52007PC0613

Proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 biex jadattah mar-Regolament (KE) Nru ... dwar l-Ikklassifikar, l-Ittikkettar u l-Ippakkjar ta' Sustanzi u Taħlitiet, u li jemenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 {SEG(2007)1337} {SEG(2007)1338} /* KUMM/2007/0613 finali - COD 2007/0213 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 17.10.2007

KUMM(2007) 613 finali

2007/0213 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 biex jadattah mar-Regolament (KE) Nru ... dwar l-Ikklassifikar, l-Ittikkettar u l-Ippakkjar ta' Sustanzi u Taħlitiet, u li jemenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006

(preżentata mill-Kummissjoni){SEG(2007)1337}{SEG(2007)1338}

WERREJ

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 biex jadattah mar-Regolament (KE) Nru ... dwar l-Ikklassifikar, l-Ittikkettar u l-Ippakkjar ta' Sustanzi u Taħlitiet, u li jemenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 1

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 3

L-isfond tal-proposta 3

Ir-raġunijiet u l-għanijiet 3

Il-koerenza ma' politiki oħra 3

Ir-riżultati ta' konsultazzjonijiet pubbliċi u stimi ta' l-impatt 4

Il-konsultazzjoni pubblika tal-partijiet interessati 4

Il-konsultazzjoni bl-internet 4

Il-kwistjonijiet li tqajmu u kif dawn ġew indirizzati 4

L-istimi ta' l-impatt 4

Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert 5

L-elementi legali tal-proposta 5

Il-bażi legali 5

Is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità 5

Is-sussidjarjetà 5

Il-proporzjonalità 5

L-għażla ta' strument legali 6

L-introduzzjoni tal-proposta 6

1. Raġunijiet u Għanijiet 6

2. Dispożizzjonijiet dettaljati 6

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 biex jadattah mar-Regolament (KE) Nru ... dwar l-Ikklassifikar, l-Ittikkettar u l-Ippakkjar ta' Sustanzi u Taħlitiet, u li jemenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 7

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 10

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

L-ISFOND TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet u l-għanijiet

Din il-proposta takkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ikklassifikar, l-ittikkettar u l-ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet[1]. Din l-aħħar proposta tibni fuq leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-kimika u tistabbilixxi sistema ġdida għall-ikklassifikar u l-ittikkettar ta' sustanzi u taħlitiet perikolużi billi timplimenta fl-UE l-kriterji internazzjonali li sar qbil dwarhom mill-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU ECOSOC) għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettar ta' sustanzi u taħlitiet perikolużi, imsejħa s-Sistema Armonizzata Globali ta' l-Ikklassifikar u l-Ittikkettar tal-Kimiċi (GHS).

L-ikklassifikar ta' sustanzi u preparazzjonijiet skond id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE applikabbli bħalissa jġib miegħu obbligi oħra fil-leġiżlazzjoni ta' l-UE, imsejħa leġiżlazzjoni posterjuri.

Is-servizzi tal-Kummissjoni vvalutaw l-effetti potenzjali ta' l-implimentazzjoni tal-kriterji GHS fuq il-leġiżlazzjoni posterjuri. L-analiżi tagħhom tikkonkludi li l-effetti jew huma minimi jew jistgħu jiġu minimizzati b'bidliet xierqa għal atti posterjuri partikolari. Ir-Regolament propost għandu l-għan li jagħmel dan it-tibdil għal att posterjuri bħal dan, permezz ta' emendi li jqisu l-effetti tal-proposta fuq l-ikklassifikar, l-ittikkettar u l-ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet. Huwa ppreżentat flimkien ma' Deċiżjoni proposta li għandha l-għan li tagħmel tibdil biex titratta l-effetti tal-proposta fuq l-ikklassifikar, l-ittikkettar u l-ippakkjar għal sitt Direttivi eżistenti.

Il-koerenza ma' politiki oħra

L-analiżi ta' l-effetti potenzjali ta' l-implimentazzjoni tal-kriterji GHS fuq il-leġiżlazzjoni posterjuri kkonkludiet li l-effetti jew huma minimi jew jistgħu jiġu minimizzati b'bidliet xierqa għal atti posterjuri partikolari. Dan l-abbozz ta' Regolament jipproponi dan it-tibdil għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 648/2004.

Fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill bħalissa qed tiġi diskussa proposta għal Regolament dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. Ladarba din il-proposta tiġi adottata, il-proposta preżenti għal Regolament dwar emenda għal-leġiżlazzjoni posterjuri ta' l-UE għandha tiġi riveduta biex tinkludi wkoll ir-Regolament dwar il-Prodotti għall-Ħarsien tal-Pjanti, jew għandha tiġi ppreżentata proposta ta' emendar separata, jekk ikun xieraq.

Matul il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati li saret dwar il-proposta għal Regolament dwar l-ikklassifikar, l-ittikkettar u l-ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet u li indirizzat ukoll l-effetti potenzjali fuq il-leġiżlazzjoni posterjuri, xi partijiet semmew in-nuqqas ta' analiżi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali b'referenza għall-kriterji ta' klassifikar ta' l-UE. Sa fejn din il-proposta tindirizza Regolament eżistenti, ma teħtieġx traspożizzjoni fil-livell ta' Stat Membru.

IR-RIżULTATI TA' KONSULTAZZJONIJIET PUBBLIċI U STIMI TA' L-IMPATT

Il-konsultazzjoni pubblika tal-partijiet interessati

Il-konsultazzjoni bl-internet

Mill-21 ta' Awissu sal-21 ta' Ottubru 2006, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika tal-partijiet interessati permezz ta' l-internet, dwar il-proposta għal Regolament dwar l-ikklassifikar, l-ittikkettar u l-ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet. It-tweġibiet kollha ġew ippubblikati fl-Internet. Waslu madwar 370 kontribut. 82 % ntbagħtu mill-industrija - kumpaniji jew assoċjazzjonijiet; mill-254 tweġiba mill-kumpaniji, 45 % intbagħtu mill-intrapriżi li għandhom inqas minn 250 impjegat. Wieġbu 10 NGOs. Wieġbet trejdjunjin waħda.

18-il gvern u/jew awtorità pubblika ta' l-Istati Membri bagħtu l-kummenti tagħhom. Taw ukoll sehem xi awtoritajiet pubbliċi mhux ta' l-UE (l-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera u r-Rumanija). L-ebda organizzazzjoni internazzjonali ma bagħtet il-kummenti tagħha. 97 % tat-tweġibiet jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-GHS fl-UE. B'mod ġenerali l-abbozzi tal-proposti tas-servizzi tal-Kummissjoni ġew apprezzati ħafna mill-awtoritajiet u l-industrija ta' l-Istati Membri.

Il-kwistjonijiet li tqajmu u kif dawn ġew indirizzati

L-ambitu: Il-biċċa l-kbira ta' dawk li wieġbu (59 %) kienu favur li la jkun estiż u lanqas jitnaqqas il-livell ta' ħarsien meta mqabbel mas-sistema kurrenti ta' l-UE, ħlief fejn meħtieġ biex ikun konsistenti mal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport jew mal-GHS. 5 % ma kellhomx opinjoni, inkluż il-biċċa l-kbira ta' l-NGOs. 36 % appoġġjaw strateġija differenti. Fost dawn, grupp wieħed (korpi governattivi fid-Danimarka, l-Iżvezja, in-Norveġja u l-Iżlanda), riedu li jmorru lilhinn mill-ambitu tas-sistema kurrenti; It-tieni grupp (l-assoċjazzjonijiet u l-kumpaniji) ippropona li jinkludi l-kategoriji kollha tal-GHS, imma li ma jinkludix "fdalijiet ta' l-UE" li għadhom mhux parti mill-GHS.

L-istimi ta' l-impatt

Il-valutazzjoni ta' l-impatt kumplessiv tal-Kummissjoni għar-Regolament propost dwar l-ikklassifikar, l-ittikkettar u l-ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet u t-tibdil konsegwenzjali tiegħu għal-leġiżlazzjoni posterjuri relatata, għamlet użu mir-rapporti tal-konsulenti mħejjija mill-RPA u mil-London Economics kif ukoll mit-tweġibiet għall-konsultazzjoni tal-partijiet interessati. B'mod speċifiku, it-tweġibiet mill-kumpaniji dwar l-ispejjeż wasslu għal akar sforzi biex jikkwantifikaw oġġetti sinifikanti ta' spejjeż. L-analiżi kumplessiva turi li l-ispejjeż ta' l-implimentazzjoni jridu jiġu ċċekkjati biex wieħed jasal għall-benefiċċji netti tal-GHS fil-futur previst.

Il-miżuri stipulati f'din il-proposta jipprovdu għal adattament tar-referenzi għar-regoli u t-terminoloġija ta' l-ikklassifikar skond ir-Regolament propost dwar l-ikklassifikar, l-ittikkettar u l-ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet. Ir-Regolament (KE) 648/2004 ma jibbaża l-ebda obbligu addizzjonali fuq l-ikklassifikar ta' sustanzi u taħlitiet. Għaldaqstant ma hemmx bżonn ta' analiżi ulterjuri lilhinn minn dik stipulata fil-valutazzjoni ta' l-impatt kumplessiv imsemmija hawn fuq.

Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert

Il-GHS ġiet żviluppata minn organizzazzjonijiet internazzjonali, bis-sehem ta' għadd ta' partijiet interessati. Bl-istess mod, fl-UE kien hemm diskussjonijiet tekniċi kontinwi ma' l-Istati Membri u partijiet interessati oħra matul l-aħħar snin. Wara l-pubblikazzjoni tal-White Paper "Strateġija għal Politika futura dwar il-Kimika", il-Kummissjoni kkonsultat l-esperti b'mod intensiv. Ir-riżultati tal-grupp ta' ħidma tekniku dwar il-klassifikazzjoni u l-ittikkettar li ġie mlaqqa' mill-Kummissjoni bi preparazzjoni għar-REACH[2] ġew ikkunsidrati fl-abbozzar ta' din il-proposta. Saru aktar studji[3] u fit-18 ta' Novembru 2005 saret diskussjoni informali mal-partijiet interessati dwar l-implimentazzjoni tal-GHS fl-UE.

L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Il-bażi legali

Din il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE. Din il-bażi legali hija adegwata għal dan ir-Regolament propost għax tadatta Regolament eżistenti, li hu hu stess ibbażat fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE, għar-Regolament propost dwar l-ikklassifikar, l-ittikkettar u l-ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet.

Is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità

Is-sussidjarjetà

Ir-Regolament eżistenti fil-qasam tad-deterġenti diġà fih dispożizzjonijiet legali sostantivi. Ir-Regolament propost se jemenda r-Regolament eżistenti biex jadattah għar-regoli ta' klassifikar stipulati fil-proposta għal Regolament dwar l-ikklassifikar, l-ittikkettar u l-ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet. Dawn l-emendi jeħtieġ li jkunu eżatt l-istess fl-Istati Membri kollha, u għalhekk għandhom jiġu rregolati fuq livell Komunitarju.

Il-proporzjonalità

Il-kriterji għall-ikklassifikar ta' sustanzi u taħlitiet bħala perikolużi u r-regoli dwar l-ikklassifikar u l-ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet perikolużi jinsabu fil-proposta għal Regolament dwar l-ikklassifikar, l-ittikkettar u l-ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet. Biex ikunu żgurati ċ-ċertezza u ċ-ċarezza legali ta' l-obbligi ta' l-operaturi kkonċernati, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) 648/2004 għandhom jiġu emendati biex jirriflettu s-sitwazzjoni ġdida. Dan huwa importanti b'mod speċjali billi r-Regolamenti huma direttament applikabbli fl-Istati Membri u l-operaturi ma għandu jkollhom l-ebda dubju rigward l-obbligi li japplikaw għalihom.

Billi tiżgura dan, din il-proposta għal Regolament hija proporzjonata.

L-għażla ta' strument legali

L-għażla ta' Regolament hija ġġustifikata, billi temenda Regolament eżistenti.

L-INTRODUZZJONI TAL-PROPOSTA

Dan ir-Regolament propost jemenda Regolament eżistenti biex jadattah għad-dispożizzjonijiet tal-proposta għal Regolament dwar l-ikklassifikar, l-ittikkettar u l-ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet, li se jirrevoka u jieħu post id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE.

1. RAġUNIJIET U GħANIJIET

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jirrifletti l-introduzzjoni ta' Regolament ġdid dwar l-ikklassifikar, l-ittikkettar u l-ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet u ta' terminoloġija ġdida għal Regolament li jirreferi għall-ikklassifikar ta' sustanzi u taħlitiet. It-terminu "taħlita" huwa introdott biex jieħu post it-terminu "preparazzjoni", b'konformità mal-proposta dwar l-ikklassifikar, l-ittikkettar u l-ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet.

2. DISPOżIZZJONIJIET DETTALJATI

L-Artikolu 1 jintroduċi t-tibdil meħtieġ għar-Regolament (KE) Nru 648/2004 b'konformità mas-sejbiet ta' l-analiżi ta' l-effetti potenzjali tal-proposta għal Regolament dwar l-ikklassifikar, l-ittikkettar u l-ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet fuq il-leġiżlazzjoni posterjuri ta' l-UE u l-għanijiet diskussi fit-taqsima preċedenti. Sa fejn ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 jagħmel referenzi ġenerali għad-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, li se jiġu rrevokati mir-Regolament dwar l-ikklassifikar, l-ittikkettar u l-ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet, jeħtieġ li jiġi aġġornat biex jirreferi għal dan ir-Regolament.

Id-dati mqassma tad-dħul fis-seħħ tat-tibdil jirriflettu d-dħul fis-seħħ f'fażijiet tal-proposta għal Regolament imsemmija qabel.

2007/0213 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 biex jadattah mar-Regolament (KE) Nru ... dwar l-Ikklassifikar, l-Ittikkettar u l-Ippakkjar ta' Sustanzi u Taħlitiet, u li jemenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[4],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6],

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ikklassifikar, l-ittikkettar u l-ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet, u li jemenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006[7] jipprovdi għall–armonizzazzjoni ta' l-ikklassifikar u l-ittikkettar ta' sustanzi u taħlitiet fi ħdan il-Komunità. Dan ir-Regolament se jieħu post id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regoli u dispożizzjonijiet amministrattivi relatati ma' l-ikklassifikar, l-ippakkjar u l-ittikkettar ta' sustanzi perikolużi[8], kif ukoll id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regoli u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri relatati ma' l-ikklassifikar, l-ippakkjar u l-ittikkettar ta' preparazzjonijiet perikolużi[9].

(2) Ir-Regolament (KE) Nru ... jibni fuq l-esperjenza tad-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE u jinkorpora l-kriterji għall-ikklassifikar u l-ittikkettar ta' sustanzi u taħlitiet previsti mis-Sistema Armonizzata Globali ta' l-Ikklassifikar u l-Ittikkettar tal-Kimiċi (GHS) li ġiet adottata fil-livell internazzjonali, fi ħdan l-istruttura tan-Nazzjonijiet Uniti.

(3) Ċerti dispożizzjonijiet dwar l-ikklassifikar u l-ittikkettar stabbiliti fid-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE jservu wkoll għall-għan ta' l-applikazzjoni ta' leġiżlazzjoni Komunitarja oħra, bħar-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar id-deterġenti[10].

(4) L-analiżi ta' l-effetti potenzjali tas-sostituzzjoni tad-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE u l-introduzzjoni tal-kriterji GHS wasslu għall-konklużjoni li billi jiġu adattati r-referenzi għal dawn id-Direttivi fir-Regolament (KE) Nru 648/2004, l-ambitu ta' dak l-att għandu jinżamm.

(5) It-tranżizzjoni mill-kriterji għall-ikklassifikar li jinsabu fid-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE se titlesta għal kollox fl-1 ta' Ġunju 2015. Il-fabbrikanti tad-deterġenti huma fabbrikanti, importaturi jew utenti posterjuri fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru ... u għandhom jingħataw il-possibbiltà skond dan ir-Regolament biex jadattaw ruħhom għal din it-tranżizzjoni f'qafas ta' żmien simili għal dak stipulat fir-Regolament (KE) Nru ...

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 għandu jiġi emendat skond dan.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Emenda tar-Regolament (KE) Nru 648/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 hu emendat kif ġej:

(1) il-kelma "preparazzjoni" jew "preparazzjonijiet" fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[11], fil-verżjoni tiegħu tat-30 ta' Diċembru 2006, hija sostitwita bil-kelma "taħlita" jew "taħlitiet" rispettivament tul it-test kollu;

(2) fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 9, il-frażi introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

"Bla ħsara għall-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, fabbrikanti li jqiegħdu fis-suq is-sustanzi u/jew it-taħlitiet koperti b'dan ir-Regolament għandhom iżommu għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri:;

_________________________________________________________________ * ĠU L …"

(3) fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1. "Il-paragrafi 2 sa 6 huma bla ħsara għad-dispożizzjonijiet relatati ma' l-ikklassifikar, l-ittikkettar u l-ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet fir-Regolament (KE) Nru ...".

Artikolu 2 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Il-Punti (2) u (3) ta' l-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta' Ġunju 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, [...]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

Qasam/Oqsma ta’ Politika: 02 - INTRAPRIŻA Attivit(à/ajiet): 04 – NIEĦDU DEJJEM AKTAR MIS-SUQ INTERN |

TITOLU TA' L-AZZJONI: PROPOSTA GĦAL SISTEMA ARMONIZZATA GLOBALI GĦALL-IKKLASSIFIKAR U L-ITTIKKETTAR TAL-KIMIĊI |

1. PARTI 1: LINJI BAġITARJI

1.1. Il-linji tal-baġit (linji operattivi u linji relatati ta’ għajnuna teknika u amministrattiva (li kienu linji B.A)) inklużi l-intestaturi:

Mhux applikabbli.

1.2. It-tul taż-żmien ta' l-azzjoni u ta' l-impatt finanzjarju:

Mhux applikabbli

Għal raġunijiet spjegati taħt Taqsima 3.1 ta’ dan id-dokument, ma hemm l-ebda spejjeż addizzjonali diretti relatati ma’ din il-proposta leġiżlattiva dwar il-baġit Komunitarju.

L-ispejjeż, relatati mal-ħidma tal-Kumitati Tekniċi meħtieġa għal din il-leġiżlazzjoni se jitħallsu mill-Aġenzija Ewropea għall-Kimiċi (lina tal-baġit 02 03 03), li għandhom jiġu stabbiliti skond il-proposta tal-Kummissjoni COM(2003) 644.

Dawn l-ispejjeż, madankollu, mhumiex se jkunu differenti mill-ispejjeż relatati mat-tmexxija ta' leġiżlazzjoni eżistenti għall-klassifikar u l-ittikkettar ta' sustanzi u preparazzjonijiet. Dan ir-regolament jieħu post żewġ biċċiet oħra ta’ Leġiżlazzjoni[12] mingħajr ebda spejjeż addizzjonali oħrajn għall-baġit Komunitarju.

1.3. Karatteristiċi baġitarji (żied ir-ringieli jekk hemm bżonn)

Linja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Ġdida | Kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

Mhux applikabbli |

2. PARTI 2: TAQSIRA TAR-RIżORSI

2.1. Riżorsi Finanzjarji

2.1.1. Sinteżi ta’ l-approprjazzonijiet għall-impenji (AI) u l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ)

EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

It-tip tan-nefqa | Nru tas-Sezzjoni | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

Nefqa operattiva |

Approprjazzjonijiet għall-Impenji (AI) | 6.1 | a | Mhux applikabbli |

Approprjazzonijiet għall-Ħlasijiet (AĦ) | b |

Nefqa amministrattiva fil-limiti ta’ l-ammont ta’ referenza |

Għajnuna teknika u amministrattiva (AMD) | 6.2.4 | c | Mhux applikabbli |

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

Approprjazzjonijiet għall-Impenji | a+c | Mhux applikabbli |

Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet | b+c |

Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza |

Riżorsi umani u nfiq assoċjat (AMD) | 6.2.5 | d | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 2.106 |

Spejjeż amministrattivi, barra mir-riżorsi umani u spejjeż relatati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) | 6.2.6 | e | -- | -- | -- | -- | -- | -- | -- |

L-ispiża finanzjarja indikattiva totali ta’ l-azzjoni

L-AI TOTALI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 2.106 |

L-AĦ TOTALI bl-inklużjoni tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | -- | -- | -- | -- | -- | -- | -- |

Id-dettalji tal-kofinanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi l-kofinanzjament minn Stati Membri, jew minn korpi oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tiġi indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella ta’ hawn taħt (jistgħu jiżdiedu ringieli supplimentari jekk huma previsti korpi differenti li jipprovdu l-kofinanzjament):

EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

L-entità tal-kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

f |

TOTAL AI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f | Mhux applikabbli |

2.1.2. Il-kompatibiltà ma' l-Ipprogrammar Finanzjarju

X Il-proposta hija kompatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Il-proposta se tinvolvi pprogrammar mill-ġdid ta' l-intestaturi rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista' titlob l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali (jiġifieri l-istrument tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

2.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-Dħul

X Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul

( Il-proposta tħalli impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

Miljuni ta’ EUR (sa ċifra waħda wara l-punt deċimali)

Qabel it-teħid ta’ azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

b) Bidla fid-dħul | ( |

(Jekk jogħġbok speċifika kull linja ta' baġit involuta, biż-żieda tan-numru xieraq ta' ringieli fit-tabella jekk ikun hemm effett fuq iktar minn linja waħda ta' baġit.)

2.2. Riżorsi Umani FTE (inklużi uffiċjali, persunal temporanju u estern) – għad-dettalji ara l-punt 6.2.1.

Ir-rekwiżiti annwali | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara |

Għadd totali ta’ riżorsi umani | 3 | 3 | 3 | 3 | 3 | 3 |

Il-ħtiġijiet għal riżorsi umani u amministrattivi għandhom ikunu koperti fi ħdan-allokazzjoni li tingħata lid-DĠ li jkun qed jimmaniġġja (ko-responsabbiltà ta’ ENTR u ENV) fil-qafas tal-proċedura annwali ta' l-allokazzjoni.

3. PARTI 3: KARATTERISTIċI U OBBJETTIVI

Id-dettalji tal-kuntest tal-proposta huma meħtieġa għall-Memorandum ta' Spjegazzjoni. It-taqsima tad-Dikjarazzjoni Leġiżlattiva Finanzjarja għandha tinkludi l-informazzjoni kumplimentari speċifika li ġejja:

3.1. Il-ħtieġa li għandha tintlaħaq fi żmien qasir jew fit-tul

Kif spjegat fi 3.2 hawn isfel, din il-proposta tieħu post leġiżlazzjoni eżistenti bi kważi l-istess ambitu.

Id-DĠ ENV huwa risponsabbli għal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-ikklassifikar ta’ sustanzi perikolużi li hafna minnha titmexxa mill-Uffiċċju Ewropew dwar il-Kimiċi (ECB) f’Ispra taħt ftehim speċjali mad-DĠ ENV; Filwaqt li d-DĠ ENTR għandu r-responsabilità li jmexxi l-leġiżlazzjoni eżistenti dwar preparazzjonijiet perikolużi. Filwaqt li l-ECB jmexxi l-parti lk-kbira mill-Kumitati Tekniċi kumplessi, li huma risponsabbli għall-ħidma ta’ tħejjija, hija l-ħidma tal-Kummissjoni li tieħu r-rakkomandazzjonijiet mill-Kumitati Tekniċi u tmexxi l-proċedura assoċjata ta’ Komitoloġija. Huwa għal dan il-għan li jinżamm il-persunal fid-DĠ ENV u fid-DĠ ENTR.

Taħt il-proposta l-ġdida, l-ħidma mal-Kumitati Tekniċi se tiġi trasferita mill-ECB għall-Aġenzija Ewropea l-ġdida għall-Kimiċi f’Ħelsinki. L-opinjonijiet, li l-Kumitati ta’ l-Aġenziji jipproduċu, jitressqu quddiem il-Kummissjoni li imbagħad tmexxi l-proċedura assoċjata ta’ Komitoloġija.

L-estimi huma li l-ħtiġijiet tar-riżorsi umani fil-Kummissjoni mhumiex se jinbidlu bl-introduzzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida. Għalhekk, din il-proposta ta’ leġiżlazzjoni ma toħloq l-ebda ħtieġa addizzjonali (meta mqabbla mal-leġiżlazzjoni eżistenti) ta’ riżorsi.

3.2. Il-valur miżjud ta’ l-involviment Komunitarju u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u sinerġija possibbli.

Bħalissa, hemm għadd kbir ta’ sistemi differenti ta’ kklassifikar u ttikkettar (C&L) għall-kimiċi (sustanzi u preparazzjonijiet, it-terminu GHS: taħlitiet) fis-seħħ f’ġuriżdizzjonijiet differenti madwar id-dinja (eżempju l-Unjoni Ewropea, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-Kanada, il-Ġappun, iċ-Ċina, il-Korea u l-Awstralja). Minħabba dan, is-sistemi ta’ C&L huma differenti kif ukoll it-tagħrif li jirriżulta dwar is-Saħħa u s-Sigurtà (H&S) għall-istess tip ta’ sustanzi u ta’ taħlitiet li joriġinaw fil-pajjiżi differenti.

Fl-1992, il-Konferenza tan-NU dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp (UNCED) f’Rio de Janeiro identifikat l-armonizzazzjoni tas-sistemi ta’ l-ikklassifikar u ta’ l-ittikkettar għall-kimiċi bħala wieħed mill-programmi ta’ azzjoni tagħha.

B’riżultat ta’ dan, ġiet żviluppata sistema ġdida b’kooperazzjoni ma’ bosta organizzazzjonijiet internazzjonali. L-Istati Membri ta’ l-UE, il-Kummissjoni u partijiet interessati kienu involuti bis-sħiħ f'din il-ħidma ta' żvilupp.

F’Diċembru 2002, kien hemm qbil dwar din is-sistema l-ġdida, is-Sistema Armonizzata Globali ta’ l-Ikklassifikar ul-Ittikkettar tal-Kimiċi (GHS), mill-Kumitat ta’ Esperti tan-NU dwar it-Trasport ta’ Merkanzija Perikoluża u s-Sistema Armonizzata Globali ta’ l-Ikklassifikar u l-Ittikkettar tal-Kimiċi (CETDG/GHS) f’Ġinevra. Il-GHS imbagħad ġiet adottata formalment min-NU ECOSOC[14] f'Lulju 2003 u saret disponibbli għall-implimentazzjoni.

Minkejja n-natura li ma torbotx tal-ftehim, is-sistema l-ġdida tal-GHS hija standard internazzjonali de facto . Barra s-sehem tagħha fil-ħidma għall-iżvilupp ta' GHS f'livell tan-NU, il-Kummissjoni ħabbret f'diversi okkażjonijiet l-għan tagħha li timplimenta l-GHS f'leġiżlazzjoni Komunitarja. Fid-29 ta’ Ottubru 2003, il-Kummissjoni stqarret fil-memorandum ta’ spjegazzjoni għall-emenda għal 67/548/KE, adottat fl-istess żmien tal-proposta REACH, li:

"huwa l-ħsieb tal-Kummissjoni li tipproponi mill-aktar fis possibbli l-inklużjoni f’liġi Komunitarja tal-GHS miftiehma internazzjonalment "

u, b’mod aktar speċifiku li:

“il-Kummissjoni se tressaq il-proposti meħtieġa biex din tiġi adottata fl-istess żmien ta’ l-adozzjoni finali tal-leġiżlazzjoni REACH".

Il-proposta kurrenti se tieħu post 2 Direttivi eżistenti Ewropej[15] inklużi aktar minn 10 Emendi u 30 Adattamenti għall-Progress Tekniku. Billi din it-taqsima kienet diġà ġiet leġiżlata f’livell Ewropew u hija relatata ma’ l-introduzzjoni ta’ standard internazzjonali bl-għan li jinkiseb livell għoli ta’ armonizzazzjoni, l-involviment tal-Komunità huwa ġġustifikat.

3.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

L-għan tal-proposta mhuwiex biss li jsir kontribut fl-armonizzazzjoni tas-suq intern iżda wkoll li jkunu mħarsa aħjar is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u fl-istess ħin li jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli u ffaċilitat il-kummerċ internazzjonali.

F’dan il-kuntest għandu jingħad li l-qagħda preżenti, jiġifieri li jkun hemm deskrizzjonijiet differenti dwar il-periklu għall-istess sustanza, ma tagħmilx tajjeb għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u lanqas ma tiffaċilita l-kummerċ internazzjonali billi l-industrija jkollha tapplika tikketti differenti għall-istess sustanza skond ir-reġjun li lejh tixtieq tesporta.

Għar-riżultati mistennija tal-proposta, ara r-Rapport finali ta’ l-Istima ta’ l-Impatt ta' din il-proposta li għamlet użu estensiv mill-istudji dettaljati ta' l-RPA u ta’ l-Ekonomija ta’ Londra kif wkoll mir-rispons tal-Konsultazzjoni mal-Partijiet Interessati. B'mod speċifiku, it-tweġibiet mill-kumpaniji dwar l-ispejjeż wasslu għal akar sforzi biex jikkwantifikaw oġġetti sinifikanti ta' spejjeż. L-analiżi kumplessiva turi li l-ispejjeż ta' l-implimentazzjoni jridu jiġu ċċekkjati biex wieħed jasal għall-benefiċċji netti tal-GHS fil-futur previst. Dan jeħtieġ perjodu ta' tranżizzjoni ta' tul xieraq, jiġifieri għas-sustanzi 3 snin biex wieħed iżomm mal-perjodu stabbilit ta’ l-inventarju dwar l-ikklassifikar u l-ittikkettar, u għat-taħlitiet madwar 4.5 snin biex jiġu evitati l-ispejjeż u r-riskji ta’ konġestjoni sinifikanti fil-mod tat-tħaddim marbut ma’ perjodi qosra ħafna jew twal wisq.

Kull studju addizzjonali li jirrigwarda t-twaqqif ta’ xenarju bażiku jew id-definizzjoni ta’ l-indikaturi biex ikejlu l-impatt tal-leġiżlazzjoni proposta huwa meqjus li mhux proporzjonali u għalhekk mhux qed isir. Ir-raġunijiet għalfejn dawk l-istudji huma meqjusa li mhumiex proporzjonali huma dawn li ġejjin:

- Din il-proposta leġiżlattiva hi marbuta ma’ l-implimentazzjoni ta’ ftehim internazzjonali. Anki evalwazzjoni negattiva minn qabel ma tkunx twassal biex il-Kummissjoni ma tressaqx dik il-proposta leġiżlattiva billi ma jeżistux għażliet oħra politiċi.

- Evalwazzjoni negattiva wara ma ġġagħalx lill-Kummissjoni biex tirtira mill-impenn tagħha li timplimenta s-sistema miftehma b’mod internazzjonali ta’ l -Ikklassifikar u l-Ittikkettar.

3.4. Il-Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv)

Hawn isfel uri l-metodu(i) magħżul(a) għall-implimentazzjoni ta' din l-azzjoni.

X Tmexxija Ċentralizzata

X Direttament mill-Kummissjoni (f’kooperazzjoni ma’ l-Aġenzija Ewropea għall-Kimiċi, jekk jogħġbok ara hawn isfel)

ٱ Indirettament b’delega lil:

ٱ Aġenziji Eżekuttiviٱ

X Entitajiet stabbiliti mill-Komunitajiet hekk kif jissemma fl-Art. 185 tar-Regolament Finanzjarju (l-Aġenzija Ewropea għall-Kimiċi li għandha titwaqqaf skond il-proposta tal-Kummissjoni COM(2003) 644)

ٱٱ Entitajiet pubbliċi-nazzjonali/b’missjoni ta’ servizz pubbliku

ٱٱ Ġestjoni komuni jew deċentralizzata

ٱ Ma’ l-Istati Membri

ٱ Ma’ Pajjiżi Terzi

ٱ Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti rilevanti:

4. PARTI 4: SORVELJANZA U VALUTAZZJONI

4.1. Sistema ta’ sorveljanza

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jikkonformaw l-attivitajiet ta’ sorveljanza u valutazzjoni tar-Regolament ma’ l-isforzi korrispondenti fl-livell tan-NU u dawk ta’ REACH.

L-UNITAR u l-OECD se jirrevedu l-punt safejn hemm konverġenza tas-sistemi C&L madwar id-dinja kif realizzat mill-GHS, l-ewwel nett biex jaraw jekk il-benefiċċji ta’ l-armonizzazzjoni humiex qed jitwettqu u wkoll biex jidentifikaw il-passi xierqa li jmiss lejn ħtiġijiet dejjem akitar uniformi ta' C&L. Is-servizzi tal-Kummissjoni se tipprovdi l-ħila tagħha esperta f’din il-ħidma ta’ reviżjoni, msejsa fuq il-klassifikazzjonijiet tal-GHS kif reġistrat fl-inventarju ta’ kklassifikar u ta’ ttikkettar ta’ REACH.

4.2. Evalwazzjoni

4.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

Fuq il-bażi tar-rapporti ta’ kull ħames snin mill-Istati Membri (kif meħtieġ mill-Artikolu 46 tar-Regolament), il-Kummissjoni se tevalwa l-punt safejn ir-Regolament qed jiġi applikat b’mod korrett u jekk hemmx ostakoli fl-applikazzjoni.

L-ewwel evalwazzjoni (jiġifieri dik ta' wara ħames snin) se tiffoka fuq it-tranżizzjoni ta' klassifikar ta' sustanzi lejn GHS b’attenzjoni fuq it-tranżizzjoni għaddejja f’dak il-waqt ta’ ikklassifikar ta’ taħlitiet u se tinforma ir-reviżjoni ta’ REACH prevista wara seba’ snin mid-dħul fis-seħħ tagħha.

It-tieni evalwazzjoni (jiġifieri dik wara għaxar snin) se tkun tista’ tivvaluta l-perjodu kollu ta’ tranżizzjoni. Iż-żewġ evalwazzjonijiet jistgħu jużaw kampjun ta’ kimiċi bil-klassifikazzjonijiet “antiki” u "ġodda” tagħhom biex jiċċekkjaw jekk saritx xi bidla sinifikanti fl-ambitu, u biex jivvalutaw il-(bidla fil-) kwalità ta’ l-ikklassifikar u l-ittikkettar.

4.2.2. Miżuri li ttieħdu wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (it-tagħlimiet miksuba permezz ta’ esperjenzi simili fl-imgħoddi)

Mhux applikabbli.

4.2.3. It-termini u l-frekwenza tal-valutazzjoni fil-ġejjieni

Jekk jogħġbok ara 4.2.1

5. PARTI 5: MIżURI KONTRA L-FRODI

Billi din il-proposta la tinkludi u lanqas tirrizulta fil-ġestjoni ta’ riżorsi finanzjarji din it-taqsima mhijiex applikabbli.

6. PARTI 6: DETTALJI TAR-RIżORSI

6.1. Għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża finanzarja tagħhom

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

- Output 1«Output 1 |

- Output 2 |

Azzjoni 2 |

- Output 1 |

Subtotal ta’ Għan 1 |

GĦAN OPERATTIV Nru. 2 1…........ |

Azzjoni 1 |

- Output 1 |

Subtotal ta’ Għan 2 |

GĦAN OPERATTIV Nru n 1 |

Għan tas-Sottototal n |

SPIŻA TOTALI |

6.2. Nefqa Amministrattiva

6.2.1. Għadd u tip ta’ riżorsi umani

Tipi ta’ karigi | Persunal li għandu jingħata l-kariga tat-tmexxija ta’ l-azzjoni bl-użu ta’ riżorsi eżistenti u/jew addizzjonali (għadd ta’ karigi/FTEs) |

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 |

Uffiċjali jew persunal temporanju[17] (XX 01 01) | A*/AD | 3* | 3* | 3* | 3* | 3* | 3* |

B*, C*/AST | Mhux applikabbli |

Staff iffinanzjat[18] skond l-Art. XX 01 02 |

Staff ieħor[19] iffinanzjat skond l-Artikolu XX 01 04/05 |

TOTAL | 3 | 3 | 3 | 3 | 3 | 3 |

* Bħalissa persuna waħda għad-DĠ ENV u żewġ persuni għad-DĠ ENTR

6.2.2. Deskrizzjoni tal-ħidmiet li joħorġu mill-azzjoni

Skond il-leġiżlazzjoni l-ġdida l-opinjonijiet rigward l-ikklassifikar u l-ittikkettar formulati mill-Kumitati ta’ l-Aġenzija se jitressqu lill-Kummissjoni. Tkun imbagħad il-ħidma tal-Kummissjoni li tmexxi x-xogħol relatat tal-Komitoloġija.

Flimkien ma’ dan, il-Kummissjoni għandha tkompli tieħu sehem fil-ħidma evoluttiva dwar is-sistema GHS f’livell tan-Nazzjonijiet Uniti.

6.2.3. Sorsi ta’ riżorsi umani (statutorji)

( Karigi li bħalissa huma allokati għat-tmexxija tal-programm li għandhom jinbidlu jew jiġu estiżi

( Karigi preallokati fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

X Karigi li għandhom jitqassmu mill-ġdid bl-użu ta’ riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ tmexxija (assenjar mill-ġdid intern)

( Karigi meħtieġa għas-sena n, għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju APS/PDB tas-sena msemmija

6.2.4. Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – In-nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva)

EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Linja tal-baġit (numru u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

Għajnuna oħra teknika u amministrattiva |

- Intra muros |

- Extra muros |

Total ta’ l-għajnuna Teknika u amministrattiva |

6.2.5. Spiża finanzjarja ta’ riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara |

Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 0.351 |

Il-persunal iffinanzjat bl-Art XX 01 02 (awżiljarju, SNE, persunal b’kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) | -- | -- | -- | -- | -- | -- |

L-ispiża totali ta’ Riżorsi Umani u l-ispejjeż assoċjati (li MHUMIEX fl-ammont ta’ referenza) | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 0.351 |

Kalkolu - Uffiċjali u Aġenti temporanji Għandha ssir referenza għall-Punt 6.2.1, jekk applikabbli. Huwa meħud bħala fatt li l-ispiża medja għal uffiċjal AD jew aġent temporanju hija ta’ €117.000 fis-sena. |

Kalkolu - Persunal iffinanzjat skond l-Art XX 01 02 Għandha ssir referenza għall-Punt 6.2.1, jekk applikabbli. |

6.2.6.Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta' referenza EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) |

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | Mhux applikabbli |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati* |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta' informazzjoni |

2. Infiq Totali Ieħor ta natura Ġestjonarja (XX 01 02 11) |

3. 3 Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika u inkludi referenza għal-linja tal-baġit) |

Infiq Amministrattiv totali għajr riżorsi umani u spejjeż assoċjati (li MHUMIEX inklużi fl-ammont ta’ referenza) |

* Il-Kumitati Tekniċi meħtieġa għal din il-proposta leġiżlattiva huma Kumitati stabbiliti fil-livell ta’ l-Aġenzija Ewropea l-ġdida għall-Kimiċi. Il-ħidmiet tagħhon jinkludu inter alia ħidma relatata ma’ l-Ikklassifikar u l-Ittikkettar. L-ispejjeż kollha għal dawn il-Kumitati Tekniċi kollha għandhom jitħallsu mill-baġit ta' l-Aġenzija tal-Kimiċi.

* Il-Kumitat tal-Komitoloġija meħtieġ għall-ġestjoni tal-leġizlazzjoni l-ġdida se jkun x'aktarx l-istess Kumitat meħtieġ għal-leġiżlazzjoni REACH. Għalhekk, mhux se jkun hemm spejjeż addizzjonali għall-ħidma tal-Kumitat.

* Il-ħtiġijiet għal riżorsi umani u amministrattivi għandhom ikunu koperti fi ħdan l-allokazzjoni li tingħata lid-DĠs li jkunu qed jimmaniġġjaw (ko-responsabilità ta’ ENTR u ENV) fil-qafas tal-proċedura annwali ta' l-allokazzjoni.

Kalkolu – Infiq ieħor amministrattiv li mhux inkluż fl-ammont ta' referenza |

[1] COM(2007) 355 finali.

[2] ECBI/03/02: Grupp ta’ Ħidma tal-White Paper dwar l-Ikklassifikar u l-Ittikkettar: Sommarju tar-Rakkomandazzjonijiet mill-Grupp ta’ Ħidma Tekniku dwar il-Ħidmiet 1 u 2.

[3] Rapport finali: Assistenza Teknika lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-GHS. Ökopol Institute for Environmental Strategies, Lulju 2004.

Rapport finali ta’ proġett: Appoġġ tekniku għat-tħejjija ta’ Annessi għall-abbozz ta’ leġiżlazzjoni li timplimenta s-Sistema Globali Armonizzata għall-Ikklassifikar u l-Ittikkettar tal-Kimiċi (GHS). Milieu Environmental Law & Policy, Jannar 2006.

[4] ĠU C

[5] ĠU C

[6] ĠU C

[7] ĠU L

[8] ĠU 196, 16.8.1967, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/121/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 850).

[9] ĠU L 200, 30. 12.2006, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

[10] ĠU L 104, 30. 12.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 907/2006 (ĠU L 168, 21.6.2006, p. 5).

[11] ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

[12] Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE relatata ma’ l-ikklassifikar, l-ippakkjar u t-tikkettar ta’ sustanzi perikolużi, kif emendata [ĠU 196, 16.8.1967, p. 1] u d-Direttiva tal-Kunsill 1999/45/KEE relatata ma’ l-ikklassifikar, l-ippakkjar u t-tikkettar ta’ preparazzjonijiet perikolużi, kif emendata [ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1]

[13] Għandhom jiżdiedu kolonni addizzjonali jekk meħtieġ jiġifieri jekk it-tul ta’ l-azzjoni taqbeż is-6 snin.

[14] Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti

[15] Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE relatata ma’ l-ikklassifikar, l-ippakkjar u t-tikkettar ta’ sustanzi perikolużi, kif emendata [ĠU 196, 16.8.1967, p. 1] u d-Direttiva tal-Kunsill 1999/45/KEE relatata ma’ l-ikklassifikar, l-ippakkjar u l-iitikkettar ta’ preparazzjonijiet perikolużi, kif emendata [ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1]

[16] Kif deskritt fis-Sezzjoni 5.3.

[17] L-ispiża għal dawn MHUX koperta mill-ammont ta' referenza

[18] L-ispiża għal dawn MHUX koperta mill-ammont ta' referenza

[19] L-ispiża għal dawn hija inkluża fl-ammont ta' referenza

[20] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni leġiżlattiva finanzjarja speċifika għall-Aġenzija(i) Eżekuttiva(i) kkonċernata(i).