Proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li jadatta d-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta’ ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b’rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju - It-Tielet Parti - Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju /* KUMM/2007/0822 finali - COD 2007/0282 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussell 19.12.2007 KUMM(2007) 822 finali 2007/0282 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jadatta d-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta’ ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b’rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju It-Tielet Parti (ippreżentata mill-Kummissjoni) 2007/0282 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jadatta d-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta’ ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b’rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju It-Tielet Parti IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 61 c), l-Artikolu 63, l-ewwel sottoparagrafu, 1 a), u l-Artikolu 67 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew[3], Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni, Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[4], Billi: 1. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni[5]ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-miżuri ta’ ambitu ġenerali mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jitneħħew uħud minn dawk l-elementi jew billi l-istrument jiġi ssupplementat biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali. 2. F’konformità mad-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni[6] dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex din il-proċedura l-ġdida tkun tapplika għall-atti li huma diġà fis-seħħ u li kienu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, dawn għandhom jiġu adattati skond il-proċeduri applikabbli. 3. Ir-Renju Unit u l-Irlanda, li pparteċipaw fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ l-atti li huma emendati b’dan ir-Regolament, skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, jipparteċipaw fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. 4. Id-Danimarka, f’konformità ma’ l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ma tipparteċipax fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u għalhekk mhix marbuta b’dan ta’ l-aħħar u lanqas suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 F’dan ir-Regolament, “Stat Membru” tfisser l-Istati Membri kollha ħlief għad-Danimarka. Artikolu 2 L-atti li l-lista tagħhom tinsab fl-Anness huma adattati, f’konformità ma’ l-imsemmi Anness, għad-Deċiżjoni 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE. Artikolu 3 Ir-referenzi magħmula għad-dispożizzjonijiet ta’ l-atti li jinsabu fl-Anness għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dawn id-dispożizzjonijiet hekk kif adattati minn dan ir-Regolament. Artikolu 4 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Magħmul fi Brussell, il- […] Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President […] […] ANNESS IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 44/2001 TAT-22 TA’ DIċEMBRU 2000 DWAR ġURISDIZZJONI U RIKONOXXIMENT U EżEKUZZJONI TA’ SENTENZI F’MATERJI ċIVILI U KUMMERċJALI [7] Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex taġġorna u tagħmel aġġustamenti tekniċi lill-formoli mniżżla fl-Annessi tiegħu. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, huma għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5(a) tad-Deċiżjoni 1994/468/KE. Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 huwa emendat hekk kif ġej: (1) Fl-Artikolu 74, il-paragrafu 2 jiġi mibdul b’dan li ġej: "2. L-aġġornament jew l-aġġustamenti tekniċi għal-formoli, li kampjuni tagħhom jidhru fl-Annessi V u VI, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 75(2)." (2) L-Artikolu 75 jiġi mibdul b’dan li ġej: " Artikolu 75 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5(a) (1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tiegħu." IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 1206/2001 TAT-28 TA’ MEJJU 2001 DWAR KOOPERAZZJONI BEJN IL-QRATI TA’ L-ISTATI MEMBRI FIL-KUMPILAZZJONI TA’ XHIEDA F’MATERJI ċIVILI U KUMMERċJALI [8] Fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex taġġorna u tagħmel aġġustamenti tekniċi għall-formoli standard imniżżla fl-Anness tiegħu. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5(a) tad-Deċiżjoni 1994/468/KE. Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 1206/2001 jiġi emendat hekk kif ġej: (1) Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 2 jiġi mibdul b’dan li ġej: "2. L-aġġornament jew l-aġġustamenti tekniċi għall-formoli standard għandhom isiru mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(2)." (2) L-Artikolu 20 jiġi mibdul b’dan li ġej: " Artikolu 20 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5(a) (1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tiegħu." IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 343/2003 TAT-18 TA’ FRAR 2003 LI JISTABBILIXXI L-KRITERJI U L-MEKKANIżMI BIEX IKUN IDDETERMINAT L-ISTAT MEMBRU RESPONSABBLI BIEX JEżAMINA APPLIKAZZJONI GħALL-AżIL IDDEPOżITATA F’WIEħED MILL-ISTATI MEMBRI MINN ċITTADIN TA’ PAJJIż TERZ[9] Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 343/2003, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tadotta l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-implimentazzjoni ta’ klawżola umanitarja u biex tadotta l-kriterji neċessarji biex twettaq trasferimenti. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jissupplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 343/2003 biż-żieda ta’ elementi mhux essenzjali ġodda, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 343/2003 jiġi emendat hekk kif ġej: (1) Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 5 jiġi mibdul b’dan li ġej: "5. Il-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex ikun implimentat dan l-Artikolu, inklużi, fejn xieraq, mekkaniżmi ta’ konċiljazzjoni għas-soluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil bejn Stati Membri dwar il-ħtieġa li jgħaqqdu l-persuni kkonċernati, jew il-post fejn dan għandu jsir, għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(3)." (2) Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 5 jiġi mibdul b’dan li ġej: "5. Il-Kummissjoni tista’ tadotta regoli supplementari dwar l-eżekuzzjoni ta’ trasferimenti. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(3)." (3) Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 4 jiġi mibdul b’dan li ġej: "4. Il-Kummissjoni tista’ tadotta regoli supplementari dwar l-eżekuzzjoni ta’ trasferimenti. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(3)." (4) Fl-Artikolu 27, il-paragrafu 3 jiġi mibdul b’dan li ġej: "3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tiegħu." IR-REGOLAMENT (KE) NRU 805/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL TAL-21 TA’ APRIL 2004 LI JOħLOQ ORDNI EWROPEW TA’ INFURZAR GħAL TALBIET MHUX KONTESTATI [10] Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 805/2004, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni biex temenda l-formoli standard imniżżla fl-Annessi tiegħu. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5(a) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 jiġi emendat hekk kif ġej: (1) L-Artikoli 31 u 32 jiġu mibdula b’dan li ġej: "Artikolu 31 Emendi għall-Annessi Il-Kummissjoni għandha temenda l-formoli standard fl-Annessi. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 32(2)." Artikolu 32 Il-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat kif stipulat fl-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5(a) (1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tiegħu." [1] ĠU C […], […], p. […]. [2] ĠU C […], […], p. […]. [3] ĠU C […], […], p. […]. [4] ĠU C […], […], p. […]. [5] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).. [6] ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1. [7] ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1). [8] ĠU L 174, 27.6.2001, p.1. [9] ĠU L 50, 25.2.2003, p. 1. [10] ĠU L 143, 30.4.2004, p. 15. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1869/2005 (ĠU L 300, 17.11.2005, p. 6 u ĠU L 321M, 21.11.2006, p. 145.