52007PC0611

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 76/768/KEE, 88/378/KEE, 1999/13/KE u d-Direttivi 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2004/42/KE sabiex tadattahom għar-Regolament (KE) ... dwar il-Klassifikar, it-Tikkettar u l-Ippakkjar ta’ Sustanzi u Taħlitiet, u li temenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 [SEG(2007) 1334] [SEG(2007) 1335] /* KUMM/2007/0611 finali - COD 2007/0212 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 16.10.2007

KUMM(2007) 611 finali

2007/0212 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 76/768/KEE, 88/378/KEE, 1999/13/KE u d-Direttivi 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2004/42/KE sabiex tadattahom għar-Regolament (KE) ... dwar il-Klassifikar, it-Tikkettar u l-Ippakkjar ta’ Sustanzi u Taħlitiet, u li temenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006

(preżentata mill-Kummissjoni)[SEG(2007) 1334][SEG(2007) 1335]

WERREJ

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 3

L-isfond tal-proposta 3

Raġunijiet u għanijiet 3

Koerenza ma’ politiki oħrajn 3

Riżultati tal-konsultazzjonijiet pubbliċi u l-istimi ta’ l-impatt 4

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati pubbliċi 4

Konsultazzjoni bl-internet 4

Kwistjonijiet imqajma u kif qed jiġu indirizzati 4

Stimi ta' l-impatt 4

Ġbir u użu ta’ għarfien espert 5

Elementi ġuridiċi tal-proposta 5

Bażi ġuridika 5

Is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità 5

Is-sussidjarjetà 5

Il-proporzjonalità 6

Għażla ta’ l-istrument ġuridiku 6

Introduzzjoni għall-proposta 6

1. Raġunijiet u għanijiet 6

2. Dispożizzjonijiet dettaljati 7

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 76/768/KEE, 88/378/KEE, 1999/13/KE u d-Direttivi 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2004/42/KE sabiex tadattahom għar-Regolament (KE) ... dwar il-Klassifikar, it-Tikkettar u l-Ippakkjar ta’ Sustanzi u Taħlitiet, u li temenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 8

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 15

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

L-isfond tal-proposta

Raġunijiet u għanijiet

Din il-proposta takkompanja l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikar, it-tikkettar u l-ippakkjar ta’ sustanzi u taħlitiet[1]. Il-proposta ta' l-aħħar tibni fuq leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-kimiċi u tistabbilixxi sistema ġdida dwar il-klassifikar, it-tikkettar u l-ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet perikolużi billi timplimenta fl-UE il-kriterji internazzjonali miftehma mill-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tal-Ġnus Magħquda (UN Ecosoc) għall-ikklassifikar u t-tikkettar ta’ sustanzi u taħlitiet perikolużi, imsejħa s-Sistema Armonizzata Globali tal-Klassifikar u t-Tikkettar tal-Kimiċi (GHS- Globally Harmonised System of Classification and Labelling of Chemicals ).

Il-klassifikar ta’ sustanzi u preparazzjonijiet taħt id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, li huma applikabbli attwalment, iġġib magħha obbligi oħrajn fil-leġiżlazzjoni ta’ l-UE, minn hawn 'il quddiem imsejħa leġiżlazzjoni implimentattiva.

Is-servizzi tal-Kummissjoni stmaw l-effetti potenzjali ta’ l-implimentazzjoni tal-kriterji GHS dwar leġiżlazzjoni implimentattiva. L-analiżi tagħhom tikkonkludi li l-effetti huma jew minimi jew jistgħu jitnaqqsu kemm jista’ jkun b’tibdiliet xierqa f’atti implimentattivi partikolari. Din id-Deċiżjoni proposta għandha l-għan li tagħmel tibdiliet tali f'għadd ta’ atti implimentattivi, permezz ta’ emendi li jqisu l-effetti tal-proposta dwar il-klassifikar, it-tikkettar u l-ippakkjar ta’ sustanzi u taħlitiet. Din hija ppreżentati flimkien ma’ Regolament propost bil għan li jwettaq tibdiliet sabiex jindirizza l-effetti tal-proposta dwar il-klassifikar, it-tikkettar u l-ippakkjar għal Regolament eżistenti.

Koerenza ma’ politiki oħrajn

L-analiżi ta’ l-effetti potenzjali ta’ l-implimentazzjoni tal-kriterji GHS fuq legiżlazzjoni implimentattiva ikkonkludiet li l-effetti huma jew minimi jew jistgħu jiġu minimizzati b’tibdiliet xierqa għal atti implimentattivi partikolari. Dan l-abbozz ta' Deċiżjoni jipproponi tibdiliet tali għad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 76/768/KEE, 88/378/EEC, 1999/13/KE, 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2004/42/KE.

Matul il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati li saret dwar il-proposta għal Regolament dwar il-klassifikar, it-tikkettar u l-ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet u li jindirizza wkoll l-effetti potenzjali fuq leġiżlazzjoni implimentattiva, xi partijiet semmew in-nuqqas ta’ analiżi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali msemmija fil-kriterji ta’ klassifikar ta’ l-UE. Madankollu, l-istima ta’ l-effetti fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija fi ħdan il-kompetenza ta’ l-Istati Membri. Il-Kummissjoni tinkoraġixxi lill-Istati Membri janalizzaw l-atti implimentattivi nazzjonali tul il-linji ta’ studju dwar il-leġiżlazzjoni ta’ l-UE.

Riżultati tal-konsultazzjonijiet pubbliċi u l-istimi ta’ l-impatt

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati pubbliċi

Konsultazzjoni bl-internet

Il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni mal-partijiet interessati pubbliċi dwar il-proposta għal Regolament dwar il-klassifikar, it-tikkettar u l-ippakkjar ta’ sustanzi u taħlitiet fuq l-internet mill-21 ta' Awwissu sal-21 ta’ Ottubru 2006. It-tweġibiet kollha ġew ippubblikati fuq l-Internet. Waslu madwar 370 kontribut. 82% intbagħtu mill-industrija – kumpaniji jew assoċjazzjonijiet; mill-254 tweġiba tal-kumpaniji, 45% ġew minn intrapriżi b’anqas minn 250 impjegat. Wieġbu 10 NGOs. Wieġbet trejdjunjin waħda.

18-il gvern ta' Stati Membri u/jew awtoritajiet pubbliċi bagħtu kummenti. Awtoritajiet pubbliċi li mhumiex fl-UE (l-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera, ir-Rumanija) taw il-kontribut tagħhom ukoll. L-ebda organizzazzjoni internazzjonali ma bagħtet kummenti. 97% tat-tweġibiet jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-GHS fl-UE. B’mod ġenerali l-abbozzi tal-proposti tas-servizzi tal-Kummissjoni huma apprezzati ħafna mill-awtoritajiet u l-industrija ta' l-Istati Membri.

Kwistjonijiet imqajma u kif qed jiġu indirizzati

Ambitu: Il-maġġoranza ta’ dawk li wieġbu (59%) la jappoġġjaw iż-żieda u lanqas it-tnaqqis tal-livell ta’ ħarsien b’kuntrast mas-sistema ta’ l-UE attwali, għajr fejn dan ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata konsistenza mal-leġiżlazzjoni tat-trasport jew mal-GHS. 5% ma kellhom l-ebda opinjoni, inklużi ħafna mill-NGOs. 36% jippreferu strateġija differenti. Minn dawn, grupp wieħed (korpi governattivi fid-Danimarka, l-Iżveżja, in-Norveġja, l-Iżlanda), riedu jmorru lil hinn mill-ambitu tas-sistema attwali; it-tieni grupp (assoċjazzjonijiet u kumpaniji) ippropona li jinkludi l-kategoriji kollha ta’ GHS, iżda li ma jinkludix il-"fdalijiet ta’ l-UE" li għad mhumiex parti mill-GHS.

Stimi ta' l-impatt

L-istima ta’ l-impatt ġenerali tal-Kummissjoni għar-Regolament propost dwar il-klassifikar, it-tikkettar u l-ippakkjar ta’ sustanzi u taħlitiet u t-tibdiliet b’konsegwenza tagħha f’leġiżlazzjoni implimentattiva relatata għamlet użu mir-rapporti ta’ konsultazzjoni mħejjija minn RPA u mill- London Economics kif ukoll mit-tweġibiet li ħarġu mill-konsultazzjoni mal-partijiet interessati. B’mod speċifiku, it-tweġibiet minn kumpaniji dwar l-ispejjeż wasslu għal aktar sforzi sabiex jikkwantifikaw elementi sinifikanti ta’ l-ispejjeż. L-analiżi ġenerali turi li jeħtieġ li l-ispejjeż ta’ l-implimentazzjoni jiġu sorveljati sabiex jinkisbu l-benefiċċji netti tal-GHS fil-futur previst.

Il-miżuri stipulati f’din il-proposta jipprevedu adattament tar-referenzi għar-regoli u terminoloġija ta’ klassifikar skond il-proposta għal Regolament dwar il-klassifikar, it-tikkettar u l-ippakkjar ta’ sustanzi u taħlitiet għall-atti implimentattivi kollha koperti bid-Deċiżjoni proposta attwali. Għad-Direttivi 76/768/KEE, 88/378/KEE, 2000/53/KE u 2002/96/KE, l-effetti potenzjali huma minimizzati billi jiġu koperti, fir-referenza għal sustanzi u taħlitiet perikolużi skond ir-Regolament propost dwar il-klassifikar, it-tikkettar u l-ippakkjar ta’ sustanzi u taħlitiet, dawk il-limiti li huma diġà msemmija taħti ir-reġim attwali ta’ l-UE dwar il-klassifikar u t-tikkettar, filqawt li ma jiżdiedux aktar limiti.

Fir-rigward tad-Direttiva 1999/13/KE, ma jsirx aktar adattament ta' referenza għall-kriterji ta' klassifikar minħabba li l-effetti potenzjali huma meqjusa bħala irrelevanti għall-ambitu tad-Direttiva. Id-Direttiva 2004/42/KE ma tibbaża l-ebda obbligazzjoni addizzjonali fuq il-klassifikar ta’ sustanzi u taħlitiet.

Għalhekk, għal kull waħda mid-Direttivi implimentattivi ta' l-UE li huma proposti għall-emenda mid-Deċiżjoni proposta attwali, ma hemmx il-ħtieġa ta' aktar analiżi minbarra dik stipulata fl-istima ta’ impatt ġenerali msemmija hawn fuq.

Ġbir u użu ta’ għarfien espert

Il-GHS ġiet żviluppata minn organizzazzjonijiet internazzjonali, bil-parteċipazzjoni ta’ varjetà ta’ partijiet interessati. B’mod simili għal dan, fl-UE saru diskussjonijiet tekniċi kontinwi ma’ Stati Membri u partijiet interessati oħrajn matul l-aħħar snin. Wara l-pubblikazzjoni tal- White Paper "Strateġija għal Politika dwar il-Kimiċi futura", il-Kummissjoni kkonsultat fil-fond ma’ esperti. Ir-riżultati tal-grupp ta’ ħidma tekniku dwar il-klassifikar u t-tikkettar imsejjaħ mill-Kummissjoni bi tħejjija għal REACH[2] tqiesu fl-abbozzar ta’ din il-proposta. Twettqu aktar studji[3] u fit-18 ta’ Novembru 2005 saret diskussjoni informali mal-partijiet interessati dwar l-implimentazzjoni tal-GHS fl-UE.

Elementi ġuridiċi tal-proposta

Bażi ġuridika

Din il-proposta għandha bażi ġuridika doppja li tikkonsisti kemm mill-Artikolu 95 kif ukoll mill-Artikolu 175 (1) tat-Trattat tal-KE. Din il-bażi ġuridika doppja hija bażi ġuridika xierqa għal din id-Deċiżjoni proposta minħabba li timminimizza l-effetti għas-sitt Direttivi eżistenti li se jirriżultaw mill-proposta għal Regolament dwar il-klassifikar, it-tikkettar u l-ippakkjar ta’ sustanzi u taħlitiet. Tlieta minn dawn id-Direttivi huma msejsa fuq l-Artikolu 175 (1) tat-Trattat tal-KE, tlieta minnhom huma msejsa fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE. Iż-żewġ bażi ġuridiċi jserħu fuq il-proċedura ta’ kodeċiżjoni stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE u għalhekk huma kumpattibbli minn perspettiva proċedurali. Bażi ġuridika doppja li tikkonsisti fiż-żewġ Artikoli msemmija qabel ġiet użata riċentament mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill għar-Regolament dwar ċerti gassijiet fluworinati li joħolqu l-effett tas-serra[4].

Is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità

Is-sussidjarjetà

Sitt Direttivi eżistenti fl-oqsma tal-prodotti kosmetiċi, sikurezza tal-ġugarelli, emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili, vetturi li m’għadhomx tajbin għall-użu u skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku diġà għandhom dispożizzjonijiet ġuridiċi sostantivi. Id-Deċiżjoni proposta se temenda d-Direttivi eżistenti sabiex tadattahom għar-regoli ta’ klassifikar stipulati fil-proposta għal Regolament dwar il-klassifikar, it-tikkettar u l-ippakkjar ta’ sustanzi u taħlitliet. Dawn l-emendi jeħtieġ li jkunu l-istess eżatt fl-Istati Membri kollha, u għalhekk għandhom ikunu regolati fil-livell Komunitarju.

Il-proporzjonalità

Il-kriterji għall-klassifikar ta’ sustanzi u taħlitiet bħala perikolużi jinsabu fil-proposta għal Regolament dwar il-klassifikar, it-tikkettar u l-ippakkjar ta’ sustanzi u taħlitiet. F’dik il-proposta, ġew miżjuda xi klassijiet u kategoriji ta' periklu b'kuntrast għas-sistema ta' l-UE attwali, li wasslu għall-klassifikar ta’ sustanzi u taħlitiet li qabel ma kienux klassifikati. Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità, ma jrid ikun hemm l-ebda bidla fl-ambitu ta’ leġiżlazzjoni implimentattiva sabiex ma jinħolqux obbligi ġodda. Id-Deċiżjoni proposta għandha l-għan li tiżgura dan, billi tinkludi f'sitt Direttivi referenza għall-kunċett ta' "perikoluż" li jinsab fl-Artikolu 3 (2) tal-proposta għal Regolament dwar il-klassifikar u t-tikkettar ta' sustanzi u taħlitiet u li hija konformi mas-sistema ta' l-UE attwali.

Għalhekk din il-proposta għal Deċiżjoni hija proporzjonali.

Għażla ta’ l-istrument ġuridiku

L-għażla ta' Deċiżjoni hija ġustifikata. Fuq naħa waħda, din il-proposta temenda sitt Direttivi eżistenti li ġew trasposti f'leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru u li n-natura ġuridika tagħha mhix affettwata mill-proposta għal Regolament dwar il-klassifikar, it-tikkettar u l-ippakkjar ta’ sustanzi u taħlitiet. L-emendi introdotti minn din id-Deċiżjoni minn naħa tagħhom iridu jiġu trasposti f’leġiżlazzjoni ta’ l-Istat Membru. Għalhekk huwa xieraq li jingħażel strument li mhux applikabbli direttament, iżda li minflok huwa indirizzat lill-Istati Membri. Fuq in-naħa l-oħra, il-maġġoranza ta’ l-emendi misjuba f’din il-proposta huma maħsuba biss li jiġu applikabbli bosta snin wara l-adozzjoni ta' l-att ta' emenda, jiġifieri mill-1 ta' Diċembru 2010 u mill-1 ta' Ġunju 2015 rispettivament. Dan ikun jeħtieġ jew li jiġu stabbiliti dati ta’ traspożizzjoni differenti għad-dispożizzjonijiet differenti skond id-dati rilevanti, li huwa kliem mhux tas-soltu għal Direttiva minn perspettiva ġuridika, jew data waħda ta’ transpożizzjoni, li tkun teħtieġ lill-Istati Membri li jadottaw leġiżlazzjoni nazzjonali b’applikabbiltà diferuta għal xi dispożizzjonijiet, li mhux normali għal Direttiva. Deċiżjoni hija aktar effiċjenti biex tistpula fiċ-ċar l-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri f’dan ir-rigward u għalhekk hija ppreferuta.

Introduzzjoni għall-proposta

Din id-Deċiżjoni temenda sitt Direttivi eżistenti sabiex tadattahom għall-kriterji għall-klassifikar u t-tikkettar ta' sustanzi u taħlitiet stipulati fil-proposta għal Regolament dwar il-klassifikar, it-tikkettar u l-ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet.

1. Raġunijiet u għanijiet

L-għan prinċipali ta’ din id-Deċiżjoni huwa li tindirizza l-effetti ta’ l-introduzzjoni ta’ kriterji ta’ klassifikar ġodda għal sustanzi u taħlitiet għal sitt Direttivi li jirreferu għall-klassifikar ta’ sustanzi u taħlitiet, sabiex tipprevjeni tibdiliet mhux mixtieqa fl-ambitu u fl-obbligazzjonijiet. Fejn meħtieġ, hija tadatta d-dispożizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi għat-terminoloġija ġdida li tirriżulta minn kriterji ġodda u stqarrijiet ta’ periklu ġodda introdotti mill-proposta dwar il-klassifikar, it-tikkettar u l-ippakkjar. It-terminu "taħlita" huwa introdott sabiex jieħu post it-terminu "preparazzjoni", b'konformità mal-proposta dwar il-klassifikar, it-tikkettar u l-ippakkjar ta’ sustanzi u taħlitiet.

Fejn id-Direttivi jirreferu b’mod ġenerali għall-metodi ta’ ittestjar stipulati fid-Direttiva 67/548/KEE, din il-proposta taġġorna din ir-referenza b’konformità mar-Regolament 1907/2006 (REACH) adottat riċentament li jipprevedi Regolament tal-Kummissjoni li jkun fih dawn il-metodi.

Għad-Direttiva 1999/13/KE, din il-proposta fiha bidla li hija konsegwenzjali wara li żewġ fażijiet ta’ riskju msejħa R40 u R68 ħadu post il-fażi ta’ riskju ta’ qabel R40, operati bid-Direttiva 2001/59/KE. Dan il-bdil s'issa ma kienx ġie rifless fil-kliem tad-Direttiva 1999/13/KEE. Huwa xieraq li din il-bidla isseħħ issa sabiex tkun żgurata tranżizzjoni korretta għall-fażijiet ta’ periklu korrispondenti previsti fil-proposta dwar il-klassifikar, it-tikkettar u l-ippakkjar ta’ sustanzi u taħlitiet.

2. Dispożizzjonijiet dettaljati

L-Artikoli 1 sa 6 jintroduċu t-tibdiliet meħtieġa għad-Direttivi 76/768/KEE, 88/378/KEE, 1999/13/KE, 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2004/42/KE b’konformità mas-sejbiet ta’ l-analiżi ta' l-effetti potenżjali tal-proposta għal Regolament dwar il-klassifikar, it-tikkettar u l-ippakkjar ta' sustanzi u taħlitiet fuq il-leġiżlazzjoni implimentattiva ta' l-UE u l-għanijiet diskussi taħt it-taqsima ta' qabel.

Id-dati tad-dħul fis-seħħ mifruxa tat-tibdiliet jirriflettu d-dħul fis-seħħ mqassam tal-proposta għal Regolament imsemmija qabel. Dan huwa loġiku, minħabba li d-Deċiżjoni tintroduċi tibdiliet li huma konsegwenzjali għall-adozzjoni ta’ dak ir-Regolament.

L-Artikolu 7 huwa artikolu standard li huwa meħtieġ kawża tan-natura ġuridika ta' Deċiżjoni.

2007/0212 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 76/768/KEE, 88/378/KEE, 1999/13/KE u d-Direttivi 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2004/42/KE sabiex tadattahom għar-Regolament (KE) ... dwar il-Klassifikar, it-Tikkettar u l-Ippakkjar ta’ Sustanzi u Taħlitiet, u li temenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 u l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[5],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[7],

Billi:

1. Ir-Regolament (KE) Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikar, it-tikkettar u l-ippakkjar ta’ sustanzi u taħlitiet, li jemenda d-Direttiva 67/548/KEE u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006[8] jipprevedi l-armonizzazzjoni tal-klassifikar u t-tikkettar ta' sustanzi u taħlitiet fil-Komunità. Dan ir-Regolament se jieħu post id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-Regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar ta' sustanzi perikolużi[9] kif ukoll d-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġi, ir-Regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar ta' preparazzjonijiet perikolużi[10].

2. Ir-Regolament (KE) ... jibni fuq l-esperjenza tad-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE u jinkorpora l-kriterji għall-klassifikar u t-tikkettar ta' sustanzi u taħlitiet stipulati fis-Sistema Armonizzata Globali tal-Klassifikar u t-Tikkettar tal-Kimiċi (GHS) li ġiet adottata fil-livell internazzjonali, fi ħdan l-istruttura tal-Ġnus Magħquda.

3. Ċerti dispożizzjonijiet dwar il-klassifikar u t-tikkettar stipulati fid-Direttivi 67/548/KEE u 199/45/KE jservu wkoll għall-għan ta’ l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja oħra, bħad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1967 dwar l-approsimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi[11], id-Direttiva tal-Kunsill 88/378/KEE tat-3 ta’ Mejju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward is-sigurtà tal-ġugarelli[12], id-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE tal-11 ta' Marzu 1999 dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ komponenti volatili organiċi minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet[13], id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-18 ta’ Settembru 2000 dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw[14], id-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku[15] u d-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar il-limitazzjonijiet ta' emmissjonijiet ta' komponenti organiċi volatili minħabba l-użu ta' solventi f'ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta' lostru mill-ġdid ta' vetturi u li temenda d-Direttiva 1999/13/KE[16].

4. L-inkorporazzjoni tal-kriterji GHS fil-leġiżlazzjoni Komunitarji twassal għall-introduzzjoni ta’ klassijiet u kategorijiet ta’ periklu ġodda li jikkorrispondu biss parzjalment ma’ l-arranġamenti ta’ klassifikar u tikkettar stipulati bid-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE. Analiżi dwar l-effetti potenzjali tat-tranżizzjoni mis-sistema l-qadima għall-ġdida ta' klassifikar u tikkettar wasslet għall-konklużjoni li bl-adattament tar-referenzi għall-kriterji ta' klassifikar fid-Direttivi 76/768/KEE, 88/378/KEE, 2000/53/KE u 2002/96/KE għas-sistema l-ġdida introdotta bir-Regolament (KE) Nru ..., l-ambitu ta' l-atti rispettivi għandhom jinżammu.

5. Jeħtieġ ukoll li tiġi adattata d-Direttiva 76/768/KEE sabiex titqies l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (Reach), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE[17].

6. Huwa xieraq li d-Direttiva 1999/13/KE tkun konformi mat-tibdil tal-frażi ta' riskju R40 biż-żewġ frażijiet ta' riskju R40 u R68 taħt id-Direttiva 67/548/KEE, sabiex tkun żgurata t-tranżizzjoni korretta għall-istqarrijiet ta’ periklu stipulati fir-Regolament (KE) Nru ...

7. It-tranżizzjoni mill-kriterji għall-klassifikar misjuba fid-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE titlesta fis-sħiħ fl-1 ta' Ġunju 2015. Il-manifatturi ta’ kosmetiċi, ġugarelli, żebgħa, verniċi u prodotti ta' raffinar għall-vetturi u tagħmir elettriku u elettroniku huma manifatturi, importaturi jew utenti implimentattivi fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru ..., kif huma wkoll l-operaturi li l-attivitajiet tagħhom huma koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE. Kollha kemm huma għandhom jingħataw iċ-ċans li jiddisinjaw l-istrateġija ta' tranżizzjoni tagħhom taħt din id-Deċiżjoni f'perjodu ta' żmien simili għal dak taħt ir-Regolament (KE) Nru ....

8. Id-Direttivi 76/768/KEE, 88/178/KEE, 1999/13/KE, 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2004/42/KE għandhom jiġu emendati skond dan.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Emenda għad-Direttiva 76/768/KEE

Id-Direttiva 76/768/KEE hija emendata kif ġej:

(1) il-kelma « preparazzjoni » jew "preparazzjonijiet" fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fil-verżjoni tiegħu tat-30 ta’ Diċembru 2006 tinbidel bil-kelma « taħlita » jew "taħlitiet" rispettivament fit-test kollu;

(2) fl-Artikolu 4a, il-punt d tal-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"(d) it-twettieq fuq it-territorju tagħhom ta’ ttestjar ta’ annimali ta' ingredjenti jew kombinazzjonijiet ta’ ingredjenti sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, mhux aktar tard mid-data li fiha testijiet tali huma meħtieġa li jinbidlu b’metodu jew metodi vvalidat(i) elenkati fir-Regolament tal-Kummissjoni [...* dwar il-metodi tat-test]**, jew fl-Anness IX ta' din id-Direttiva.____________________________________________________________________

* ĠU L …** ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.”

(3) mill-1 ta’ Diċembru 2010, l-Artikolu 4b tad-Direttiva 76/768/KEE jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 4b

L-użu ta’ prodotti kosmetiċi ta’ sustanzi klassifikati bħala karċinoġeni, ċellula bijoloġika mutaġenika jew tossiċi għar-riproduzzjoni, ta' kategorija 1A, 1B jew 2, skond il-parti 3 ta' l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar il-Klassifikar u t-Tikkettar ta’ Sustanzi u Taħlitiet *** għandu jiġi pprojbit. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tadotta l-proċeduri meħtieġa skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10 (2). Sustanza kklassifikata fil-kategorija 2 tista' tintuża fil-kosmetiċi jekk is-sustanza tkun ġiet ivvalutata mis-SCCNFP u misjuba aċċettabbli għall-użu fil-prodotti kosmetiċi.

*** ĠU L …”

(4) mill-1 ta' Diċembru 2010, fl-Artikolu 7a(1), l-aħħar sentenza tat-tieni sottoparagrafu tal-punt (h) jinbidel b'dan li ġej:

"It-tagħrif kwantitattiv meħtieġ taħt (a) li għandu jsir aċċessibbli pubblikament għandu jkun limitat għal sustanzi ta' periklu fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru ...";

(5) fl-Anness IX, l-ewwel sentenza tinbidel b’dan li ġej:

"Dan l-Anness jelenka l-metodi alternattivi vvalidati miċ-Ċentru Ewropew dwar il-Validazzjoni ta’ Metodi Alternattivi (ECVAM) taċ-Ċentru għar-Riċerka Konġunta disponibbli sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u li mhumiex elenkati fir-Regolament [..]."

Artikolu 2 Emenda għad-Direttiva 88/378/KEE

Id-Direttiva 88/378/KEE hija emendata kif ġej:

(1) il-kelma « preparazzjoni » jew "preparazzjonijiet" fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fil-verżjoni tiegħu tat-30 ta’ Diċembru 2006 tinbidel bil-kelma « taħlita » jew "taħlitiet" rispettivament fit-test kollu;

(2) mill-1 ta' Ġunju 2015, fit-taqsima 2 tal-parti II ta’ l-Anness II, il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

"(b) Ġugarelli li, għal raġunijiet essenzjali għat-tħaddim tagħhom, fihom sustanzi jew taħlitiet perikolużi fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3 (2) tar-Regolament (KE) Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar il-Klassifikar u Tikkettar ta’ Sustanzi u Taħlitiet*, b’mod partikolari materjali u tagħmir għal esperimenti tal-kimika, assemblaġġ ta' mudell, mudellar bil-plastik jew biċ-ċeramika, xogħol ta' żmalt, fotografija jew attivitajiet simili, ma jistax ikollhom, sustanzi jew taħlitiet li jistgħu jieħdu n-nar kawża tat-telf ta' komponenti volatili li ma jieħdux in-nar.

* ĠU L …"

(3) mill-1 ta' Ġunju 2015, fit-taqsima 3 tal-parti II ta’ l-Anness II, l-ewwel paragrafu tal-punt 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3. Il-ġugarelli ma jistax ikun fihom sustanzi jew taħlitiet perikolużi fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru ... f'ammont li jistgħu jkunu ta' ħsara għas-saħħa tat-tfal li jużawhom. Huwa pprojbit, f'kull avveniment, li jiġi inkluż, f'ġugarell, sustanzi jew taħlitiet perikolużi tali jekk dawn huma maħsuba għall-użu waqt li l-ġugarell ikun qed jintuża.

(4) mill-1 ta' Ġunju 2015, fit-taqsima 4 ta’ l-Anness IV, it-titolu u l-punt (a) jinbidlu b’dan li ġej:

“4. Ġugarelli li jkun fihom sustanzi jew taħlitiet minnhom infushom perikolużi. Ġugarelli kimiċi

(a) Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru ..., l-istruzzjonijiet għall-użu ta’ ġugarelli li fihom sustanzi jew taħlitiet minnhom infushom perikolużi fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3 (2) ta’ dak ir-Regolament għandu jkollhom twissija dwar in-natura perikoluża ta’ dawn is-sustanzi jew taħlitiet u indikazzjoni tal-prekawzjonijiet li jridu jittieħdu mill-utenti sabiex jiġu evitati perikli assoċjati magħhom, li għandhom jiġu speċifikati fil-qosor skond it-tip tal-ġugarell. L-ewwel għajnuna li għandha tingħata fil-każ ta' inċidenti serji kkawżati mill-użu ta' dan it-tip ta' ġugarell għandha tissemma wkoll. Għandu jingħad ukoll li l-ġugarelli għandhom jinżammu 'lbogħod mit-tfal iż-żagħar ħafna."

Artikolu 3 Emenda għad-Direttiva 1999/13/KE

Id-Direttiva 1999/13/KE hija emendata kif ġej:

(1) il-kelma « preparazzjoni » jew "preparazzjonijiet" fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fil-verżjoni tiegħu tat-30 ta’ Diċembru 2006 tinbidel bil-kelma « taħlita » jew "taħlitiet" rispettivament fit-test kollu;

(2) L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a) mill-1 ta' Ġunju 2015, il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:“6. Sustanzi jew tħejjijiet li, minħabba l-kontenut ta' VOCs tagħhom klassifikat bħala karċinoġeni, mutaġeni, jew tossiċi għar-riproduzzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* huma assenjati jew jeħtieġ li jkollhom l-istqarrijiet ta' riskju H340, H350, H350i, H360D jew H360F għandhom jinbidlu, sakemm huwa possibbli u billi titqies il-gwida kif imsemmija fl-Artikolu 7 (1), b’sustanzi jew taħlitiet ta' anqas ħsara fl-iqsar perjodu ta' żmien possibbli.

* ĠU L …"

(b) il-paragrafu 8 huwa emendat kif ġej:

(i) il-kliem "il-frażi ta’ riskju R40" jinbidlu b’"il-frażijiet ta’ riskju R40 jew R68";

(ii) il-kliem "it-tikkettar R40" jinbidlu b’"it-tikkettar R40 jew R68";

(iii) mill-1 ta’ Ġunju 2015, il-kliem "il-frażijiet ta’ riskju R40 jew R68" jinbidlu b’"l-istqarrijiet ta' periklu H341 jew H351";

(iv) mill-1 ta’ Ġunju 2015, il-kliem "it-tikkettar R40 jew R68" jinbidlu b’"l-istqarrijiet ta' periklu H341 jew H351";

(c) mill-1 ta' Ġunju 2015, fil-paragrafu 9, il-kliem "frażijiet ta' riskju" jinbidlu bil-kliem "stqarrijiet ta’ periklu"';

(d) il-paragrafu 13 huwa emendat kif ġej:

(i) il-kliem "it-tikkettar R40, R60 jew R61" jinbidlu b’"il-frażijiet ta’ riskju R40, R68, R60 jew R61";

(ii) mill-1 ta’ Ġunju 2015, il-kliem "il-frażijiet ta’ riskju R40, R68, R60 jew R61" jinbidlu b’"l-istqarrijiet ta' periklu H341, H351, H360F jew H360D".

Artikolu 4 Emenda għad-Direttiva 2000/53/KE

Mill-1 ta’ Diċembru 2010, fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/53/KE, il-paragrafu 11 jinbidel b’dan li ġej:

“11. 'sustanza ta' periklu' tfisser kwalunkwe sustanza li hija meqjusa bħala perikoluża fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*;

* ĠU L …"

Artikolu 5 Emenda għad-Direttiva 2002/96/KE

Id-Direttiva 2002/96/KE hi emendata kif ġej:

(1) Mill-1 ta’ Ġunju 2015, il-kelma "preparazzjoni" jew "preparazzjonijiet" fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fil-verżjoni tiegħu tat-30 ta’ Diċembru 2006 tinbidel bil-kelma "taħlita" jew "taħlitiet" rispettivament fit-test kollu;

(2) mill-1 ta' Ġunju 2015, fl-Artikolu 3, il-punt (1) jinbidel b’dan li ġej:

" (1) 'sustanza jew taħlita ta' periklu' tfisser kwalunkwe sustanza jew taħlita li trid titqies bħala perikoluża fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*;

* ĠU L …"

(3) fit-taqsima 1 ta’ l-Anness II, it-tlettax-il inċiż jinbidel b’dan li ġej:

"- komponenti li fihom fibri taċ-ċeramika refrattivi kif deskritti fil-parti 3 ta’ l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*;__________________________________________________________

* ĠU L …"

Artikolu 6 Emenda għad-Direttiva 2004/42/KE

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/42/KE huwa emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 3, il-kelma « preparazzjoni » tinbidel b’« taħlita »;

(b) fil-paragrafu 8, il-kelma "preparazzjoni" tinbidel b’"taħlita".

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

Qasam(oqsma) ta’ politika: 02 - INTRAPRIŻA Attività(attivitajiet): 04 – NIKSBU AKTAR MIS-SUQ INTERN |

TITOLU TA’ L-AZZJONI: PROPOSTA GĦAL SISTEMA ARMONIZZATA GLOBALMENT GĦALL-IKKLASSIFIKAR U T-TIKKETTAR TAL-KIMIĊI |

PARTI 1: LINJI BAġITARJI

Linji baġitarji (linji operattivi u linji ta' għajnuna teknika u amministrattiva relatati (eż.- linji B.A.)) inklużi l-intestaturi:

Mhux applikabbli.

Tul ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju:

Mhux applikabbli

Għal raġunijiet spjegati taħt it-Taqsima 3.1 ta’ dan id-Dokument, ma hemm l-ebda spejjeż addizzjonali direttament relatati ma’ din il-proposta leġiżlattiva dwar il-baġit Komunitarju.

Spejjeż li huma relatati max-xogħol ma' Kumitati Tekniċi meħtieġa għal din il-leġiżlazzjoni se jinġarru mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (linja baġitarja 02 03 03), li trid tiġi stabbilita taħt il-proposta tal-Kummissjoni COM (2003) 644.

Madankollu, dawn l-ispejjeż mhumiex se jkunu differenti mill-ispejjeż relatati mat-tmexxija tal-leġiżlazzjoni eżistenti għall-ikklassifikar u t-tikkettar ta’ sustanzi u preparazzjonijiet. Dan ir-regolament jieħu post żewġ biċċiet ta’ Leġiżlazzjoni[18] oħrajn mingħajr ma joħloq spejjeż addizzjonali għall-baġit Komunitarju.

Karratteristiċi baġitarji (ara ir-ringiela jekk meħtieġ)

Linja Baġitarja | Tip ta’ nefqa | Ġdid | Kontribuzzjoni EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura f'perspettiva finanzjarja |

Mhux applikabbli |

PARTI 2: TAQSIJA TAR-RIżORSI

Riżorsi Finanzjarji

Taqsira ta' approprjazzjonijiet ta' impenn (AI) u approprjazzjonijiet ta’ ħlas (AĦ)

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Tip ta’ nefqa | Taqsima Nru. | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

Nefqa operattiva |

Approprjazzjonijiet ta’ Impenn (IA) | 6.1 | a | Mhux applikabbli |

Approprjazzjonijiet ta’ Ħlas (AĦ) | b |

Nefqa amministrattiva ikluża fl-ammont ta’ referenza |

Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 6.2.4 | c | Mhux applikabbli |

AMMONT TA’ REFERENZA TOTALI |

Approprjazzjonijiet ta’ Impenn | a+c | Mhux applikabbli |

Approprjazzjonijiet ta' Ħlas | b+c |

Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza |

Riżorsi umani u nefqa assoċjata (NDA) | 6.2.5 | d | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 2.106 |

Spejjeż amministrattivi, għajr għal riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 6.2.6 | e | -- | -- | -- | -- | -- | -- | -- |

Spiża finanzjarja indikattiva totali ta’ l-intervenzjoni

TOTAL AI inkluż l-ispiża ta' Riżorsi Umani | a+c+d+e | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 2.106 |

TOTAL AĦ inkluż l-ispiża ta' Riżorsi Umani | b+c+d+e | -- | -- | -- | -- | -- | -- | -- |

Dettalji ta’ kofinanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi kofinanzjament mill-Istati Membri, jew korpi oħrajn (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tiġi indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella hawn taħt (jistgħu jiżdiedu linji addizzjonali jekk jiġu previsti diversi korpi għad-dispożizzjoni tal-kofinanzjament):

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Korp ta' kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

f |

TOTAL AI inkluż kofinanzjament | a+c+d+e+f | Mhux applikabbli |

Kompatibbiltà ma’ Programmar Finanzjarju

X Il-proposta hija kompatibbli mal-programmar finanzjarju eżistenti.

( Il-proposta se tkun tikkonsisti fi programmar mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali (jiġifieri strument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

X Il-proposta m'għandha l-ebda implikazzjonijiet finanzjarji fuq id-dħul

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

b) Bidla fid-dħul | ( |

(Jekk jogħġbok speċifika kull linja baġitarja ta’ dħul involuta, u żid l-għadd ta’ ringieli xierqa mat-tabella jekk hemm effett fuq aktar minn linja baġitarja waħda.)

Riżorsi Umani FTE (inklużi uffiċċjali, persunal temporanju u estern) – ara d-dettall taħt il-punt 6.2.1.

Ħtiġijiet annwali | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara |

Għadd totali ta’ riżorsi umani | 3 | 3 | 3 | 3 | 3 | 3 |

Il-ħtiġijiet għal riżorsi umani u amministrattivi għandhom jiġu koperti fl-allokazzjoni mogħtija lid-DĠs ta' tmexxija (koresponsabbiltà ta’ ENTR u ENV) fil-qafas tal-proċedura ta' allokazzjoni annwali.

PARTI 3: KARATTERISTIċI U GħANIJIET

Dettalji tal-kuntest tal-proposta huma meħtieġa fil-Memorandum ta' Spjegazzjoni. Din it-taqsima tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għandha tinkludi t-tagħrif komplimentarju speċifiku li ġej:

Jeħtieġ li jintlaħaq f’terminu ta’ żmien qasir jew twil

Kif spjegat fi 3.2 hawn taħt, din il-proposta tieħu post leġiżlazzjoni eżistenti bi kważi l-istess ambitu.

Id-DĠ ENV huwa responsabbli għall-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-klassifikar ta’ sustanzi perikolużi li hija mmexxija l-aktar mill-Uffiċċju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi (ECB) f’Ispra taħt ftehim speċjali mad-DĠ ENV; filwaqt li d-DĠ ENTR għandu r-responsabbiltà li jmexxi l-leġiżlazzjoni eżistenti dwar preparazzjonijiet perikolużi. Hekk kif l-ECB imexxi ħafna mill-Kumitati Tekniċi kumplessi, li huma responsabbli mix-xogħol preparatorju, huwa xogħol il-Kummissjomi li tħaddan ir-rakkomandazzjonijiet mill-Kumitati Tekniċi u tmexxi l-proċedura tal-Kumitat assoċjata. Għal dan il-għan, il-persunal jinżamm fid-DĠ ENV u DĠ ENTR.

Taħt il-proposta l-ġdida, ix-xogħol mal-Kumitati Tekniċi se jiġi ttrasferit mill-ECB għall-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi f’Helsinki. L-opinjonijiet, li se jagħtu l-Kumitati ta’ l-Aġenzija, se jingħataw lill-Kummissjoni li mbagħad se tmexxi l-proċedura tal-Kumitat assoċjata.

L-estimi huma li r-rekwiżiti tar-riżorsi umani fil-Kummissjoni ma jinbidlux bl-introduzzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida. Għalhekk, din il-proposta leġiżlattiva ma ġġibx magħha rekwiżiti ta’ riżorsi addizzjonali (imqabbla mal-leġiżlazzjoni eżistenti).

Valur miżjud ta' l-involviment Komunitarju u koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħrajn u sinerġija possibbli

Attwalment, hemm għadd kbir ta' sistemi ta' klassifikar u tikkettar (K&T) differenti għal kimiċi (sustanzi u preparazzjoni, term GHS: taħlitiet) fis-seħħ f’ġurisdizzjonijiet differenti madwar id-dinja (pereżempju l-Unjoni Ewropea, l-USA, il-Kanada, il-Ġappun, il-Korea, l-Awstralja). B’konsegwenza ta’ dan, sistemi K&T huma differenti kif huwa wkoll it-tagħrif dwar is-Saħħa u s-Sikurezza (S&S) li jirriżulta dwar l-istess tip ta' sustanzi u taħlitiet li joriġinaw minn pajjiżi differenti.

Fl-1992, il-Konferenza tal-ĠM dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp (UNCED) f’Rio de Janeiro identifikat l-armonizzazzjoni tas-sistemi tal-klassifikar u t-tikkettar għal kimiċi bħala wieħed mill-programmi ta’ azzjoni tagħha.

B’riżultat ta’ dan, ġiet żviluppata sistema ġdida f'kooperazzjoni ma' bosta organizzazzjonijiet internazzjonali. L-Istati Membri ta’ l-UE, il-Kummissjoni u l-partijiet interessati kienu involuti bil-bosta f'din il-ħidma ta' żvilupp.

F’Diċembru 2002, din is-sistema ġdida, is-Sistema Armonizzata Globali tal-Klassifikar u t-Tikkettar tal-Kimiċi (GHS), ġiet miftehma mill-Kumitat ta’ l-Esperti tal-ĠM dwar it-Trasport ta’ Prodotti Perikolużi u s-Sistema Armonizzata Globali tal-Klassifikar u t-Tikkettar tal-Kimiċi (CETDG/GHS) f’Ġeneva. Il-GHS kienet formalment adottata mill-UN ECOSOC[20] f’Lulju 2003 u saret disponibbli għall-implimentazzjoni.

Minkejja n-natura ma torbotx tal-ftehim, is-sistema GHS l-ġdida hija standard internazzjonali de facto . Minbarra li qed tipparteċipa fix-xogħol sabiex il-GHS tiġi żviluppata fil-livell tal-ĠM, il-Kummissjoni ħabbret f’bosta okkażżjonijiet l-għan tagħha li timplimenta l-GHS f’leġiżlazzjoni Komunitarja. Fid-29 ta’ Ottubru 2003, il-Kummissjoni iddikjarat fil-memorandum ta’ spjegazzjoni ta’ l-emenda għal 67/548/KE, adottat fl-istess żmien bħall-proposta REACH li:

"hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi l-inklużjoni tal-GHS, li dwarha kien hemm qbil internazzjonali, fil-liġi Komunitarji kemm jista’ jkun malajr"

u, b’mod aktar speċifiku li:

"il-Kummissjoni se tressaq il-proposti meħtieġa sabiex tiġi adottata fl-istess waqt ta' l-adozzjoni finali tal-leġiżlazzjoni REACH".

Il-proposta attwali se tieħu post 2 Direttivi Ewropej eżistenti li jinkludu aktar[21] minn 10 Emendi u 30 Adattament għall-Progress Tekniku. Minħabba li dan il-qasam kien diġà leġislat fil-livell Ewropew u huwa relatat ma' l-introduzzjoni ta' standard internazzjonali bil-għan li jintlaħaq livell għoli ta' armonizzazzjoni, l-involviment Komunitarju huwa ġġustifikat.

Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

L-għanijiet tal-proposta huwa li tikkontribwixxi mhux biss għall-armonizzazzjoni tas-suq intern iżda li tipproteġi aħjar is-saħħa umana u l-ambjent u fl-istess waqt tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli u tiffaċilità l-kummerċ internazzjonali.

F’dan il-kuntest ta’ min jgħid li s-sitwazzjoni eżistenti, jiġifieri deskrizzjonijiet ta’ perikolu differenti għall-istess sustanza, ma tikkontribwixxix għall-ħarsien tas-saħħa umana u lanqas ma tiffaċilita l-kummerċ internazzjonali minħabba li l-industrija trid tapplika tabelli differenti għall-istess sustanza skond ir-reġjun importatur.

Għar-riżultati mistennija tal-proposta, ara r-Rapport ta’ l-Istima ta' l-Impatt finali ta’ din il-proposta li għamel użu estensiv mill-istudji dettaljati ta’ l-RPA u l- London Economics kif ukoll it-tweġibiet tal-Konsultazzjoni mal-Partijiet Interessati. B’mod speċifiku, it-tweġibiet minn kumpaniji dwar l-ispejjeż wasslu għal aktar sforzi sabiex jikkwantifikaw elementi sinifikanti ta’ l-ispejjeż. L-analiżi ġenerali turi li jeħtieġ li l-ispejjeż ta’ l-implimentazzjoni jiġu sorveljati sabiex jinkisbu l-benefiċċji netti tal-GHS fil-futur prevedibbli. Dan jeħtieġ perjodu tranżitorju ta’ tul xieraq, bħal 3 snin għal sustanzi sabiex ikunu fuq l-istess linja mad-data ta' l-għeluq għall-inventorju ta’ klassifikar u tikkettar, u għal taħlitiet madwar 4.5 snin sabiex jiġu evitati l-ispejjeż u r-riskju ta’ nuqqas ta’ effiċjenza sinifikanti fix-xogħol kawża ta’ perjodi li huma qosra jew twal wisq.

Kwalunkwe studji addizzjonali dwar l-istabbiliment ta’ xenarju bażiku jew it-tifsira ta’ indikaturi sabiex jitkejjel l-impatt tal-leġiżlazzjoni proposta wisq probabbli jispiċċaw biex ma jkunux proporzjonati u għalhekk ma jitwettqux. Ir-raġunijiet għaliex studji tali probabbilment ma jkunu proporzjonati huma:

- Din il-proposta leġiżlattiva tirrelata ma’ l-implimentazzjoni ta’ ftehim internazzjonali. Lanqas valutazzjoni ex-ante negattiva ma twassal biex il-Kummissjoni ma tressaqx proposta leġiżlattiva tali minħabba li ma jeżistu l-ebda għażliet ta’ politika oħrajn.

- Valutazzjoni ex-post negattiva ma twassalx biex il-Kummissjoni tirtira mill-impenn tagħha li timplimenta s-sistema ta’ Klassifikar u Tikkettar li dwarha kien hemm qbil internazzjonali.

Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv)

Uri hawn taħt il-metodu(metodi) magħżula għall-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni.

X Tmexxija Ċentralizzata

X Direttament mill-Kummissjoni (b’kooperazzjoni ma’ l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, jekk jogħġbok ara hawn taħt)

ٱ Indirettament minn delegazzjoni lil:

ٱ Aġenziji Eżekuttivi

X Korpi stabbiliti mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Art. 185 tar-Regolament Finanzjarju (l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għandha tiġi stabbilita taħt il-proposta tal-Kummissjoni COM (2003) 644)

ٱ Korpi fis-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni fis-servizz pubbliku

ٱ Tmexxija maqsuma jew diċentralizzata

ٱ Ma’ Stati Membri

ٱ Ma’ Pajjiżi Terzi

ٱ Tmexxija konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti rilevanti:

PARTI 4: SORVELJANZA U VALUTAZZJONI

Sistema ta’ sorveljanza

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jqiegħdu l-attivitajiet ta’ sorveljanza u valutazzjoni dwar ir-Regolament fuq l-istess linja ma’ l-isforzi korrispondenti fil-livell tal-ĠM u dawk għal REACH.

UNITAR u OECD se jirrevedu l-limitu tal-konverġenza tas-sistemi K&T madwar id-dinja kif ġew realizzati mill-GHS, l-ewwelnett billi jaraw jekk il-benefiċċji mistennija ta’ l-armonizzazzjoni ġewx realizzati kif ukoll billi jidentifikaw il-passi xierqa li jmiss lejn rekwiżiti tal-K&T aktar uniformi. Is-servizzi tal-Kummissjoni se jipprovdu l-għajnuna esperta tagħhom għal dan ix-xogħol ta’ reviżjoni, imsejsa fuq il-klassifikar tal-GHS kif irreġistrat fl-inventorju tal-klassifikar u t-tikkettar REACH.

Valutazzjoni

Valutazzjoni ex-ante

Fuq il-bażi tar-rapporti ta’ kull ħames snin mill-Istati Membri (kif mitlub mill-Artikolu 46 tar-Regolament), il-Kummissjoni se tevalwa kemm ir-Regolament huwa applikat b’mod korrett u jekk hemmx nuqqas ta’ effiċjenza fl-applikazzjoni.

L-ewwel valutazzjoni (jiġifieri dik ta’ wara ħames snin) se tiffoka fuq it-tranżizzjoni tal-klassifikar tas-sustanzi għal GHS, b'attenzjoni fuq it-tranżizzjoni li tkun għaddejja ta' klassifikar ta' taħlitiet, kif ukoll tinforma r-reviżjoni ta' REACH prevista għal seba’ snin wara d-dħul fis-seħħ.

It-tieni valutazzjoni (jiġifieri dik ta’ wara għaxar snin) tkun tista’ tevalwa l-perjodu ta’ tranżizzjoni kollu. Iż-żewġ valutazzjonijiet jistgħu jużaw kampjun ta’ kimiċi bil-klassifikar "qadim" u "ġdid" tagħhom sabiex jiċċekkjaw jekk seħħx tibdil sinifikanti fl-ambitu, u sabiex jevalwaw il-kwalità (bidla fil-kwalità) tal-klassifikar u t-tikkettar.

Miżuri meħuda wara valutazzjoni intermedjarja/ ex-post (tagħlimiet minn esperjenzi simili fil-passat)

Mhux applikabbli.

Termini u frekwenza tal-valutazzjoni futura

Jekk jogħġbok ara 4.2.1

PARTI 5: MIżURI KONTRA L-FRODI

Minħabba li din il-proposta ma fihix, u lanqas ma tirriżulta fi, tmexxija ta' riżorsi finanzjarji, din it-taqsima ma tapplikax.

PARTI 6: DETTALJI TAR-RIżORSI

Għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża finanzjarja tagħhom

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

- Riżultat 1 |

- Riżultat 2Riżultat 2 |

Azzjoni 2 |

- Riżultat 1Riżultat 2Riżultat 1 |

Sottototal Għan 1 |

GĦAN OPERATTIV Nru.2 1……… |

Azzjoni 1 |

- Riżultat 1Riżultat 2Riżultat 1 |

Sottototal Għan 2 |

GĦAN OPERATTIV Nru.n 1 |

Sottototal Għan n |

SPIŻA TOTALI |

Nefqa Amministrattiva

Għadd u tip ta’ riżorsi umani

Tipi ta’ karigi | Persunal li għandu jiġi assenjat bit-tmexxija ta’ l-azzjoni bl-użu ta' riżorsi eżistenti u/jew addizzjonali (għadd ta' postijiet/FTEs) |

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 |

Uffiċjali jew persunal temporanju[23] (XX 01 01) | A*/AD | 3* | 3* | 3* | 3* | 3* | 3* |

B*, C*/AST | Mhux applikabbli |

Persunal finanzjat[24] mill-Art. XX 01 02 |

Persunal ieħor[25] finanzjat mill-Art. XX 01 04/05 |

TOTAL | 3 | 3 | 3 | 3 | 3 | 3 |

* Attwalment persuna waħda fid-DĠ ENV u żewġ persuni fid-DĠ ENTR

Deskrizzjoni ta’ ħidmiet maħruġa mill-azzjoni

Taħt il-leġiżlazzjoni l-ġdida l-għażliet dwar il-klassifikar u t-tikkettar formulati mill-Kumitati ta’ l-Aġenzija se jintbagħtu lill-Kummissjoni. Wara jkun xogħol il-Kummissjoni li tmexxi x-xogħol tal-Kumitat relatat.

B’żieda ma’ dan, il-Kummissjoni se tibqa’ tieħu sehem fil-ħidma evoluttiva dwar is-sistema GHS fil-livell tal-Ġnus Magħquda.

Sorsi ta’ riżorsi umani (statutorji)

( Karigi attwalment allokati lit-tmexxija tal-programm li se jinbidlu jew jiġu estiżi

( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

( Karigi li se jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

X Karigi li jridu jerġgħu jimtlew permezz ta’ riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ tmexxija (tqassim mill-ġdid intern)

( Karigi meħtieġa għal sena n iżda mhux previsti għall-eżerċizzju APS/PDB tas-sena konċernata

Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Nefqa fuq tmexxija amministrattiva)

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Linja Baġitarja (għadd u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

Għajnuna teknika u amministrattiva oħra |

- Intra muros |

- Extra muros |

Għajnuna teknika u amministrattiva totali |

Spiża finanzjarja ta’ riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara |

Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 0.351 |

Persunal finanzjat mill-Art. XX 01 02 (awżiljarju, TMIEM, persunal bil-kuntratt, eċċ.) (linja baġitarja speċifika) | -- | -- | -- | -- | -- | -- |

Spiża totali ta’ Riżorsi Umani u spejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 0.351 |

Kalkolu – Uffiċjali u Aġenti Temporanji Għandha ssir referenza għall-Punt 6.2.1, jekk applikabbli. Huwa assumat li l-ispiża medja għal uffiċjal jew aġent temporanju AD hija € 117.000 fis-sena. |

Kalkolu - Persunal finanzjat mill-Art. XX 01 02 Għandha ssir referenza għall-Punt 6.2.1, jekk applikabbli. |

6.2.6 Nefqa amministrattiva oħra mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza EUR miljun (sa 3 punti deċimali) |

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | Mhux applikabbli |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat & Konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati* |

XX 01 02 11 04 – Studji & Konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta' tagħrif |

2. Total ta’ Nefqa ta’ Tmexxija Oħra (XX 01 02 11) |

3. Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva (speċifika filwaqt li tinkludi referenza għal linja baġitarja) |

Nefqa amministrattivi totali, għajr għal riżorsi umani u spejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) |

* Il-Kumitati Tekniċi meħtieġa għal din il-proposta leġiżlattiva huma Kumitati stabbiliti fil-livell ta’ l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi l-ġdida. Il-ħidmiet tagħhom jinkludu inter-alia xogħol relatat mal-Klassifikar u t-Tikkettar. L-ispejjeż kollha għal dawn il-Kumitati Tekniċi se jinġarru mill-baġit ta' l-Aġenzija għas-Sustanzi Kimiċi.

* Il-Kumitat tal-Komitoloġija meħtieġ għat-tmexxija tal-leġiżlazzjoni l-ġdida wisq probabbli se jkun l-istess Kumitat bħal dak meħtieġ għal-leġiżlazzjoni REACH. Għalhekk mhux se jkun hemm spejjeż addizzjonali għall-ħidma tal-Kumitat.

* Il-ħtiġijiet għal riżorsi umani u amministrattivi għandhom jiġu koperti fl-allokazzjoni mogħtija lid-DĠs ta' tmexxija (koresponsabbiltà ta’ ENTR u ENV) fil-qafas tal-proċedura ta' allokazzjoni annwali.

Kalkolu - Nefqa amministrattiva oħra mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza |

[1] COM(2007) 355 finali.

[2] ECBI/03/02: White Paper Grupp ta’ Ħidma dwar il-Klassifikar u t-Tikkettar: Taqsira tar-Rakkomandazzjonijiet minn Grupp ta’ Ħidma Tekniku dwar Xogħlijiet 1 u 2.

[3] Rapport finali: Għajnuna Teknika lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-GHS. Ökopol Institute for Environmental Strategies, July 2004.

Rapport finali: Technical support for the preparation of Annexes for the draft legislation implementing the Globally Harmonised System for Classification and Labelling of Chemicals (GHS). Milieu Environmental Law & Policy, January 2006.

[4] ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.

[5] ĠU C

[6] ĠU C

[7] ĠU C

[8] ĠU L

[9] OJ 196, 16.8.1967, p. 1. Id-Direttiva kif ġiet emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/121/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 850).

[10] ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1. Id-Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

[11] ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/22/KE (ĠU L 101, 18.4.2007, p. 11).

[12] ĠU L 187, 16.7.1988, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 93/68/KEE (ĠU L 220, 30.8.1993, p. 1).

[13] ĠU L 85, 29.3.1999, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/42/KE (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87).

[14] ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2005/673/KE (ĠU L 254, 30.9.2005, p. 69).

[15] ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24. Id-Direttiva kif emendata mid-Direttiva 2003/108/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 106).

[16] ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87.

[17] ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

[18] Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar il-klassifikar, l-ippakkjar u t-tikkettar ta’ sustanzi perikolużi kif emendata [ĠU 196, 16.8.1967, p. 1] u d-Direttiva tal-Kunsill 1999/45/KE dwar il-klassifikar, l-ippakkjar u t-tikkettar ta’ preparazzjonijiet perikolużi, kif emendata [ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1]

[19] Għandhom jiżdiedu kolonni addizzjonali jekk ikun meħtieġ, jiġifieri jekk it-tul ta’ l-azzjoni taqbeż is-sitt snin.

[20] Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tal-Ġnus Magħquda

[21] Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar il-klassifikar, l-ippakkjar u t-tikkettar ta’ sustanzi perikolużi kif emendata [ĠU 196, 16.8.1967, p. 1] u d-Direttiva tal-Kunsill 1999/45/KE dwar il-klassifikar, l-ippakkjar u t-tikkettar ta’ preparazzjonijiet perikolużi, kif emendata [ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1]

[22] Kif deskritt taħt Taqsima 5.3

[23] L-ispiża tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza

[24] L-ispiża tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza

[25] L-ispiża tiegħu hija inkluża fl-ammont ta’ referenza

[26] Ir-referenzi għandhom isiru għall-dikjarazzjoni leġiżlattiva finanzjarja għall-Aġenzija(Aġenziji) Eżekuttivi konċernati.