52007PC0840

Proposta għal direttiva …/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal tagħmir ta’ dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2007/0840 finali - COD 2007/0284 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 20.12.2007

KUMM(2007) 840 finali

2007/0284 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA …/…/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal tagħmir ta’ dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (Verżjoni kkodifikata)

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunita sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunita tkun ċara u trasparenti.

2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunita huma ċari u jinftiehmu malajr.

3. Il-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunita.

Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4. L-għan ta’ din il-proposta hi li sseħħ il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 79/532/KEE tas-17 ta’ Mejju 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal tagħmir ta’ dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija[3]. Id-Direttiva l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[4] ; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 79/532/KEE u ta’ l-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Publikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness III tad-Direttiva kkodifikata.

ê 79/532/KEE (adattat)

2007/0284 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA …/…/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal tagħmir ta’ dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

(test b’rilevanza ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,u b’mod partikolari l-Artikolu Ö 95 Õ tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Ö Filwaqt li jaġixxu skond il-proċdura stabbilita Õ fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6]

Billi:

ê (adattat)

1. Id-Direttiva 79/532/KEE tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal tagħmir ta’ dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija[7] ġiet emendata kemm-il darba[8] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

2. Id-Direttiva 79/532/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tas-sistema ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE msemmija fil-Direttiva 74/150/KEE tal-Kunsill, kif sostitwita bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/37/KE tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u li tirrevoka d-Direttiva 74/150/KEE[9] u tistabilixxi preskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, rigward l-apparat għal Ö tagħmir ta' dawl u ta' sinjaliazzazzjoni bid-dawl. Õ Dawn il-preskrizzjonijiet tekniċi jikkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE prevista mid-Direttiva 2003/37/KE għal kull tip ta’ trattur. Għalhekk id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2003/37/KE dwar tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati japplikaw għal din id-Direttiva.

ê 79/532/KEE Premessa 3 u 4 (adattat)

3. Fid-Direttiva 78/933/KEE[10] il-Kunsill stipula rekwiżiti komuni għall-tagħmir ta’ dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija. Dak Ö it-tagħmir ta' dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl Õ għandhom l-istess karatteristiċi ta’ dawk li jitwaħħlu mal-karozzi. Għalhekk, apparat li jkun irċieva timbru ta’ approvazzjoni tal-komponenti tat-tip KE skond id-Direttivi diġà adottata dwar dan is-suġġett b’konessjoni ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi Ö KE Õ bil-mutur u l-karrijiet tagħhom jista’ jintuża wkoll fuq tratturi.

ê

4. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B,

ê 79/532/KEE (adattat)

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Ö Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva Õ “trattur għall-agrikoltura jew għall-forestrija” tfisser kull vettura bil-mutur, mgħammra b’roti jew b’ċineg mingħajr tarf li għandha ta’ l-anqas żewġ fusien, li l-funzjoni primarja tagħha hi fil-forza trattiva tagħha u li hija disinjata speċifikament biex tirmonka, timbotta, iġġor jew tipprovdi enerġija għal ċerti għodda makkinarju jew karrijiet maħsuba għall-użu għall-agrikoltura jew għall-forestrija. Tista tkun mgħammra sabiex iġġorr tagħbija jew passiġġieri.

ê 82/890/KEE Art. 1 (adattat)

è1 97/54/KE Art. 1

2. Din id-Direttiva għandha tgħodd biss għal tratturi definiti fil-paragrafu 1 li jkunu ffittjati b’ tyres pnewmatiċi u li jkollhom veloċità massima skond id-disinn ta’ bejn is-6 u l-è1 40 km/siegħa ç.

ê 79/532/KEE (adattat)

Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal trattur minħabba Ö - Õ raġunijiet Ö relatati ma' lampi jew rifletturi li ġejjin, jekk dawn ikollhom l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent KE kif stipulat fl-Anness I skond ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 78/933/KEE Õ :

(a) fanali ta’ quddiem li jaħdmu bħala fanali ta’ dawl ewlieni u/jew fanali ta’ dawl baxxut jew fanali inkandexxenti b’filament elettriku għal dawk il-fanali ta’ dawl;

(b) fanali end-outline marker ;

(ċ) fanali ta’ quddiem (tal-ġenb);

(d) fanali ta’ wara (tal-ġenb);

(e) fanali tal-waqfien;

(f) fanali ta’ l-indikazzjoni tad-direzzjoni;

(g) rifletturi tar-refless;

(h) fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara;

(i) fanali taċ-ċpar ta’ quddiem u fanali tal-filament għal dawk il-fanali;

(j) fanali taċ-ċpar ta’ wara;

(k) fanali tat-treġġiegħ lura;

(l) fanali tal-parkeġġ.

Artikolu 3

L-ebda Stat Membru ma jista jirrifjuta r-reġistrazzjoni jew jipprojbixxi l-bejgħ, dħul fis-servizz jew użu ta’ trattur minħabba raġunijiet Ö relatati mal-lampi jew rifletturi li ġejjin, jekk ikollhom il-komponent ta’ approvazzjoni tat-tip KE kif stipulat fl-Anness I skond ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 78/933/KEE Õ:

(a) fanali ta’ quddiem li jaħdmu bħala fanali ta’ dawl ewlieni u/jew fanali ta’ dawl baxxut jew fanali inkandexxenti b’filament elettriku għal dawk il-fanali ta' dawl;

(b) fanali end-outline marker ;

(ċ) fanali ta’ quddiem (tal-ġenb);

(d) fanali ta’ wara (tal-ġenb);

(e) fanali tal-waqfien;

(f) fanali ta’ l-indikazzjoni tad-direzzjoni;

(g) rifletturi tar-refless;

(h) fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara;

(i) fanali taċ-ċpar ta’ quddiem u fanali tal-filament għal dawk il-fanali;

(j) fanali taċ-ċpar ta’ wara;

(k) fanali tat-treġġiegħ lura;

(l) fanali tal-parkeġġ.

Artikolu 4

Kull emenda meħtieġa Ö għall-adattament Õ tal-ħtiġiet ta’ l-Anness Ö I Õ mal-progress tekniku għandha tiġi adottata skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu Ö 20(2) Õ tad-Direttiva Ö 2003/37/KE Õ.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom Ö jikkomunikaw lill-Kummissjoni Õ t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil- kamp kopert minn din id-Direttiva.

ê

Artikolu 6

Id-Direttiva 79/532/KEE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 7

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Għandha tapplika minn [...].

ê 79/532/KEE

Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, […]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[…] […]

ê 79/532/KEE (adattat)

ANNESS Ö I Õ

1. Fanali ta’ quddiem li jaħdmu bħala fanali ta’ dawl ewlieni u/jew fanali ta’ dawl sekondarju jew fanali inkandexxenti b’filament elettrikugħal dawk il-fanali ta’ dawl ewlieni:

Il-marka ta’ l-approvazzjoni ta’ komponent tat-tip KE hija dak stipulata fid-[Direttiva tal-Kunsill 76/761/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward fanali ta’ quddiem li jaħdmu bħala fanali ta’ dawl ewlieni u/jew fanali ta’ dawl baxxut u ma' sorsi tad-dawl (bozoz bil-filament u oħrajn) għall-użu f'unitajiet ta' fanali approvati ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom i[11]].

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva [76/761/KEE] japplikaw ukoll għall-approvazzjoni ta’ komponent tat-tip ta’ fanali ta’ quddiem speċjali għal tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija maħsuba li jipprovdu kemm dawl ewlieni kif ukoll dawl sekondarju ta’ inqas minn 160 mm, djametru D, bl-emendi li ġejjin:

(a) il-valuri minimi ta’ illuminazzjoni stabbiliti Ö f’punt Õ 6.3 ta’ [l-Anness I tad-Direttiva Ö 76/761/KEE Õ] jitnaqqsu skond il-proporzjon

((D − 45)/(160 − 45))2

soġġetti għal-limiti assoluti aktar baxxi li ġejjin:

- 3 lux, jew fil-punt 75 R jew fil-punt 75 L,

- 5 lux, jew fil-punt 50 R jew fil-punt 50 L,

- 1.5 lux, f’Żona IV.

Nota: Jekk il-wiċċ li jidher tar-riflettur ma jkunx ċirkulari, id-djametru hu dak ta’ ċirku bl-istess wesgħa daqs il-wiċċ li jidher utli tar-riflettur.

(b) is-simbolu M ġo trianglu maqlub jitwaħħal fuq il-fanal minflok is-simbolu CR li jipprovdi għalih [Ö punt Õ 4.3.5 ta’ l-Anness VI Ö tad-Direttiva 76/761/KEE Õ];

(ċ) L-intestatura 1 taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent ([l-Anness II Ö tad-Direttiva 76/761/KE Õ]) jaqra “fanal għat-tratturi għall-agrikoltura bir-roti jew tal-forestrija”.

2. Fanali end-outline marker , fanali ta’ quddiem (tal-ġenb), fanali ta’ wara (tal-ġenb) u fanali tal-waqfien:

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE’ ta' komponent hija dik stipulata fid-[Direttiva tal-Kunsill 76/758/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri Ö jikkonċernaw il-fanali li jimmarkawit-tmiem tat-tarf, il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ quddiem (tal-ġenb), il-fanali ta’ pożizzjoni ta’ wara (talġenb), il-fanali tal-waqfien, il-fanali tas-sewqan bi nhar u l-fanali li jindikaw il-ġnub għall-vetturi Õ bil-mutur u l-karrijiet tagħhom[12]].

3. Fanali ta’ l-indikazzjoni tad-direzzjoni:

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-[Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar fanali ta’ l-indikazzjoni tad-direzzjoni għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom[13]].

4. Rifletturi tar-refless:

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-[Direttiva tal-Kunsill 76/757/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar ir-rifletturi tar-refless tad-direzzjoni għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom[14]].

5. Fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara:

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-[Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom[15]].

6. Fanali taċ-ċpar ta’ quddiem:

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-[Direttiva tal-Kunsill 76/762/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar fanali taċ-ċpar ta’ quddiem għall-vetturi bil-mutur[16]].

7. Fanali taċ-ċpar ta’ wara:

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-[Direttiva tal-Kunsill 77/538/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar fanali taċ-ċpar ta’ wara għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom[17]].

8. Fanali tat-treġġiegħ lura:

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-[Direttiva tal-Kunsill 77/539/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar fanali tat-treġġiegħ lura għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom[18]].

9. Fanali tal-parkeġġ:

Il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip KE ta’ komponent hija dik stipulata fid-[Direttiva tal-Kunsill 77/540/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar fanali tal-parkeġġ għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom[19]].

_____________

é

ANNEX II

Part A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha (imsemmi fl-Artikolu 6)

Direttiva tal-Kunsill 79/532/KEE (ĠU L 145, 13.6.1979, p. 16) |

Direttiva tal-Kunsill 82/890/KEE (ĠU L 378, 31.12.1982, p. 45) | Rigward ir-referenza għad-Direttiva 79/532/KEE fl-Artikolu 1(1) biss |

Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 277, 10.10.1997, p. 24) | Rigward ir-referenza għad-Direttiva 79/532/KEE fl-Artikolu 1, l-ewwel inċiż biss |

Part B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni (imsemmi fl-Artikolu 6)

Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Data ta’ applikazzjoni |

79/532/KEE | 21 ta’ Novembru 1980 |

82/890/KEE | 21 ta’ Ġunju 1984 |

97/54/KE | 22 ta’ Settembru 1998 | 23 ta’ Settembru 1998 |

_____________

ANNEX III

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 79/532/KEE | Din id-Direttiva |

Artikolu 1 | Artikolu 1 |

Artikolu 2, sentenza tal-bidu u kliem ta’ l-aħħar | Artikolu 2, sentenza tal-bidu |

Artikolu 2, inċiżi | Artikolu 2, (a) – (l) |

Artikolu 3, sentenza tal-bidu u kliem ta’ l-aħħar | Artikolu 3, sentenza tal-bidu |

Artikolu 3, inċiżi | Artikolu 3, (a) – (l) |

Artikolu 4 | Artikolu 4 |

Artikolu 5(1) | - |

Artikolu 5(2) | Artikolu 5 |

- | Artikolu 6 |

- | Artikolu 7 |

Artikolu 6 | Artikolu 8 |

Anness | Anness I |

- | Anness II |

- | Anness III |

_____________

[1] COM(87) 868 PV.

[2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, COM(2001) 645 finali.

[4] Ara l-Anness II, Parti A għal din il-proposta.

[5] ĠU Ċ [...], [...], p. [...].

[6] ĠU Ċ [...], [...], p. [...].

[7] ĠU L 145, 13.6.1979, p. 16 Direttiva kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 277, 10.10.1997, p. 24).

[8] Ara l-Anness II, Parti A.

[9] ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE (ĠU L 363 20.12.2006, p. 81).

[10] ĠU L 325, 20.11.1978, p. 16. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/26/KE (ĠU L 65, 7.3.2006, p. 22).

[11] [ĠU L 262, 27.9.1976, p. 96.]

[12] [ĠU L 262, 27.9.1976, p. 54.]

[13] [ĠU L 262, 27.9.1976, p. 71.]

[14] [ĠU L 262, 27.9.1976, p. 32.]

[15] [ĠU L 262, 27.9.1976, p. 85.]

[16] [ĠU L 262, 27.9.1976, p. 122.]

[17] [ĠU L 220, 29.8.1977, p. 60.]

[18] [ĠU L 220, 29.8.1977, p. 72.]

[19] [ĠU L 220, 29.8.1977, p. 83.]