratt kompatibbli mar-regoli Komunitarji, (iv) jesplojtaw aktar il-potenzjal tal-frott u tal-ħxejjex prodotti, (v) jipprovdu l-informazzjoni u jwettqu r-riċerka meħtieġa sabiex il-produzzjoni tkun aġġustata lejn prodotti aktar adattati għar-rekwiżiti tas-suq u għall-gosti u għall-aspettativi tal-konsumaturi, partikolarment rigward il-kwalità tal-prodott u l-ħarsien ta’ l-ambjent, (vi) ifittxu modi kif jirrestrinġu l-użu ta’ prodotti fitosanitarji u kontribuzzjonijiet oħra u jiżguraw il-kwalità tal-prodott u l-konservazzjoni tal-ħamrija u ta’ l-ilma, (vii) jiżviluppaw metodi u strumenti sabiex tittejjeb il-kwalità tal-prodott, (viii) jesplojtaw il-potenzjal ta’ u jħarsu l-biedja organika kif ukoll id-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini, it-tikketti tal-kwalità u l-indikazzjonijiet ġeografiċi, (ix) jippromwovu produzzjoni integrata jew metodi ta’ produzzjoni oħra tajbin mil-lat ambjentali, (x) jistabbilixxu regoli, rigward ir-regoli ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni li jissemmew fil-punti 2 u 3 ta’ l-Anness XVIa, li huma aktar stretti mir-regoli Komunitarji jew nazzjonali.” (27) Is-Sezzjoni Ia li ġejja għandha tiddaħħal wara s-Sezzjoni I tal-Kapitolu II tat-Titolu II tal-Parti II: “SEZZJONI IA REGOLI LI JIKKONċERNAW LILL-OPERATURI U LILL-ORGANIZZJONIJIET BEJN IL-FERGħAT FIS-SETTUR TAL-FROTT U TAL-ħXEJJEX SUBSEZZJONI I REGOLI TA’ ASSOċJAZZJONI U TA’ RIKONOXXIMENT TA’ L-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUTTURI Artikolu 125a Regoli ta’ assoċjazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi 1. Ir-regoli ta’ assoċjazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex għandhom jeħtieġu li l-membri produtturi tagħha, b’mod partikolari: (a) japplikaw ir-regoli adottati mill-organizzazzjoni tal-produtturi relatati mar-rapportar dwar il-produzzjoni, mal-produzzjoni, mal-kummerċjalizzazzjoni u mal-ħarsien ta’ l-ambjent; (b) jappartjenu lil organizzazzjoni tal-produtturi waħda biss rigward il-produzzjoni ta’ azjenda partikolari ta’ kwalunkwe prodott partikolari li jissemma fl-Artikolu 122(a)(iii); (c) jikkummerċjalizzaw il-produzzjoni kollha konċernata tagħhom permezz ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi; (d) jipprovdu l-informazzjoni mitluba mill-organizzazzjoni tal-produtturi għal finijiet statistiċi, partikolarment dwar żoni ta’ tkabbir, kwantitajiet maħsuda, produttività u bejgħ dirett; (e) iħallsu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji previsti fir-regoli ta’ assoċjazzjoni tagħha għall-istabbiliment u għall-mili mill-ġdid tal-fond operattiv previst fl-Artikolu 103b. 2. Minkejja l-punt (c) tal-paragrafu 1, fejn l-organizzazzjoni tal-produtturi tawtorizza dan u fejn dan ikun konformi mat-termini u mal-kondizzjonijiet stabbiliti mill-organizzazzjoni tal-produtturi, il-membri produtturi: (a) ma jistgħux ibigħu aktar minn perċentwali fissa tal-produzzjoni u/jew prodotti tagħhom direttament fl-azjendi tagħhom u/jew barra mill-azjendi tagħhom lil konsumaturi għall-ħtiġijiet personali tagħhom, b’tali perċentwali jkunu ffissati mill-Istati Membri għal mhux inqas minn 10%; (b) jikkummerċjalizzaw huma stess jew permezz ta’ organizzazzjoni oħra tal-produtturi magħżula mill-organizzazzjoni tagħhom stess, kwantitajiet ta’ prodotti li huma marġinali b’relazzjoni għall-volum tal-produzzjoni li tista’ tiġi kummerċjalizzata ta’ l-organizzazzjoni tagħhom; (c) jikkummerċjalizzaw huma stess jew permezz ta’ organizzazzjoni oħra tal-produtturi magħżula mill-organizzazzjoni tagħhom stess prodotti li, minħabba l-karatteristiċi li għandhom, ma jkunux normlament koperti mill-attivitajiet kummerċjali ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi konċernata. 3. Ir-regoli ta’ assoċjazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produtturi għandha tipprevedi wkoll: (a) proċeduri biex ikunu determinati, adottati u emendati r-regoli li jissemmew fil-paragrafu 1; (b) l-impożizzjoni fuq il-membri ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji meħtieġa sabiex tkun iffinanzjata l-organizzazzjoni tal-produtturi; (c) regoli li jagħtu l-possibbiltà li l-membri produtturi jiskrutinaw demokratikament l-organizzazzjoni tagħhom u d-deċiżjonijiet li tieħu; (d) penali għall-ksur ta’ obbligi skond ir-regoli ta’ assoċjazjoni, partikolarment in-nuqqas ta’ pagament ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji jew ir-regoli stabbiliti mill-organizzazzjoni tal-produtturi; (e) regoli dwar l-ammissjoni ta’ membri ġodda, partikolarment perjodu minimu ta’ sħubija; (f) ir-regoli tal-kontabbiltà u tal-baġit meħtieġa għal ħidmet l-organizzazzjoni. 4. Fi kwistjonijiet ekonomiċi, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex għandhom jitqiesu bħala li jaġixxu f’isem u għan-nom tal-membri tagħhom. Artikolu 125b Rikonoxximent 1. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu bħala organizzazzjonijiet tal-produtturi l-entitajiet legali kollha jew il-partijiet kollha definiti b’mod ċar ta’ entitajiet legali li japplikaw għal tali rikonoxximent, sakemm: (a) ikollhom l-għan li jużaw prattiki ta’ koltivazzjoni, tekniki ta’ produzzjoni u prattiki ta’ ġestjoni ta’ l-iskart tajba mil-lat ambjentali, partikolarment li jħarsu l-kwalità ta’ l-ilma, tal-ħamrija u tal-pajsaġġ u li jippreservaw jew jinkoraġġixxu l-bijodiversità u jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbliti fl-Artikoli 122 u 125a u jipprovdu l-evidenza rilevanti ta’ dan; (b) ikollhom numru minimu ta’ membri u jkopru volum jew valur minimu ta’ produzzjoni li tista’ tiġi kummerċjalizzata li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri, u jipprovdi l-evidenza rilevanti ta’ dan; (c) ikun hemm biżżejjed evidenza li jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom b’mod xieraq, kemm maż-żmien kif ukoll f’termini ta’ effikaċja u ta’ konċentrazzjoni tal-provvista, sabiex l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu liema mill-prodotti, jew mill-gruppi ta’ prodotti li jissemmew fl-Artikolu 122(a)(iii) għandhom ikunu koperti mill-organizzazzjoni tal-produtturi; (d) effettivament jagħtu l-possibbiltà li l-membri tagħhom jiksbu għajnuna teknika fl-użu ta’ prattiki ta’ koltivazzjoni tajba mil-lat ambjentali; (e) effettivament jipprovdu lill-membri tagħhom, fejn ikun meħtieġ, bil-mezzi tekniċi għall-ġbir, għall-ħażna, għall-ippakkjar u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tagħhom; (f) jiżguraw ġestjoni kummerċjali u tal-kontabbiltà xierqa ta’ l-attivitajiet tagħhom; u (g) ma jkollhomx pożizzjoni dominanti f’suq partikolari ħlief jekk dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-miri ta’ l-Artikolu 33 tat-Trattat. 2. L-Istati Membri għandhom: (a) jiddeċiedu jekk jagħtux rikonoxximent lil organizzazzjoni tal-produtturi fi żmien tliet xhur minn meta tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni akkumpanjata mill-evidenza rilevanti kollha; (b) iwettqu kontrolli f’intervalli regolari sabiex jaċċertaw irwieħhom li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkonformaw ma’ dan it-Titolu, jimponu l-penali fuq tali organizzazzjonijiet fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità jew ta’ irregolaritajiet dwar id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiddeċiedu, fejn ikun meħtieġ, li jirtiraw ir-rikonoxximent; (c) jinnotifikaw lill-Kummissjoni, darba fis-sena, b’kull deċiżjoni li jagħtu, jirrifjutaw jew jirtiraw rikonoxximent. Subsezzjoni IIAssoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi u ta’ Gruppi tal-produtturi Artikolu 125c Assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex Fuq l-inizjattiva ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-produtturi għandha tkun ifformata assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex u din tista’ twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet ta’ organizzazzjoni tal-produtturi li tissemma f’dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu, fuq talba, assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, fejn: (a) l-Istat Membru jqis li l-assoċjazzjoni kapaċi twettaq effettivament dawk l-attivitajiet, u (b) l-assoċjazzjoni ma jkollhiex pożizzjoni dominanti f’suq partikolari ħlief jekk dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-miri ta’ l-Artikolu 33 tat-Trattat. L-Artikolu 125a(4) għandu japplika mutatis mutandis . Artikolu 125d Subkuntrattazzjoni (Outsourcing) L-Istati Membri jistgħu jippermettu li organizzazzjoni rikonoxxuta tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex jew assoċjazzjoni rikonoxxuta ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi f’dak is-settur tista’ tagħi b’subkuntratt (outsource) kwalunkwe waħda mill-attivitajiet tagħha, inkluż lil kumpaniji sussidjarji, sakemm tipprovdi biżżejjed evidenza lill-Istat Membru li dan il-mod huwa mod xieraq kif jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi jew ta’ l-assoċjazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi konċernata. Artikolu 125e Gruppi ta’ produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex 1. Fl-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara, jew fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Komunità kif jissemma fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat, jew fil-Gżejjer iżgħar ta’ l-Eġew kif jissemma fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 jistgħu jiġu fformati gruppi ta’ produtturi, fuq l-inizjattiva ta’ bdiewa li jkunu koltivaturi ta’ prodott wieħed jew aktar tas-settur tal-frott u tal-ħxejjex u/jew ta’ tali prodotti maħsuba biss għall-ipproċessar, bil-għan li tkun rikonoxxuta bħala organizzazzjoni tal-produtturi. Gruppi ta’ produtturi bħal dawn jistgħu jitħallew perjodu tranżitorju fejn jissodisfaw il-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent bħala organizzazzjoni ta’ produtturi skond l-Artikolu 122. Sabiex jikkwalifikaw, dawk il-gruppi ta’ produtturi għandhom jippreżentaw pjan ta’ rikonoxximent maqsum f’fażijiet lill-Istat Membru rilevanti, li l-aċċettazzjoni tiegħu għandha timmarka l-bidu tal-perjodu tranżitorju li jissemma fit-tieni subparagrafu u għandha tikkostitwixxi rikonoxximent preliminari. Il-perjodu tranżitorju m’għandux ikun ta’aktar minn ħames snin. 2. Qabel l-aċċettazzjoni tal-pjan ta’ rikonoxximent, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bl-intenzjonijiet tagħhom u bl-implikazzjonijiet finanzjarji probabbli ta’ dan. Subsezzjoni IIIEstensjoni tar-regoli għall-produtturi ta’ żona ekonomika Artikolu 125f Estensjoni tar-regoli 1. F’każijiet fejn organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex li topera f’żona ekonomika speċifika, rigward prodott speċifiku, titqies bħala rappreżentattiva tal-produzzjoni u tal-produtturi f’dik iż-żona, l-Istat Membru konċernat, fuq it-talba ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi, jista’ jagħmel ir-regoli li ġejjin jorbtu lill-produtturi stabbiliti f’dik iż-żona ekonomika li ma jappartjenux għall-organizzazzjoni tal-produtturi: (a) ir-regoli li jissemmew fl-Artikolu 125a(1)(a), (b) ir-regoli meħtieġa sabiex ikunu implimentati l-miżuri li jissemmew fl-Artikolu 103c(2)(c). Għandu japplika l-ewwel subparagrafu, sakemm dawk ir-regoli: (a) ilhom fis-seħħ ta’ l-inqas għal sena ta’ kummerċjalizzazzjoni waħda, (b) ġew inklużi fil-lista eżawrjenti fl-Anness XVIa, (c) għandhom jorbtu għal mhux aktar minn tliet snin ta’ kummerċjalizzazzjoni. Madankollu, il-kondizzjoni li tissemma fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu m’għandiex tapplika jekk ir-regoli konċernati jkunu dawk elenkati fil-punti 1, 3 u 5 ta’ l-Anness XVIa. F’dan il-każ, l-estensjoni tar-regoli tista’ ma tapplikax għal aktar minn sena ta’ kummerċjalizzazzjoni waħda. 2. Għall-finijiet ta’ din is-subsezzjoni, “żona ekonomika” tfisser żona ġeografika magħmula minn reġjuni ta’ produzzjoni ħdejn xulxin jew qrib xulxin fejn il-kondizzjonijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni huma omoġeni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lista ta’ żoni ekonomiċi lill-Kummissjoni. Fi żmien xahar min-notifika, il-Kummissjoni għandha tapprova l-lista jew, wara konsultazzjoni ma’ l-Istat Membru konċernat, għandha tiddeċiedi dwar l-emendi li dawn ta’ l-aħħar iridu jagħmlulha. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-lista approvata pubblikament disponibbli bil-metodi li tqis li huma xierqa. 3. Organizzazzjoni tal-produtturi għandha titqies bħala rappreżentattiva, fit-tifsira tal-paragrafu 1, fejn il-membri tagħha jammontaw għal ta’ l-inqas 50% tal-produtturi fiż-żona ekonomika fejn topera u tkopri ta’ l-inqas 60% tal-volum ta’ produzzjoni ta’ dik iż-żona. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, meta jiġu kkalkulati dawn il-perċentwali m’għandhomx jitqiesu l-produtturi jew il-produzzjoni ta’ prodotti organiċi koperti mir-Regolament (KE) Nru 834/2007. 4. Ir-regoli li għandhom jorbtu lill-produtturi kollha f’żona ekonomika speċifika: (a) m’għandhom jikkawżaw l-ebda dannu lill-produtturi l-oħra fl-Istat Membru konċernat jew fil-Komunità; (b) m’għandhomx japplikaw, sakemm ma jkopruhomx espressament, għal prodotti konsenjati għall-ipproċessar skond kuntratt iffirmat qabel il-bidu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, ħlief ir-regoli dwar ir-rapportar tal-produzzjoni li jissemmew fl-Artikolu 125a(1)(a); (c) m’għandhomx ikunu inkompatibbli mar-regoli Komunitarji u nazzjonali fis-seħħ. 5. Ir-regoli jistgħu ma jkunux jorbtu lill-produtturi ta’ prodotti organiċi koperti mir-Regolament (KE) Nru 834/2007 ħlief jekk tali miżura ma tkunx ġiet miftiehma minn ta’ l-inqas 50% ta’ tali produtturi fiż-żona ekonomika fejn topera l-organizzazzjoni tal-produtturi u dik l-organizzazzjoni tkopri ta’ l-inqas 60% ta’ tali produzzjoni ta’ dik iż-żona. Artikolu 125g Notifika L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni bir-regoli li għamluhom jorbtu lill-produtturi kollha f’żona ekonomika speċifika skond l-Artikolu 125f(1). Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawn ir-regoli pubblikament disponibbli bil-metodi li tqis li huma xierqa. Artikolu 125h Revoka ta’ l-estensjoni tar-regoli Skond l-Artikolu 125f(1), il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li Stat Membru għandu jirrevoka estensjoni tar-regoli li ddeċieda dwarhom dak l-Istat Membru: (a) fejn issib li l-estensjoni in kwistjoni għal produtturi oħra teskludi l-kompetizzjoni f’parti sostanzjali mis-suq intern jew tipperikola l-kummerċ ħieles jew li l-għanijiet ta’ l-Artikolu 33 tat-Trattat tqiegħdu fil-periklu; (b) fejn issib li l-Artikolu 81(1) tat-Trattat japplika għar-regoli estiżi għal produtturi oħra. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ dawk ir-regoli għandha tapplika biss mid-data ta’ tali sejba; (c) fejn, wara kontrolli, issib li ma kienx hemm konformità ma’ din is-subsezzjoni. Artikolu 125i Kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ produtturi li mhumiex membri Fejn jiġi applikat l-Artikolu 125f(1), l-Istat Membru konċernat jista’ jiddeċiedi, meta jiskrutina l-evidenza preżentata, li l-produtturi li mhumiex membri għandhom ikunu responsabbli lejn l-organizzazzjoni tal-produtturi għall-parti tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-membri produtturi, sakemm dawn jintużaw biex ikopru: (a) spejjeż amministrattivi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-regoli li jissemmew fl-Artikolu 125f(1); (b) l-ispiża tar-riċerka, ta’ l-istudji tas-suq u tal-promozzjoni tal-bejgħ li saru mill-organizzazzjoni jew mill-assoċjazzjoni u li jibbenefikaw minnhom il-produtturi kollha fiż-żona. Artikolu 125j Estensjoni tar-regoli ta’ assoċjazzjonijiet ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi Għall-finijiet ta’ din is-subsezzjoni, kwalunkwe referenza għal organizzazzjonijiet tal-produtturi għandha tiġi interpretata bħala referenza għal assoċjazzjonijiet rikonoxxuti ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi. Subsezzjoni IVOrganizzazzjonijiet bejn il-fergħat fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex Artikolu 125k Rikonoxximent u rtirar tar-rikonoxximent 1. Jekk ikunu ġġustifikati mill-istrutturi ta’ l-Istat Membru, l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu bħala organizzazzjonijiet bejn il-fergħat l-organizzazzjonijiet kollha stabbiliti fit-territorju tagħhom li jagħmlu applikazzjoni xierqa, sakemm: (a) iwettqu l-attività tagħhom f’reġjun wieħed jew aktar fl-Istat Membru konċernat; (b) jirrappreżentaw sehem sinifikanti mill-produzzjoni ta’, mill-kummerċ fi u/jew mill-ipproċessar tal-frott u tal-ħxejjex u mill-prodotti proċessati mill-frott u mill-ħxejjex fir-reġjun jew fir-reġjuni in kwistjoni u, fejn ikun involut aktar minn reġjun wieħed, jistgħu juru livell minimu ta’ rappreżentattività f’kull reġjun għall kull waħda mill-fergħat li jiggruppaw; (c) iwettqu żewġ attivitajiet jew aktar minn dawk li jissemmew fl-Artikolu 123(3)(c); (d) mhumiex huma stess involuti fil-produzzjoni jew fl-iproċessar jew fil-kummerċjalizzazzjoni tal-frott u tal-ħxejjex jew tal-prodotti proċessati mill-frott u mill-ħxejjex; (e) mhuma involuti fl-ebda wieħed mill-ftehimiet, mid-deċiżjonijiet u mill-prattiki miftiehma li jissemmew fl-Artikolu 176a(4). 2. Qabel ma jagħtu rikonoxximent, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-organizzazzjonijiet bejn il-fergħat li applikaw għal rikonoxximent, fejn jipprovdu l-informazzjoni kollha rilevanti dwar ir-rappreżentattività tagħhom u dwar l-attivitajiet differenti tagħhom, flimkien ma’ l-informazzjoni l-oħra kollha meħtieġa għal valutazzjoni. Il-Kummissjoni tista’ toġġezzjona għal rikonoxximent fi ħdan limitu ta’ żmien ta’ xahrejn wara n-notifika. 3. L-Istati Membri għandhom: (a) jiddeċiedu jekk jagħtux rikonoxximent fi żmien tliet xhur minn meta ġiet ippreżentata applikazzjoni bid-dokumenti ta’ appoġġ rilevanti kollha; (b) iwettqu kontrolli f’intervelli regolari sabiex jaċċertaw irwieħhom li l-organizzazzjonijiet bejn il-fergħat qed ikunu konformi mat-termini u mal-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent, jimponu l-penali fuq tali organizzazzjonijiet fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità jew ta’ irregolaritajiet dwar id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiddeċiedu, fejn ikun meħtieġ, li jirtiraw ir-rikonoxximent; (c) li jirtiraw ir-rikonoxximent jekk: (i) ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet għal rikonoxximent stabbiliti f’din is-subsezzjoni m’għadhomx jiġu sodisfatti; (ii) l-organizzazzjoni bejn il-fergħat tkun involuta fi kwalunkwe wieħed mill-ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jissemmew fl-Artikolu 176a(3), mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe sanzjonijiet oħra li jistgħu jiġu imposti skond il-liġi nazzjonali; (iii) l-organizzazzjoni bejn il-fergħat tonqos milli tikkonforma ma’ l-obbligu tan-notifika li jissemma fl-Artikolu 176a(2); (d) jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn, bi kwalunkwe deċiżjoni li jagħtu, jirrifjutaw jew jiritraw rikonoxximent. 4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet li dwarhom u l-frekwenza li biha l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta’ l-organizzazzjonijiet bejn il-fergħat. Bħala riżultat tal-kontrolli, il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru biex jirtira rikonoxximent. 5. Ir-rikonoxximent għandu jikkostitwixxi awtorizzazzjoni sabiex jitwettqu l-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 123(3)(c), bla ħsara għat-termini ta’ dan ir-Regolament. 6. Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblikament disponibbli lista ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti bejn il-fergħat, bil-metodi li tqis li huma xierqa, fejn tindika l-isfera jew iż-żona ekonomika ta’ l-attivitajiet tagħhom u l-attivitajiet imwettqa fit-tifsira ta’ l-Artikolu 125 l. L-irtirar tar-rikonoxximent ukoll għandu jkun pubblikament disponibbli. Artikolu 125 l Estensjoni tar-regoli 1. F’każijiet fejn organizzazzjoni bejn il-fergħat li tkun qed topera f’reġjun speċifiku jew f’reġjuni speċifiċi ta’ Stat Membru titqies bħala rappreżentattiva tal-produzzjoni ta’ jew tal-kummerċ fi jew ta’ l-ipproċessar ta’ prodott partikolari, l-Istat Membru konċernat, fuq talba ta’ dik l-organizzazzjoni bejn il-fergħat, jista’ jagħmel wħud mill-ftehimiet, deċiżjonijiet jew prattiki mfitiehma li kien hemm qbil dwarhhom fi ħdan dik l-organizzazzjoni jorbtu għal perjodu limitat lil operaturi oħra li joperaw fir-reġjun jew fir-reġjuni in kwistjoni, kemm jekk individwi jew gruppi, li ma jappartjenux għall-organizzazzjoni. 2. Organizzazzjoni bejn il-fergħat għandha titqies bħala rappreżentattiva fit-tifsira tal-paragrafu 1 fejn tammonta għal ta’ l-inqas żewġ terzi tal-produzzjoni jew tal-kummerċ fi jew ta’ l-ipproċessar tal-prodott ikkonċernat jew tal-prodotti konċernati fir-reġjun ikkonċernat jew fir-reġjuni konċernati ta’ Stat Membru. Fejn l-applikazzjoni għall-estensjoni tar-regoli tagħha għal operaturi oħra tkopri aktar minn reġjun wieħed, l-organizzazzjoni bejn il-fergħat trid turi livell minimu ta’ rappreżentattività għal kull waħda mill-fergħat li tiggruppa f’kull wieħed mir-reġjuni konċernati. 3. Ir-regoli li fir-rigward tagħhom tista’ tintalab estensjoni għal operaturi oħra: (a) għandu jkollhom wieħed mill-għanijiet li ġejjin: (i) rapportar dwar produzzjoni u dwar swieq, (ii) regoli ta’ produzzjoni aktar stretti minn dawk stabbiliti fir-regoli Komunitarji jew nazzjonali, (iii) tfassil ta’ kuntratti standard li huma kompatibbli mar-regoli Komunitarji, (iv) regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni, (v) regoli dwar il-ħarsien ta’ l-ambjent, (vi) miżuri sabiex ikun promoss u esplojtat il-potenzjal tal-prodotti, (vii) miżuri sabiex titħares il-biedja organika kif ukoll denominazzjonijiet ta’ l-oriġini, tikketti tal-kwalità u indikazzjonijiet ġeografiċi; (b) għandhom ikunu ilhom fis-seħħ għal ta’ l-inqas sena ta’ kummerċjalizzazzjoni waħda; (c) jistgħu jorbtu għal mhux aktar minn tliet snin ta’ kummerċjalizzazzjoni; (d) m’għandhom jikkawżaw l-ebda dannu lil operaturi oħra fl-Istat Membru konċernat jew fil-Komunità. Madankollu, il-kondizzjoni msemmija fil-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu m’għandiex tapplika jekk ir-regoli konċernati huma dawk elenkati fil-punti 1, 3 u 5 ta’ l-Anness XVIa. F’dan il-każ, l-estensjoni tar-regoli tista’ ma tapplikax għal aktar minn sena ta’ kummerċjalizzazzjoni waħda. 4. Ir-regoli msemmija fil-punti (a)(ii), (iv) u (v) tal-paragrafu 3 m’għandhomx ikunu ħlief dawk stabbiliti fl-Anness XVIa. Ir-regoli li jissemmew fil-punt (a)(ii) tal-paragrafu 3 m’għandhomx japplikaw għal prodotti li kienu prodotti barra mir-reġjun speċifiku jew mir-reġjuni speċifiċi li jissemma fil-paragrafu 1. Artikolu 125m Notifika u revoka ta’ l-estensjoni tar-regoli 1. Skond l-Artikolu 125l(1), l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni bir-regoli li għamlu jorbtu lill-operaturi kollha f’wieħed mir-reġjuni speċifiċi jew aktar. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawk ir-regoli pubblikament disponibbli bil-metodi li hija tqis li huma xierqa. 2. Qabel ma r-regoli jsiru pubblikament disponibbli, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 195 bi kwalunkwe notifika ta’ l-estensjoni tal-ftehimiet bejn il-fergħat. 3. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li Stat Membru jrid jirrevoka estensjoni tar-regoli deċiżi minn dak l-Istat Membru fil-każijiet li jissemmew fl-Artikolu 125h. Artikolu 125n Kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ dawk li mhumiex membri F’każijiet fejn ir-regoli għal prodott wieħed jew aktar jiġu estiżi u fejn attività waħda jew aktar minn dawk li jissemmew fl-Artikolu 125l(3)(a) jiġu segwiti minn organizzazzjoni rikonoxxuta bejn il-fergħat u jkunu fl-interess ekonomiku ġenerali ta’ dawk il-persuni li l-attivitajiet tagħhom huma relatati ma’ prodott wieħed jew aktar mill-prodotti konċernati, l-Istat Membru li ta r-rikonoxximent jista’ jiddeċiedi li l-individwi jew il-gruppi li ma jkunux membri ta’ l-organizzazzjoni bejn il-fergħat imma li jibbenefikaw minn dawk l-attivitajiet għandhom iħallasu lill-organizzazzjoni il-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha jew parti minnhom li jħallsu l-membri tagħha sakemm tali kontribuzzjonijiet jkunu maħsuba biex ikopru spejjeż li saru direttament sabiex jitwettqu l-attivitajiet in kwistjoni.” (28) L-Artikolu 127(e) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “(e) skond il-każ, ir-regoli dwar organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi u assoċjazzjonijiet transnazzjonali ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi inkluża l-għajnuna amministrattiva li għandha tingħata mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fil-każ ta’ kooperazzjoni transnazzjonali; (f) skond il-każ, kwalunkwe effett li ġej mir-rikonoxximent bħala organizzazzjoni bejn il-fergħat.” (29) Fl-Artikolu 130, il-punti (g) sa (o) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej: “(g) frott u ħxejjex; (h) frott u ħxejjex ipproċessati; (i) banana; (j) pjanti ħajjin; (k) ċanga u vitella; (l) ħalib u prodotti tal-ħalib; (m) laħam tal-majjal; (n) laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż; (o) bajd; (p) laħam tat-tjur; (q) alkoħol etiliku agrikolu.” (30) Wara l-Artikolu 140, għandu jiddaħħal l-Artikolu140a li ġej: “Artikolu 140a Sistema ta’ prezzijiet ta’ dħul għas-setturi tal-frott u tal-ħxejjex u tal-frott u tal-ħxejjex ipproċessati 1. Jekk l-applikazzjoni tar-rata tad-dazju tat-tariffa doganali komuni tiddependi mill-prezz ta’ dħul tal-konsenja importata, kemm ikun veru dan il-prezz għandu jiġi kontrollat billi jintuża valur ta’ l-importazzjoni b’rata fissa kkalkulat mill-Kummissjoni, skond il-prodott u skond l-oriġini, fuq il-bażi tal-medja ppeżata tal-prezzijiet għall-prodott fis-swieq rappreżentattivi ta’ l-importazzjoni ta’ l-Istati Membri jew fi swieq oħra, fejn ikun xieraq. Madankollu, il-Kummissjoni tista’ tadotta dispożizzjonijiet speċifiċi biex tivverifika l-prezz ta’ dħul ta’ prodotti li ġew importati primarjament għall-ipproċessar. 2. Fejn il-prezz ta’ dħul iddikjarat tal-konsenja in kwistjoni jkun ogħla mill-valur ta’ importazzjoni b’rata fissa, miżjud b’marġni ffissat mill-Kummissjoni li ma jistax jeċċedi l-valur b’rata fissa b’aktar minn 10%, għandha tkun meħtieġa l-preżentazzjoni ta’ sigurtà daqs id-dazju fuq l-importazzjoni li ġie determinat fuq il-bażi tal-valur ta’ l-importazzjoni b’rata fissa. 3. Jekk il-prezz ta’ dħul tal-konsenja in kwistjoni ma jiġix iddikjarat fi żmien l-iżdoganar, ir-rata tad-dazju tat-tariffa doganali komuni li għandha tiġi applikata għandu jiddependi fuq il-valur ta’ importazzjoni b’rata fissa jew wieħed għandu jasal għalih bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni doganali skond kondizzjonijiet li għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni.” (31) Fl-Artikolu 141(1), il-kliem tal-bidu għandhom jiġu sostitwiti b’dawn li ġejjin: “Għall-importazzjonijiet ta' prodott wieħed jew aktar tas-setturi taċ-ċereali, tar-ross, taz-zokkor, tal-frott u tal-ħxejjex, tal-frott u tal-ħxejjex ipproċessati, taċ-ċanga u tal-vitella, tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, tal-laħam tal-majjal, tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż, tal-bajd, tat-tjur u tal-banana għandu japplika dazju addizzjonali fuq l-importazzjoin bir-rata tad-dazju stabbilita fl-Artikoli 135 sa 140, sabiex jiġu prevenuti jew jitpaċew effetti negattivi fis-suq Komunitarju li jistgħu jirriżultaw minn dawk l-importazzjonijiet, jekk:” (32) Fl-Artikolu 153, il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "1. Ħtieġa tradizzjonali ta’ provvista taz-zokkor biex jiġi raffinat ġiet iffisata għall-Komunità għal 2 324 735 tunnellati metriċi għal kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, espressi f’zokkor abjad.” (33) Fl-Artikolu 161(1), il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt (d): “(e) frott u ħxejjex; (f) frott u ħxejjex ipproċessati; (g) ċanga u vitella; (h) ħalib u prodotti tal-ħalib; (i) laħam tal-majjal; (j) laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż; (k) bajd; (l) laħam tat-tjur; (m) alkoħol etiliku agrikolu.” (34) L-Artikolu li ġej għand jiddaħħal wara l-Artikolu 176: “Artikolu 176a Ftehimiet u prattiki miftiehma fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex 1. L-Artikolu 81(1) tat-Trattat m’għandux japplika għall-ftehimiet, għad-deċiżjonijiet u għall-prattiki miftiehma ta’ organizzazzjonijiet bejn il-fergħat rikonoxxuti bil-għan li jwettqu l-attivitajiet li jissemmew fl-Artikolu 123(3)(c) ta’ dan ir-Regolament. 2. Il-paragrafu 1 għandu japplika sakemm: (a) il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma ġew innotifikati lill-Kummissjoni; (b) fi żmien xahrejn minn meta tirċievi d-dettalji kollha meħtieġa, il-Kummissjoni ma tkunx sabet li l-ftehimiet, id-deċiżjonijiet jew il-prattiki miftiehma huma inkompatibbli mar-regoli Komunitarji. 3. Il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma jistgħu ma jiġux implimentati qabel ma jgħaddi l-perjodu li jissemma fil-paragrafu 2(b). 4. Il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma li ġejjin, ikun xi jkun il-każ, għandhom jiġu ddikjarati inkompatibbli mar-regoli Komunitarji: (a) ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jistgħu jwasslu għad-diviżjoni tas-swieq fi kwalunke forma fi ħdan il-Komunità; (b) ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jistgħu jaffetwaw il-ħidma tajba ta’ l-organizzazzjoni tas-swieq; (c) ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jistgħu joħolqu tgħawwiġ tal-kompetizzjoni li ma jkunux essenzjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika agrikola komuni li huma l-għan ta’ l-attività ta’ l-organizzazzjoni bejn il-fergħat; (d) ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jinvolvu l-iffissar tal-prezzijiet, mingħajr preġudizzju għal attivitajiet imwettqa minn organizzazzjonijiet bejn il-fergħa fl-applikazzjoni ta’ regoli Komunitarji speċifiċi; (e) ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li jistgħu joħolqu diskimrinzzjoni jew jeliminaw il-kompetizzjoni rigward proporzjon sostanzjali tal-prodott in kwistjoni. 5. Jekk, wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ xahrejn li jissemma fil-paragrafu 2(b), il-Kummissjoni ssib li l-kondizzjonijiet biex jiġi applikat il-paragrafu 1 ma ġewx sodisfatti, għandha tinħtieġ Deċiżjoni li tiddikjara li l-Artikolu 81(1) tat-Trattat japplika għall-ftehim, għad-deċiżjoni jew għall-prattika miftiehma in kwistjoni. Dik id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni m’għandiex tapplika qabel id-data tan-notifika tagħha lill-organizzazzjoni ta’ bejn il-fergħat ikkonċernata, ħlief jekk l-organizzazzjoni ta’ bejn il-fergħat tat informazzjoni mhux korretta jew abbużat minn eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1. 6. Fil-każ ta’ ftehimiet multiannwali, in-notifika għall-ewwel sena għandha tkun valida għas-snin sussegwenti tal-ftehim. Madanakollu, f’dak il-każ, il-Kummissjoni, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta’ Stat Membru ieħor, tista’ toħroġ sejba ta’ inkompatibbiltà fi kwalunkwe ħin.” (35) L-Artikolu 179 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 179 Regoli implimentattivi fir-rigward ta’ ftehimiet u ta’ prattiki miftiehma fis-setturi tal-frott u tal-ħxejjex u tat-tabakk Il-Kummissjoni tista’ tadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 176a, 177 u 178, inklużi r-regoli li jikkonċernaw in-notifika u l-pubblikazzjoni.” (36) L-Artikolu 182 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “2. Bla ħsara għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, il-Finlandja tista' tagħti għajnuna għal ċerti kwantitajiet ta' żrieragħ, ħlief għall-ħaxix ta' l-għalf ( Phleum pratense L.), u għal ċerti kwantitajiet ta’ żrieragħ taċ-ċereali prodotti biss fil-Finlandja sa u inkluż il-ħsad ta’ l-2010. Mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2008, il-Finlandja għandha titrażmetti lill-Kummissjoni rapport dettaljat dwar ir-riżultati ta’ l-għajnuna awtorizzata.” (b) Għandhom jiġu miżjuda l-paragrafi li ġejjin: "5. L-Istati Membri jistgħu jkomplu jħallsu l-għajnuniet Statali skond kwalunkwe skema eżistenti fir-rigward tal-produzzjoni ta’ u tal-kummerċ fil-patata, friska jew imkessħa, bil-kodiċi NM 0701 sal-31 ta’ Diċembru 2011; 6. Fir-rigward tas-settur tal-frott u tal-ħxejjex, l-Istati Membri jistgħu jħallsu għajnuna mill-Istat sal-31 ta’ Diċembru 2010 fil-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) l-għajnuna mill-Istat titħallas biss lil produtturi ta’ frott u ta’ ħxejjex li mhumiex membri ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta tal-produtturi, li jiffirmaw kuntratt ma’ organizzazzjoni rikonoxxutta tal-produtti fejn jaċċettaw li għandhom japplikaw il-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi konċernata; (b) l-ammont ta’ għajnuna mħallas lil tali produtturi mhux aktar minn 75% ta’ l-appoġġ Komunitarju li jirċievu l-membri ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi konċernata; u (c) l-Istat Membru konċernat jippreżenta rapport lill-Kummissjoni qabel u mhux aktar tard, mill-31 ta’ Diċembru 2010 dwar l-effikaċja u l-effiċjenza ta’ l-għajnuna mill-Istat, fejn janalizza partikolarment kemm appoġġjat lill-organizzazzjoni tas-settur. Il-Kummissjoni se teżamina r-rapport u tiddeċiedi jekk tagħmilx xi proposta xierqa.” (37) Fl-Artikolu 184, għandu jiġi miżjud il-punt li ġej: "(4) lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fis-Sezzjoni IVa tal-Kapitolu IV tat-Titolu I tal-Parti II u fil-Kapitolu II tat-Titolu II tal-Parti II rigward organizzazzjonijiet tal-produtturi, fondi operattivi u programmi operattivi fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex.” (38) L-Artikolu li ġej għand jiddaħħal wara l-Artikolu 203: “Artikolu 203a Regoli tranżitorji fis-setturi tal-frott u tal-ħxejjex u tal-frott u tal-ħxejjex ipproċessati 1. L-iskemi ta’ għajnuna stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 2202/96 u li ġew aboliti bir-Regolament (KE) Nru 1182/2007 għandhom jibqgħu applikabbli rigward kull wieħed mill-prodotti konċernati għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni għal dak il-prodott li tintemm fl-2008. 2. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li diġà ġew rikonoxxuti taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom ikomplu jiġu rikonoxxuti taħt dan ir-Regolament. Fejn ikun meħtieġ, sal-31 ta’ Diċembru 2010 għandhom jagħmlu adattamenti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi diġà rikonoxxuti taħt ir-Regolament (KE) Nru 1182/2007 għandhom ikomplu jiġu rikonxxuti taħt dan ir-Regolament. 3. Fuq it-talba ta’ organizzazzjoni tal-produtturi, programm operattiv approvat taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 qabel id-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007: (a) jista’ jkompli għaddej sa tmiemu, jew (b) jiġi modifikat sabiex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, jew (c) jiġi sostitwit bi programm operattiv ġdid approvat taħt dan ir-Regolament. L-Artikolu 103d(3)(e) u (f) għandu japplika għal programmi operattivi mressqa fl-2007 imma li għadhom ma ġewx approvata fid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li mill-bqija jissodisfaw il-kriterji ta’ dawk il-punti. 4. Il-gruppi tal-produtturi li ngħataw rikonoxximent preliminari taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandhom ikomplu jibbenefikaw minn dak ir-rikonoxximent preliminari taħt dan ir-Regolament. Il-pjanijiet ta’ rikonoxximent li ġew aċċettati taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandhom ikomplu jibbenefikaw minn dik l-aċċettazzjoni taħt dan ir-Regolament. Madankollu, il-pjanijiet għandhom ikunu modifikati, jekk ikun meħtieġ, sabiex il-grupp tal-produtturi jkunu jistgħu jissodisfaw il-kriterji għal rikonoxximent bħala organizzazzjoni tal-produtturi li ġew stabbiliti fl-Artikolu 125b ta’ dan ir-Regolament. Fejn għandhom x’jaqsmu tali gruppi ta’ produtturi fl-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara, ir-rati ta’ l-għajnuna stabbiliti fl-Artikolu 103a(3)(a) għandhom japplikaw għal pjanijiet ta’ rikonoxximent mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. 5. Il-kuntratti li jissemmew fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 li jkopru aktar minn sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ l-iskema ta’ l-għajnuna għall-ipproċessar tal-frott ta’ ċitru li huma relatati mas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li tibda fl-1 ta’ Ottubru 2008 jew ma’ snin sussegwenti ta’ kummerċjalizzazzjoni, bil-ftehim taż-żewġ partijiet, jistgħu jiġu emendati jew mitmuma sabiex titqies ir-revoka ta’ dak ir-Regolament bir-Regolament (KE) Nru 1182/2007 u l-abolizzjoni konsegwenzjali ta’ l-għajnuna. Taħt dak ir-Regolament jew taħt ir-regoli implimentattivi tiegħu m’għandha tkun applikata l-ebda penali lill-partijiet ikkonċernati bħala riżultat ta’ tali emenda jew tmiem. 6. Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-arranġament tranżitorju skond l-Artikolu 68b jew l-Artikolu 143bc tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ir-regoli li ġew adottati skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 jew skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 dwar il-karatteristiċi minimi tal-materja prima provduta għall-ipproċessar u r-rekwiżiti ta’ kwalità minima għall-prodotti lesti għandhom jibqgħu japplikaw fir-rigward tal-materja prima maħsuda fit-territorju tiegħu. 7. Sakemm jiġu adottati standards ġodda ta’ kummerċjalizzazzjoni fir-rigward tal-frott u tal-ħxejjex skond l-Artikoli 113 u 113a, għandhom ikomplu japplikaw l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni mfassla skond ir-Regolamenti (KE) Nru 2200/96 u (KE) Nru 2201/96. 8. Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-miżuri meħtieġa sabiex tiffaċilita t-tranżizzjoni mill-arranġamenti previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2202/96 u (KE) Nru 1182/2007 għald awk stabbiliti f’dan ir-Regolament, inklużi dawk previsti fil-paragrafi (1) sa (7) ta’ dan l-Artikolu.” (39) L-Annessi għandhom jiġu emendati kif ġej: (a) Wara l-Anness VII, għandhom jiddaħħlu l-Annessi VIIa, VIIb u VIIc, li t-test tagħhom huwa kif ġie stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament; (b) Fl-Anness VIII, il-punt VI għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “VI. Fejn jiġi applikat l-Artikolu 59(2), l-Istati Membri għandhom jallokaw il-kwoti aġġustati sa mhux aktar tard minn tmiem Frar bil-għan li japplikawhom fis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara.” (c) Wara l-Anness XI, għandu jiddaħħal l-Anness Xia, li t-test tiegħu huwa stabbilit fl-Anness II għal dan ir-Regolament. (d) Fil-punt III(1) ta’ l-Anness XIII, għandu jiġi miżjud is-subparagrafu li ġej: “Il-ħalib ittrattat bis-sħana li mhux konformi mar-rekwiżiti tal-kontenut ta’ xaħam kif ġew stabbiliti fil-punti (b), (c) u (d) ta’ l-ewwel subparagrafu għandu jitqies bħala ħalib għax-xorb sakemm il-kontenut tax-xaħam ikun indikat b’mod ċar b’post deċimali wieħed u jinqara faċilment fuq l-ippakkjar fil-forma ta’ “…% xaħam”. Ħalib bħal dan m’għandux ikun deskritt bħala ħalib sħiħ, ħalib nofsu xkumat jew ħalib xkumat.” (e) Wara l-Anness XVI, għandu jiddaħħal l-Anness XVIa, li t-test tiegħu ġie stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament. (f) L-Anness XXII għandu jiġi emendat skond l-Anness IV għal dan ir-Regolament. Artikolu 2Revoki Ir-Regolamenti (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 700/2007 u (KE) Nru 1182/2007 għandhom jiġu revokati. Ir-referenzi għar-Regolamenti revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u għandhom jinqaraw skond it-tabelli rispettivi ta’ korelazzjoni stabbiliti fl-Anness XXII għal dak ir-Regolament. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni teiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008. Madankollu: (a) il-punti 3, 4, 5, 7, 11 u 12 ta’ l-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Settembru 2008; (b) il-punti 8, 13 sa 17 u 30 ta’ l-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Ottubru 2008. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS I “ANNESS VIIa Kalkolu tal-perċentwali li għandha tkun stabbilita skondit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 59(2) 1. Għall-fini tal-kalkolu stabbilit fil-punt 2, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (a) “perċentwali fuq livell ta’ Stat Membru” tfisser il-perċentwali li għandha tkun stabblita skond il-punt 2 sabiex tiġi determinata l-kwantità totali li għandha titnaqqas fuq il-livell ta’ l-Istat Membru konċernat; (b) “perċentwali komuni” tfisser il-perċentwali komuni stabbillita mill-Kummissjoni skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 59(2); (c) “tnaqqis” tfisser il-figura miksuba billi r-rinunzja totali tal-kwoti fl-Istat Membru tiġi diviża bil-kwoti nazzjonali kif ġew iffissati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 318/2006 fil-verżjoni applikabbli fl-1 ta’ Lulju 2006. Għal dawk l-Istati Membri li ma kinux membri tal-Komunità fl-1 ta’ Lulju 2006, ir-referenza għal dak l-Anness tikkonċerna l-verżjoni applikabbli fid-data ta’ l-adeżjoni tagħhom mal-Komunità. 2. Il-perċentwali fuq livell ta’ Stat Membru hija daqs il-perċentwali komuni multiplikata b’1 – [(1/0.6) x it-tnaqqis]. Meta r-riżultat ikun taħt iż-żero, il-perċentwali applikabbli għandha tkun daqs żero. ANNESS VIIb Kalkolu tal-perċentwali applikabbli għall-impriżi skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 59(2) 1. Għall-fini tal-kalkolu stabbilit fil-punt 2, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (a) “perċentwali applikabbli” tfisser il-perċentwali li għandha tkun stabbilita skond il-punt 2 u li tapplika għall-kwota allokata lill-impriża konċernata; (b) “perċentwali komuni fuq livell ta’ Stat Membru” tfisser il-perċentwali kkalkulata għall-Istat Membru konċernat bħala: Qty / Σ [ (1- R/K ) x Q] bi Qty = il-kwantità li għandha titnaqqas fuq il-livell ta’ l-Istat Membru li jissemma fil-punt 1(a) ta’ l-Anness VIIa, R = ir-rinunzja li tissemma f’(c) għal impriża partikolari, Q = il-kwota ta’ l-istess impriża partikolari disponibbli fi tmiem Frar 2010, K = il-figura kkalkulata f’(d), Σ tirreferi għas-somma tal-prodotta ta’ (1-R/K) x Q ikkalkulata għal kull impriża li jkollha kwota fit-territorju ta’ l-Istat Membru; meta l-prodott ikun taħt iż-żero, għandu jkun daqs żero; (c) “rinunzja” tfisser il-figura miksuba billi l-kwantità tal-kwoti rinunzjati mill-impriża konċernata tkun diviża bil-kwota tagħha hekk kif ġiet allokata skond l-Artikoli 56 u 60. (d) “K” tiġi kkalkulata f’kull Stat Membru billi t-tnaqqis totali tal-kwota fl-Istat Membru (ir-rinunzji volontarji flimkien mal-kwantità li għandha titnaqqqas fuq il-livell ta’ l-Istat Membru li jissemma fil-punt 1(a) ta’ l-Anness VIIa) jiġi diviż bil-kwota inizjali tiegħu kif ġiet iffissata fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 318/2006 fil-verżjoni applikabbli fl-1 ta’ Lulju 2006. Għal dawk l-Istati Membri li ma kinux membri tal-Komunità fl-1 ta’ Lulju 2006, ir-referenza għal dak l-Anness tikkonċerna l-verżjoni applikabbli fid-data ta’ l-adeżjoni tagħhom mal-Komunità. 2. Il-perċentwali applikabbli hija daqs il-perċentwali komuni fuq livell ta’ Stat Membru multiplikata b’1 – [(1/K) x ir-rinunzja]. Meta r-riżultat ikun taħt iż-żero, il-perċentwali applikabbli għandha tkun daqs żero. ANNESS VIIc Kalkolu għall-koeffiċjent li għandu jiġi stabbilit skond l-Artikolu 52a(1) 1. Għall-fini tal-kalkoli stabbiliti fil-punti 2 u 3, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (a) “koeffiċjent fuq livell ta’ Stat Membru” tfisser il-koeffiċjent li għandu jkun stabbilit skond il-punt 2; (b) “tnaqqis” tfisser il-figura miksuba billi r-rinunzja totali tal-kwoti taz-zokkor fl-Istat Membru, inklużi r-rinunzji fis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li għaliha japplika l-irtirar, tiġi diviża bil-kwoti nazzjonali taz-zokkor kif ġew iffissati fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 318/2006 fil-verżjoni applikabbli fl-1 ta’ Lulju 2006. Għal dawk l-Istati Membri li ma kinux membri tal-Komunità fl-1 ta’ Lulju 2006, ir-referenza għal dak l-Anness tikkonċerna l-verżjoni applikabbli fid-data ta’ l-adeżjoni tagħhom mal-Komunità; (c) “koeffiċjent” tfisser il-koeffiċjent stabbilit mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 52(2). 2. Għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u 2009/2010, il-koeffiċjent fuq livell ta’ Stat Membru għandu jkun daqs il-koeffiċjent miżjud bi [(1/0.6) x it-tnaqqis] x (1 – il-koeffiċjent). Meta r-riżultat ikun akbar minn 1, il-koeffiċjent applikabbli jkun daqs 1.” ANNESS II “Anness XIa Kummerċjalizzazzjoni tal-laħam ta’ annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas skond l-Artikolu 113b I. Definizzjoni Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “laħam” tfisser il-karkassi kollha, il-laħam ma’ l-għadma jew laħam mingħajr għadam, u l-intern, kemm jekk imqattgħin jew le, għall-konsum mill-bniedem, miksubá minn annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas, ippreżentati friski, iffriżati jew surġelati, kemm jekk imgeżwra jew ippakkjati jew le. II. Klassifikazzjoni ta’ annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas fil-biċċerija Mal-qatla, l-annimali bovini kollha li għandhom 12-il xahar jew inqas għandhom jiġu kklassifikati mill-operaturi, taħt is-superviżjoni ta’ l-awtorità kompetenti li tissemma fil-punt VII(1) ta’ dan l-Anness, f’waħda miż-żewġ kategoriji li ġejjin: (A) Kategorija V: annimali bovini li għandhom 8 xhur jew inqas Ittra ta’ identifikazzjoni tal-kategorija: V; (B) Kategorija Z: annimali bovini li għandhom iktar minn 8 xhur imma mhux iktar minn 12-il xahar Ittra ta’ identifikazzjoni tal-kategorija: Z. Din il-klassifikazzjoni għandha titwettaq fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni inkluża fil-passaport li jakkumpanja lill-annimali bovini, jew fin-nuqqas ta’ dan, fuq il-bażi tad-data inkluża fid-database kompjuterizzata prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97*. * ĠU L 204. 11.8.2000, p. 1. III. Deskrizzjonijiet tal-bejgħ 1. Id-deskrizzjoni tal-bejgħ hija l-isem li bih jinbiegħ l-oġġett ta’ l-ikel, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 20 Marzu 2000 fuq l-approsimazzjoni ta' liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti ta' l-ikel*. 2. Il-laħam ta’ l-annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas għandu jiġi kummerċjalizzat biss fl-Istati Membri bid-deskrizzjoni(jiet) tal-bejgħ li ġejja(ġejjin): (A) Għal-laħam ta’ annimali bovini fil-kategorija V: Pajjiż ta’ kummerċjalizzazzjoni | Deskrizzjonijiet tal-bejgħ li għandhom jintużaw | Il-Belġju | veau, viande de veau / kalfsvlees / Kalbfleisch | Il-Bulgarija | месо от малки телета | Ir-Repubblika Ċeka | Telecí | Id-Danimarka | lyst kalvekød | Il-Ġermanja | Kalbfleisch | L-Estonja | Vasikaliha | Il-Greċja | μοσχάρι γάλακτος | Spanja | ternera blanca, carne de ternera blanca | Franza | veau, viande de veau | L-Irlanda | Veal | L-Italja | vitello, carne di vitello | Ċipru | μοσχάρι γάλακτος | Il-Latvja | teļa gaļa | Il-Litwanja | veršiena | Il-Lussemburgu | veau, viande de veau / Kalbfleisch | L-Ungerija | Borjúhús | Malta | Vitella | L-Olanda | Kalfsvlees | L-Awstrija | Kalbfleisch | Il-Polonja | Cielęcina | Il-Portugall | Vitela | Ir-Rumanija | carne de vițel | Is-Slovenja | Teletina | Is-Slovakkja | teľacie mäso | Il-Finlandja | vaalea vasikanliha / ljust kalvkött | L-Iżvezja | ljust kalvkött | Ir-Renju Unit | Veal | (B) Għal-laħam ta’ l-annimali bovini fil-kategorija Z: Pajjiż ta’ kummerċjalizzazzjoni | Deskrizzjonijiet tal-bejgħ li għandhom jintużaw | Il-Belġju | jeune bovin, viande de jeune bovin / jongrundvlees / Jungrindfleisch | Il-Bulgarija | телешко месо | Ir-Repubblika Ċeka | hovězí maso z mladého skotu | Id-Danimarka | Kalvekød | Il-Ġermanja | Jungrindfleisch | L-Estonja | Noorloomaliha | Il-Greċja | νεαρό μοσχάρι | Spanja | ternera, carne de ternera | Franza | jeune bovin, viande de jeune bovin | L-Irlanda | rosé Veal | L-Italja | vitellone, carne di vitellone | Ċipru | νεαρό μοσχάρι | Il-Latvja | jaunlopa gaļa | Il-Litwanja | Jautiena | Il-Lussemburgu | jeune bovin, viande de jeune bovin / Jungrindfleisch | L-Ungerija | növendék marha húsa | Malta | Vitellun | L-Olanda | rosé kalfsvlees | L-Awstrija | Jungrindfleisch | Il-Polonja | młoda wołowina | Il-Portugall | Vitelão | Ir-Rumanija | carne de tineret bovin | Is-Slovenja | meso težjih telet | Is-Slovakkja | mäso z mladého dobytka | Il-Finlandja | vasikanliha / kalvkött | L-Iżvezja | Kalvkött | Ir-Renju Unit | Beef | 3. Id-deskrizzjonijiet tal-bejgħ li jissemmew fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu supplimentati minn indikazzjoni ta’ l-isem jew minn denominazzjoni tal-biċċiet tal-laħam jew ta’ l-intern ikkonċernat. 4. Id-deskrizzjonijiet tal-bejgħ elenkati fil-Kategorija V fil-punt A tat-tabella stabbilita fil-paragrafu 2 u kwalunkwe isem ġdid li ġej minn dawk id-deskrizzjonijiet tal-bejgħ għandhom jintużaw biss jekk jiġu sodisfatti ir-rekwiżiti kollha ta’ dan l-Anness. B’mod partikolari, it-termini “veau”, “telecí”, “Kalb”, “μοσχάρι”, “ternera”, “kalv”, “veal”, “vitello”, “vitella”, “kalf”, “vitela” u “teletina” m’għandhomx jintużaw f’deskrizzjoni tal-bejgħ jew ikunu indikati fuq it-tikkettar tal-laħam ta’ annimali bovini li għandhom aktar minn 12-il xahar. * ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. IV. Informazzjoni obbligatorja fuq it-tikketta 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2000/13/KE u għall-Artikoli 13, 14 u 15 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, f’kull stadju tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, l-operaturi għandhom jittikkettaw il-laħam ta’ l-annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas bl-informazzjoni li ġejja: (a) l-età ta’ l-annimali maqtula, indikata, skond il-każ, fuq il-formola “età meta nqatlu: sa 8 xhur” fil-każ ta’ annimali li għandhom 8 xhur jew inqas, jew “età meta nqatlu: minn 8 sa 12-il xahar” fil-każ ta’ annimali li għandhom iktar minn 8 xhur imma mhux iktar minn 12-il xahar; (b) id-deskrizzjoni tal-bejgħ skond il-punt III ta’ dan l-Anness. Madankollu, b’deroga mill-punt (a), f’kull stadju tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, ħlief ir-rilaxx lill-konsumatur finali, l-operaturi jistgħu jissostitwixxu l-età tal-qatla bl-ittra ta’ identifikazzjoni tal-kategorija prevista fil-punt II ta’ dan l-Anness. 2. Fil-każ tal-laħam ta’ annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas li ġie ppreżentat għall-bejgħ mhux ippakkjat fil-punt tal-bejgħ bl-imnut lill-konsumaturi finali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar kif għandha tkun indikata l-informazzjoni li tissemma fil-paragrafu 1. V. Informazzjoni fakultattiva fuq it-tikketta L-operaturi jistgħu jissupplimentaw l-informazzjoni obbligatorja li tissemma fil-punt IV b’informazzjoni fakultattiva li ġiet approvata skond il-proċedura prevista fl-Artikoli 16 jew 17 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000. VI. Reġistrazzjoni F’kull stadju tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam ta’ annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas, sabiex jiggarantixxu l-preċiżjoni ta’ l-informazzjoni tat-tikkettar li tissemma fil-punti IV u V, l-operaturi għandhom jirreġistraw b’mod partikolari l-informazzjoni li ġejja: (a) indikazzjoni tan-numru ta’ identifikazzjoni u tad-data tat-twelid ta’ l-annimali, fuq livell ta’ biċċerija biss; (b) indikazzjoni ta’ numru ta’ referenza li jagħmilha possibbli li tkun stabbilita rabta bejn, fuq in-naħa l-waħda, l-identifikazzjoni ta’ l-annimali minfejn joriġina l-laħam u, fuq in-naħa l-oħra, id-deskrizzjoni tal-bejgħ, l-età meta nqatlu u l-ittra ta’ identifikazzjoni tal-kategorija mogħtija fuq it-tikketta tal-laħam; (c) indikazzjoni tad-data tal-wasla u tat-tluq ta’ l-annimali u tal-laħam fl-istabbiliment, sabiex ikun żgurat li tkun stabbilita korelazzjoni bejn il-wasliet u t-tluq. VII. Kontrolli uffiċjali 1. Qabel l-1 ta’ Lulju 2008 l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kontrolli uffiċjali mwettqa sabiex tkun ivverifikata l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 113a u ta’ dan l-Anness u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b’dan. 2. Il-kontrolli uffiċjali għandhom jitwettqu mill-awtorità jew mill-awtoritajiet kompetenti skond il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali*. 3. Flimkien ma’ l-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni għandha tiżgura ruħha li l-Istati Membri qed jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 113a u ta’ dan l-Anness. 4. L-esperti tal-Kummissjoni għandhom iwettqu, fejn ikun meħtieġ, flimkien ma’ l-awtoritajiet kompetenti konċernati, u fejn ikun applikabbli, ma’ l-esperti ta’ l-Istati Membri, kontrolli fil-post sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 113a u ta’ dan l-Anness qed jiġu implimentati. 5. Kwalunkwe Stat Membru li qed jitwettqu kontrolli fit-territorju tiegħu għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-għajnuna kollha meħtieġa li tista’ teħtieġ biex twettaq il-kompiti tagħha. * ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. VIII. Laħam importat minn pajjiżi terzi 1. Il-laħam ta’ annimali bovini li għandhom 12-il sena jew inqas li ġie importat minn pajiżi terzi għandu jiġi kummerċjalizzat fil-Komunità skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness. 2. L-operaturi minn pajjiż terz li jixtiequ jqiegħdu fuq is-suq Komunitarju laħam kif jissemma fil-paragrafu 1 għandhom jissuġġettaw l-attivitajiet tagħhom għal kontrolli minn awtorità kompetenti maħtura minn dak il-pajjiż terz jew, fin-nuqqas ta’ dan, minn entità indipendenti tal-parti terza. L-entità indipendenti għandha tipprovdi assigurazzjoni sħiħa ta’ konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Istandard Ewropew EN 45011 jew fil-Gwida ta’ l-ISO/IEC 65 (“Rekwiżiti ġenerali għall-entitajiet li joperaw sistemi ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti”). 3. L-awtorità kompetenti maħtura, jew fejn ikun applikabbli, l-entità indipendenti tal-parti terza għandha tiżgura li r-rekwiżiti ta’ dan l-Anness jiġu sodisfatti. IX. Penali Mingħajr preġudizzju għall-ebda dispożizzjoni speċifika li tista’ tiġi adottata mill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 194 ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li qed jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-dispożizzjonijiet dwar il-penali lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2009 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwahom.” ANNESS III “Anness XVIa Lista eżawrjenti ta’ regoli li jistgħu jiġu estiżi għal produtturi mhux membri skond l-Artikolu 125f u l-Artikolu 125 l 1. Regoli għall-informazzjoni dwar il-produzzjoni (a) notifika ta’ intenzjonijiet tat-tkabbir, skond il-prodott u, fejn ikun xieraq, skond il-varjetà; (b) notifika taż-żrigħ u tat-taħwil; (c) notifika taż-żoni totali mkabbra, skond il-prodott u, jekk ikun possibbli, il-varjetà; (d) notifika tat-tunnellaġġi antiċipati u tad-dati probabbli tal-ħsad skond il-prodott u, jekk ikun possibbli, il-varjetà; (e) notifika perjodika tal-kwantitajiet maħsuda u tal-ħażniet disponibbli, skond il-varjetà; (f) informazzjoni dwar il-kapaċitajiet tal-ħażna. 2. Regoli ta’ produzjoni (a) għażla ta-żerriegħa li għandha tintuża skond id-destinazzjoni maħsuba (friski, għas-suq/fħall-ipproċessar industrijali); (b) tnaqqija fl-imsaġar. 3. Regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni (a) dati speċifikati biex jibda l-ħsad, dehxa ta’ kummerċjalizzazzjoni; (b) rekwiżiti ta’ kwalità u ta’ daqs minimi; (c) preparazzjoni, preżentazzjoni, ippakkjar u mmarkar fl-ewwel stadju tal-kummerċjalizzazzjoni; (d) indikazzjoni ta’ l-oriġini tal-prodott. 4. Regoli dwar il-ħarsien ta’ l-ambjent (a) użu ta’ fertilizzant u ta’ demel; (b) użu ta’ prodotti fitosanitarji u metodi oħra ta’ rotazzjoni ta’ l-uċuh tar-raba’; (c) kontenut residwali massimu fil-frott u fil-ħxejjex ta’ prodotti fitosanitarji u fertilizzanti; (d) regoli dwar ir-rimi ta’ prodotti sekondarji u ta’ materjal użat; (e) regoli li jikkonċernaw prodotti rtirati mis-suq. 5. Regoli dwar il-promozzjoni u l-komunikazzjoni fil-kuntest tal-prevenzjoni u tal-ġestjoni tal-kriżijiet kif jissemmew fl-Artikolu 103c(2)(c).” ANNESS IVEmendi li jikkonċernaw l-Anness XXII għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (1) Fit-tabella stabbilita fil-punt 4 li tikkonċerna r-Regolament (KEE) Nru 2759/75, ir-ringiela li tindika l-korelazzjoni bejn l-ewwel inċiż ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament u d-dispożizzjoni rispettiva fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej: “Artikolu 3, l-ewwel paragrafu, l-ewwel inċiż | Artikolu 31(1)(e)” | (2) Fit-tabella stabbilita fil-punt 26 li tikkonċerna r-Regolament (KE) Nru 1255/1999, ir-ringieli li jindikaw il-korelazzjonijiet bejn l-Artikoli 6 sa l-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet rispettivi fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu | Artikoli 15(1) u 22 | Artikolu 6(1), it-tieni u t-tielet subparagrafi | Artikolu 15(2) | Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu, punt (a), l-ewwel inċiż | Artikolu 10(1)(e) | Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), it-tieni u t-tielet inċiż, il-punt (b) | Artikolu 10 flimkien ma’ l-Artikolu 43(a) | Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu | Artikolu 10 flimkien ma’ l-Artikolu 43(a) | Artikolu 6(3), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 28(a) | Artikolu 6(3), it-tieni subparagrafu | Artikolu 29 | Artikolu 6(3), it-tielet subparagrafu | Artikolu 43(d)(i) | Artikolu 6(3), ir-raba’ subparagrafu | Artikolu 43(d)(iii) | Artikolu 6(4), l-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza | Artikolu 25 u 43(f) | Artikolu 6(4), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza | Artikolu 43(d)(iii) | Artikolu 6(5) | – | Artikolu 6(6) | Artikolu 6(2)(b) u (c) | Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu | Artikoli 10(1)(f), 16 l-ewwel paragrafu u 43(a) | Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu | Artikolu 23 u 43(a) | Artikolu 7(1), it-tielet subparagrafu | Artikolu 43(l) | Artikolu 7(2) | Artikolu 16, it-tieni paragrafu | Artikolu 7(4) | Artikolu 25 u 43(e) | Artikolu 8(1) | Artikolu 28(b) | Artikolu 8(2) u (3) | Artikolu 30 u 43(d)(i) u (iii) | Artikolu 9(1) | Artikoli 31(1)(d) u 36(1) | Artikolu 9(2) | Artikolu 31(2) | Artikolu 9(3) | Artikolu 43(d)(iii) | Artikolu 9(4) | Artikolu 36(2)” | (3) Fit-tabella stabbilita fil-punt 30 li tikkonċerna r-Regolament (KE) Nru 2529/2001, ir-ringiela li tindika l-korelazzjoni bejn l-Artikolu 12 ta’ dak ir-Regolament u d-dispożizzjoni rispettiva fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 12 | Artikoli 31(1)(f) u 38” | (4) Fit-tabella stabbilita fil-punt 40 li tikkonċerna r-Regolament (KE) Nru 318/2006, il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara r-ringiela li tikkonċerna l-Artikolu 19 ta’ dak ir-Regolament: “Artikolu 19a | Artikolu 52a” | (5) It-tabelli li ġejjin għandhom jiġu miżjuda. “45. Regolament (KE) Nru 700/2007 Regolament (KE) Nru 700/2007 | Dan ir-Regolament | Artikolu 1(1) u (2) | Artikolu 113b(1), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 1(3) | Artikolu 113b(2) | Artikolu 2 | Punt I. ta’ l-Anness XIa | Artikolu 3 | Punt II. ta’ l-Anness XIa | Artikolu 4 | Punt III. ta’ l-Anness XIa | Artikolu 5 | Punt IV. ta’ l-Anness XIa | Artikolu 6 | Punt V. ta’ l-Anness XIa | Artikolu 7 | Punt VI. ta’ l-Anness XIa | Artikolu 8 | Punt VII. ta’ l-Anness XIa | Artikolu 9 | Punt VIII. ta’ l-Anness XIa | Artikolu 10 | Punt IX. ta’ l-Anness XIa | Artikolu 11(1) | Artikolu 121, l-ewwel paragrafu, il-punt (j) | Artikolu 11(2) | Artikolu 121, it-tieni paragrafu | Artikolu 12 | Artikolu 195 | Artikolu 13 | Artikolu 113b(1), it-tieni subparagrafu | 46. Regolament (KE) Nru 1182/2007 Regolament (KE) Nru 1182/2007 | Dan ir-Regolament | Artikolu 1(1) | Artikolu 1(1)(i) u (j) | Artikolu 1(2) | Artikolu 1(4) | Artikolu 2(1) | Artikolu 113a(1) | Artikolu 2(2) | Artikolu 113(1)(b) u (c) | Artikolu 2(3) | Artikolu 113(2)(a)(ii) | Artikolu 2(4)(a) | Artikolu 121(a) | Artikolu 2(4)(b) | Artikolu 113(2)(a) | Artikolu 2(4)(c) | Artikolu 113(2)(b) | Artikolu 2(5) | Artikolu 113a(2) | Artikolu 2(6) | Artikolu 113a(3) | Artikolu 2(7) | Artikolu 203a(7) | Artikolu 3(1)(a) | Artikolu 122(a) u (b) | Artikolu 3(1)(b) | Artikolu 125b(1)(a) | Artikolu 3(1)(c)(i) | Artikolu 122(c)(ii) | Artikolu 3(1)(c)(ii) | Artikolu 122(c)(i) | Artikolu 3(1)(c)(iii) | Artikolu 122(c)(iii) | Artikolu 3(1)(d) | Artikolu 125a(1), il-kliem tal-bidu | Artikolu 3(1)(e) | Artikolu 122 | Artikolu 3(2) – (5) | Artikolu 125a | Artikolu 4 | Artikolu 125b | Artikolu 5 | Artikolu 125c | Artikolu 6 | Artikolu 125d | Artikolu 7(1) u (2) | Artikolu 125e | Artikolu 7(3) – (5) | Artikolu 103a | Artikolu 8 | Artikolu 103b | Artikolu 9 | Artikolu 103c | Artikolu 10 | Artikolu 103d | Artikolu 11 | Artikolu 103e | Artikolu 12 | Artikolu 103f | Artikolu 13 | Artikolu 103g | Artikolu 14 | Artikolu 125f | Artikolu 15 | Artikolu 125g | Artikolu 16 | Artikolu 125h | Artikolu 17 | Artikolu 125i | Artikolu 18 | Artikolu 125j | Artikolu 19 | Artikolu 184(4) | Artikolu 20 | Artikolu 123(3) | Artikolu 21 | Artikolu 125k | Artikolu 22 | Artikolu 176a | Artikolu 23 | Artikolu 125 l | Artikolu 24 | Artikolu 125m | Artikolu 25 | Artikolu 125n | Artikolu 26 | Artikolu 128 | Artikolu 27 | Artikolu 129 | Artikolu 28 | Artikolu 130(1)(g) u (h) | Artikolu 29 | Artikolu 131 | Artikolu 30 | Artikolu 132 | Artikolu 31 | Artikolu 133 | Artikolu 32 | Artikolu 134 | Artikolu 33 | Artikolu 135 | Artikolu 34 | Artikolu 140a | Artikolu 35(1) – (3) | Artikolu 141 | Artikolu 35(4) | Artikolu 143 | Artikolu 36 | Artikolu 144 | Artikolu 37, l-ewwel paragrafu | Artikolu 145 | Artikolu 37, it-tieni paragrafu, il-punti (a), (b) u (c) | Artikolu 148 | Artikolu 38 | Artikolu 159 | Artikolu 39 | Artikolu 160 | Artikolu 40 | Artikolu 161(1)(e) u (f) | Artikolu 41 | Artikolu 174 | Artikolu 42(a)(i) | Artikolu 121(a) | Artikolu 42(a)(ii) | Artikolu 113a(3) | Artikolu 42(a)(iii) | Artikolu 121(a)(i) | Artikolu 42(a)(iv) | Artikolu 121(a)(ii) | Artikolu 42(a)(v) | Artikolu 121(a)((iii) | Artikolu 42(b)(i) | Artikolu 127(e) | Artikolu 42(b)(ii) | Artikolu 103h(a) | Artikolu 42(b)(iii) | Artikolu 103h(b) | Artikolu 42(b)(iv) | Artikolu 103h(c) | Artikolu 42(b)(v) | Artikolu 103h(d) | Artikolu 42(b)(vi) | Artikolu 103h(e) | Artikolu 42(c) | Artikoli 127 u 179 | Artikolu 42(d) – (g) | Artikolu 194 | Artikolu 42(h) | Artikoli 134. 143(b) u 148 | Artikolu 42(i) | Artikolu 192 | Artikolu 42(j) | Artikolu 203a(8) | Artikolu 43, l-ewwel paragrafu | Artikoli 1(4) u 180 | Artikolu 43, it-tieni paragrafu, il-punt (a) | Artikolu 182(5) | Artikolu 43, it-tieni paragrafu, il-punt (b) | - | Artikolu 43, it-tieni paragrafu, il-punt (c) | Artikolu 182(6) | Artikolu 44 | Artikolu 192 | Artikolu 45 | Artikolu 190 | Artikoli 46 – 54 | - | Artikolu 55 | Artikolu 203a(1) – (6) ” | " [1] COM(2005) 509 finali. [2] COM(2005) 535 finali. [3] ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1. [4] ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1. [5] ĠU L 161, 22.6.2007, p. 1. [6] ĠU C …, …, p. …. [7] ĠU C …, …, p. …. [8] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. [9] ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). [10] ĠU L 312, 29.11.2005, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1247/2007 (ĠU L 282, 26.10.2007, p. 1). [11] ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1152/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3). [12] ĠU L 351, 23.12.1997, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1153/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 6). [13] ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1. [14] ĠU L 161, 22.6.2007, p. 1.