52007PC0829

Proposta għal direttiva tal- Kunsill dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2007/0829 finali - CNS 2007/0294 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 20.12.2007

KUMM(2007) 829 finali

2007/0294 (CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL- KUNSILL

dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer (Verżjoni kkodifikata)

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunità sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunità tkun ċara u trasparenti.

2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunità huma ċari u jinftiehmu malajr.

3. Il-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunità.

Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/102/KEE tas- 27 ta’ Novembru 1992 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali[3]. Id-Direttiva l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 92/102/KEE u ta’ l-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness II tad-Direttiva kkodifikata.

ê 92/102/KEE (adattat)

2007/0294 (CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL- KUNSILL

dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni Ö tal-ħnieżer Õ

IL- KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[5],

Billi:

ê

1. Id-Direttiva tal-Kunsill 92/102/KEE tas- 27 ta’ Novembru 1992 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali[6] ġiet emendata kemm-il darba[7] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

ê 92/102/KEE Premessa 1 (adattat)

2. Skond l-Artikolu 3 (1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tikkonċerna l-verifiki veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti annimali ħajjin u fi prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern[8], l-annimali għall-kummerċ intra-Komunitarju għandhom jiġu identifikati skond il-ħtiġijiet tar-regoli tal-Komunità u għandhom jiġu rreġistrati b’tali mod li r-razzett jew it-transitu oriġinali, iċ-ċentru jew l-organizzazzjoni jkunu jistgħu jiġu ntraċċati. Qabel l-1 ta’ Jannar 1993 dawk is-sistemi ta’ l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni kellhom ikunu estiżi għaċ-ċaqlieq ta’ l-annimali fit-territorju ta’ kull Stat Membru.

ê 92/102/KEE Premessa 2

3. L-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li jistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterinarji dwar l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE[9], tipprovdi li l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni li għalihom jipprovdi l-Artikolu 3 (1)(ċ) tad-Direttiva 90/425/KEE ta’ l-annimali bħal dawk, għandhom, ħlief fil-każ ta’ annimali għall-qatla u equidae rreġistrati, jitwettqu wara li jkunu saru l-imsemmija verifiki.

ê 92/102/KEE Premessa 4 (adattat)

4. Huwa meħtieġ li jkun assigurat il-bdil rapidu u effiċjenti ta’ tagħrif bejn l-Istati Membri għall-applikazzjoni kif imiss ta’ din id-Direttiva. Id-disposizzjonijiet tal-Komunità ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar l-għajnuna komuni bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn ta’ l-aħħar u l-Kummissjoni biex tkun assigurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar id-dwana Ö u Õ dik agrikola[10] u bid-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE tal-21 ta’ Novembru 1989 dwar l-għajnuna komuni bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn ta’ l-aħħar u l-Kummissjoni biex tkun assigurata l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji u żootekniċi[11].

ê 92/102/KEE Premessa 5 (adattat)

5. Dawk li Ö jżommu Õ l-annimali għandhom iżommu rekords aġġornati ta’ l-annimali fl-irziezet tagħhom. Il-persuni nvoluti fil-kummerċ ta’ l-annimal għandhom iżommu d-rekords tan-negozji tagħhom. L-awtorità kompetenti għandha jkollha aċċess għal dawn ir-reġistri meta hekk titlob.

ê 92/102/KEE Premessa 6 (adattat)

6. Biex ikun jista’ jiġi ntraċċat malajr u b’mod eżatt iċ-ċaqliq ta’ l-annimali, l-annimali jenħtieġ li jkunu jistgħu jiġu identifikati. Għandha tittieħed deċiżjoni f’data aktar tard biex tiġi stabbilita n-natura tal-marka u, sakemm tittieħed dik id-deċiżjoni, is-sistemi nazzjonali ta’ l-identifikazzjoni għandhom jinżammu għaċ-ċaqliq ristrett tas-suq nazzjonali.

ê 92/102/KEE Premessa 7

7. Għandha ssir disposizzjoni għall-possibbiltà tat-tneħħija tal-ħtiġijiet tal-marki fil-każ ta’ l-annimali li jiċċaqalqu direttament mir-razzett lejn il-biċċerija. Iżda, dawn l-annimali għandhom f’kull każ ikunu identifikati sabiex ir-razzett tagħhom ta’ l-oriġini jkun jista’ jiġi ntraċċat.

ê 92/102/KEE Premessa 8

8. Għandha ssir disposizzjoni għall-possibbiltà tat-tneħħija ta’ l-obbligazzjoni li jiġu reġistrati dawk li jżommu l-annimali għal għanijiet personali u, sabiex jingħata akkont ta’ ċerti każi partikolari, il-proċeduri għaż-żamma tar-reġistri.

ê 92/102/KEE Premessa 9

9. Fil-każ ta’ l-annimali li l-marka tagħhom ma baqgħatx aktar tinqara jew intilfet, marka ġdida li tkun tippermetti r-rabta mal-marka ta’ qabel li tkun stabbilita għandha tiġi applikata.

ê 92/102/KEE Premessa 10 (adattat)

10. Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa l-ħtiġijiet speċifiċi Ö stabbiliti Õ fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/153/KEE tat-13 ta’ Frar 1989 li tikkonċerna l-korrelazzjoni ta’ kampjuni meħuda għall-eżami tal-fdal ma’ l-annimali u l-oriġini tar-razzett tagħhom[12] jew kull regoli relevanti stabbiliti bi qbil mad-Direttiva 91/496/KEE.

ê 92/102/KEE Premessa 11

11. Għandha ssir disposizzjoni għall-proċedura ta’ kumitat ta’ amministrazzjoni għall-adozzjoni ta’ kull regola meħtieġa għall-implimentazzjoni għal din id-Direttiva.

ê

12. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B,

ê 92/102/KEE (adattat)

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-ħtiġijiet minimi għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni Ö ta’ l-ħnieżer, Õ mingħajr preġudizzju għal regoli aktar iddettaljati tal-Komunità li jistgħu jiġu stabbiliti għall-eradikazzjoni tal-mard jew għall-għanijiet ta’ kontroll.

Għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni 89/153/KEE, u għar-regoli ta’ l-implimentazzjoni stabbiliti bi qbil mad-Direttiva 91/496/KEE.

ê 92/102/KEE

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonjiet li ġejjin għandhom japplikaw:

ê 21/2004 Art. 15 pt. 1 (adattat)

(a) 'annimal' ifisser kwalunkwe annimal Ö tal-familja Suidae, esklużi ħnieżer slavaġ Õ;

ê 92/102/KEE (adattat)

(b) 'razzett' ifisser kull stabbiliment, kostruzzjoni jew, fil-każ ta’ razzett fil-miftuħ, kull post li fih jinżammu, jitrabbew jew ikunu mmaniġġjati l-annimali;

(ċ) 'dak li jżomm l-annimali' ifisser kull persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, wkoll fuq bażi temporanja, għall-annimali;

(d) 'awtorità kompetenti' ifisser l-awtorità ċentrali ta’ Stat Membru kompetenti li twettaq il-verifiki veterinarji jew kwalunkwe awtorità li lilha tkun ġiet iddelegata dik il-kompetenza għall-għanijiet ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva;

(e) 'kummerċ' ifisser kummerċ kif definit fil-punt (3) ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 90/425/KEE.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

a) l-awtorità kompetenti jkollha lista aġġornata ta’ l-irziezet kollha li jżommu l-annimali kopetri b’din id-Direttiva u li jkunu jinsabu fit-territorju tagħha, li tispeċifika Ö dawk li jżommu l-annimali Õ, li rziezet bħal dawk għandhom jibqgħu fuq dik il-lista sakemm ikunu għaddew tliet snin konsekuttivi li fihom ma jkunu nżammu ebda annimali fir-razzett. Dik il-lista għandha tinkludi wkoll il-marka jew il-marki li jippermettu l-identifikazzjoni tar-razzett bi qbil ma' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 5 (2) l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 8;

b) il-Kummissjoni Ö u Õ l-awtorità kompetenti jista’ jkollhom aċċess għat-tagħrif kollu miksub permezz ta' din id-Direttiva.

ê 21/2004 Art. 15 pt. 2 (adattat)

2. L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 90/425/KEE li jeskludu mil-lista fil-paragrafu 1(a) ta' dan l-Artikolu persuni fiżiċi li jżommu Ö annimal Õ wieħed li huwa ntiż għall-użu jew għall-konsum tagħhom, sabiex jittieħed qies taċ-ċirkostanzi partikolari, basta li dan l-annimal ikun suġġett għall-kontrolli stabbiliti f’din id-Direttiva qabel xi ċaqlieq.

ê 92/102/KEE (adattat)

è1 21/2004 Art. 15 pt. 3(a)

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw kull min iżomm annimal li jinsab fil-lista li hemm fl-Artikolu 3 (1)(a) iżomm reġistru li jkun juri n-numru ta’ l-annimali miżmum fir-razzett.

Dak ir-reġistru għandu jinkludi rekords aġġornati è1 tal-movimenti ç kemm hu (numru ta’ annimali kkonċernati f’kull operazzjoni ta’ dħul u ħruġ) ta’ l-anqas fuq il-bażi ta’ ċaqlieq aggregat, li jiddikjara kif xieraq l-oriġini jew id-destinazzjoni tagħhom, u d-data ta’ dak iċ-ċaqlieq.

Il-marka ta’ l-identifikazzjoni applikata b’konformità ma’ l-Artikoli 5 u 8 għandha tkun iddikjarata fil-każi kollha.

Fil-każ ta’ majjali ta’ razza pura jew imħallta, li jiġu mdaħħla fil-ktieb tal-merħla bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE[13], sistema alternattiva ta’ reġistrazzjoni bbażata fuq l-identifikazzjoni individwali li tkun tippermetti li l-annimali li għandhom jiġu identifikati jistgħu jingħarfu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 90/425/KEE jekk tkun toffri garanziji ekwivalenti għal dawk ta’ reġistru.

ê 92/102/KEE

2. L-Istati Membri għandhom ukoll jassiguraw li:

(a) kull min iżomm l-annimali jipprovdi lill-awtorità kompetenti, fuq talba, it-tagħrif kollu li jikkonċerna l-oriġini, l-identifikazzjoni u, fejn xieraq, id-destinazzjoni ta’ l-annimali li kien il-proprjetarju tagħhom, miżmuma, ittrasportati, imqiegħda fis-suq jew maqtula;

ê 21/2004 Art. 15 pt. 3(ċ)

(b) kwalunkwe detentur ta’ l-annimali li sejrin ikunu imċaqilqa lejn u minn suq jew ċentru tal-ġbir għandu jipprovdi d-dokumenti, li jkun fihom dettalji dwar l-annimali f’dak il-każ, lejn l-operatur, fis-suq jew fiċ-ċentru tal-ġbir, li huwa d-detentur ta’ l-annimali fuq bażi temporanja.

ê 92/102/KEE

Dak l-operatur jista’ juża d-dokumenti miksuba bi qbil ma’ l-ewwel subparagrafu biex iwettaq l-obbligazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

(ċ) ir-reġistri u t-tagħrif ikunu disponibbli fuq ir-razzett u lejn l-awtorità kompetenti, fuq talba, għall-perjodu minimu li għandu jkun stabbilit mill-awtorità kompetenti imma li m’għandux ikun ta’ anqas minn tliet snin.

Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-prinċipji ġenerali li ġejjin għandhom jiġu rispettati:

(a) il-marki ta’ l-identifikazzjoni għandhom jiġu applikati qabel ma’ l-annimali jħallu r-razzett fejn ikunu twieldu;

(b) ebda marka ma titneħħa jew tinbidel mingħajr il-permess ta’ l-awtorità kompetenti.

Meta marka ma tibqax tinqara jew tkun intilfet, għandha tiġi applikata marka ġdida bi qbil ma’ dan l-Artikolu;

(ċ) dak li jżomm l-annimali għandu jirrekordja kull marka ġdida fir-reġistru li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 4 sabiex tkun stabbilita l-marka preċedenti applikata fuq l-annimal;

2. L-annimali għandhom ikunu mmarkati kemm jista’ jkun malajr, u f’kull każ qabel ma jħallu r-razzett, b’marka tal-widna jew marka oħra li tagħmilha possibbli li jiġi stabbilit ir-razzett li minnu jkunu ġejjin u li jkunu jippermettu li ssir referenza għal kull dokument li jakkumpanjahom li għandu jsemmi dik il-marka tal-widna jew xi marka oħra u għal-lista li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 3 (1)(a).

ê 21/2004 Art. 15 pt. 4(b) (adattat)

L-Istati Membri jistgħu, b'deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1)(c) tad Direttiva 90/425/KEE, japplikaw is-sistemi nazzjonali tagħhom għaċ-ċaqlieq kollu ta’ l annimali fit-territorji tagħhom. Sistemi tali għandhom jiffaċilitaw li l-qasam ta’ minn fejn ikunu ġejjin u l-qasam li fih ikunu twieldu sabiex ikun identifikat. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bis-sistema li huma jkollhom l-intenzjoni li jintroduċu għal dan l-iskop. Bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 90/425/KEE, Stat Membru jista jkun mitlub li jagħmel emendi għas-sistema tiegħu meta din ma tkunx twettaq dik il-ħtieġa.

ê 92/102/KEE

L-annimali li jġorru marka temporanja li tidentifika konsenja għandhom ikunu akkumpanjati matul iċ-ċaqlieq kollu tagħhom minn dokument li jkun jippermetti li jiġi stabbilit l-oriġini, il-proprjetarju, il-post tat-tluq u tad-destinazzjoni.

Artikolu 6

1. Meta l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni tiddeċiedi li ma żżommx il-marka ta’ identifikazzjoni allokata lill-annimal fir-razzett ta’ l-oriġini kull nefqa nvoluta bħala riżultat tal-bidla tal-marka għandha tinġarr minn dik l-awtorità. Meta l-marka tkun hekk mibdula, għandha tiġi stabbilita rabta bejn l-identifikazzjoni allokata mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-dispaċċ u l-identifikazzjoni l-ġdida allokata mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni; dik ir-rabta għandha tkun rekordjata fir-reġistru li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 4.

L-għażla fl-ewwel subparagrafu ma tistax tkun invokata fil-każ ta’ l-annimali intenzjonati għall-qatla li huma importati permezz ta' l-Artikolu 8 li ma jkunux iġorru marka ġdida bi qbil mal-Artikolu 5.

2. Meta l-annimali jkunu ġew innegozjati, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni tista’ għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 90/425/KEE, jkollha rikors lejn l-Artikolu 4 tad-Direttiva 89/608/KEE sabiex tikseb it-tagħrif li jirrigwardja l-annimali, il-merħla ta’ l-oriġini u kull ċaqlieq li jkunu ġew suġġetti għalih.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kull tagħrif li jirrigwardja ċ-ċaqliq ta’ l-annimali li ma jkunux akkumpanjati biċ-ċertifikat jew bid-dokument meħtieġ mill-leġislazzjoni veterinarja jew żooteknika jibqa’ disponibbli għall-awtorità kompetenti, fuq talba, għall-perjodu minimu li għandu jkun stabbilit minn din ta’ l-aħħar.

ê 92/102/KEE (adattat)

Artikolu 8

Kull annimal importat minn pajjiż terz li jkun għadda mill-verifiki stabbiliti bid-Direttiva 91/496/KEE u li jibqa’ fit-territorju tal-Komunità għandu, fi żmien 30 jum li jgħaddi minn dawk il-verifiki, u, f’kull każ, qabel iċ-ċaqlieq tagħhom, jiġu identifikati b’marka li tkun konformi ma’ l-Artikolu 5 Ö ta’ din id-Direttiva Õ sakemm ir-razzett ta’ destinazzjoni ma jkunx biċċerija li tkun tinsab fit-territorju ta’ l-awtorità kompetenti responsabbli għall-verifiki veterinarji u li l-annimal ikun attwalment maqtul fi żmien perjodu ta’ 30 jum.

ê 92/102/KEE

Għandha tiġi stabbilita rabta bejn l-identifikazzjoni stabbilita mill-pajjiż terz u l-identifikazzjoni allokata lilha mill-pajjiż tad-destinazzjoni. Dik ir-rabta għandha tiġi rrekordjata fir-reġistru li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 4.

Artikolu 9

L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri amministrattivi u/jew penali meħtieġa biex jikkastigaw kull ksur tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità, meta jkun stabbilit li l-immarkar jew l-identifikazzjoni jew iż-żamma tar-reġistri li dwarhom hemm provvediment fl-Artikolu 4 ma jkunux twettqu b’konformità mal-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

ê

Artikolu 11

Id-Direttiva 92/102/KEE , kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness I, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 12

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum w ara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

ê 92/102/KEE

Artikolu 1 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

é

ANNESS I

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha (imsemmi fl-Artikolu 11)

Direttiva tal-Kunsill 92/102/KEE (ĠU L 355, 5.12.1992, p. 32) |

Punt V.E.I.4.6. ta' l-Anness I ta' l-Att ta' Adeżjoni 1994 (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21) |

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8) | Artikolu 15 biss |

Parti B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmi fl-Artikolu 11)

Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni [14] |

92/102/KEE | 31.12.1993[15] 31.12.1995[16] |

__________

ANNESS II

Correlation Table

Direttiva 92/102/KEE | Din id-Direttiva |

Artikoli 1, 2 u 3 | Artikoli 1, 2 u 3 |

Artikolu 4(1)(a) | Artikolu 4(1) |

Artikoli 4(2) | __ |

Artikolu 4(3) | Artikolu 4(2) |

Artikolu 5(1), punti (a), (b) u (c) Artikolu 5(1)(d) | Artikolu 5(1), punti (a), (b) u (c) __ |

Artikolu 5(3) | Artikolu 5(2) |

Artikoli 6 sa 9 | Artikoli 6 sa 9 |

Artikolu 10 | __ |

Artikolu 11(1) | __ |

Artikolu 11(2) | Artikolu 10 |

Artikolu 11(3) | __ |

__ | Artikolu 11 |

__ | Artikolu 12 |

Artikolu 12 | Artikolu 13 |

__ | Anness I |

__ | Anness II |

____________

[1] KUMM(87) 868 PV.

[2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, KUMM(2001) 645 finali.

[4] Ara l-Anness I, Parti A għal din il-proposta.

[5] Ö ĠU C [...], [...], p. [...] Õ.

[6] ĠU L 355, 5.12.1992, p. 32. Direttiva kif emendata l-aħħar mir- Regolament KE Nru 21/2004 (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8).

[7] Ara l-Anness I, Parti A.

[8] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (OJ L 315, 19.11.2002, p. 14).

[9] ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

[10] ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1. Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).

[11] ĠU L 351, 2.12.1989, p. 34.

[12] ĠU L 59, 2.3.1989, p. 33.

[13] ĠU L 382, 31.12.1988, p. 36.

[14] L-iffissar tal-limitu taż-żmien għat-transposizzjoni fil-liġi nazzjonali fl-1 ta’ Jannar 1994 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għat-tneħħija ta’ verifiki veterinarji fuq il-fruntieri kif hemm ipprovdut fid-Direttiva 90/425/KEE. (Ara Artikolu 11(3) tad-Direttiva 92/102/KEE).

[15] Għall-ħtiġijiet dwar annimali tar-razza tal-majjali. (Ara Artikolu 11(1), l-ewwel inċiż tad-Direttiva 92/102/KEE).

[16] Għall-Finlandja f'dak li jirrigwarda l-ħtiġiet għal bhejjem ta' l-ifrat, għall-majjali, għan-nagħaġ u għall-mogħoż. (Ara Artikolu 11(1), it-tieni inċiż tad-Direttiva 92/102/EEC).