Proposta għal direttiva tal- Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2007/0852 finali - CNS 2007/0296 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 21.12.2007 KUMM(2007) 852 finali 2007/0296 (CNS) Proposta għal DIRETTIVA TAL- KUNSILL dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa (Verżjoni kkodifikata) (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunità sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih. Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti. Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunità tkun ċara u trasparenti. 2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunità huma ċari u jinftiehmu malajr. 3. Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli. Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunità. Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni. 4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE tat-28 ta’ April 1992 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa[3]. Id-Direttiva l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu. 5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet abbażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 92/33/KEE u ta’ l-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness IV tad-Direttiva kkodifikata. ê 92/33/KEE (adattat) 2007/0296 (CNS) Proposta għal DIRETTIVA TAL- KUNSILL dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa (test b’rilevanza ŻEE) IL- KUNSILL TA ’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu Ö 37 Õ tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[5], Billi: ê 1. Id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE tat-28 ta’ April 1982 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa[6] ġiet emendata kemm-il darba[7] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. ê 92/33/KEE premessa 1 2. Il-produzzjoni ta’ ħxejjex għandha post importanti fl-agrikoltura tal-Komunità. ê 92/33/KEE premessa 2 (adattat) 3. Riżultati sodisfaċenti fil-koltivazzjoni tal-ħxejjex jiddependi sa ċertu punt fuq il-kwalità u s-saħħa tal-pjanti mhux biss taż-żerriegħa diġà koperta bid-Direttiva tal-Kunsill Ö 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 Õ fuq Ö it-tqegħid fis-suq Õ ta’ żerriegħa tal-ħxejjex[8] iżda wkoll tal-materjal taż-żrigħ ta’ ħxejjex użat fil-propagazzjoni tagħhom. ê 92/33/KEE premessa 3 (adattat) 4. It-trattament differenti li ngħata lill-propagazzjoni tal-ħxejjex u materjal ta’ pjantar fl-Istati Membri differenti x’aktarx joħloq barrieri fil-kummerċ u b’hekk ifixkel il-moviment ħieles ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità. ê 92/33/KEE premessa 4 (adattat) 5. Kondizzjonijiet armonizzati fuq livell tal-Komunità tiżgura li x-xerrejja madwar il-Komunità jirċievu Ö ħxejjex Õ tal-propagazzjoni Ö u materjal Õ u taż-żrigħ li huwa b’saħħtu u ta’ kwalita’ tajba. ê 92/33/KEE premessa 5 (adattat) 6. Fir-rigward ta’ dak li jikkonċerna s-saħħa tal-pjanti, dawn il-kondizzjonijiet armonizzati għandhom ikunu konsistenti mad-Direttiva tal-Kunsill Ö 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità Õ[9]. ê 92/33/KEE premessa 6 (adattat) 7. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tas-saħħa tal-pjanti tad-Direttiva 2000/29/KE, mhux il-każ li jkunu applikati r-regoli tal-Komunità fuq it- Ö tqegħid fis-suq Õ tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex meta jintwera li dawn il-prodotti huma maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, peress li r-regoli li jgħoddu hemmhekk jistgħu jkunu differenti minn dawk li jinsabu f’din id-Direttiva. ê 92/33/KEE premessa 7 8. Il-ħolqien ta’ standards tas-saħħa u l-kwalità tal-pjanti ta’ kull ġeneru u speċi tal-pjanti tal-ħxejjex jeħtieġu konsiderazzjoni twila u teknikament dettaljata u xjentifika. Kull proċedura għandha għalhekk tkun imwaqqfa għal dak l-iskop. ê 92/33/KEE premessa 8 9. L-ewwelnett hija r-responsabbiltà ta’ dawk li qed ifornu l-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex li jiżguraw li l-prodotti tagħhom jeżawrixxu l-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva. ê 92/33/KEE premessa 9 10. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom, meta jwettqu l-kontrolli u l-ispezzjonijiet, jiżguraw li l-fornituri jeżawrixxu dawk il-kondizzjonijiet. ê 92/33/KEE premessa 10 (adattat) 11. Miżuri ta’ kontroll tal-Komunità għandhom Ö ikunu previsti Õ biex jiżguraw l-applikazzjoni uniformi f’kull Stat Membru ta’ l-istandards stabbiliti f’din id-Direttiva. ê 92/33/KEE premessa 11 12. Huwa fl-interess tax-xerrejja tal-materjali tal-propagazzjoni tal-ħxejjex u żrigħ li l-ismijiet tal-varjetajiet ikunu magħrufa u l-identità tagħhom tkun salvagwardjata. ê 92/33/KEE premessa 12 (adattat) 13. Għal dan il-għan, dispożizzjoni għandha ssir sakemm huwa possibbli dwar l-applikazzjoni tar-regoli ta’ l-aspett tal-varjetajiet kif stabbilit fir-rigward Ö tat-tqegħid fis-suq Õ taż-żerriegħa tal-ħxejjex. ê 92/33/KEE premessa 13 (adattat) 14. Sabiex jiġi żgurat l-identità u Ö t-tqegħid fis-suq Õ ordnat fis-suq tal-materjal tal-propagazzjoni u żrigħ tal-ħxejjex, regoli tal-Komunità għandhom ikunu stabbiliti rigward is-separazzjoni ta’ lottijiet, u l-immarkar. It-tabelli użati għandhom jagħtu d-dettalji meħtieġa kemm għall-kontroll uffiċjali u kif ukoll għall-informazzjoni ta’ l-utent. ê 92/33/KEE premessa 14 15. Regoli għandhom jitwaqqfu li jippermettu, f’każijiet ta’ diffikultajiet ta’ provvista temporanja, it-tqegħid fis-suq ta’ materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex bla ħsara għall-ħtiġiet inqas stretti minn dawk li jinsabu f’din id-Direttiva. ê 92/33/KEE premessa 15 (adattat) 16. L-Istati Membri m’għandhomx jitħallew fil-każ tal-ġenera u l-ispeċi msemmija fl-Anness II, li għalihom Ö jiġu mħejjija skedi Õ ta’ fatti jiġu mħejjija, li jimponu kondizzjonijiet ġodda jew restrizzjonijiet fuq Ö it-tqegħid fis-suq Õ, għajr dawk li tipprovdi din id-Direttiva. ê 92/33/KEE premessa 16 17. Dispożizzjonijiet għandhom isiru biex jawtorizzaw il-promozzjoni fil-Komunità tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex prodott f’terzi pajjiżi, dejjem sakemm joffri l-istess assigurazzjonijiet bħall-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex prodott fil-Komunità u jħares ir-regoli tal-Komunità. ê 92/33/KEE premessa 17 18. Sabiex ikunu armonizzati l-metodi tekniċi ta’ l-eżaminazzjoni użati fl-Istati Membri u biex jipparagunaw il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ u l-pjanti tal-ħxejjex prodotti fil-Komunità ma’ dawk prodotti f’terzi pajjiżi, provi ta’ paragun għandhom isiru biex jaraw li dawn il-prodotti jħarsu l-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva. ê 92/33/KEE premessa 18 (adattat) 19. Ö Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta’Ġunju 1999 li tistabliixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq ill-Kummissjoni[10]. Õ ê 20. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B, ê 92/33/KEE (adattat) ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 1. Din id-Direttiva Ö għandha tapplika għat-tqegħid fis-suq Õ tal-materjal ta’ propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex, għajr iż-żerriegħa, ġewwa l-Komunità. ê 92/33/KEE 2. L-Artikoli 2 sa 20 u l-Artikolu 23 għandhom jgħoddu għall-ġenera u l-ispeċi, u l-ibridi tagħhom, li hemm elenkati fl-Anness II. ê 92/33/KEE (adattat) Stokk ta’ għeruq u partijiet oħra tal-pjanti ta’ ġenera u speċi oħra jew l-ibridi tagħhom wkoll ikunu suġġetti għall Ö dawk Õ l-Artikoli jekk materjal ta’ wieħed mill-imsemmija ġenera jew speċi, jew l-ibridi tagħhom, huwa, jew irid ikun, imlaqqam fuqhom. 3. Emendi għall-lista ta’ ġenera u l-ispeċi fl-Anness II għandhom jkunu adottati skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 21(3). ê 92/33/KEE L-Artikolu 2 Din id-Direttiva ma tgħoddx għall-materjal ta’ propagazzjoni jew taż-żrigħ li hu maħsub għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, jekk identifikati sew bħala tali u miżmuma iżolati biżżejjed, mingħajr preġudizzju għar-regoli ta’ saħħa stabbiliti fid-Direttiva 2000/29/KE. ê 92/33/KEE (adattat) Miżuri ta’ implimentazzjoni għall-ewwel paragrafu, b’riferenza partikolari għall-identifikazzjoni u l-iżolament, għandhom jiġu adottati b’mod konformi mal-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 21(2). ê 92/33/KEE L-Artikolu 3 Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu: (a) materjal ta’ propagazzjoni: partijiet minn pjanti u l-materjal kollu mill-pjanti, inkluż l-istokk ta’ l-għeruq li hu maħsub għall-propagazzjoni u l-produzzjoni ta’ ħxejjex; (b) materjal taż-żrigħ: pjanti sħaħ u partijiet minn pjanti inklużi, għall-pjanti mlaqqma, il-komponenti mlaqqma, maħsuba għaż-żrigħ għall-produzzjoni tal-ħxejjex; ê 92/33/KEE (adattat) (ċ) fornitur: kull persuna naturali jew legali li twettaq professjonalment mill-inqas waħda mill-attivitajiet li ġejjin rigward il-materjal ta’ propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex: riproduzzjoni, produzzjoni, preservazzjoni u/jew trattament u Ö tqegħid fis-suq;Õ ê 92/33/KEE (d) tqegħid fis-suq: is-sehem disponibbli jew fl-istokk, il-wirja jew l-offerta għall-bejgħ, il-bejgħ u/jew il-forniment lil persuna oħra, f’kull forma li jkun, tal-materjal tal-propagazzjoni jew taż-żrigħ; (e) korp uffiċjali responsabbli: (i) l-awtorità unika u ċentrali, imwaqqfa jew maħtura mill-Istat Membru taħt is-superviżjoni tal-gvern nazzjonali u responsabbli għall-mistoqsijiet dwar il-kwalità; (ii) kull awtorità ta’ l-Istat imwaqqfa: - jew fuq livell nazzjonali, - jew fuq livell reġjonali, taħt is-superviżjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet nazzjonali ta’ l-Istat Membri konċernat. ê 92/33/KEE (adattat) Il-korpi li għalihom saret referenza f’(i) u (ii) jistgħu, b’mod konformi mal-liġijiet nazzjonali tagħhom, jiddelegaw l-inkarigi li hemm previst f’din id-Direttiva biex jitlestew taħt l-awtorità u s-superviżjoni tagħhom lil kull persuna legali, kemm jekk iggvernat mil-liġi pubblika jew dik privata, li, taħt Ö l-istatut Õ uffiċjali approvat tagħha, hija fdata b’funzjonijiet speċifiċi pubbliċi, kemm it-tali persuna, u l-membri tagħha, m’għandhom l-ebda interess personali mir-riżultat tal-miżuri li jieħdu. ê 92/33/KEE L-Istati Membri għandhom jiżguraw li hemm kooperazzjoni mill-qrib bejn il-korpi li għalihom saret referenza f’(i ) u dawk riferuti f’(ii). ê 92/33/KEE (adattat) Barra minn hekk, skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 21(2), persuna legali oħra stabbilita f’isem kull korp li għalih saret referenza f’(i) u (ii) u li taġixxi taħt l-awtorità u s-superviżjoni ta’ dan il-korp tista’ tkun approvata, kemm-il darba tali persuna m’għandhiex interess personali fir-riżultat tal-miżuri li tieħu. ê 92/33/KEE L-Istati Membri jgħandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-korpi uffiċjali responsabbli tagħhom. Il-Kummissjoni għandha twassal dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra; (f) miżuri uffiċjali: miżuri meħuda mill-korp uffiċjali responsabbli; (g) spezzjoni uffiċjali: spezzjoni mwettqa mill-korp uffiċjali responsabbli; (h) prospett uffiċjali: prospett maħruġ minn, jew taħt ir-responsabbiltà ta’, il-korp uffiċjali responsabbli; (i) lott: kull numru ta’ unitajiet ta’ kull oġġett, li jingħaraf mill-omoġenità tiegħu tal-kompożizzjoni u l-oriġini; (j) laboratorju: kull entità tal-liġi pubblika jew privata li twettaq analiżi u dijanjosi sewwa, li tippermetti li l-produttur iħares il-kwalità tal-produzzjoni. L-Artikolu 4 ê 92/33/KEE (adattat) B’mod konformi mal-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 21(3), kull skeda għandha titwaqqaf fl-Anness I għal kull ġeneru u speċi msemmija fl-Anness II u għall-istokk ta’ l-għeruq ta’ ġenera u speċi oħra jekk il-materjal tal-ġeneru jew l-ispeċi huwa, jew irid ikun, imlaqqam magħhom, b’kull riferenza għall-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-pjanti stabbiliti fid-Direttiva 2000/29/KE li tgħodd għall-ġeneru u/jew l-ispeċi kkonċernata, u tistabilixxi: ê 92/33/KEE (a) il-kondizzjonijiet li l-materjal taż-żrigħ tal-ħxejjex irid jikkonforma magħhom, b’mod partikolari dawk tal-kwalità u l-purità tal-wiċċ tar-raba u, meta jkun il-każ il-karatteristiċi tal-varjetà. Dawn il-ħtiġiet jiġu magħduda ma’ l-Anness I, Parti A; ê 92/33/KEE (adattat) (b) il-kondizzjonijiet li l-materjal tal-propagazzjoni jrid iħares, b’mod partikolari dawk rigward is-sistema applikata ta’ propagazzjoni, l-purità tal-wiċċ tar-raba li qed tikber u, fejn xieraq il-karatteristiċi tal-varjetà. Dawn il-kondizzjonijiet Ö għandhom Õ jiġu ppreżentati fl-Anness I, Parti B. L-Artikolu 5 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri jieħdu kull miżura li hemm bżonn biex jiggarantixxu l-ħarsien ta’ l-istandards stabbiliti b’din id-Direttiva f’kull stadju tal-produzzjoni u Ö tqegħid fis-suq Õ tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex. ê 92/33/KEE 2. Għall-fini tal-paragrafu 1, dawk il-fornituri msemmija għandhom jew iwettqu huma stess, jew iqabbdu li jitwettqu minn fornitur akkreditat jew kull korp uffiċjali risponsabbli, spezzjonijiet ibbażati fuq il-prinċipji li ġejjin: - identifikazzjoni tal-punti kritiċi fil-proċess tagħhom ta’ produzzjoni fuq il-bażi tal-metodi użati tal-produzzjoni, - it-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-metodi ta’ sorveljanza u ċċekkjar tal-punti kritiċi msemmija fl-ewwel inċiż, - teħid ta’ kampjuni għall-analiżi f’kull laboratorju akkreditat minn korp uffiċjali responsabbli bl-iskop li jara l-konformità ma’ l-istandards stabbiliti minn din id-Direttiva, - li jinżamm kull rekord bil-miktub jew kull rekord reġistrat b’mod li ma jitħassarx ta’ l-informazzjoni li għaliha saret referenza fl-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż, kif ukoll tar-rekords fuq il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ, biex jinżamm għad-dispożizzjoni tal-korp uffiċjali responsabbli. Dawn id-dokumenti u r-rekords għandhom jinżammu għal perjodu ta’ mill-inqas sena. Madankollu, fornituri, li l-attività tagħhom f’din il-konnessjoni hija limitata biss għad-distribuzzjoni tal-materjal ta’ propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex prodott u pakkettat f’lok għajr li mhux tagħhom jintalbu biss li jżommu kull rekord bil-miktub jew kull rekord reġistrat b’mod li ma jitħassarx tax-xiri u l-bejgħ u/jew il-forniment ta’ dawn il-prodotti. Dan l-paragrafu ma jgħoddx għal fornituri li qed jipprovdu li l-attività tagħhom f’din il-konnessjoni hija limitata għall-provvista ta’ kwantitajiet żgħar tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex lill-konsumaturi finali li mhumiex professjonali. 3. Jekk ir-riżultat ta’ l-ispezzjonijiet tagħhom stess jew kull informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-fornituri msemmija fil-paragrafu 1 jiżvela l-preżenza ta’ wieħed jew aktar organiżmi ta’ ħsara li għalih saret referenza fid-Direttiva 2000/29/KE jew fi kwantitajiet aktar milli normalment huwa permess biex jintlaħqu l-istandards, jew ta’ dawk speċifikati fl-iskedi rilevanti mwaqqfa skond l-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva, il-fornituri għandhom minnufih jirrapportaw dan lill-korp uffiċjali responsabbli u jieħdu l-miżuri indikati minn dak il-korp jew kull miżura oħra meħtieġa biex tnaqqas ir-riskju li ma jinfirxux dawn l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara. Il-fornitur għandu jżomm rekord ta’ kull okkorrenza ta’ l-organiżmi ta’ ħsara fil-lok tiegħu u tal-miżuri kollha li ttieħdu rigward dawn l-okkorrenzi. ê 92/33/KEE (adattat) 4. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tat-tieni sub-paragrafu tal-paragrafu 2 għandhom jiġu stabbiliti b’mod konformi mal-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 21(2). ê 92/33/KEE L-Artikolu 6 1. Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jakkredita dawk il-fornituri kemm-il darba jiġi vverifikat li l-metodi tagħhom tal-produzzjoni u l-istabbilimenti jilħqu il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva rigward in-natura ta’ l-attivitajiet li jmexxu. L-akkreditazzjoni trid tkun imġedda jekk kull fornatur jiddeċiedi li jwettaq attivitajiet għajr dawk li għalihom ingħata akkreditazzjoni. ê 92/33/KEE (adattat) 2. Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jakkredita l-laboratorji kemm-il darba jiġi vverifikat li dawn il-laboratorji, il-metodi tagħhom u l-istabbilimenti tagħhom jilħqu mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva li għandhom ikunu speċifikati skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 21(2), rigward l-attivitajiet ta’ provi li huma jwettqu. L-akkreditazzjoni trid tkun imġedda jekk kull laboratorju jiddeċiedi li jwettaq attivitajiet għajr dawk li għalihom ingħata akkreditazzjoni. ê 92/33/KEE 3. Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jieħu l-miżuri meħtieġa jekk il-ħtiġiet msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma jibqgħux jiġu mħarsa. Għal dan il-għan, għandu jikkonsidra l-konklużjonijiet ta’ kull spezzjoni li titwettaq skond l-Artikolu 7. ê 92/33/KEE (adattat) 4. Is-superviżjoni u s-sorveljanza ta’ fornituri, stabbilimenti u laboratorji għandha titwettaq regolarment minn u taħt ir-responsabbiltà tal-korp uffiċjali responsabbli, li f’kull ħin għandu jkollu aċċess ħieles għal kull parti ta’ l-istabbilimenti, sabiex jiżgura konformità mal-ħtiġiiet ta’ din id-Direttiva. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni dwar is-superviżjoni u s-sorveljanza għandhom jiġu adottati, kif meħtieġ, skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 21(2). ê 92/33/KEE Jekk din is-superviżjoni u s-sorveljanza tiżvela li l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva mhumiex mħarsa, il-korp uffiċjali responsabbli jieħu l-azzjoni li hemm bżonn. L-Artikolu 7 1. L-esperti tal-Kummissjoni jistgħu b’kooperazzjoni mal-korpi uffiċjali responsabbli ta’ l-Istati Membri, jagħmlu provi fuq il-lok kemm-il darba din hija meħtieġa biex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva u b’mod partikolari biex tivverifika jekk dawk il-fornituri humiex fil-fatt iħarsu l-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva. Kull Stat Membru li fit-territorju tiegħu qed issir kull prova għandu jagħti l-assistenza kollha meħtieġa lill-esperti biex iwettqu dmirhom. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri bir-riżultati ta’ l-investigazzjonijiet. 2. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 jkunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2). L-Artikolu 8 1. Materjal ta’ propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex jista’ jkun imqiegħed fis-suq biss minn dawk akkreditati biex ifornuħ u kemm-il darba iħarsu l-ħtiġijiet stabbiliti fl-iskeda msemmija fl-Artikolu 4. 2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE, il-paragrafu 1 ma jgħoddx għall-materjal ta’ propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex maħsuba għal: (a) esperimenti jew skopijiet xjentifiċi; jew (b) xogħol ta’ selezzjoni; jew (ċ) miżuri mmirati biex tiġi ppriservata d-diversità ġenetika. ê 92/33/KEE (adattat) 3. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-punti (a), (b) Ö u (ċ) tal-paragrafu 2 Õ għandhom jiġu adottati kif meħtieġ b’mod konformi mal-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 21(2). ê 92/33/KEE L-Artikolu 9 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex li huwa tal-ġeneru u l-ispeċi elenkat fl-Anness II u wkoll kopert bid-Direttiva 2002/55/KE m’għandux jiġi mqiegħed fis-suq ġewwa l-Komunità kemm-il darba ma jkunx ta’ kull varjetà li hija aċċettata skond dik id-Direttiva. ê 92/33/KEE (adattat) 2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2 u l-paragrafi 3 ta’ dan l-Artikolu, il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex li huwa tal-ġeneru jew ispeċi elenkat fl-Anness II iżda mhux kopert mid-Direttiva 2002/55/KE m’għandux jiġi mqiegħed fis-suq ġewwa l-Komunità jekk ma jkunux ta’ varjetà li hija uffiċjalment aċċettata minn mill-inqas Stat Membru wieħed. ê 92/33/KEE Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 u l-Artikolu 9 (3) tad-Direttiva 2002/55/KE għandhom jgħoddu għall-kondizzjonijiet ta’ l-aċċettazzjoni. L-Artikoli 3(2) u (4), l-Artikoli 6, 7, 8, 9 (1), (2) u (4) u l-Artikoli 10 sa 15 tad Direttiva 2002/55/KE għandhom jgħoddu mutatis mutandis għall-proċeduri u formalitajiet ta’ l-aċċettazzjoni u ż-żamma ta’ produzzjoni. Ir-riżultati ta’ l-eżamijiet mhux uffiċjali u l-informazzjoni prattika miġbura waqt iż-żmien tat-tkabbir jista’ jiġi kkunsidrat f’kull istanza. ê 92/33/KEE (adattat) 3. Il-varjetajiet aċċettati uffiċjalment skond il-paragrafi 2 għandhom jiddaħħlu fil-Katalogu Komuni tal-Varjetajiet ta’ l-Ispeċi tal-Ħxejjex msemmi fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/55/KE. L-Artikoli 16(2), 17, 18 u 19 Ö ta’ dik id-Direttiva Õ għandhom jgħoddu mutatis mutandis . ê 92/33/KEE L-Artikolu 10 1. Tul il-perjodu ta’ tkabbir u matul il-qtugħ jew t-tneħħija mill-materjal parenti, il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ għandu jinżamm f’lottijiet separati. 2. Jekk il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex ta’ oriġini differenti jitqegħdu flimkien jew jitħallat waqt l-ippakkettar, il-ħażna, it-vjaġġ jew meta jitwassal, il-fornitur għandu jżomm ir-rekords inkluż l-informazzjoni li ġejja: il-kompożizzjoni tal-lott u l-oriġini tal-komponenti individwali. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw konformità mal-ħtiġijiet tal-paragrafi 1 u 2 billi jwettqu spezzjonijiet uffiċjali. L-Artikolu 11 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(2), il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex għandu jiġi mpoġġi fis-suq biss f’lottijiet omoġenji biżżejjed u jekk jintgħarfu li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u jkunu akkumpanjati minn kull dokument magħmul mill-fornitur b’mod konformi mal-kondizzjonijiet stabbliti fl-iskeda stabbilita skond l-Artikolu 4. Jekk kull dikjarazzjoni uffiċjali tidher f’dan id-dokument, din għandha tiġi separata minn kull kontenut ieħor tad-dokument. Il-ħtiġiet tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex għal it-tikkettjar u/jew l-issiġillar għandhom jiġu stabbiliti fl-iskeda msemmija fl-Artikolu 4. 2. Fil-każ ta’ provvista minn bejjiegħ bl-imnut tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex għall-konsumatur finali mhux professjonali, il-ħtiġiet dwar it-tikkettjar jistgħu jiġu limitati għall-informazzjoni xierqa tal-prodott. L-Artikolu 12 1. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw: (a) mill-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 11, produtturi żgħar li l-produzzjoni u l-bejgħ kollu tagħhom tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex huwa maħsub għall-użu finali minn persuni fuq is-suq lokali li mhumiex involuti professjonalment fil-produzzjoni tal-pjanti (“ċirkolazzjoni lokali”) (b) mill-kontrolli u l-ispezzjonijiet uffiċjali li hemm provdut fl-Artikolu 18, iċ-ċirkolazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ prodotti minn dawn il-persuni eżentati. ê 92/33/KEE (adattat) 2. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni dwar il-ħtiġiet l-oħra dwar l-eżentazzjonijiet msemmija Ö fil-paragrafu 1 Õ, b’mod partikolari rigward il-kunċetti tal-“produtturi żgħar” u s-“suq lokali”, u għall-proċeduri rilevanti, għandhom jiġu adottati Ö skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21 (2). Õ L-Artikolu 13 Fil-każ ta’ diffikoltajiet temporanji fil-provvista tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex li jħares il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, miżuri jistgħu jiġu adottati, skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 21(2), dwar il-promozzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex li jħares ħtiġiet inqas stretti, mingħajr preġudizzju għar-regoli tas-saħħa tal-pjanta stabbilita fid-Direttiva 2000/29/KE. ê 92/33/KEE L-Artikolu 14 1. It-tqegħid fis-suq tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex li tħares il-ħtiġiet u l-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ikun suġġett għal għall-ebda restrizzjonijiet rigward il-fornitur, is-saħħa tal-pjanta, il-mezz ta’ tkabbir u l-arranġamenti tas-saħħa barra dawk stabbiliti f’din id-Direttiva. 2. It-tqegħid fis-suq tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex li l-varjetà tagħhom tiddaħħal fil-Katalogu Komuni tal-Varjetajiet ta’ l-Ispeċi tal-Ħxejjex ma jkunu suġġetti għal kull restrizzjoni rigward il-varjetà barra dawn stabbiliti jew msemmija f’din id-Direttiva. L-Artikolu 15 ê 92/33/KEE (adattat) Rigward il-prodotti msemmija fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom joqogħdu lura milli jimponu kondizzjonijiet aktar stretti jew restrizzjonijiet fuq is-suq barra dawk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-iskedi msemmija fl-Artikolu 4 jew, jekk fin-nuqqas ta’ dan, dawk li jeżistu Ö fit-28 ta’ April 1992 Õ. L-Artikolu 16 1. B’mod konformi mal-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 21(2), għandu jkun deċiż jekk materjal tal-ħxejjex tal-propagazzjoni u taż-żrigħ prodott f’kull pajjiż terz u li joffri l-istess garanziji dwar l-obbligi fuq il-fornitur, l-identità, il-karatteristiċi, is-saħħa tal-pjanti, il-mezz ta’ tkabbir, l-ippakkjar, l-arranġamenti ta’ l-ispezzjoni, l-immarkar u s-siġillar, hux ekwivalenti f’dawn ir-rispetti kollha mal-materjal tal-ħxejjex tal-propagazzjoni u taż-żrigħ prodott fil-Komunità u jħares il-ħtiġiet u l-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. ê 92/33/KEE è1 2007/699/KE 2. Sakemm ttieħed d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, sa è1 l-31 ta Diċembru 2012 ç, u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE, japplikaw għall-importazzjoni tal-materjal tal-ħxejjex tal-propagazzjoni u taż-żrigħ minn pajjiżi terzi kondizzjonijiet li ta’ l-anqas huma ekwivalenti temporanjament jew permanentament fl-iskedi li għalihom saret referenza fl-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva. Meta dawn il-kondizzjonijiet mhumiex stabbiliti fl-iskedi msemmija, il-kondizzjonijiet ta’ l-importazzjoni jridu jkunu mill-inqas daqs dawk applikabbli għal produzzjoni ta’ l-Istat Membru konċernat. ê 92/33/KEE (adattat) B’mod konformi mal-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 21(2), id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu jista’, għal terzi pajjiżi diversi, tkun differita sakemm ttieħed id-deċiżjoni li għaliha saret referenza fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. ê 93/33/KEE Il-materjal tal-ħxejjex tal-propagazzjoni u taż-żrigħ importat minn kull Stat Membru skond deċiżjoni meħuda minn dak l-Istat Membru skond l-ewwel subparagrafu għandha tkun suġġett għall ebda restrizzjoni fl-Istati Membri l-oħra rigward il-kwistjonijiet li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1. L-Artikolu 17 L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjoni uffiċjali permezz ta’ verifiki ta’ kampjuni fuq il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ titwettaq matul il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq, bil-għan li l-konformità tiġi vverifikata mal-ħtiġijiet u l-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. L-Artikolu 18 ê 93/33/KEE (adattat) Proċeduri dettaljati ta’ implimentazzjoni għall-kontrolli li għalihom hemm provdut fl-Artikolu 5 u għall-ispezzjoni uffiċjali provduta fl-Artikoli 10 u 17, inklużi l-metodi ta’ kif jittieħdu l-kampjuni, għandhom jiġu adottati, kif meħtieġ, skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 21(2). ê 92/33/KEE L-Artikolu 19 1. Jekk, matul is-superviżjoni u s-sorveljanza prevista fl-Artikolu 6(4), l-ispezzjoni uffiċjali li hemm prevista fl-Artikolu 17, jew il-provi li hemm previsti fl-Artikolu 20, jinstab li l-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex ma jħarsux il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, il-korp uffiċjali responsabbli ta’ l-Istat Membru għandu jieħu l-azzjoni li hemm bżonn biex jiżgura li jħares id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jew, jekk dak mhux possibbli, li jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ dak il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex fil-Komunità. 2. Jekk jinstab li l-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex imqiegħed fis-suq minn kull fornitur partkolari ma jikkonformax mal-ħtiġiet u l-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istat Membru konċernat għandu jiżgura li miżuri xierqa jiġu meħuda kontra l-fornitur. Jekk il-fornitur huwa pprojbit li jqiegħed fis-suq materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex, l-Istat Membru għandu javża lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-Istati Membri. 3. Kull miżura meħuda taħt il-paragrafu 2 tista’ tiġi rtirata hekk kif jiġi stabbilit b’ċertezza adegwata li l-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex maħsuba għat tqegħid fis-suq mill-fornitur għandha fil-futur, tikkonforma mal-ħtiġiet u l-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. ê 2003/61/KE Art. 1 pt. 4 L-Artikolu 20 1. Provi, jew, fejn ikun xieraq, testijiet għandhom jitwettqu fl-Istati Membri fuq kampjuni biex jiċċekjaw li l-materjal veġetali għal propagar u taħwil ikun konformi mar-rekwiżiti u kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, inklużi dawk relatati mas-saħħa tax-xtieli. Il-Kummissjoni tista’ torganizza spezzjonijiet tal-provi mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u tal-Kummissjoni. 2. Testijiet u provi komparattivi tal-Komunità jistgħu jitwettqu fil-Komunità għall-kontroll ta’ wara tal-kampjuni tal-materjal veġetali għal propagar u tħawwil imqiegħda fis-suq skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, sew jekk obbligatorji jew liberi, inklużi dawk relatati mas-saħħa tax-xtieli. It-testijiet u provi komparattivi jistgħu jinkludu dan li ġej: - materjal veġetali għal propagazzjoni u tħawwil magħmul f’pajjiżi barranin, - materjal veġetali għal propagazzjoni u tħawwil adatt għall-biedja organika, - materjal veġetali għal propagar u tħawwil imqiegħda fis-suq relatati ma’ miżuri intiżi biex jippreservaw id-diversità ġenetika. 3. Dawn it-testijiet u provi komparattivi għandhom jintużaw biex jagħmlu konformi l-metodi tekniċi ta’ eżami ta’ materjal veġetali għal propagar u tħawwil u biex jiċċekkaw li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li magħhom il-materjal għandu jkun konformi. 4. Waqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), għandhom isiru l-arranġamenti meħtieġa għat-testijiet u provi komparattivi li għandhom jitwettqu. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 21 dwar l-arranġamenti tekniċi biex isiru dawk it-testijiet u l-provi u r-riżultati tagħhom. Meta jinqalgħu problemi tas-saħħa tax-xtieli, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat Permanenti fuq is-Saħħa tax-Xtieli. ê 2003/61/KE Art. 1 pt. 4 (adattat) 5. Il-Komunità tista’ tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għat-twettiq tat-testijiet Ö komparattivi Õ u provi previsti fil-paragrafi 2 u 3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja m’għandhiex tkun aktar mis-somma ta’ flus ivvotata mill-awtorità dwar il- budget . 6. It-testijiet Ö komparattivi Õ u l-provi li jistgħu jibbenefikaw mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, u regoli dettaljati għad-dispożizzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 21(2). 7. It-testijiet Ö komparattivi Õ u l-provi previsti fil-paragrafi 2 u 3 jistgħu jsiru biss mill-awtoritajiet jew persuni legali ta’ l-Istat waqt li jaġixxu bir-responsabbiltà ta’ l-Istat. ê 806/2003 Art. 2 u Anness II, pt. 6 (adattat) L-Artikolu 21 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat Permanenti dwar Ö iż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikolutra, l-Ortikultura u l-Forestrija Õ, minn hawn iżjed ‘il quddiem imsejjaħ ‘Kumitat’. 2. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw. Il-perjodu taż-żmien previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal xahar. ê 806/2003 Art. 3 u Anness III, pt. 27 (adattat) 3. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw. Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur. ê 806/2003 Art. 2 u Anness II, pt. 6 4. Il-Kumitat għandu jistabilixxi r-Regoli tiegħu ta' Proċedura. ê 92/33/KEE (adattat) L-Artikolu 22 Emendi għall-iskedi li għalihom saret referenza fl-Artikolu 4 u għall-kondizzjonijiet u r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 21(2). ê 92/33/KEE L-Artikolu 23 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex prodott fit-territorju tagħhom u maħsub għat-tqegħid fis-suq jikkonforma mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva. 2. Jekk jinstab, waqt kull spezzjoni uffiċjali, li l-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex ma jistax, minħabba li mhuwiex konformi ma’ kull kondizzjoni li għandha x’taqsam mas-saħħa tal-pjanti, jiġi mqiegħed fis-suq, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri uffiċjali xierqa biex jelimina kull riskju fuq is-saħħa tal-pjanta li tista’ jirriżulta. ê 92/33/KEE (adattat) L-Artikolu 24 Sa fejn l-Artikoli 5 sa 11, 14, 15, 17, 19 u 23 huma konċernati, id-data ta’ l-applikazzjoni għal kull ġeneru jew speċi Ö msemmi Õ fl-Anness II jiġi ffissat skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 21(2), meta l-iskeda msemmija fl-Artikolu 4 titlesta. ê Artikolu 25 Id-Direttiva 92/33/KEE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness III, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B. Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV. L-Artikolu 26 Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. ê 92/33/KEE Artikolu 27 Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, […] Għall-Kunsill Il-President […] ê 92/33/KEE ANNESS I Il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti skond l-Artikolu 4 Parti A Il-kondizzjonijiet li l-materjal taż-żrigħ iridu jikkonformaw magħhom. Parti B Skedi għall-ġenera u l-ispeċi mhux elenkati fid-Direttiva 2002/55/KE li fihom il-kondizzjonijiet li l-materjal ta’ propagazzjoni irid jikkonforma għalih. ________________ ê 92/33/KEE ANNESS II Elenku tal-ġenera u l-ispeċi msemmi fl-Artikolu 1(2) ê 2006/124/KE Anness “Allium cepa L. - Grupp Cepa - Grupp Aggregatum | Basal Echalion Shallot | Allium fistulosum L. | Basal ta’ l-għenieqed (Japanese bunching onion jew Welsh onion) | Allium porrum L. | Kurrat | Allium sativum L. | Tewm | Allium schoenoprasum L. | Kurrat salvaġġ | Anthriscus cerefolium (L.) Hoffm. | Maxxita | Apium graveolens L. | Tipi Differenti ta’ Karfus | Asparagus officinalis L. | Asparagu Sfraġ | Beta vulgaris L. | Pitravi inkluż il-pitrava Cheltenham Spinach beet jew il-weraq tal-pitravi | Brassica oleracea L. | Kaboċċa mberfla | Pastard | Brokkli li qed inibbet jew Kalabris | Brussels Sprouts | Kaboċċa mflefla (savoy) | Kaboċċa bajda | Kaboċċa ħamra | Ġdur | Brassica rapa L. | Kaboċċa Ċiniża Nevew | Capsicum annuum L. | Bżar aħmar jew bżar | Cichorium endivia L. | Indivja tal-werqa mibruma Indivja tal-werqa lixxa | Cichorium intybus L. | Ċikwejra Witloof Ċikwejra b'weraq kbir jew ċikwejra Taljana Ċikwejra industrijali | Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai | Dulliegħ | Cucumis melo L. | Bettieħ | Cucumis sativus L. | Ħjar Ħjara żgħir | Cucurbita maxima Duchesne | Qargħa aħmar | Cucurbita pepo L. | Qargħa bagħli jew Zukkini | Cynara cardunculus L. | Qaqoċċ Kardun | Daucus carota L. | Karrotti Karrotti għall-għalf | Foeniculum vulgare Mill. | Bużbież | Lactuca sativa L. | Ħass | Lycopersicon esculentum Mill. | Tadam | Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill | Tursin | Phaseolus coccineus L. | Fażola ta’ Spanja | Phaseolus vulgaris L. | Fażola żgħira Fażola li tixxeblek | Pisum sativum L. (partim) | Piżella mkemmxa Piżella tonda Piżella ħelwa (sugar pea) | Raphanus sativus L. | Ravanell Ravanell iswed | Rheum rhabarbarum L. | Rabarbru | Scorzonera hispanica L. | Scorzonera jew salsafja sewda; | Solanum melongena L. | Brunġiel | Spinacia oleracea L. | Spinaċi | Valerianella locusta (L.) Laterr. | Valerjanella | Vicia faba L. (partim) | Ful kbir | Zea mays L. (partim) | Qamħ ħelu Popcorn” | _______________ é ANNESS III Parti A Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha (imsemmija fl-Artikolu 25) Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE (ĠU L 157, 10.6.1992, p. 1) | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/400/KEE (ĠU L 177, 21.7.1993, p. 27) | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/152/KE (ĠU L 66, 10.3.1994, p. 33) | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/25/KE (ĠU L 36, 16.2.1995, p. 34) | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/109/KE (ĠU L 39, 8.2.1997, p. 21) | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/29/KE (ĠU L 8, 14.1.1999, p. 29) | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/111/KE (ĠU L 41, 13.2.2002, p. 43) | Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1) | L-Annex II, punt 6 u l-Anness III, punt 27 biss | Direttiva tal-Kunsill 2003/61/KE (ĠU L 165, 3.7.2003, p. 23) | L-Artikolu 1, punt 4 biss | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/55/KE (OJ L 22, 26.1.2005, p. 17) | Direttiva tal-Kummissjoni 2006/124/KE (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 12) | L-Artikolu 1 u l-Anness biss | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/699/KE (ĠU L 284, 30.10.2007, p. 33) | Parti B Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni (imsemmija fl-Artikolu 25) Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Data ta’ applikazzjoni | 92/33/KEE | 31 ta’ Diċembru 1992 | - | 2003/61/KE | 10 ta’ Ottubru 2003 | - | 2006/124/KE | 30 ta’ Ġunju 2007 | 1 ta’ l-Lulju 2007[11] | _____________ ANNESS IV TABELLA TA’ KORRELAZZJONI Direttiva 92/33/KEE | Din id-Direttiva | Artikoli 1 sa 3 | Artikoli 1 sa 3 | Artikolu 4, kliem tal-bidu | Artikolu 4, kliem tal-bidu | Artikolu 4, punti (i) u (ii) | Artikolu 4, punti (a) u (b) | Artikoli 5, 6 u 7 | Artikoli 5, 6 u 7 | Artikolu 8(1) | Artikolu 8(1) | Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 8(2) | Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu | Artikolu 8(3) | Artikolu 9(1) u (2) | Artikolu 9 (1) u (2) | Artikolu 9(3) | - | Artikolu 9(4), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 9(3) | Artikolu 9(4), it-tieni subparagrafu | Artikoli 10 u 11 | Artikoli 10 u 11 | Artikolu 12, l-ewwel paragrafu, kliem tal-bidu | Artikolu 12(1) kliem tal-bidu | Artikolu 12, l-ewwel paragrafu, l-ewwel u it-tieni inċiżi | Artikolu 12(1)(a) u (b) | Artikolu 12, it-tieni paragrafu | Artikolu 12(2) | Artikoli 13 sa 20 | Artikoli 13 sa 20 | Artikolu 21(1) u (2) | Artikolu 21(1) u (2) | Artikolu 21(3) | Artikolu 21(4) | Artikolu 22(1) | - | Artikolu 22(2) | Artikolu 21(3) | Artikolu 23 | Artikolu 22 | Artikolu 24 | Artikolu 23 | Artikolu 25(1) | - | Artikolu 25(2) | Artikolu 24 | - | Artikolu 25 | - | Artikolu 26 | Artikolu 26 | Artikolu 27 | Annessi I u II | Annessi I u II | - | Annessi III u IV | _____________[pic][pic][pic] [1] COM(87) 868 PV. [2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet. [3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, COM(2001) 645 finali. [4] Ara l-Anness III, Parti A għal din il-proposta. [5] ĠU [...], [...], p. [...]. [6] ĠU L 157, 10.6.1992, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/699/KE (ĠU L 284, 30.10.2007, p. 33). [7] Ara l-Anness III, Parti A. [8] ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/124/KE (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 12). [9] ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/41/KE (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 51). [10] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11). [11] Skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2006/124/KE: " Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Lulju 2007. Madankollu, jistgħu jipposponu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fir-rigward ta' l-approvazzjoni uffiċjali ta' varjetajiet li jappartjenu għall- Allium cepa L. (grupp aggregatum ), Allium fistulosum L., Allium sativum L., Allium schoenoprasum L., Rheum rhabarbarum L. u Zea mays L sal-31 ta’ Diċembru 2009."