Proposta għal Regolament (KE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti ta’ l-inbid (riformulazzjoni) /* KUMM/2007/0848 finali - COD 2007/0287 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 20.12.2007 KUMM(2007) 848 finali 2007/0287 (COD) Proposta għal REGOLAMENT (KE) Nru .../... TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti ta’ l-inbid (riformulazzjoni) (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi, biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunità huma ċari u jinftiehmu malajr. 2. Il-kodifikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 ta’ l-10 ta’ Ġunju 1991 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti ta’ l-inbid[2], ġiet inizzjata mill-Kummissjoni. Ir-Regolament il-ġdid jissupera lill-atti varji inkorporati fih[3]. 3. Sadanittant, id-Deċiżjoni tal-Kunsiill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat konferiti lill-Kummisssjoni[4] kienet emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li kienet introduċiet il-proċedura regolatorju bi skrutinju għal miżuri ta' ambitu ġenerali u li huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' att bażiku adottat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inkluż bit-tħassir ta' uħud minn dawn l-elementi jew biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali 4 Skond id-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni[5] dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex din il-proċedura ġdida tkun applikabbli għal dawk l-atti diġà fis-seħħ li kienu adotatti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, dawk l-atti jeħtieġ li jiġu adattati skond il-proċeduri applikabbli. 5. Għalhekk huwa xieraq li l-kodifikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1601/91 tiġi mibdula f'riformulazzjoni sabiex tinkorpora l-emendi meħtieġa għall-adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju. ê 1601/91 (adattat) 2007/0287 (COD) Proposta għal REGOLAMENT (KE) Nru .../... TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Ö dwar Õ regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti ta’ l-inbid (test b’rilevanza ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli Ö 37 Õ u Ö 95 Õ tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[6], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[7], Mixjin skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat[8], Billi: ò ġdid (1) Ir-Regolament (KEE) Nru 1601/91 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Ġunju 1991 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti ta’ l-inbid[9] ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali[10]. Peress li għandhom isiru iżjed emendi, dan ir-Regolament għandu jiġi riformulat fl-interess taċ-ċarezza. ê 1601/91 premessa 1 (adattat) (2) Minħabba l-importanza ekonomika Ö ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti ta’ l-inbid hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjħa «xorb aromatizzat» Õ, Ö dispożizzjonijiet komuni dwar dan is-suġġett, b’mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni ta’ xorb bħal dan u r-rekwiżiti li jirrigwardaw id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tagħhom, Õ huma meħtieġa, sabiex tiġi megħjuna l-ħidma Ö tajba Õ tas-suq Ö intern Õ. ê 1601/91 premessa 2 (adattat) (3) Ö I Õ x-xorb aromatizzat jikkostitwixxi suq ewlieni għall-agrikultura tal-Komunità. Dan is-suq huwa prinċipalment ir-riżultat tar-reputazzjoni li ftit minn dan ix-xorb akkwista madwar il-Komunità u fis-suq globali. Din ir-reputazzjoni tista’ tkun attribwita għall-kwalità tax-xorb in kwistjoni. Sabiex jiġi Ö kkonservat Õ dan is-suq għandu jinżamm ċertu standard ta’ kwalità għax-xorb in kwistjoni. Il-mezz approprjat sabiex jinżamm dan l-istandard ta’ kwalità huwa li dan ix-xorb jiġi definit, waqt li wieħed iqis il-metodi tradizzjonali li fuqha hija msejsa r-reputazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, it-termini definiti b’dan il-mod għandhom jintużaw biss għal xorb ta’ l-istess kwalità bħax-xorb tradizzjonali sabiex jiġi evitat li dawn jitilfu l-preġju tagħhom. ê 1601/91 premessa 3 (4) Huwa approprjat illi jinħoloq qafas xieraq għax-xorb aromatizzat li fil-biċċa l-kbira jikkonsisti f’inbejjed u most ta’ l-għeneb, waqt li jitħalla spazju għall-iżvilupp u l innovazzjoni fir-rigward ta’ dan ix-xorb. Din il-mira tista’ iktar faċilment jekk jinħalqu tliet kategoriji ta’ xorb fuq il-bażi tal-kontenut ta’ nbid tagħhom, il-qawwa alkoħolika u jekk fihomx alkoħol miżjud jew le. ê 1601/91 premessa 4 (5) Huwa xieraq illi r-regoli Komunitarji għandhom jirriservaw, għal ċerti territorji, l-użu ta’ denominazzjonijiet ġeografiċi li jirreferu għalihom, kemm-il darba dawk l-istadji tal-produzzjoni li matulhom il-prodott finali jakkwista l-karatteristiċi tiegħu u l propjetajiet definittivi iseħħu kollha fiż-żona ġeografika in kwistjoni. ê 1601/91 premessa 5 (adattat) (6) Skond il-konswetudini l-mezz kif il-konsumatur jiġi mgħarraf huwa permezz ta’ ċertu tagħrif fuq it-tikketta. L-ittikkettjar ta’ xorb aromattizzat huwa suġġett għar-regoli ġenerali stabbiliti fid-Direttiva Ö tal-Parlament Ewropew u Õ tal-Kunsill Ö 2000/13/KE ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 Õ dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-tikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ prodotti ta’ l-ikel [11]. Minħabba n-natura tax-xorb in kwistjoni u sabiex il-konsumatur ikun jista’ jkollu tagħrif aktar sħiħ, għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet addizzjonali għal dawn ir-regoli ġenerali. ê 1601/91 premessa 6 (7) Fil-moħħ tal-konsumatur, ir-reputazzjoni ta’ ċertu xorb aromatizzat hija marbuta mill-qrib ma’ l-oriġini tradizzjonali. Sabiex jiġi żgurat illi l-konsumatur jiġi mgħarraf kif jixraq u sabiex jiġu meqjusa dawn il-każijiet speċifiċi, huwa approprjat illi ssir obbligatorja li jkun indikat l-oriġini f’każijiet meta x-xarba ma tkunx ġejja mir-reġjun tradizzjonali tal-produzzjoni. ê 1601/91 premessa 7 (8) Sabiex issir ikun jista’ jingħata tagħrif xieraq dwar il-kompożizzjoni tax-xarba, għandhom jiġu adottati ċerti regoli dwar l-ittikkettjar li għandhom x’jaqsmu max-xorta ta’ alkoħol użat. ê 1601/91 premessa 8 (adattat) (9) Id-Direttiva tal-Kunsill Ö 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 Õ dwar il-kwalità ta’ ilma maħsub għall-konsum tal-bniedem[12] u d-Direttiva tal-Kunsill [80/777/KEE tal-15 ta’ Lulju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-isfruttar u t-tqegħid fuq is-suq ta’ ilma minerali naturali[13]], tistabbilixxi l-karatteristiċi ta’ l-ilma li jista’ jintuża fil-prodotti ta’ l-ikel. Għandha ssir referenza għalihom. ê 1601/91 premessa 9 (adattat) (10) Id-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-essenza li tintuża fil-prodotti ta’ l-ikel u fil-materja prima għall-produzzjoni tagħhom[14] tistabbilixxi definizzjonijiet għal diversi termini li jkollhom jintużaw b’rabta ma’ l-essenza. L-istess terminoloġija għandha tintuża f’dan ir-Regolament. ê 1601/91 premessa 10 (11) Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi dwar id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni għal xorb aromattizzat importat, waqt li ma jintesewx l-impennji tal-Komunità fir-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi terzi. ê 1601/91 premessa 11 (12) Sabiex tiġi mħarsa r-reputazzjoni ta’ xorb aromatizzat tal-Komunità fis-suq dinji, l-istess regoli għandhom jiġu estiżi għax-xorb esportati, minbarra fejn ikun hemm dispożizzjonijiet kuntrarji, waqt li jiġu meqjusa l-użanzi u l-prattiċi tradizzjonali. ò ġdid (13) Huwa xieraq li il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta’Ġunju 1999 li tistabliixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni[15]. (14) Għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni setgħat sabiex, b'mod partikolari ikun awtorizzat, f'ċertu każijiet u taħt ċertu kondizzjonijiet, l-użu ta' ċertu sustanzi u preparazzjonijiet, li jkunu deċiżi deskrizzjonijiet partikolari, li jkunu stabbiliti definizzjonijiet oħra minbarra dawk diġà previsti f'dan ir-Regolament, li jkunu ffissati proċessi għall-prodotti li qed jiġu mħejjija bil-għan li jinkiseb il-prodott finali, li jkunu adottati dispożizzjonijiet partikolari dwar l-użu tat-termini li jirrreferu għal ċertu karrateristiċi tal-prodott u r-regoli dwar tikkettjar ta' xorb aromatizzat f'kontenituri li m'humiex maħsuba għall-konsumatur aħħari, u li jitstabilixxu eċċezzjonijiet dwar xorb aromatizzat maħsub għall-esportazzjoni. Peress li dawn il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, dawn jeħtieġ li jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. ê 1601/91 (adattat) ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Dan ir-Regolament jistabilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromattizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti ta’ l-inbid aromattizzat, Ö hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjħa «xorb aromatizzat» Õ. ê 1601/91 Artikolu 2 1. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament: (a) inbid aromattizzat għandha tfisser: xarba: ê 2061/96 Art. 1(1)(i) (adattat) (i) miksuba minn prodott wieħed jew aktar ta’ l-inbid definiti fil-punti 5 u 12 sa 18 ta’ l-Anness I tar-Regolament Ö tal-Kunsill Õ (KE) Nru Ö 1493/1999[16] Õ, inklużi l-inbejjed ta’ kwalità magħmula f’reġjuni speċifiċi definiti fl-Artikolu Ö 54(1) u Õ (2) Ö ta’ l-imsemmi Õ Regolament u bl-eċċezzjoni ta’ l-inbid tal-mejda retsina, possibilment b’most ta’ l-għeneb miżjud u/jew most ta’ l-għeneb fl-istadju tal-fermentazzjoni; ê 1601/91 (adattat) ð ġdid (ii) li magħha jkun ġie miżjud l-alkoħol kif imsemmi f’Artikolu 3(d), Ö ta’ dan ir-Regolament Õ; (iii) li tkun ingħatat togħma bl-għajnuna Ö ta’ Õ: - sustanzi naturali li jagħtu togħma u/jew preparazzjonijiet naturali li jagħtu togħma kif spjegat f’Artikolu 1(2)(b) (i) u (ċ) tad-Direttiva 88/388/KEE. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet aktar restrittivi tal-paragrafu 2 Ö ta’ dan l-Artikolu Õ, l-użu ta’ sustanzi u preparazzjonijiet identiċi għal sustanzi u preparazzjonijiet naturali, kif spjegat f’Artikolu 1(2)(b)(ii) ta’ dik id-Direttiva, jistgħu jkunu awtorizzati f’ċerti każijiet u taħt ċerti kondizzjonijiet ð mill-Kummissjoni ï, skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 14 u/jew ê 1601/91 - ħwawar aromatiċi u/jew ħwawar oħra u/jew prodotti ta’ l-ikel li jagħtu togħma, ê 1601/91 (adattat) (iv) li ġeneralment il-ħlewwa tagħha tkun ġiet miżjuda u, mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 Ö ta’ dan l-Artikolu Õ, x’aktarx ikun ingħata lewn permezz tal-karamella; (v) li għandha qawwa alkoħolika attwali minima skond il-volum ta’ 14,5% vol jew aktar u qawwa alkoħolika massima attwali b’volum ta’ anqas minn 22% vol u qawwa alkoħolika totali minima b’volum ta’ 17,5% vol jew aktar; madankollu, għal dawk il-prodotti li, skond il-paragrafu 5 Ö ta’ dan l-Artikolu Õ, iġibu d-deskrizzjoni «sec» jew «sec ħafna», il-qawwa alkoħolika totali minima skond il-volum għandha tiġi stabbilita għal 16% vol u 15% vol rispettivament. ê 2061/96 Art. 1(1)(ii) (adattat) L-inbid u/jew most ta’ l-għeneb bil-fermentazzjoni mwaqqfa biż-żieda ta’ l-alkoħol, użati fil-preparazzjoni ta’ inbid aromatizzat għandhom ikunu preżenti fil-prodott finali fi proporzjon ta’ mhux inqas minn 75%. Minkejja l-Artikolu 5 Ö ta’ dan ir-Regolament Õ, il-qawwa alkoħolika minima u naturali skond il-volum tal-prodotti wżati għandha tkun dik stabbilità Ö fl-Anness V punt (Ċ)(2) Õ tar-Regolament (KE) Nru Ö 1493/1999 Õ. ê 1601/91 Id-deskrizzjoni «inbid aromattizzat» tista’ tinbidel b’«aperitif b’bażi ta’ nbid». L-użu tat-terminu «aperitif» f’din il-konnessjoni hija mingħajr preġudizzju għall-użu tat-terminu biex jiġu definiti prodotti li ma jaqgħux taħt dan ir-Regolament; (b) xorb b’bażi ta’ inbid aromattizat għandu jfisser: xarba: ê 2061/96 Art. 1(2) (adattat) (i) miksuba minn wieħed jew aktar mill-inbejjed definiti fil-punti 11 sa 13 u 15 sa 18 ta’ l-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru Ö 1493/1999 Õ, inklużi l-inbejjed ta’ kwalità magħmula f’reġjuni speċifikati u definiti fl-Artikolu Ö 54(1) u Õ (2) Ö ta’ l-imsemmi Õ Regolament u bl-eċċezzjoni ta’ nbejjed magħmula biż-żieda ta’ alkoħol u inbid tal-mejda tar-retsina, possibilment biż-żieda ta’ most ta’ l-għeneb u/jew most ta’ l-għeneb iffermentat parzjalment; ê 1601/91 (adattat) ð ġdid (ii) li tkun ingħatat togħma permezz Ö ta’ Õ: - sustanzi naturali li jagħtu togħma u/jew preparazzjonijiet naturali li jagħtu togħma u/jew sustanzi jew preparazzjonijiet identiċi għalihom kif definit f’Artikolu 1(2)(b) (i) u (ii) u (ċ) tad-Direttiva 88/388/KEE; l-użu ta’ sustanzi artifiċjali kif definiti f’Artikolu 1(2)(b) (iii) ta’ dik id-Direttiva jista’ jkun awtorizzat f’ċerti każijiet u taħt ċerti kondizzjonijiet ð mill-Kummissjoni ï, skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 14 u/jew - ħwawar aromatiċi u/jew ħwawar oħrajn u/jew prodotti ta’ l-ikel li jagħtu togħma; (iii) li l-ħlewwa tagħha tkun x’aktarx ġiet miżjuda; (iv) li magħha ma jkun ġie miżjud ebda alkoħol, bla ħsara għall-eċċezzjonijiet imsemmijia fid-definizzjoni tal-prodott mogħti f’dan ir-Regolament jew li dwarhom tkun ittieħdet deċiżjoni ð mill-Kummissjoni ï, skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 14 (v) li għandha qawwa alkoħolika attwali skond il-volum ta’ 7% vol jew aktar u anqas minn 14,5% vol. L-inbejjed użati fil-preparazzjoni ta’ xarba aromatizzata b’bażi ta’ nbid għandhom ikunu preżenti fil-prodott finali fi proporzjon ta’ mhux anqas minn 50%. Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 5 Ö ta’ dan ir-Regolament Õ, il-qawwa alkoħolika minima naturali skond il-volum tal-prodotti wżati għandha tkun dik stabbilita Ö fl-Anness V punt (Ċ)(2) Õ tar-Regolament (KE) Nru Ö 1493/1999 Õ; (ċ) cocktail aromatizzat magħmul minn prodott ta’ l-inbid għandu jfisser xarba: (i) miksuba minn inbid u/jew most ta’ l-għeneb; (ii) li ngħatat togħma bl-għajnuna Ö ta’ Õ: - sustanzi naturali li jagħtu togħma u/jew preparazzjonijiet identiċi għalihom kif definit f’Artikolu 1(2)(b) (i) Ö u Õ (ii) u (ċ) tad-Direttiva 88/388/KEE; l-użu ta’ sustanzi artifiċjali kif spjegat f’Artikolu 1(2)(b) (iii) ta’ dik id-Direttiva jista’ jkun awtorizzat f’ċerti każijiet u taħt ċerti kondizzjonijiet ð mill-Kummissjoni ï. skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 14 u/jew - ħwawar aromatiċi u/jew ħwawar oħrajn u/jew prodotti ta’ l-ikel li jagħtu t-togħma, (iii) li x’aktarx il-ħlewwa tagħha tkun ġiet miżjuda u li x’aktarx ikunu ngħataw il-kulur; (iv) li magħha ma jkun ġie miżjud ebda alkoħol; (v) li għandha qawwa alkoħolika attwali skond il-volum ta’ inqas minn 7 % vol. L-inbid u/jew most ta’ l-għeneb użat fil-preparazzjoni ta’ cocktail aromatizzat magħmul minn prodotti ta’ l-inbid għandu jkun preżenti fil-prodott finali fi proporzjon ta’ mhux anqas minn 50%. Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 5, il-qawwa alkoħolika naturali minima skond il-volum tal-prodotti wżati għandha tkun dik stabbilita Ö fl-fl-Anness V punt (Ċ)(2) Õ tar-Regolament (KE) Nru Ö 1493/1999 Õ. ð Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi ï skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 14 dwar deskrizzjonijiet speċifiċi skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 13 Ö (2) ta’ dan ir-Regolament Õ. L-użu tat-terminu «cocktail» f’din il-konnessjoni huwa mingħajr preġudizzju għall-użu tiegħu sabiex jiġu definiti prodotti li ma jaqgħux taħt dan ir-Regolament. ò ġdid Il-miżuri msemmija f'punt a), l-ewwel paragrafu f'punt (iii), l-ewwel inċiż; f'punt (b), fl-ewwel paragrafu , punt (ii), l-ewwel inċiż; f'punt (b), l-ewwel pargarafu ta' punt (iv); f'punt (ċ), l-ewwel paragrafu f'punt (ii), l-ewwel inċiż; u fit-tielet paragrafu f'punt (ċ), biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(4) ta' dan ir-Regolament. ê 1601/91 2. Definizzjoni tad-diversi kategoriji ta’ nbid aromattizzat li d-deskrizzjoni tiegħu tista’ tissostitwixxi «inbid aromattizzat»: (a) Vermut : inbid aromattizzat li magħmul mill-inbid kif imsemmi fil-paragrafu 1(a), li t-togħma karatteristika tiegħu tkun miksuba mill-użu ta’ sustanzi derivati approprjati, b’mod partikolari ta’ l-ispeċi Artemisia, li jridu jintużaw dejjem; il-ħlewwa ta’ din ix-xarba tista’ tiġi miżjuda biss permezz ta’ zokkor ikkaramelizzat, sukrożju, most ta’ l-għeneb, most ta’ l-għeneb ikkonċentrat u rettifikat u most ta’ l-għeneb konċentrat; (b) Inbid morr aromatizzat : inbid aromattizzat b’togħma karrateristika morra. Id-deskrizzjoni «inbid aromattizzat morr» għandha tkun segwita bl-isem tas-sustanza prinċipali li tagħti t-togħma morra, mingħajr preġudizzju għal Artikolu 8(3). L-espressjonijiet li ġejjin, jew espressjonijiet ekwivalenti f’lingwi uffiċjali oħra tal-Komunitajiet, jistgħu jintużaw biex jissuplimentaw jew ibiddlu din id-deskrizzjoni: - Inbid «Quinquina», fejn it-togħma prinċipali hija togħma naturali ta’ kinina, - «Vino morr», fejn it-togħma prinċipali hija togħma naturali ta’ ġenzjana u x-xarba ġiet kkulurita b’sustanza tal-kulur awtorizzata safra jew ħamra; l-użu tal-kelma «morr» f’din il-konnessjoni għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-użu tiegħu biex jiġu definiti prodotti li ma’ jaqgħux fl-ambitu ta’ l-iskop ta’ dan ir-Regolament, - «Americano», meta t-togħma hija dovuta għall-presenza ta’ sustanzi li jagħtu togħma naturali ġejjin mill-assenzju u l-ġenzjana u x-xarba tkun ġiet kulurita b’sustanza tal-kulur awtorizzata safra jew ħamra; (ċ) inbid aromattizzat b’bażi ta’ bajd : Inbid aromattizzat li miegħu jkunu ġew miżjuda l-isfar tal-bajd ta’ kwalità tajba jew il-kuntratti minnu u li għandu kontenut ta’ zokkor mogħti bħala zokkor invers jew aktar minn 200 gramm u kontenut ta’ abjad tal-bajd minimu ta’ 10 grammi kull litru ta’ prodott lest. It-terminu «cremovo» jista’ jakkompanja it-terminu «inbid b’bażi ta’ bajd aromatizzat» meta l-inbid bħal dan jikkonsisti f’inbid Marsala fi proporzjon ta’ mhux anqas minn 80%. It-terminu «cremovo zabaione» jista’ jakkumpanja t-terminu «inbid b’bażi ta’ bajd aromattizzat» meta l-inbid bħal dan ikun jikkonsisti f’inbid Marsala fi proporzjon ta’ mhux anqas minn 80% u jkollu kontenut ta’ l-abjad tal-bajd ta’ mhux anqas minn 60 gramma kull litru; ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1994, Art. 29 u Anness I, p. 127 (d) Väkevä viiniglögi/Starkvinsglögg : L-Inbid aromatiżżat li kien ġie ippreparat minn inbid li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1(a), li t-togħma karatteristika tiegħu hija akkwistata bl-użu ta' msiemer tal-qronfol u/jew kannella li għandhom dejjem ikunu wżati flimkien ma' ħwawar oħra; dan ix-xorb jista' jiġi adolċit skond l-Artikolu 3(a). ê 1601/91 (adattat) 3. Definizzjonijiet tad-diversi kategoriji ta’ xorb aromatizzat b’bażi ta’ nbid li d-deskrizzjoni tiegħu tista’ tissostitwixxi d-deskrizzjoni «xorb b’bażi ta’ nbid aromattizzat» fl-Istat Membru ta’ produzzjoni, Ö jew tista’ Õ tintuża biex jissuplimenta «xarba bbażata fuq inbid aromattizzat» fl-Istati Membri l-oħra: ê 3279/92 Art. 1(1) (a) Sangria : xarba miksuba mill-inbid: (i) aromatizzata biż-żieda ta’ estratti jew essenzi tal-frott taċ-ċitru naturali; (ii) bil-meraq ta’ dan il-frott jew mingħajr; (iii) possibbilment: - miżjuda bil-ħwawar, - biz-zokkor, - bil-CO2; (iv) u li jkollu qawwa ta’ alkoħol akkwistata skond il-volum ta’ inqas minn12% vol. ê 1601/91 Ix-xarba tista’ tikkonsisti f’partiċelli solidi ta’ polpa tal-frott taċ-ċitru jew qoxra u l-kulur tagħha irid jiġi esklussivament mill-materja prima wżata. Id-deskrizzjoni «Sangria» trid tkun akkompanjata bil-kliem «magħmul…» segwiti bl-isem ta’ l-Istat Membru ta’ produzzjoni jew ta’ reġjun aktar ristrett ħlief meta l-prodott jkun magħmul fi Spanja jew fil-Portugal. Id-deskrizzjoni «Sangria» tista’ tissostitwixxi d-deskrizzjoni «xarba b’bażi ta’ nbid aromattizzat» meta x-xarba hija tkun magħmula fi Spanja jew fil-Portugal; (b) Clarea : xarba magħmula minn inbid abjad taħt l-istess kundizzjonijiet bħal f’(a). Id-deskrizzjoni «Clarea» għandha tkun akkumpanjata bil-kliem «magħmul …» segwiti bl-isem ta’ l-Istat Membru ta’ produzzjoni jew ta’ reġjun aktar ristrett għajr meta l-prodott jkun magħmul Spanja. Id-deskrizzjoni «Clarea» tista tissostitwixxi d-deskrizzjoni «xarba b’bażi ta’ nbid aromatizzat» biss meta x-xarba tkun manifatturata Spanja; (ċ) Zurra : xarba magħmula biż-żieda ta’ brandi jew xorb alkoħoliku mill-inbid kif spjegat fir-Regolament (KEE) Nru 1576/89[17] max-xorb spjegat f’(a) u (b), possibilment biż-żieda ta’ biċċiet tal-frott. Il-qawwa alkoħolika attwali skond il-volum għandha tkun ta’ 9% vol jew aktar u anqas minn 14 % vol; (d) Soda morra : xarba aromattizzata miksuba minn vino morr li l-kontenut tiegħu fil-prodott finali ma jridx ikun anqas minn 50% skond il-volum, b’CO2 jew ilma bil-gass miżjud u possibilment l-istess sustanzi koloranti bħal vino morr. Il-qawwa alkoħolika attwali skond il-volum għandha tkun ta’ 8% jew aktar u anqas minn 10,5% vol. L-użu tal-kelma «morr» f’dan il-kuntest għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-użu tagħha fid-definizzjoni ta’ prodotti li ma jaqgħux fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament; ê 3279/92 Art. 1(2) (e) Kalte Ente : xarba aromatizzata b’bażi ta’ inbid, miksuba bit-taħlita ta’ inbid semi-spumanti jew inbid semi-spumanti bil-CO2 miżjud ma’ inbid spumanti jew inbid spumanti miżjud bil-CO2, u biż-żieda ta’ sustanzi jew estratt ta’ lumi naturali. Il-prodott finali għandu jkun fih mhux anqas minn 25 % bil-volum ta’ inbid spumanti jew inbid spumanti bis-CO2 miżjud; ê 1601/91 è1 2061/96 Art. 1(4)(ii) (f) Gluehwein : è1 xarba aromatizzata miksuba esklussivament minn inbid aħmar jew abjad, imħawwra l-aktar biċ-ċikwejra u/jew imsiemer tal-qronfol; mingħajr preġudizzju għall-kwantitajiet ta’ ilma li jirriżultaw mill-Artikolu 3(a), iż-żieda ta’ l-ilma hija projbita. ç Meta tkun saret minn inbid abjad, mad-deskrizzjoni tal-bejgħ «Gluehwein» għandu jkun hemm il-kliem «inbid abjad»; ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1994, Art. 29 u Anness I, p. 127 è1 2061/96 Art. 1(4)(iii) (g) Viiniglögi/Vinglögg è1 xarba aromatika miksuba esklussivament minn inbid aħmar jew abjad, imħawwra l-aktar biċ-ċikwejra u/jew bl-imsiemer tal-qronfol. ç Meta dan ikun ġie ippreparat minn inbid abjad, id-deskrizzjoni kummerċjali «Viiniglögi/Vinglögg» għandha tkun issuplimentata bil-kliem «inbid abjad»; ê 1601/91 (h) Maiwein : xarba aromattizzata magħmula minn inbid miżjud bi tal-ispeċi asperula odorata jew estratti minnhom sabiex tiġi żgurata togħma li fil-predominanza tagħha tkun ta’ l-asperula odorata; (i) Maitrank : xarba aromattizzata magħmula minn inbid abjad xott li fih il-pjanti ta’ l-asperula odorata ikunu ġew ikmaċerati jew li magħhom ikunu ġew miżjuda estratti ta’ l-asperula odorata, b’żieda ta’ larinġ u/jew frott ieħor, possibilment fil-forma ta’ meraq, konċentrat jew estratti, b’massimu ta’ 5% zokkor li jagħti l-ħlewwa. ê Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005, Art. 16 u Anness III, punt 2.2, p. 234 (j) Pelin : xarba aromatizzata bbażata fuq l-inbid prodotta minn inbid abjad jew aħmar, konċentrat ta' most ta' l-għeneb, ġulepp ta' l-għeneb (jew zokkor tal-pitravi) u traċċa speċifika ta' ħxejjex, li għandha saħħa alkoħolika ta' mhux inqas minn 8.5% bil volum, kontenut ta' zokkor espress f'zokkor mibdul ta' 45-50 gramma kull litru, u aċidità totali ta' mhux inqas minn 3 grammi kull litru espressa f'aċidu tartariku. ê 1601/91 (adattat) ð ġdid Definizzjonijiet oħra għandhom jiġu adottati ð mill-Kummissjoni. ï skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 14 ð Il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13 (4). ï 4. Definizzjoni tal-kategoriji ta’ cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti ta’ l-inbid li d-deskrizzjoni tagħhom tista tissostitwixxi d-deskrizzjoni «cocktail aromatizzat magħmul mill-prodotti ta’ l-inbid» fl-Istat tal-produzzjoni Ö jew tista’ Õ tintuża biex tissuplimenta «cocktail aromatizzat magħmul mill-prodotti ta’ l-inbid» fl-Istati Membri l-oħra: (a) « Cocktail aromatizzat b’bażi ta’ inbid »: Xarba aromatizzata li fiha: (i) il-proporzjon ta’ most ta’ l-għeneb ikkonċentrat ma jistax jaqbeż l-10% tal volum totali tal-prodott finali; (ii) il-kontenut ta’ zokkor, mogħti bħala zokkor invers, huwa anqas minn 30 gramma kull litru; (b) Cocktail aromatizzat b’bażi ta’ għeneb bi ftit gass : xarba: (i) magħmula esklussivament minn most ta’ l-għeneb; (ii) il-qawwa alkoħolika attwali b’volum li huwa anqas minn 4% vol; (iii) li tikkonsisti f’karbonju diossidu miksub essklussivament mill-fermentazzjoni tal-prodotti wżati. Għandhom jiġu adottati definizzjonijiet oħra ð mill-Kummissjoni. ï skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 14 ð Il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13 (4). ï 5. Id-deskrizzjonijiet msemmija fil-paragrafi 1(a) u (b), 2 u 3 jistgħu jinkludu wkoll id-dettalji li ġejjin, bil-kontenut ta’ zokkor indikat fis-subparagrafu rispettiv mogħti bħala zokkor invers: (a) «sec ħafna»: fil-każ ta’ prodotti b’kontenut ta’ zokkor ta’ anqas minn 30 gramma kull litru; (b) «sec»: fil-każ ta’ prodotti b’kontenut ta’ zokkor ta’ anqas minn 50 gramma kull litru; (ċ) «ftit sec»: fil-każ ta’ prodotti b’kontenut ta’ zokkor ta’ bejn il-50 u 90 gramma kull litru; (d) «ftit ħelu»: fil-każ ta’ prodotti b’kontenut ta’ zokkor ta’ bejn 90 u 130 gramma kull litru; (e) «ħelu»: fil-każ ta’ prodotti b’kontenut ta’ zokkor ta’ aktar minn 130 gramma kull litru. It-termini «ftit ħelu» u «ħelu» jistgħu jkunu sostitwiti b’indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor, mogħtija fi grammi ta’ zokkor invers għal kull litru. 6. Meta d-deskrizzjoni ta’ bejgħ ta’ xorb b’bażi ta’ inbid aromattizzat tinkludi t-terminu «bil-gass», il-kwantità ta’ nbid bil-gass użat ma tistax tkun anqas minn 95%. 7. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċeduri stabbiliti f’Artikolu Ö 13(3) Õ. Artikolu 3 Definizzjonijiet sussidjarji Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament: (a) «tingħata l-ħlewwa» għandha tfisser: l-użu ta’ wieħed jew aktar mill-prodotti li ġejjin fil-preparazzjoni ta’ xorb aromatizzat Ö jew ta’ sustanzi oħrajn li għanhom l-istess effett Õ: - zokkor ftit abjad, - zokkor abjad, - zokkor abjad irfinat, - destrożju, - fruttożju, - ġulepp tal-glukożju, - zokkor likwidu, - zokkor likwidu invers, - ġulepp taz-zokkor invers, - most ta’ l-għeneb rettifikat u konċentrat, - most ta’ l-għeneb konċentrat, - most ta’ l-għeneb frisk, - zokkor maħruq Ö jiġifieri il-prodott miksub esklussivament mit-tisħin ikkontrollat tas-sukrożju mingħajr ebda bażi, aċidi minerali jew adittivi kimiċi oħra Õ, - għasel, - ġulepp tal-ħarrub; (b) «tingħata togħma» tfisser: l-użu ta’ wieħed jew aktar mis-sustanzi li jagħtu t-togħma definiti f’Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 88/388/KEE u/jew ħwawar aromatizzati u/jew ħwawar oħra u/jew prodotti ta’ l-ikel li jagħtu togħma fil-preparazzjoni ta’ xorb aromatizzat Ö fejn iż-żieda ta’ sustanzi bħal dawn tagħti lill-prodott finali karratteristiċi organolettiċi minbarra dawk ta’ l-inbid Õ. (ċ) «jingħata l-kulur» tfisser: l-użu ta’ sustanza koloranti waħda jew aktar fil-preparazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati jew cocktails aromatizzati magħmula mill-inbid; (d) «żieda ta’ alkoħol» tfisser: l-użu ta’ wieħed jew aktar mill-prodotti li ġejjin Ö li jikkonformaw mal-karatteristiċi stabbiliti mid-dispożizzjonijiet Komunitarji Õ fil-preparazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati u, fejn ikun approprjat, xorb b’bażi ta’ nbid aromatizzat: - alcoħol etile li joriġina mill-vitikultura Ö li jikkonforma mal-karatteristiċi stabbiliti fl-Anness I Õ, - alkoħol ta’ l-inbid jew alkoħol ta’ l-għeneb imqadded, - alkoħol etile ta’ oriġini agrikola Ö li jikkonforma mal-karatteristiċi stabbiliti fl-Anness I Õ, - distillat ta’ l-inbid jew distillat ta’ l-għeneb imqadded, - distillat ta’ oriġini agrikola, - alkoħol mill-inbid jew alkoħol mill-karfa ta’ l-għeneb magħsur, - alkoħol ta’ l-għeneb imqadded; (e) «qawwa alkoħolika attwali skond il- volum» tfisser: in-numru ta’ volumi ta’ alkoħol pur f’20 °C li jkun jinsab f’100 volum tal-prodott bl-istess temperatura; (f) «qawwa alkoħolika potenzjali skond il-volum» tfisser: in-numru ta’ volumi ta’ alkoħol pur f’20 °C li jinħalqu mill-fermentazzjoni totali taz-zokkor li jinsab f’100 volum tal-prodott fl-istess temperatura; (ġ) «qawwa alkoħolika totali skond il-volum» tfisser: it-total tal-qawwa attwali u dik potenzjali skond il-volum; (ħ) «qawwa alkoħolika naturali skond il-volum» tfisser: il-qawwa alkoħolika totali skond il-volum tal-prodott qabel kull arrikkament. Artikolu 4 1. Għax-xarbiet Ö aromatizzati Õ imsemmija f’dan ir-Regolament il-lista ta’ ikel awtorriżat żjidiet, id-direzzjonijiet għall-użu tagħhom u l-prodotti kkonċernati ser ikunu determinati skond il-proċedura mniżżla f’Direttiva Ö tal-Kunsill Õ 89/107/KEE[18]. 2. Għall-preparazzjoni ta’ xorb Ö aromatizzat Õ, iż-żieda ta’ ilma, possibilment iddistillat jew demineralizzat, għandha tkun awtorizzata sakemm il-kwalità ta’ l-ilma tkun konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond id-Direttivi [80/777/KEE] u Ö 98/83/KE Õ u l-ilma miżjud ma jbiddilx in-natura tax-xarba. 3. L-alkoħol etile wżat biex jiddilwa u jdewweb is-sustanzi koloranti, is-sustanzi li jagħtu togħma jew kull addittivi awtorizzati oħra wżati fil-preparazzjoni Ö ta’ xorb aromatizzat Õ jridu jkunu ta’ oriġini agrikola u jridu jintużaw fid-doża li hija strettament neċessarja biex jiġu dilwiti jew imdewba s-sustanzi koloranti, is-sustanzi li jagħtu togħma jew kull addittivi oħra awtorizzati. 4. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati, inklużi l-metodi li għandhom jintużaw għall-analiżi tal-prodotti li jaqgħu taħt dan ir-Regolament, skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 13 Ö (2) Õ. ê 2061/96 Art. 1(6) (adattat) ð ġdid Artikolu 5 1. Il-proċessi u l-prattiċi enoloġiċi stabbiliti skond ir-Regolament (KE) Nru Ö 1493/1999 Õ għandhom japplikaw għall-inbejjed u l-most li huma inklużi fil-komposizzjoni Ö xorb aromatizzat Õ. 2. Il-proċessi għall-prodotti li jkunu qegħdin jiġu mħejjija sabiex jinkisbu wieħed mill-prodotti finali msemmija f’dan ir-Regolament għandhom jiġu stabbiliti ð mill-Kummissjoni. ï skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 14. ð Il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13 (4). ï ê 1601/91 (adattat) Artikolu 6 1. L-użu tad-deskrizzjonijiet msemmija f’Artikolu 2 u f’dan l-Artikolu għandhom ikunu ristretti għax-xorb msemmi fihom, waqt li jitqiesu r-rekwiżiti stabbiliti f’Artikolu 2 u 4. Dawn id-deskrizzjonijiet għandhom jintużaw sabiex jiġi deskritt l-imsemmi xorb fil-Komunità. Ix-xorb li ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti għax-xorb definit f’Artikolu 2 ma jistax iġib d-deskrizzjonijiet assenjati għal-dawn ta’ l-aħħar fl-imsemmi Artikolu. 2. Id-deskrizzjonijiet ġeografiċi elenkati f’Anness II jistgħu jissostitwixxu d-deskrizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 jew iżidu magħhom, b’mod li jiffurmaw deskrizzjonijiet imżewwqa. Dawn id-deskrizzjonijiet ġeografiċi għandhom ikunu riżervati għal xorb li matul l-istadju tal-produzzjoni ikunu akkwistaw il-karattru u l-kwalitajiet definittivi tagħhom fiż-żona ġeografika indikata, sakemm il-konsumatur ma jiġix mqarraq fir-rigward tal-materja prima wżata. 3. Id-deskrizzjonijiet ta’ bejgħ imsemmija fil-paragrafu 1 ma jistgħux jiġu miżjuda bl-attribuzzjonijiet ġeografiċi awtorizzati għall-prodotti ta’ l-inbid. 4. L-Istati Membri jistgħu japplikaw regoli nazzjonali speċifiċi dwar il-produzzjoni, il-moviment ġewwa Stat Membru, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tax-xorb imsemmi f’Anness II fabbrikat fit-territorji tagħhom, kemm-il darba dawn ir-regoli jkunu kumpattibbli mal-liġi Komunitarja. Artikolu 7 1. Id-deskrizzjoni tal-bejgħ ta’ xorb aromattizzat li jikkonsisti fi prodotti ta’ l-inbid u sustanzi li jagħtu togħma b’qawwa alkoħolika minima skond il-volum ta’ 1,2 % vol li ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament m’għandu jinkludi ebda referenza għal prodotti tas-settur ta’ l-inbid. 2. Xorb aromatizzat li ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament ma jistax jiġi preżentat għall-bejgħ għall-konsum tal-bniedem b’tali mod li jiġu assoċjati kliem jew frażijiet «bħal xorta», «tip», «stil», «għamla», «togħma» jew kull indikazzjoni oħra simili ma’ xi waħda mid-deskrizzjonijiet imsemmija f’dan ir-Regolament. 3. Sa mhux aktar tard Ö mis-17 ta’ Diċembru 1991 Õ, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill proposta approprjata dwar ix-xorb aromatizzat li jkun fih prodotti tas-settur ta’ l-inbid, li jsir permezz taż-żieda ta’ l-alkoħol u li ma jaqax taħt dan ir-Regolament. L-użu tal-kliem użat biex jiddeskrivi xorb magħruf bħala «wine cooler» għandu jkun awtorizzat għal xorb bħal dan sakemm il-Kunsill ikun ħa deċiżjoni dwar il-proposta hawn fuq imsemmija. Artikolu 8 1. Minbarra li jridu jikkonformaw mar-regoli nazzjonali adottati skond id-Direttiva Ö 2000/13/KE Õ, it-tikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tax-xorb Ö aromatizzat Õ imsemmi f’Artikolu 2 għandu jikkonforma ma’ dan l-Artikolu. 2. Id-deskrizzjoni tal-bejgħ Ö tax-xorb aromatizzat Õ imsemmij f’Artikolu 2 għandha tkun waħda mid-deskrizzjonijiet li għandhom jintużaw esklussivament għal prodotti bħal dawn taħt Artikolu 6. 3. Id-deskrizzjonijiet imsemmija f’Artikolu 2 jistgħu jiġu miżjuda b’referenza għas-sustanza prinċipali li tagħti togħma wżata. 4. Meta l-alkoħol użat fil-manifaturra tax-xorb Ö aromatizzat Õ li jaqa’ taħt dan ir-Regolament jkun joriġina minn materja prima waħda biss (per eżempju, alkoħol ta’ l-inbid biss, alkoħol tal-molassi jew alkoħol tal-qamħa), ix-xorta ta’ alkoħol tista tiġi indikata fuq it-tikketta. Jekk l-alkoħol jkun joriġina minn iktar minn materja prima waħda, ebda indikazzjoni speċjali marbuta max-xorta ta’ alkoħol m’għandha tidher fuq it-tikketta. L-alkoħol etile wżat fil-preparazzjoni ta’ xorb li jaqa’ taħt dan ir-Regolament sabiex jiġu dilwiti jew imdewwba s-sustanzi koloranti, is-sustanzi li jagħtu togħma jew kull addittivi awtorizzati oħra m’għandux jitqies bħala ingredjent. ê 3279/92 Art. 1(3) (adattat) 5. Ö Ix-xorb aromatizzat Õ fil-fliexken imsemmi f’dan ir-Regolament ma jistax jiġi maħżun bil-għan li jinbiegħ jew jitpoġġa fuq is-suq f’reċipjenti b’mekkaniżmi ta’ għeluq mgħottija b’kapsuli jew fojl b’bazi ta’ ċomb. Madanakollu, il-bejgħ ta’ Ö xorb aromatizzat Õ fil-fliexken li qabel Ö l-1 ta’ Jannar 1993 Õ kellhom kapsuli bħal dawn jew fojl għandu jitħalla jsir sakemm jispiċċaw il-ħażniet. ê 1601/91 (adattat) ð ġdid 6. Id-deskrizzjonijiet ġeografiċi msemmija f’Anness II ma jistgħux jinqalbu f’lingwa oħra. 7. Id-dettalji msemmija f’dan ir-Regolament għandhom jingħataw f’lingwa uffiċjali waħda jew iżjed tal-Komunità b’tali mod illi l-konsumatur aħħari jkun jista’ jifhem kull parti, ħlief jekk ix-xerrejja jingħataw dan it-tagħrif permezz ta’ mezzi oħra. 8. Fil-każ ta’ xorb li joriġina minn pajjiżi terzi, l-użu ta’ lingwa uffiċjali tal-pajjiż terz fejn sar il-prodott għandu jkun awtorizzat jekk id-dettalji msemmija f’dan ir-Regolament jingħataw ukoll f’lingwa uffiċjali tal-Komunità b’tali mod illi l-konsumatur aħħari jkun jista’ jifhem malajr kull parti. 9. Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 12, fil-każ ta’ xorb li joriġina mill-Komunità u li huwa maħsub għall-esportazzjoni, id-dettalji msemmija f’dan ir-Regolament jistgħu jiġu repetuti f’lingwa oħra; dan ma japplikax għad-deskrizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 6. 10. Fil-każ tax-xorb imsemmi f’Artikolu 2, dan li ġej jista’ jiġi stabbilit ð mill-Kummissjoni ï skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 14. (a) id-dispożizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-użu tat-termini li jirreferu għal ċerti karatteristiċi tal-prodott, bħall-istorja tiegħu jew il-metodu kif dan ikun sar; (b) ir-regoli li jirregolaw l-ittikettjar ta’ Ö xorb aromatizzat Õ f’kontenituri li m’humiex maħsuba għall-konsumatur aħħari. ò ġdid Il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13 (4). ê 1601/91 (adattat) Artikolu 9 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jagħmlu ċert li d-dispożizzjonijiet Komunitarji li għandhom x’jaqsmu ma x-xorb aromatizzat jiġu mħarsa. Huma għandhom jaħtru aġenzija waħda jew iżjed sabiex jissorveljaw il-konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet. Fil-każ tax-xorb elenkat f’Anness II, tista’ tittieħed deċiżjoni skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 13 Ö (2) Õ illi din is-sorveljanza u l-protezzjoni titwettaq, għall-iskopijiet ta’ moviment fil-Komunità, permezz ta’ dokumenti kummerċjali vverifikati permezz ta’ l-amministrazzjoni u ż-żamma ta’ reġistri approprjati. 2. Fir-rigward tax-xorb elenkat f’Anness II li jiġi esportat, tista’ tiġi stabbilita sistema ta’ dokumenti ta’ awtentikazzjoni sabiex jiġu eliminati prassi qarrieqa u falsifikazzjonijiet skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 13 Ö (2) Õ. Jekk is-sistema msemmija fl-ewwel subparagrafu ma tiġix introdotta, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw is-sistemi ta’ awtentikazzjoni tagħhom, sakemm dawn ikunu konformi mar-regoli Komunitarji. 3. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta il-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet Komunitarji fis-settur , tax-xorb aromatizzat , b’mod partikolari fir-rigward ta’ kontrolli u relazzjonijiet bejn il-korpi kompetenti ta’ l-Istati Membri. 4. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati dwar il-komunikazzjoni u t-tixrid ta’ din l-informazzjoni skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 13 Ö (2) Õ. Artikolu 10 Sabiex ikun jista’ jiġi preżentat għall-bejgħ għall-konsum tal-bniedem, ix-xorb importat li huwa definit minn dan ir-Regolament u li jġib attribuzzjoni ġeografika jista’, bla ħsara għall-arranġamenti reċiproċi, jikkwalifika għas-sorveljanza u l-protezzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 9(1). L-ewwel subparagrafu għandu jiġi implimentat permezz ta’ diversi ftehim negozjati u konklużi mal-pajjiżi terzi nvoluti skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu Ö 133 Õ tat-Trattat. Ir-regoli ta’ implimentazzjoni u l-lista ta’ prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu Ö 13(3). Õ ê 3378/94 Art. 1(2) (adattat) Artikolu 11 1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-persuni interessati jkunu jistgħu jwaqqfu, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'Artikoli 23 u 24 tal-Ftehim dwar Aspetti li għandhom x'jaqsmu mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Proprjetà IntellettwaliÖ [19] Õ, l-użu ġewwa l-Komunità ta' deskrizzjoni ġeografika li tidentifika prodotti li jaqgħu taħt dan ir-Regolament għal prodotti li ma joriġinawx fil-post li għalih issir referenza fl-isem ġeografiku in kwestjoni, inklużi każijiet meta l-oriġini attwali tkun indikata jew metad-deskrizzjoni ġeografika tingħata fi traduzzjoni jew tkun akkumpanjata b'espressjonijiet bħal «xorta», «tip», «stil», «imitazzjoni» jew oħrajn. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, «deskrizzjoni ġeografika» għandha tfisser kull indikazzjoni li tidentifika prodott bħala li joriġina fit-territorju ta' pajjiż terz li huwa membru ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, jew f'reġjun jew lokalità ta' dak it-territorju, meta xi karatteristika speċjali tal-kwalità, tar-reputazzjoni jew xi karatteristika speċifika oħra ta' dan il-prodott jistgħu essenzjalment jiġu attribwiti għal dan l-oriġini ġeografiku. 2. Il-paragrafu 1 għandu japplika minkejja Artikolu 11 u d-dispożizzjonijiet l-oħra tal-leġislazzjoni Komunitarja li jistabbilixxu regoli dwar id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt dan ir-Regolament. 3. Fejn ikun meħtieġ, għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu, b'mod konformi mal-proċedura stabbilità f'Artikolu Ö 13(3) Õ. ê 1601/91 (adattat) ð ġdid Artikolu 12 Minbarra fil-każ ta’ eċċezzjonijiet li għandhom jiġu deċiżi ð mill-Kummissjoni ï skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 14, ix-xorb aromatizzat Ö maħsub Õ għall-esportazzjoni għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. ð Il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13 (4). ï ê 1882/2003 Art. 2 u Anness II pt. 6 (adattat) Artikolu 13 1. Ö Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Õ Kumitat ta' l-Implementazzjoni tax-Xorb referut f'dan ir-Regolament , minn hawn ‘il quddiem referut bħala «il-Kumitat». 2. Ir-Regolament (KEE) Nru 1601/91 hu mħassar. 2. Meta ssir referenza għal dan Ö il-paragrafu Õ, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu applikabbli, wara li jkunu meqjusa d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 4 (3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu ta' xahar wieħed. ê 1882/2003 Art. 3 u Anness III, pt. 23 (adattat) 3. Meta ssir referenza għal dan Ö il-paragrafu Õ, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu applikabbli, wara li jkunu meqjusa d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perijodu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur. ò ġdid 4. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jkunu meqjusa d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. ê 1601/91 (adattat) Ö 5. Õ Il-kumitat jista’ jikkonsidra kull mistoqsija oħra mibgħuta lilu mill-president tiegħu, jew fuq l-inizzjattiva tiegħu stess jew fuq talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru. Ö Artikolu 14 Õ Ö Ix-xorb aromatizzat li jkun laħaq sar u ġie ttikkettjat qabel is-17 ta’ Diċembru jista’ jinbiegħ sakemm jispiċċaw il-ħażniet. Õ ê Artikolu 15 Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV. ê 1601/91 (adattat) Artikolu 16 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ Ö fl-għoxrin Õ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali Ö ta’ l-Unjoni Ewropea Õ . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, [...] Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [...] [...] ê 1601/91 ANNESS I Karatteristiċi ta’ alkoħol etile kif imsemmija f’Artikolu 3(d) 1. Karateristiċi organolettiċi: | Ebda togħma ma nstabet minbarra dik tal-materja prima | 2. Qawwa alkoħolika minima skond il-volum: | 96,0% vol | 3. Livell massimu ta’ fdalijiet | Aċidità totali mogħtija fi g ta’ aċtu aċetiku għal kull hl ta’ alkoħol ta’100% vol: | 1,5 | Esteri mogħtija fi g ta’ etile aċetat għal kull hl ta’ alkoħol ta’ 100% vol: | 1,3 | Aledhydes mogħtija fi g ta’ acetaldehyde għal kull hl ta’ alkoħol 100% vol: | 0,5 | Alkoħol ogħla mogħtija fi g ta’ metil-2 propanol-1 għal kull hl ta’ alkoħol ta’ 100% vol: | 0,5 | Methanol mogħti fi g għal kull hl ta’ alkoħol ta’ 100%- vol: | 50 | Estratt niexef mogħti fi g għal kull hl ta’ alkoħol ta’ 100% vol: | 1,5 | Bażi volatili li jkun fihom in-nitroġenu mogħtija fi g ta’ nitroġenu għal kull hl ta’ alkoħol ta’ 100% vol: | 0,1 | Furfural: | Ma jistax jinstab | _______________ L-ANNESS II Xorb aromattizzat ibbażati fuq prodotti ta’ l-inbid deskrizzjonijiet ġeografiċi msemmija f’Artikolu 6(2) Nuernberger Glühwein ê 2061/96 Art. 1(7) Thüringer Glühwein ê 1601/91 Vermouth de Chambéry Vermouth di Torino _______________ é ANNESS III Regolament imħassar flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tiegħu Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 (ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1) | Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3279/92 (ĠU L 327, 13.11.1992, p. 1) | Anness I, punt V.B.VII.8, Att ta' Adeżjoni 1994 (ĠU L 241, 29.8.1994, p. 125) | Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 3378/94 (ĠU L 366, 31.12.1994, p. 1) | L-Artikolu 1(2) biss | Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2061/96 (ĠU L 277, 30.10.1996, p. 1) | Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1) | L-Anness II punt 6 u l-Anness III punt 23 | Anness III, punt 2.2, Att ta' Adeżjoni 2005 (ĠU L 157, 21.6.2005, p. 234) | _____________ ANNESS IV Tabella Ta’ Korrelazzjoni Regolament (KEE) Nru 1601/91 | Dan ir-Regolament | Artikolu 1 | Artikolu 1 | Artikolu 2(1) kliem ta’ introduzzjoni | Artikolu 2(1) kliem ta’ introduzzjoni | Artikolu 2(1)(a), kliem ta’ introduzzjoni | Artikolu 2(1)(a) kliem ta’ introduzzjoni | Artikolu 2(1)(a) l-ewwel inċiż | Artikolu 2(1)(a)(i) | Artikolu 2(1)(a) it-tieni inċiż | Artikolu 2(1)(a)(ii) | Artikolu 2(1)(a) it-tielet inċiż | Artikolu 2(1)(a)(iii) | Artikolu 2(1)(a) ir-raba’ inċiż | Artikolu 2(1)(a)(iv) | Artikolu 2(1)(a) il-ħames inċiż | Artikolu 2(1)(a)(v) | Artikolu 2(1)(a) sentenzi ta’ l-aħħar | Artikolu 2(1)(a) sentenzi ta’ l-aħħar | Artikolu 2(1)(b) kliem ta’ introduzzjoni | Artikolu 2(1)(b) kliem ta’ introduzzjoni | Artikolu 2(1)(b) l-ewwel inċiż | Artikolu 2(1)(b)(i) | Artikolu 2(1)(b) it-tieni inċiż | Artikolu 2(1)(b)(ii) | Artikolu 2(1)(b) it-tielet inċiż | Artikolu 2(1)(b)(iii) | Artikolu 2(1)(b) ir-raba’ inċiż | Artikolu 2 (1)(b)(iv) | Artikolu 2(1)(b) il-ħames inċiż | Artikolu 2(1)(b)(v) | Artikolu 2(1)(b) sentenzi ta’ l-aħħar | Artikolu 2(1)(b) sentenzi ta’ l-aħħar | Artikolu 2(1)(ċ) kliem ta’ introduzzjoni | Artikolu 2(1)(ċ) kliem ta’ introduzzjoni | Artikolu 2(1)(ċ) l-ewwel inċiż | Artikolu 2(1)(ċ)(i) | Artikolu 2(1)(ċ) it-tieni inċiż | Artikolu 2(1)(ċ)(ii) | Artikolu 2(1)(ċ) it-tielet inċiż | Artikolu 2(1)(ċ)(iii) | Artikolu 2(1)(ċ) ir-raba’ inċiż | Artikolu 2(1)(ċ)(iv) | Artikolu 2(1)(ċ) il-ħames inċiż | Artikolu 2(1)(ċ)(v) | Artikolu 2(1)(ċ) sentenzi ta’ l-aħħar | Artikolu 2(1)(ċ) sentenzi ta’ l-aħħar | Artikolu 2(2) | Artikolu 2(2) | Artikolu 2(3) kliem ta’ introduzzjoni | Artikolu 2(3) l-ewwel subparagrafu, kliem ta’ introduzzjoni | Artikolu 2(3)(a) kliem ta’ introduzzjoni | Artikolu 2(3) l-ewwel subparagrafu, punt (a), kliem ta’ introduzzjoni | Artikolu 2(3)(a) l-ewwel inċiż | Artikolu 2(3) l-ewwel subparagrafu, punt (a)(i) | Artikolu 2(3)(a) it-tieni inċiż | Artikolu 2(3) l-ewwel subparagrafu, punt (a)(ii) | Artikolu 2(3)(a) it-tielet inċiż | Artikolu 2(3) l-ewwel subparagrafu, punt (a)(iii) | Artikolu 2(3)(a) ir-raba’ inċiż | Artikolu 2(3) l-ewwel subparagrafu, punt (a)(iv) | Artikolu 2(3)(a) sentenzi ta’ l-aħħar | Artikolu 2(3) l-ewwel subparagrafu, (a) sentenzi ta’ l-aħħar | Artikolu 2(3)(b) sa (f) | Artikolu 2(3) l-ewwel subparagrafu, (b) sa (f) | Artikolu 2(3)(f)(a) | Artikolu 2(3) l-ewwel subparagrafu, (g) | Artikolu 2(3)(g) | Artikolu 2(3) l-ewwel subparagrafu, (h) | Artikolu 2(3)(h) | Artikolu 2(3) l-ewwel subparagrafu, (i) | Artikolu 2(3)(i) | Artikolu 2(3) l-ewwel subparagrafu (j) | Artikolu 2(3)(j) | Artikolu 2(3), it-tieni u t-tielet subparagrafu | Artikolu 2(4) kliem ta’ introduzzjoni | Artikolu 2(4) l-ewwel subparagrafu, kliem ta’ introduzzjoni | Artikolu 2(4)(a) kliem ta’ introduzzjoni | Artikolu 2(4) l-ewwel subparagrafu, (a), kliem ta’ introduzzjoni | Artikolu 2(4)(a) l-ewwel inċiż | Artikolu 2(4) l-ewwel subparagrafu, punt (a)(i) | Artikolu 2(4)(a) it-tieni inċiż | Artikolu 2(4) l-ewwel subparagrafu, punt (a) (ii) | . Artikolu 2(4)(b) kliem ta’ introduzzjoni | Artikolu 2(4), l-ewwel subparagrafu, punt (b) kliem ta’ introduzzjoni | Artikolu 2(4)(b) l-ewwel inċiż | Artikolu 2(4) l-ewwel subparagrafu, punt (b)(i) | Artikolu 2(4)(b) it-tieni inċiż | Artikolu 2(4) l-ewwel subparagrafu, punt (b)(ii) | Artikolu 2(4)(b) it-tielet inċiż | Artikolu 2(4) l-ewwel subparagrafu, punt (b) (iii) | Artikolu 2(4)(ċ) | Artikolu 2(4) it-tieni u t-tielet subparagrafu | Artikolu 2(5), (6) u (7) | Artikolu 2(5), (6) u (7) | Artikolus 3, 4 u 5 | Artikolus 3, 4 u 5 | Artikolu 6(1) | Artikolu 6(1) | Artikolu 6(2)(a) | Artikolu 6(2) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 6(2)(b) | Artikolu 6(2) it-tieni subparagrafu | Artikolu 6(3) u (4) | Artikolu 6(3) u (4) | Artikolu 7 | Artikolu 7 | Artikolu 8(1) sa (4) | Artikolu 8(1) sa (4) | Artikolu 8(4)(a) | Artikolu 8(5) | Artikolu 8(5) | Artikolu 8(6) | Artikolu 8(6) | Artikolu 8(7) | Artikolu 8(7) | Artikolu 8(8) | Artikolu 8(8) | Artikolu 8(9) | Artikolu 8(9) | Artikolu 8(10) | Artikolu 9 | Artikolu 9 | Artikolu 10 | Artikolu 10 | Artikolu 10(a) | Artikolu 11 | Artikolu 11 | Artikolu 12 | Artikolu 12(1) | Artikolu 13(1) | Artikolu 12(2) | __ | Artikolu 13 | Artikolu 13(2) | Artikolu 14 | Artikolu 13(3) | __ | Artikolu 13(4) | Artikolu 15 | Artikolu 13(5) | Artikolu 16 | __ | __ | Artikolu 15 | Artikolu 17 l-ewwel paragrafu | Artikolu 16 | Artikolu 17 it-tieni paragrafu l-ewwel sentenza | __ | Artikolu 17 it-tieni paragrafu it-tieni sentenza | Artikolu 14 | Anness I | Anness I | Anness II | Anness II | __ | Anness III | __ | Anness IV | _____________ [1] COM(87) 868 PV. [2] Magħmula skond il-Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlamemt Ewropew u l-Kunsill - Kodifikazzjoni ta' l-Acquis Communautaire, COM (2001) 645 finali. [3] Ara l-Anness III għal din il-proposta. 4 ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11). 5 ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1. [4] ĠU C [...],[...], p. [...] [5] ĠU C [...], [...], p. [...]. [6] ĠU C [...], [...], p. [...]. [7] ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni 2005. [8] Ara l-Anness III. [9] .Ö ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/142/KE (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 110) Õ. [10] .Ö ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32. Direttiva emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1) Õ. [11] ĠU L 229, 30.8.1980, p. 1. Ö Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003. Õ [12] ĠU L 184, 15.7.1988, p. 61. Ö Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003. Õ [13] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11). [14] ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. [15] ĠU L 160, 12.6.1989, p. 1. [16] ĠU L 40, 11.2.1989, p. 27. [17] ĠU L 336, 23.12.1994, p. 219.