52007PC0593




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 10.10.2007

KUMM(2007) 593 finali

2007/0214 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1) IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-bażi għall-proposta u l-għanijiet tagħha

L-għan tal-proposta huwa li tistipula regoli armonizzati dwar il-kostruzzjoni ta' vetturi motorizzati bil-għan li jiġi żgurat it-tħaddim tas-suq intern filwaqt li fl-istess ħin jipprovdu għal livell għoli ta’ sigurtà pubblika u livell għoli ta’ ħarsien ambjentali.

It-tħaddim tajjeb tas-suq waħdieni fl-Unjoni Ewropea jirrikjedi standards komuni fir-rigward ta’ l-approvazzjoni ta' vetturi li jaħdmu bl-idroġenu. L-azzjoni fil-livell Komunitarju ma tippermettix li jkun hemm standards differenti tal-prodotti fl-Istati Membri li jirriżultaw fil-frammentazzjoni tas-suq intern u l-impożizzjoni ta’ ostakoli inutli għall-kummerċ intra-Komunitarju.

Fl-istess ħin, billi hemm kwistjonijiet ta' sikurezza perċepiti bl-użu ta’ l-idroġenu għall-propulsjoni tal-vettura, għandu jiġi żgurat li s-sistemi ta’ l-idroġenu jkunu sikuri daqs it-teknoloġiji konvenzjonali tal-propulsjoni.

Kuntest ġenerali

L-idroġenu mhuwiex għajn ta’ enerġija iżda trasportatur promettenti ta’ l-enerġija.

L-użu ta’ l-idroġenu bħala karburant għall-vetturi tat-triq joffri soluzzjoni għall-mobilità favur l-ambjent. Dan huwa minħabba li bl-użu ta’ l-idroġenu bħala karburant, kemm jekk f’ċelluli tal-karburant jew f’magni tal-kombustjoni interna, il-vettura ma tipproduċix emissjonijiet tal-karbonju u gassijiet b’effett ta’ serra. Jekk il-karburant jiġi prodott b’mod sostenibbli, l-użu ta’ din it-teknoloġija tal-propulsjoni jista’ jikkontribwixxi b’mod sostanzjali għat-titjib ta’ l-ambjent.

Madankollu, fil-preżent, il-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu mhumiex inklużi fil-qafas ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi tal-Komunità Ewropea. Din is-sitwazzjoni tirriżulta f’suq intern frammentat fejn għandhom x’jaqsmu dawn il-vetturi, u dan jiskoraġġixxi l-introduzzjoni ta’ din it-teknoloġija favur l-ambjent.

Barra minn hekk, l-idroġenu huwa sustanza li għandha karatteristiċi differenti mill-karburanti konvenzjonali li jintużaw għall-propulsjoni tal-vetturi. Sabiex il-benefiċċji ambjentali marbuta ma’ l-użu ta' vetturi ta' l-idroġenu jistgħu jitgawdew, is-sehem tagħhom fil-flotta totali ta’ vetturi għandu jiżdied. Wieħed mill-fatturi ewlenin li jikkontribwixxi għaż-żieda fl-għadd tal-vetturi ta’ l-idroġenu fit-toroq huwa l-eżistenza ta’ kunfidenza pubblika f’din it-teknoloġija ġdida.

Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Ma hemm l-ebda dispożizzjoni eżistenti fil-qasam tal-proposta.

Konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra ta' l-Unjoni

Il-proposta hija konformi bis-sħiħ ma’ l-għanijiet ta' l-istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea għall-Iżvilupp Sostenibbli u tikkontribwixxi b'mod sinifikanti lejn l-għanijiet ta' l-Istrateġija ta’ Liżbona.

2) KONSULTAZZJONI MA’ PARTIJIET INTERESSATI U STIMA TA’ L-IMPATT

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Metodi ta' konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta' dawk li wieġbu

Fl-iżvilupp tal-proposta l-Kummissjoni kkonsultat il-partijiet interessati f’diversi modi.

- Kien hemm konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma fuq l-Idroġenu. Dan huwa grupp ta’ ħidma għal speċjalisti, esperti u partijiet interessati responsabbli biex jgħin lill-Kummissjoni fi kwistjonijiet marbuta ma’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi ta' l-idroġenu. Firxa wiesgħa ta' partijiet interessati hija involuta fix-xogħol ta' dan il-grupp: awtoritajiet nazzjonali, manifatturi tal-vetturi, fornituri tal-komponenti u assoċjazzjonijiet ta’ l-industrija.

- Intbagħat kwestjonarju lill-partijiet interessati f’Ġunju 2006 dwar l-għażliet possibbli ta' politika fir-rigward tal-qafas ta' approvazzjonijiet għall-vetturi ta’ l-idroġenu. Il-kwestjonarju kellu l-għan li jiġbor il-fehmiet tal-partijiet interessati dwar liema alternattiva jippreferu u l-ispejjeż marbuta ma’ l-approvazzjoni għal kull waħda minn dawn l-għażliet.

- Tqabbad konsulent biex jagħti kontribut għall-evalwazzjoni ta’ l-impatt u biex jagħti pariri tekniċi għall-abbozz tal-proposta għal regolament potenzjali.

- Biex jinftiehmu aħjar l-implikazzjonijiet ta’ l-għażliet ta' politika, il-konsulent organizza laqgħat ma’ kumpaniji ewlenin tal-vetturi li huma involuti fit-teknoloġija ta’ l-idroġenu biex jiġġeneraw data addizzjonali dwar is-sikurezza, it-teknoloġija u l-ispejjeż relatati.

- Ingħataw preżentazzjonijiet lill-partijiet interessati ewlenin tal-Grupp ta’ Ħidma fuq l-Idroġenu matul it-tieni nofs ta’ l-2006 u fil-bidu ta' l-2007 dwar ir-riżultati tax-xogħol li għamel il-konsulent.

- L-abbozz preliminari tal-proposta għal Regolament dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu ngħatat għal konsultazzjoni pubblika f’Lulju ta’ l-2006. Il-konsultazzjoni ġġenerat madwar 20 reazzjoni minn firxa ta’ partijiet interessati.

Taqsira tat-tweġibiet u kif ittieħdu f'kunsiderazzjoni

Matul il-konsultazzjoni bl-internet, tqajmu għadd ta’ kwistjonijiet mill-partijiet interessati[1]. L-evalwazzjoni ta’ l-impatt li takkumpanja din il-proposta tagħti rendikont sħiħ tal-kwistjonijiet sostantivi mqajma u tiddiskuti kif dawn jistgħu jitqiesu.

Ġbir u użu ta’ għarfien espert

Oqsma ta’ għarfien xjentifiku/espert ikkonċernati

Il-proposta ħtieġet analiżi tad-dispożizzjonijiet ta’ sikurezza meħtieġa u l-evalwazzjoni ta' l-għażliet disponibbli ta' politika kif ukoll ta' l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali relatati.

Il-metodoloġija użata

Il-konsulent wettaq dan ix-xogħol:

- reviżjoni tal-letteratura relevanti għall-identifikazzjoni tal-kwistjonijiet ambjentali u ta’ sikurezza marbuta ma’ l-introduzzjoni tal-vetturi ta’ l-idroġenu;

- il-ġbir u l-evalwazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-impatti ta’ l-għażliet varji ta' politika għas-sikurezza pubblika, l-ambjent u l-ekonomija;

- evalwazzjoni tar-reazzjonijiet tal-partijiet interessati għall-kwestjonarju li ntbagħat mis-servizzi tal-Kummissjoni f’Ġunju 2006 dwar l-għażliet politiċi disponibbli;

- tqabbil ta’ l-impatti ta’ l-għażliet politiċi fir-rigward tas-sikurezza pubblika, l-ambjent u l-ekonomija f’termini kwalitattivi u kwantitattivi;

- reviżjoni tar-rekwiżiti tekniċi ta' abbozz ta’ proposta għal regolament potenzjali fir-rigward tal-kapaċità tagħha li tindirizza l-kwistjonijiet ta' sikurezza identifikati.

L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati

Ingħata kontribut għall-evalwazzjoni ta’ l-impatt u pariri tekniċi dwar l-abbozz tal-proposta għal regolament potenzjali minn TRL Ltd. fir-Renju Unit.

Taqsira tal-pariri li ntbagħtu u li ntużaw

Il-Kummissjoni użat ir-rapport tal-konsulent bħala kontribut għall-analiżi ta’ l-għażliet politiċi varji. L-għażla politika preferita ntgħażlet fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ l-ispejjeż u l-benefiċċji, kif spjegat fl-evalwazzjoni ta’ l-impatt li takkumpanja l-proposta.

Mezzi użati sabiex l-għarfien espert ikun disponibbli pubblikament

Ir-rapport ta' TRL huwa disponibbli fuq il-websajt tad-DĠ Intrapriża u Industrija[2].

Evalwazzjoni ta’ l-impatt

Tqiesu erba’ għażliet ta' politika:

(1) L-ebda bidla politika: Din l-alternattiva kieku ma tinvolvix bidliet fis-sitwazzjoni attwali. Bħalissa, l-ambitu tal-leġiżlazzjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-Komunità Ewropea ma jinkludix il-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu. Għalhekk, l-Istati Membri jistgħu jagħtu approvazzjonijiet individwali mingħajr l-introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni.

Mingħajr bidla fil-politika dwar l-approvazzjoni tal-vetturi ta’ l-idroġenu, hemm riskju għoli li t-tħaddim tas-suq intern jiġi mfixkel. Dan jirriżulta f’implikazzjonijiet finanzjarji sostanzjali għall-manifatturi u jfisser li possibbilment ikun hemm riperkussjonijiet fuq is-sikurezza tal-pubbliku.

Hemm riskju għoli li mingħajr bidla politika, il-kwalità ħażina ta’ l-arja u l-livelli għolja ta’ storbju fil-bliet ta’ l-Unjoni Ewropea jissoktaw u t-tniġġis atmosferiku u l-istorbju jkomplu jkollhom impatt detrimentali fuq is-saħħa tal-bniedem.

Din l-għażla politika kieku twassal għal trattament mhux uniformi tal-manifatturi tal-vetturi fir-rigward tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura u ma jkollhiex prevedibbiltà għall-manifatturi biex jiddiżinjaw il-vetturi tagħhom. Barra minn hekk, tkun ostakolu sostanzjali għall-iżvilupp tat-teknoloġija ta’ l-idroġenu fl-UE.

Għaldaqstant, din l-għażla politika ma titqiesx li hija vijabbli.

(2) Leġiżlazzjoni fil-livell ta’ l-Istati Membri: Din l-għażla politika kieku tinvolvi l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni fil-livell ta’ l-Isat Membru biex jakkomoda l-introduzzjoni tal-vetturi ta' l-idroġenu.

Bi standards diverġenti li joħorġu mill-Istati Membri, is-sitwazzjoni frammentata fir-rigward ta' l-approvazzjoni tal-vetturi tissokta, u dan jirriżulta f’sitwazzjoni fejn il-manifatturi jiffaċċjaw spejjeż għolja ħafna ta’ żvilupp u approvazzjoni u aċċess limitat għas-suq. Din l-għażla politika ma toffrix soluzzjoni għall-inċertezza li hawn bħalissa fir-rigward ta’ l-approvazzjoni tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu, u għalhekk tiskoraġġixxi milli jkun hemm iktar investiment fit-teknoloġija ta’ l-idroġenu.

Meta mqabbel ma’ l-għażla ‘Leġiżlazzjoni fil-livell ta’ l-UE’, din l-għażla politika kieku tirriżulta f’għadd sostanzjalment intqas ta’ benefiċċji ambjentali u ma tiżgurax li l-vetturi ta’ l-idroġenu jkunu sikuri għallinqas daqs il-vetturi konvenzjonali.

Għalhekk, din l-għażla tirriżulta f’suq intern frammentat u ma tiżgurax li l-għanijiet politiċi jintlaħqu. Għaldaqstant, dan mhuwiex l-approċċ li għandu jintgħażel.

(3) Leġiżlazzjoni fil-livell ta’ l-Unjoni Ewropea:: Din l-għażla politika kieku tinvolvi l-estensjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE biex tinkludi l-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu u l-istipular ta' dispożizzjonijiet armonizzati għal dawn il-vetturi.

Il-leġiżlazzjoni fil-livell Komunitarju ma tippermettix li jkun hemm standards differenti tal-prodotti fl-Istati Membri li jirriżultaw fil-frammentazzjoni tas-suq intern u l-impożizzjoni ta’ ostakoli inutli għall-kummerċ intrakomunitarju. Permezz ta’ standards armonizzati dwar il-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu, ikun possibbli li jiġu sfruttati l-ekonomiji ta’ l-iskala billi jistgħu jsiru serji ta’ produzzjoni għas-suq Ewropew kollu. Din l-għażla politika kieku tiftaħ swieq f’xi Stati Membri fejn il-vetturi ta’ l-idroġenu għandhom ma jinbiegħux.

Kif jidher fl-evalwazzjoni ta' l-impatt, din l-għażla jkollha l-benefiċċji ċari li ġejjin: tiżgura t-tħaddim tajjeb tas-suq intern, tipprovdi livell għoli ta' sikurezza pubblika fl-Istati Membri kollha ta' l-UE u ttejjeb iktar malajr il-livelli ta' l-istorbju u l-kwalità ta' l-arja. Min-naħa tiegħu, dan itejjeb is-saħħa pubbliku u, għalhekk, jippermetti lill-gvernijiet biex jiffrankaw il-flus.

Barra minn hekk, ikun żgurat li l-Unjoni Ewropea tibqa' fuq quddiem mar-reġjuni l-oħra fid-dinja importanti f'dan il-qasam fir-rigward ta’ l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji avvanzati u l-kompetittività internazzjonali ta’ l-industrija Ewropea tkun tista’ tittejjeb.

Għalhekk, din hija l-għażla magħżula fil-proposta.

(4) Strateġija mhux regolatorja: L-awtoregolazzjoni permezz ta’ impenn innegozjat ma’ l-industrija tal-vetturi biex jistabbilixxu rekwiżiti għall-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu.

Mhuwiex ċar li impenn mill-industrija stess jipprovdi garanzija adegwata li l-vetturi ta’ l-idroġenu jkunu sikuri daqs il-vetturi konvenzjonali jew li jkun hemm sanzjonijiet xierqa disponibbli jekk dan l-impenn mill-industrija jinkiser. Barra minn hekk, dan l-approċċ xaktarx ma jiżgurax li l-vetturi ta’ l-idroġenu jiġu ttrattati bl-istess mod meta mqabbla mal-vetturi konvenzjonali fil-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip. Ukoll, mhuwiex ovvju li l-użu ta’ approċċ volontarju jkun joffri benefiċċji addizzjonali lill-industrija, il-gvernijiet jew il-pubbliku ġenerali.

L-alternattiva ta’ approċċ mhux regolatorju għalhekk ma tqiesitx iktar.

Is-servizzi tal-Kummissjoni wettqu evalwazzjoni ta’ l-impatt elenkata fil-Programm ta' Ħidma bin-numru ta’ referenza 2006/ENTR/044.

3) L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Taqsira ta’ l-azzjoni proposta

L-analiżi ta’ l-impatt identifikat li l-għażla politika preferuta hija l-adozzjoni ta’ Regolament ta’ l-UE bl-iskop li jinkorpora l-vetturi ta' l-idroġenu tal-kategoriji M1, M2, M3 u N1, N2, N3 fil-qafas sħiħ ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ l-UE.

Il-proposta tipprevedi l-emenda tad-Direttiva ta’ Qafas[3] sabiex tinkludi l-vetturi ta' l-idroġenu fil-proċedura ta' approvazzjoni. Tispeċifika rekwiżiti tekniċi li għandhom jiġu applikati għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti ta’ l-idroġenu (kontenituri ta’ l-idroġenu u komponenti ta’ l-idroġenu għajr il-kontenituri) inklużi fis-sistema ta’ l-idroġenu sabiex il-komponenti marbuta ma' l-idroġenu jkunu jaħdmu f'mod xieraq u sikur. Barra minn hekk, jinkludi rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi fir-rigward ta’ l-installazzjoni ta’ komponenti jew sistemi ta’ l-idroġenu fil-vetturi. Il-proposta tipprevedi l-emenda tad-Direttivi u Regolamenti separati dwar l-approvazzjoni tat-tip sabiex jinkludu rekwiżiti speċifiċi għall-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu.

Bażi legali

Il-bażi legali tal-proposta hija l-Artikolu 95 tat-Trattat.

Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà

Il-proposta hijs konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà billi l-għanijiet politiċi ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentement minn azzjonijiet ta’ l-Istati Membri u jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju. L-azzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea hija meħtieġa minħabba l-bżonn li jiġu evitati ostakoli għas-suq waħdieni.

Azzjoni Komunitarja tilħaq aħjar l-għanijiet tal-proposta minħabba li tevita l-frammentazzjoni tas-suq intern li jseħħ kieku jsir mod ieħor u tiżgura s-sikurezza tal-vetturi ta’ l-idroġenu.

Il-prinċipju ta’ proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għaliex ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għall-garanzija tat-tħaddim tajjeb tas-suq intern filwaqt li fl-istess ħin ikun hemm livell għoli ta’ sikurezza pubblika u livell għoli ta’ ħarsien ambjentali.

Għażla ta’ strumenti

L-istrument propost huwa Regolament. Mezzi oħrajn ma jkunux adegwati għar-raġuni li ġejja:

- L-użu ta' Regolament jitqies xieraq sabiex jipprovdi l-assigurazzjoni meħtieġa għal konformità filwaqt li ma jirrikjedix traspożizzjoni fil-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri.

Il-proposta tuża “l-approċċ b’livelli diversi” li oriġinarjament ġie introdott fuq it-talba tal-Parlament Ewropew u ntuża f’biċċiet oħra ta’ leġiżlazzjoni, eż. fil-każ tad-Direttiva dwar l-emissjonijiet ta’ vetturi kbar[4] u r-Regolament dwar l-emissjonijiet ta’ vetturi żgħar ta’ l-istadji Euro 5 u 6[5]. Dan l-approċċ jipprevedi li l-proposta u l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni jsiru skond żewġ rotot differenti iżda paralleli:

- l-ewwel, jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet fundamentali mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill f’Regolament ibbażat fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE permezz tal-proċedura ta’ kodeċiżjoni (il-‘proposta tal-kodeċiżjoni');

- it-tieni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet fundamentali jiġu stipulati f’Regolament adottat mill-Kummissjoni bl-għajnuna ta’ kumitat regolatorju (il-‘proposta tal-komitoloġija').

4) IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit Komunitarju.

5) INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

Is-simulazzjoni, il-fażi pilota u l-perjodu tranżitorju

Hemm bosta perjodi tranżitorji ġenerali fil-proposta sabiex jagħtu biżżejjed ħin lill-manifatturi tal-vetturi.

Simplifikazzjoni

Il-proposta tipprovdi għal simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għall-awtoritajiet pubbliċi (ta' l-UE jew nazzjonali). Il-proposta hi inkluża fil-Programm Leġiżlattiv u ta' Ħidma tal-Kummissjoni bir-referenza 2006/ENTR/044.

Ir-revoka tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-adozzjoni tal-proposta mhijiex se twassal għar-revoka ta' leġiżlazzjoni attwali..

Klawżola ta’ evalwazzjoni/reviżjoni/estinzjoni

Il-proposta tipprevedi li r-rekwiżiti tekniċi tar-Regolament jiġu adattati għall-progress tekniku fil-ġejjieni.

Żona Ekonomika Ewropea

L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jestendi għaż-Żona Ekonomika Ewropea.

2007/0214 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE

(test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[6],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[7],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[8],

Billi:

(1) Is-suq intern huwa magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha jrid jiġi żgurat il-moviment ħieles tal-prodotti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Għal dan il-għan teżisti sistema komprensiva ta’ l-approvazzjoni tat-tip Komunitarja għal vetturi motorizzati. Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati fir-rigward tal-propulsjoni bl-idroġenu għandhom jiġu armonizzati sabiex tiġi evitata l-adozzjoni ta’ rekwiżiti li huma differenti minn Stat Membru għal ieħor u sabiex ikun żgurat it-tħaddim tajjeb tas-suq intern filwaqt li, fl-istess ħin, ikun hemm livell għoli ta’ ħarsien ambjentali u sikurezza pubblika.

(2) Dan ir-Regolament huwa Regolament separat ġdid fil-kuntest tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip Komunitarja skond id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [DATA] li tistabbilixxi qafas għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal dawn il-vetturi (id-Direttiva ta’ Qafas)[9]. Għalhekk, l-Annessi IV, VI u XI ta’ dik id-Direttiva għandhom jiġu emendati skond dan.

(3) Wara t-talba tal-Parlament Ewropew, ġie introdott approċċ regolatorju ġdid fil-leġiżlazzjoni ta’ l-UE dwar il-vetturi. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jistipula biss id-dispożizzjonijiet fundamentali dwar ir-rekwiżit għall-approvazzjoni tat-tip ta’ sistemi u komponenti ta' l-idroġenu, filwaqt li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu stipulati minn miżuri implimentattivi adottati bi proċeduri ta’ komitoloġija.

(4) Fis-settur tat-trasport, għandu jkun hemm mira ta’ sehem ikbar għal vetturi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u għandhom isiru iktar sforzi biex dawn il-vetturi jitqiegħdu fis-suq. L-introduzzjoni ta' vetturi b'karburanti alternattivi tista' tipproduċi titjib sinifikanti fil-kwalità ta' l-arja urbana.

(5) L-idroġenu jitqies bħala mod nadif għat-tħaddim tal-vetturi billi l-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu la jipproduċu sustanzi li jniġġsu li huma bbażati fuq il-karbonju u lanqas ma għandhom emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mis-sajlenser. Madankollu, ta' min joqgħod attent li l-karburant ta’ l-idroġenu jiġi prodott b’mod sostenibbli sabiex il-bilanċ ambjentali kumplessiv għall-produzzjoni ta’ l-idroġenu bħala karburant għall-vetturi motorizzati jkun wieħed pożittiv.

(6) Id-definizzjoni tal-qafas ta’ approvazzjoni għal vetturi li jużaw l-idroġenu żżid il-fiduċja fit-teknoloġija fuq in-naħa ta’ utenti potenzjali u l-pubbliku ġenerali.

(7) Għaldaqstant, jinħtieġ li jinħoloq qafas xieraq sabiex biex taċċellera t-tqiegħid fis-suq ta' vetturi b'teknoloġiji ta' propulsjoni innovattivi u vetturi li jużaw karburanti alternattivi b'impatt ambjentali baxx.

(8) Il-biċċa l-kbira tal-manifatturi qed jagħmlu investimenti importanti fl-iżvilupp tat-teknoloġija ta’ l-idroġenu u diġà bdew iqiegħdu dawn il-vetturi fis-suq. Fis-snin li ġejjin, aktarx li s-sehem tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu fil-flotta totali se jiżdied. Għalhekk, jintħieġ li jiġu speċifikati r-rekwiżiti komuni li jikkonċernaw is-sikurezza ta’ dawn il-vetturi.

(9) Jinħtieġ li jiġu implimentati miżuri ta’ sikurezza għas-sistema ta’ l-idroġenu u li l-komponenti tagħha jiksbu l-approvazzjoni tat-tip.

(10) Jinħtieġ li titqies l-installazzjoni tas-sistema ta’ l-idroġenu u l-komponenti tagħha fil-vettura għall-approvazzjoni tal-vettura.

(11) Minħabba l-karatteristiċi tal-karburant, il-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu jistgħu jirrikjedu trattament speċifiku mis-servizz ta' salvataġġ. Jintħieġ għalhekk li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta’ tikkettar għall-vetturi biex jinfurmaw dawk is-servizzi bil-karburant maħżun abbord il-vettura.

(12) Il-manifatturi għandhom jieħdu wkoll miżuri xierqa biex ma jkunx possibbli li jingħata karburant ieħor bi żball lill-vettura.

(13) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[10].

(14) B’mod partikolari, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni biex tintroduċi rekwiżiti u proċeduri ta’ ttestjar marbuta mal-modi ġodda għall-ħżin u l-użu ta’ l-idroġenu, komponenti addizjonali ta’ l-idroġenu u s-sistema ta’ propulsjoni. Għandha wkoll tingħata setgħa lill-Kummissjoni biex tistabbilixx proċeduri speċifiċi, testijiet u rekwiżiti fir-rigward tal-protezzjoni mill-impatt tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu u rekwiżiti tas-sistema integrata ta' sikurezza. Billi dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u ġew imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, kif ukoll biex jissupplimentaw dan ir-Regolament biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju pprovduaa fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(15) L-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri r-realizzazzjoni tas-suq intern permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti tekniċi komuni għal vetturi mmotorizzati li jaħdmu bl-idroġenu, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri. Minħabba d-daqs ta’ l-azzjoni meħtieġa, l-għanijiet jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju. Għaldaqstant, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Bi qbil mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx aktar lil hinn milli dak li hu meħtieġ għal dak l-iskop.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi fir-rigward tal-propulsjoni bl-idroġenu, u għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponenti ta’ l-idroġenu jew sistemi ta’ l-idroġenu. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll rekwiżiti għall-installazzjoni ta’ dawn il-komponenti u s-sistemi.

Artikolu 2

Ambitu

Dan ir-Regolament japplika għal:

(1) vetturi li jaħdmu bl-idroġenu tal-kategoriji M u N, inkluż il-protezzjoni mill-impatt u s-sikurezza elettrika ta' vetturi bħal dawn;

(2) komponenti ta’ l-idroġenu maħsuba għal vetturi mmotorizzati tal-kategoriji M u N, elenkati fl-Anness I;

(3) sistemi ta’ l-idroġenu maħsuba għal vetturi mmotorizzati tal-kategoriji M u N, inkluż modi ġodda għall-ħżin jew l-użu ta' l-idroġenu.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “vettura li taħdem bl-idroġenu” tfisser kwalunkwe vettura mmotorizzata li tuża l-idroġenun pur jew taħlita ta’ l-idroġenun u l-gass naturali bħala karburant għall-propulsjoni tal-vettura;

(2) “sistema ta’ propulsjoni” tfisser il-magna tal-kombustjoni interna jew is-sistema taċ-ċelluli tal-karburant li jintużaw għall-propulsjoni tal-vettura;

(3) “komponent ta’ l-idroġenu” tfisser il-kontenitur ta’ l-idroġenu u l-partijiet l-oħra kollha tal-vettura li jkunu f’kuntatt dirett ma’ l-idroġenu jew li jagħmlu parti minn sistema installata minħabba l-użu ta' l-idroġenu;

(4) “sistema ta’ l-idroġenu” tfisser assemblaġġa ta’ komponenti ta’ l-idroġenu u l-parts ta’ konnessjoni mgħammra fuq vetturi li jaħdmu bl-idroġenu, minbarra s-sistemi ta’ propulsjoni jew l-unitajiet awżiljarji ta’ enerġija;

(5 ) “Pressjoni Operattiva Massima Permessibbli” (MAWP - Maximum Allowable Working Pressure) tfisser il-pressjoni massima li komponent ikun iddisinjat biex jiġi sottomess għaliha u li hija l-bażi għad-determinazzjoni tas-saħħa tal-komponent ikkonċernat;

(6) “Pressjoni Operattiva Nominali” (NWP – Nominal Working Pressure) tfisser, fil-każ ta' kontenituri, il-pressjoni stabbli f'temperatura uniformi ta' 288K (15°C) għal kontenitur sħiħ, jew fil-każ ta' komponenti oħrajn, il-livell tal-pressjoni li komponent tipikament jopera fih;

(7) “tank intern” tfisser il-parti tal-kontenitur iddisinjat biex juża l-idroġenu likwidu li fiha l-idroġenu krijoġeniku.

Għall-għanijiet tal-punt 4, dawn li ġejjin jitqiesu bħala sistemi ta’ l-idroġenu:

(a) sistema monitoraġġ u kontroll ta’ l-użu;

(b) sistema ta’ interazzjoni tal-vettura;

(c) sistema tal-fluss eċċessiv;

(d) sistema għall-protezzjoni mill-pressjoni żejda;

(e) sistema għall-individwazzjoni ta’ ħsara fl-apparat għall-iskambju tas-sħana.

Artikolu 4

Obbligi tal-Manifatturi

1. Il-manifatturi għandhom juru li l-vetturi kollha ġodda li jaħdmu bl-idroġenu, mibjugħa, irreġistrati jew imdaħħla fis-servizz fil-Komunità u l-komponenti ta’ l-idroġenu jew is-sistemi ta’ l-idroġenu kollha, mibjugħa jew imdaħħla fis-servizz fil-Komunità jkollhom approvazzjoni tat-tip skond dan ir-Regolament.

2. Għall-iskopijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura, il-manifatturi għandhom jgħammru lill-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu bil-komponenti jew is-sistemi ta’ l-idroġenu li jkunu ttestjati u installati skond dan ir-Regolament.

3. Għall-iskopijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti u s-sistemi, il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-komponenti u s-sistemi ta’ l-idroġenu jkunu ttestjati u installati skond dan ir-Regolament.

4. Il-manifatturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet ta’ approvazzjoni informazzjoni xierqa dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-vettura u l-kundizzjonijiet tat-test.

5. Il-manifatturi għandhom jagħtu informazzjoni għal spezzjoni perjodika tas-sistemi u l-komponenti ta’ l-idroġenu matul il-ħajja operattiva tal-vettura.

Artikolu 5

Rekwiżiti ġenerali għall-komponenti u s-sistemi ta’ l-idroġenu

Il-manifatturi għandhom jiżguraw li:

(a) il-komponenti u s-sistemi ta' l-idroġenu jaħdmu tajjeb u b'mod sikur u li jifilħu b'mod affidabbli l-kundizzjonijiet operattivi elettriċi, mekkaniċi, termali u kimiċi mingħajr nixxijiet jew deformazzjonijiet viżibbli;

(b) is-sistema ta’ l-idroġenu tkun protetta kontra l-pressjoni żejda;

(c) il-materjali ta’ dawk il-parts tal-komponenti u s-sistemi ta’ l-idroġenu, li għandhom ikunu f’kuntatt dirett ma’ l-idroġenu, ikunu kompatibbli ma’ l-idroġenu;

(d) il-komponenti u s-sistemi ta’ l-idroġenu jkunu jifilħu t-temperaturi u l-pressjonijiet mistennija matul il-ħajja operattiva tagħhom;

(e) il-komponenti u s-sistemi ta’ l-idroġenu jkunu jifilħu b’mod affidabbli firxa ta’ temperaturi operattivi stipulata fil-miżuri implimentattivi;

(f) il-komponenti ta’ l-idroġenu jkunu mmarkati skond il-miżuri implimentattivi;

(g) il-komponenti kollha ta’ l-idroġenu bi fluss direzzjonali jkollhom id-direzzjoni indikata b’mod ċar.

Artikolu 6

Rekwiżiti għall-kontenituri ta’ l-idroġenu maħsuba biex jużaw l-idroġenu likwidu

Il-kontenituri ta’ l-idroġenu maħsuba biex jużaw l-idroġenu likwidu għandhom jiġu ttestjati skond il-proċeduri ta' l-ittestjar stipulati fl-Anness II.

Artikolu 7

Rekwiżiti għall-komponenti ta’ l-idroġenu għajr il-kontenituri maħsuba biex jużaw l-idroġenu likwidu

1. Il-komponenti ta’ l-idroġenu għajr il-kontenituri maħsuba biex jużaw l-idroġenu likwidu għandhom jiġu ttestjati skond il-proċeduri ta' l-ittestjar stipulati fl-Anness III fir-rigward tat-tip tagħhom.

2. L-apparat għar-rilaxx tal-pressjoni għandu jiġi ddisinjat b’tali mod li jiżgura li l-pressjoni fit-tank intern jew f'komponenti oħra ta’ l-idroġenu ma tkunx iktar minn valur permissibbli. Il-valuri għandhom jiġu stipulati fi proporzjoni mal-Pressjoni Operattiva Massima Permissibbli (MAWP - Maximum Allowable Working Pressure) tas-sistema ta’ l-idroġenu. Għandu jkun hemm sistema ta’ sikurezza għall-apparat ta’ l-iskambju tas-sħana biex jindividwa l-ħsarat tiegħu.

Artikolu 8

Rekwiżiti għall-kontenituri ta’ l-idroġenu maħsuba biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass)

1. Il-kontenituri ta’ l-idroġenu iddisinjati għall-użu ta’ l-idroġenu kkumpressat (gass) għandhom jiġu kklassifikati skond il-punt 1 ta’ l-Anness IV.

2. Il-kontenituri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ttestjati skond il-proċeduri ta' l-ittestjar stipulati fl-Anness IV fir-rigward tat-tip tagħhom.

3. Għandha tingħata deskrizzjoni dettaljata tal-karatteristiċi u t-tolleranzi prinċipali tal-materjali uzati fid-disinn tal-kontenitur, inkluż ir-riżultati tat-testijiet li jkunu saru lill-materjal.

4. L-użu tat-taħlita ta’ gass ta’ l-idroġenu u gass naturali bħala karburant huwa permess.

Artikolu 9

Rekwiżiti għall-komponenti ta’ l-idroġenu għajr il-kontenituri maħsuba biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass)

1. Il-komponenti ta’ l-idroġenu għajr il-kontenituri maħsuba biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass) għandhom jiġu ttestjati skond il-proċeduri ta' l-ittestjar stipulati fl-Anness V fir-rigward tat-tip tagħhom.

2. L-użu tat-taħlita ta’ gass ta’ l-idroġenu u gass naturali bħala karburant huwa permess.

Artikolu 10

Rekwiżiti ġenerali għall-installazzjoni ta’ komponenti u sistemi ta’ l-idroġenu

Il-komponenti u s-sistemi ta’ l-idroġenu għandhom jiġu installati skond ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness VI.

Artikolu 11

Skeda għall-applikazzjoni

1. B’effett mid-data stipulata fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 15, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta' tipi ġodda ta' vetturi minħabba raġunijiet marbuta mal-propulsjoni bl-idroġenu, jew li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal komponenti fir-rigward ta' tipi ġodda ta' komponenti jew sistemi, li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.

2. B’effett minn [data,36 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ], l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, minħabba raġunijiet marbuta mal-propulsjoni bl-idroġenu fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament, iqisu li ċ-ċertifikati ta' konformità ma għadhomx validi għall-finijiet ta’ l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/46KE, u għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' vetturi tali u, fil-każ ta’ komponenti jew sistemi ta’ l-idroġenu ġodda li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, għandhom jipprojbixxu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz tagħhom.

3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi adottati skond l-Artikolu 12(1), jekk manifattur jitlob dan, l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux, minħabba raġunijiet marbuta mal-propulsjoni bl-idroġenu, jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, għal tip ġdid ta’ vettura jew tip ġdid ta’ komponent jew sistema ta’ l-idroġenu, jew jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vettura ġdida, jew jipprojbixxu l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ komponent jew sistema ta’ l-idroġenu ġodda, jekk il-vettura, il-komponent jew is-sistema kkonċernata tkun tikkonforma mad-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Il-miżuri implimentattivi

1. Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(9) tad-Direttiva 2007/46/KE,tadotta l-miżuri implimentattivi li ġejjin:

(a) id-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vetturi fir-rigward tal-propulsjoni bl-idroġenu, u ta’ komponenti u sistemi ta’ l-idroġenu.

(b) l-informazzjoni li għandha tingħata mill-manifatturi għall-finijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip u l-ispezzjoni perjodika msemmija fl-Artikolu 4(4) u (5);

(c) ir-regoli dettaljati għall-proċeduri ta’ l-ittestjar stipulati fl-Annessi II sa V;

(d) ir-regoli dettaljati għall-komponenti u s-sistemi ta’ l-idroġenu stipulati fl-Anness VI;

(e) ir-rekwiżiti għat-tħaddim sikur u affidabbli tal-komponenti u s-sistemi ta’ l-idroġenu kif stipulati fl-Artikolu 5.

2. Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(9) tad-Direttiva 2007/46/KE, tadotta l-miżuri implimentattivi li ġejjin:

(a) ir-rekwiżiti tekniċi speċifiċi għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 9(2);

(b) l-ispeċifikazzjoni għar-rekwiżiti marbuta ma’ kwalunkwe wieħed mill-punti li ġejjin:

- metodi ġodda għall-ħżin jew l-użu ta’ l-idroġenu;

- il-protezzjoni tal-vettura mill-impatti;

- rekwiżiti għas-sistema integrata ta' sikurezza, li għallinqas ikopru l-individwazzjoni ta' nixxijiet u r-rekwiżiti marbuta mal-gass li jnaddaf;

- iżolament elettriku u s-sikurezza elettrika;

(c) miżuri oħra meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 13

L-emendi għad-Direttiva 2007/46/KE

L-Annessi IV, VI u XI tad-Direttiva 2007/46/KE huma emendati skond l-Anness VII ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Penali għal nuqqas ta' konformità

1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw id-dispożizzjonijiet dwar il-penali applikabbli għall-ksur mill-manifatturi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu kull miżura neċessarja sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk id-dispożizzjonijiet, mhux aktar tard minn [ data, 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ] u għandhom jinfurmawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

2. It-tipi ta’ ksur li huma soġġetti għal penali għandhom jinkludu:

(a) dikjarazzjonijiet foloz matul il-proċeduri ta’ approvazzjoni jew il-proċeduri li jwasslu revoka;

(b) falsifikar tar-riżultati tat-test għall-approvazzjoni tat-tip jew għall-konformità fl-użu;

(c) iż-żamma ta’ data jew speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jwasslu għal revoka jew irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip;

(d) rifjut li jingħata aċċess għall-informazzjoni;

(e) l-użu ta’ apparat

Artikolu 15

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Għandu japplika minn [ DATA - 24 xahar mid-dħul fis-seħħ ], bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 11(3) li għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, [...]

For the European Parliament For the Council

The President The President

[…] […]

ANNESS I Lista ta’ komponenti soġġetti għall-approvazzjoni tat-tip

Il-komponenti ta’ l-idroġenu li ġejjin huma soġġetti għall-approvazzjoni tat-tip:

(a) komponenti maħsuba biex jużaw l-idroġenu likwidu:

1. kontenitur;

2. valv awtomatiku (jekk ikun l-ewwel valv awtomatiku 'l isfel mill-kontenitur jew jekk ikun tagħmir ta' sikurezza);

3. Check-valve jew non-return valve (jekk ikun tagħmir għas-sikurezza);

4. linja flessibbli tal-karburant (jekk ‘il fuq mill-ewwel shut-off valve awtomatiku jew tagħmir ieħor għas-sikurezza);

5. apparat għall-iskambju tas-sħana (jekk ‘il fuq mill-ewwel shut-off valve awtomatiku);

6. valv manwali (jekk ikun l-ewwel valv manwali 'l isfel mill-kontenitur jew jekk ikun tagħmir ta' sikurezza);

7. regolatur tal-pressjoni (jekk ‘il fuq mill-ewwel shut-off valve awtomatiku);

8. valv għar-rilaxx tal-pressjoni;

9. is-senser tal-pressjoni, tat-temperatura u tal-fluss (jekk ikun tagħmir ta’ sikurezza);

10. konnessjoni jew reċipjent għat-teħid tal-karburant

(b) komponenti maħsuba biex jużaw l-idroġenu kkumpressat (gass):

(1) kontenitur;

(2) valv awtomatiku;

(3) assemblaġġ tal-kontenitur;

(4) fittings;

(5) linja flessibbli tal-karburant;

(6) apparat għall-iskambju tas-sħana;

(7) filtru ta’ l-idroġenu;

(8) valv awtomatiku;

(9) non-return valve;

(10) regolatur tal-pressjoni;

11. apparat għar-rilaxx tal-pressjoni;

12. valv għar-rilaxx tal-pressjoni;

13. reċipjent;

14. konnettur għas-sistem tal-ħżin li jista' jitneħħa;

15. sensers (sensers tal-pressjoni jew tat-temperatura jew ta’ l-idroġenu jew tal-fluss) jew jintużaw bħala apparat tas-sikurezza.

ANNESS II Proċeduri għall-ittestjar applikabbli għall-kontenituri ta’ l-idroġenu maħsuba għall-użu ta’ l-idroġenu likwidu

It-tip ta’ test |

Test tal-pressjoni |

Test tan-nar |

Test tal-livell massimu ta’ mili |

It-test tal-pressjoni |

It-test tan-nixxija |

Il-proċeduri ta' l-ittestjar li għandhom jiġu applikati għall-approvazzjoni tat-tip tal-kontenituri ta' l-idroġenu għandhom jinkludu:

16. Test tal-pressjoni: L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur ta’ l-idroġenu ma tiġrilux ħsara qabel jinqabeż livell speċifikat ta’ pressjoni għolja, il-pressjoni tal-fqigħ (fattur ta’ sikurezza mmultiplikat bil-MAWP). Sabiex tinkiseb l-approvazzjoni tat-tip, il-valur tal-pressjoni tal-fqigħ reali fit-test għandha tkun ogħla mill-pressjoni minima tal-fqigħ rikjesta.

17. Test tan-nar: L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur bis-sistema ta’ protezzjoni min-nar tiegħu ma jinfaqax meta jiġi ttestjat fil-kundizzjonijiet speċifikati ta’ nar.

18. Test tal-livell massimu ta’ mili: L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-livell ta’ l-idroġenu waqt il-proċedura tal-mili qatt ma jikkawża l-ftuħ tat-tagħmir tar-rilaxx tal-pressjoni.

19. It-test tal-pressjoni: L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur ta’ l-idroġenu jista’ jiflaħ livell speċifikat ta’ pressjoni għolja. Sabiex dan jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jingħata pressjoni sa valur speċifikat għal ħin speċifikat. Wara t-test, il-kontenitur ma għandux juri sinjali ta’ deformazzjoni permanenti jew nixxijiet viżibbli.

20. It-test tan-nixxija: L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur ta’ l-idroġenu ma jurix sinjali ta’ nixxijat f’kundizzjonijiet speċifikati. Sabiex dan jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jingħata pressjoni sal-pressjoni operattiva nominali tiegħu. Ma għandux juri evidenza ta’ nixxijat mix-xquq, pori jew difetti oħra simili.

ANNESS III Proċeduri għall-ittestjar applikabbli għall-komponenti ta’ l-idroġenu għajr il-kontenituri maħsuba għall-użu ta’ l-idroġenu likwidu

IT-TIP TA’ TEST |

1 | 2 | 3 | 4 |

Test tal-pressjoni | ( | ( | ( | ( |

Test taċ-Ċiklu tal-Pressjoni f’Temperatura ta’ l-Ambjent | ( | ( | ( | ( |

Test tar-Rendiment LBB | ( | ( | ( | ( |

Test tan-Nar | ( | ( | ( | ( |

Test tal-Penetrazzjoni | ( | ( | ( | ( |

Test ta’ l-Esponiment Kimiku | ( | ( | ( |

Test tat-Tolleranza għal-Fissuri tal-Kompost | ( | ( | ( |

Test tal-Qsim bi Stress Aċċellerat | ( | ( | ( |

Test taċ-Ċiklu tal-Pressjoni f’Temperatura Estrema | ( | ( | ( |

Test tal-Ħsara mill-Impatti | ( | ( |

It-test tan-Nixxijat | ( |

Testijiet tal-Permeazzjoni | ( |

It-Test Boss Torque | ( |

It-Test taċ-Ċiklu tal-Gass ta’ l-Idroġenu | ( |

1. Klassifikazzjoni ta’ kontenituri maħsuba għall-użu ta’ l-idroġenu kkumpressat (gass):

Tip 1 Kontenitur metalliku mingħajr saldaturi

Tip 2 Kontenitur miksi biċ-ċrieki b’kisja interna metallika mingħajr saldaturi

Tip 3 Kontenitur miksi kompletament b’kisja interna metallika mingħajr saldaturi jew iwweldjata

Tip 4 Kontenitur miksi kompletament b’kisja interna mhux metallika

2. Il-proċeduri ta' l-ittestjar li għandhom jiġu applikati għall-approvazzjoni tat-tip ta’ dawk il-kontenituri huma:

21. Test tal-pressjoni: L-iskop tat-test huwa li jipprovdi l-valur tal-pressjoni li fija l-kontenitur jinfaqa'. Sabiex dan jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jingħata pressjoni sa valur speċifikat, li għandha tkun ogħla mill-pressjoni operattiva nominali tal-kontenitur. Il-pressjoni tar-reżistenza għal tifqigħa tal-kontenitur għandha tisboq pressjoni speċifikata. Il-pressjoni tar-reżistenza għal tifqigħa tal-kontenitur għandha tiġi dokumentata u tinżamm mill-manifattur matul il-ħajja operattiva tal-kontenitur.

22. Test taċ-Ċiklu tal-Pressjoni f’Temperatura ta’ l-Ambjent: L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur ta’ l-idroġenu jkun kapaċi jirreżisti varjazzjonijiet għoljin ta’ pressjoni. Sabiex dan ikun jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jiġi sottomess għal ċikli tal-pressjoni sakemm ikun hemm ħsara jew inkella sakemm jintlaħaq għadd speċifikat ta’ ċikli billi l-pressjoni tiżdied u titnaqqas sa valur speċifiku. Il-kontenituri ma għandhomx jiġrilhom il-ħsara qabel ma jintlaħaq għadd speċifikat ta' ċikli. L-għadd ta’ ċikli sa kemm tiġri l-ħsara, flimkien mal-post u d-deskrizzjoni tal-ħsara għandhom jiġu dokumentati. Il-manifattur għandu jżomm ir-riżultat tul il-ħajja operattiva tal-kontenitur.

23. It-test tar-rendiment tan-nixxija qabel il-qsim (LBB – leak before break): L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur ta’ l-idroġenu jibda jnixxi qabel jinqasam. Sabiex dan ikun jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jiġi sottomess għal ċikli tal-pressjoni billi l-pressjoni tiżdied u titnaqqas sa valur speċifikat. Il-kontenituri ttestjati għandhom jew ifallu minħabba n-nixxija jew inkella jisbqu għadd speċifikat ta' ċikli ta’ ttestjar mingħajr ħsara. L-għadd ta’ ċikli sa kemm tiġri l-ħsara, flimkien mal-post u d-deskrizzjoni tal-ħsara għandhom jiġu dokumentati.

24. Test tan-nar: L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur bis-sistema ta’ protezzjoni min-nar tiegħu ma jinfaqax meta jiġi ttestjat fil-kundizzjonijiet speċifikati ta’ nar. Il-kontenitur, bi pressjoni operattiva għandu jerħi biss mill-apparat għar-rilaxx tal-pressjoni u ma għandux jinqasam.

25. It-Test tal-Penetrazzjoni: L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur ma jinqasamx meta jiġi ppenetrat minn bulit. Sabiex dan ikun jista’ jintwera, il-kontenitur komplut bil-kisja protettiva tiegħu għandhom jiġu sottomessi għal pressjoni u ppenetrati minn bulit. Il-kontenitur ma għandux jinqasam.

26. It-Test ta’ l-Esponiment Kimiku: L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur jista’ jiflaħ esponiment għas-sustanzi kimiċi speċifikati. Sabiex dan jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jiġi espost għal bosta soluzzjonijiet kimiċi. Il-pressjoni tal-kontenitur għandu jiżdied sa valur speċifikat u għandu jsirlu test tar-reżistenza għal tifqigħa. Il-kontenitur għandu jikseb pressjoni speċifika tar-reżistenza għal tifqigħa, li għandha tiġi ddokumentata.

27. Test tat-Tolleranza ta’Fissuri tal-Materjal Kompost: L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur ta’ l-idroġenu jkun kapaċi jirreżisti esponiment għal pressjoni għolja. Sabiex dan ikun jista’ jintwera, fissuri ta’ ġeometrija speċifikata għandhom jinqatgħu fil-ġenb tal-kontenitur u mbagħad għandhom isirulu għadd speċifiku ta' ċikli ta' pressjonijiet. Il-kontenitur ma għandux inixxi jew jinqasam għal għadd ta' ċikli, iżda jista' jfalli billi jnixxi matul iċ-ċikli ta' ttestjar li jkun fadal. L-għadd ta’ ċikli sa kemm tiġri l-ħsara, flimkien mal-post u d-deskrizzjoni tal-ħsara għandhom jiġu dokumentati.

28. It-Test tal-Qsim bi Stress Aċċellerat: L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur ta’ l-idroġenu jkun kapaċi jirreżisti esponiment għal pressjoni għolja u temperaturi għolja fil-limitu tal-firxa operattiva permissibbli għal perjodu estiż ta’ żmien. Sabiex dan ikun jista' jintwera, il-kontenitur għandu jiġi espost għal ħin speċifikat għal kundizzjonijiet speċifikati ta’ pressjoni u temperatura, u sussegwentement isirlu test tar-reżistenza għal tifqigħa kif imsemmi fil-punt a). Il-kontenitur għandu jikseb pressjoni speċifikata tar-reżistenza għal tifqigħa.

29. It-Test taċ-Ċiklu tal-Pressjoni f’Temperatura Estrema: L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur ta’ l-idroġenu jista’ jiflaħ varjazzjonijiet fil-pressjoni f’kundizzjonijiet differenti ta’ temperaturax. Sabiex dan ikun jista’ jsir, il-kontenitur, mingħajr kisi protettiv, għandu jkollu ċiklu ta’ testijiet idrostatiċi billi jiġi soġġett għal kundizzjonijiet ambjentali estremi u mbagħad isirilu test tan-nixxija u test tar-reżistenza għal tifqigħa kif imsemmi taħt il-punti k) u a). Il-kontenituri għandu jsirilhom ċiklu ta’ testijiet mingħajr ma juru evidenza ta’ qsim, nixxijat jew tħallil tal-fibri. Il-kontenitur ma għandux jinfaqa’ fi pressjoni speċifikata.

30. It-Test tal-Ħsara mill-Impatti: L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur ta’ l-idroġenu jibqa’ operattiv wara li jiġi sottomess għall-impatti mekkaniċi speċifikati. Sabiex dan ikun jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jiġi soġġett għat-test tal-waqgħa u mbagħad għandhom isirulu għadd speċifiku ta' ċikli ta' pressjonijiet. Il-kontenitur ma għandux inixxi jew jinqasam għal għadd speċifikat ta' ċikli, iżda jista' jfalli billi jnixxi matul iċ-ċikli ta' ttestjar li jkun fadal.

31. It-test tan-nixxija: L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur ta’ l-idroġenu ma jurix sinjali ta’ nixxijat f’kundizzjonijiet speċifikati. Sabiex dan jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jingħata pressjoni sal-pressjoni operattiva nominali tiegħu. Ma għandux juri evidenza ta’ nixxijat mix-xquq, pori jew difetti oħra simili.

32. It-Testijiet tal-Permeazzjoni: L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur ta’ l-idroġenu ma jkunx permeabbli iktar min-rata speċifikata. Sabiex dan ikun jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jkollu pressjoni bil-gass ta’ l-idroġenu sal-pressjoni operattiva nominali u mbagħad jiġi mmonitorjat għall-permeazzjoni f’kamra magħluqa għal ħin speċifikat f’kundizzjonijiet speċifikati ta’ temperatura.

33. It-Test Boss Torque:

34. L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur ta’ l-idroġenu jkun kapaċi jirreżisti t-torque speċifikat.

35. Sabiex dan jista’ jintwera, il-kontenitur għandu jiġi espost għal torque minn direzzjonijiet differenti. Imbagħad għandhom isiru t-test tan-nixxija u t-test tar-reżistenza għal tifqigħa kif imsemmi taħt il-punti k) u a). Il-kontenitur għandu jissodisfa r-rekwiżiti tat-test tan-nixxija u ta' reżistenza għal tifqigħa It-torque applikat, in-nixxija u l-pressjoni ta' reżistenza għal-tifqigħa għandhom jiġu ddokumentati.

36. It-Test taċ-Ċiklu tal-Gass ta’ l-Idroġenu: L-iskop tat-test huwa li jagħti evidenza li l-kontenitur ta’ l-idroġenu jkun kapaċi jirreżisti varjazzjonijiet għoljin ta’ pressjoni meta jintuża l-gass ta' l-idroġenu. Sabiex dan ikun jista' jintwera, il-kontenitur għandu jiġi soġġett għal ċikli ta’ pressjoni bl-użu tal-gass ta’ l-idroġenu u għal test tan-nixxija kif imsemmi fil-punt k) hawn fuq. Id-deterjoramenti, bħax-xquq tar-reħja jew id-disċarġ elettrostatiku tal-kontenitur għandhom jiġu spezzjonati. Il-kontenitur għandu jissodisfa r-rekwiżiti tat-test tan-nixxija. Il-kontenitur ma għandux ikollu deterjoramenti, bħax-xquq tar-reħja jew id-disċarġ elettrostatiku.

ANNESS V Proċeduri għall-ittestjar applikabbli għall-komponenti ta’ l-idroġenu għajr il-kontenituri maħsuba għall-użu ta’ l-idroġenu kkumpressat (gass)

IT-TIP TA’ TEST |

KOMPONENT TA’ L-IDROĠENU | Testijiet fuq il-materjali | Test tar-reżistenza għall-korrożjoni | Testijiet tas-sopportabbiltà | Test taċ-ċiklu tal-pressjoni idrawlika | Test tan-nixxijat interni | Test tan-nixxijat esterni |

apparat għar-rilaxx tal-pressjoni; | ( | ( | ( | ( | ( | ( |

Valvi awtomatiċi | ( | ( | ( | ( | ( | ( |

Valvi awtomatiċi | ( | ( | ( | ( | ( | ( |

non-return valve; | ( | ( | ( | ( | ( | ( |

apparat għar-rilaxx tal-pressjoni; | ( | ( | ( | ( | ( | ( |

Tagħmir għall-iskambju tas-sħana: | ( | ( | ( | ( |

Reċipjenti | ( | ( | ( | ( | ( | ( |

Regolaturi tal-pressjoni | ( | ( | ( | ( | ( | ( |

Sensers għas-sistemi ta’ l-idroġenu | ( | ( | ( | ( | ( |

Linji flessibbli tal-karburant | ( | ( | ( | ( | ( |

Fittings | ( | ( | ( | ( | ( |

Filtri ta’ l-idroġen; | ( | ( | ( | ( |

Konnetturi għas-sistem tal-ħżin li jistgħu jitneħħew | ( | ( | ( | ( | ( |

Soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi għal kwalunkwe wieħed mill-komponenti ta’ l-idroġenu, il-proċeduri ta' l-ittestjar li għandhom jiġu applikati għall-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti ta' l-idroġenu għajr il-kontenituri għandhom jinkludu:

Testijiet tal-materjali:

2.1. It-test tal-kompatibilità ma’ l-idroġenu stipulat fil-punt (j) ta' l-Anness III.

2.2. It-test tat-tixjiħ: L-iskop tat-test huwa li jiċċekkja jekk il-materjal mhux metalliku użat f'komponent ta’ l-idroġenu jkunx kapaċi jiflaħ it-tixjiħ. Mhux permessi xquq viżibbli tal-kampjuni ttestjati.

2.3. It-Test tal-kompatibilità ma' l-ożonu: L-iskop tat-test huwa li jiċċekkja jekk il-materjal elastomer ta’ komponent ta’ l-idroġenu jkunx kompatibbli ma’ l-esponiment għall-ożonu. Mhux permessi xquq viżibbli tal-kampjuni ttestjati.

3. It-test tar-reżistenza għall-korrożjoni stipulat fil-punt (e) ta' l-Anness III.

4. It-test tas-sopportabbiltà stipulat fil-punt (c) ta' l-Anness III.

5. It-test taċ-ċiklu ta' pressjoni idrawlika stipulata fil-punt (i) ta’ l-Anness III. Il-komponenti ta’ l-idroġenu ma għandhomx juru sinjali viżibbli ta’ deformazzjoni jew estrużjoni u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-test tan-nixxija interna u esterna.

6. It-test tan-nixxijat interni: L-iskop tat-test tan-nixxijat interni huwa li jagħti evidenza li l-komponenti speċifikati ta’ l-idroġenu jkunu ħielsa min-nixxijat interni. Sabiex dan jista’ jintwera, il-komponenti ta’ l-idroġenu għandhom jiġu soġġetti għal pressjoni f’kundizzjonijiet differenti ta’ temperatura u jiġu osservati għan-nixxijat. Il-komponent ta’ l-idroġenu ma għandux ikollu bżieżaq u ma għandux inixxi internament f’rata ogħla minn numru speċifikat.

7. It-test tan-nixxijat esterni stipulat fil-punt (b) ta' l-Anness III.

ANNESS VI Rekwiżiti għall-installazzjoni ta’ komponenti u sistemi ta’ l-idroġenu

1. Is-sistema ta’ l-idroġenu għandha tiġi installata b’tali mod li tkun protetta mill-ħsara.

Għandha tkun iżolata mill-għejun tas-sħana fil-vettura.

2. Il-kontenitur ta’ l-idroġenu jista’ jitneħħa biss biex jinbidel b’kontenitur ta’ l-idroġenu biex jimtlela l-karburant mill-ġdid jew għall-manutenzjoni.

Fil-każ tal-magna tal-kombustjoni interna, il-kontenitur għandu jiġi installat fil-kompartiment tal-magna tal-vettura.

Għandu jiġi protett b’mod adegwat kontra kull tip ta’ korrożjoni.

3. Għandhom jittieħdu miżuri għall-prevenzjoni tan-nixxijat ta’ l-idroġenu waqt il-mili mill-ġdid tal-karburant u biex ikun żgurat li t-tneħħija ta’ sistema ta’ ħżin ta’ l-idroġenu li tista' titneħħa ssir b’mod sikur.

4. Għandu jiġi żgurat li l-konnessjoni għall-mili mill-ġdid tal-karburant titwaħħal kif suppost u għandha tiġi protetta mill-ħmieġ u l-ilma. 5. Il-kontenitur ta’ l-idroġenu għandu jiġi armat u jitwaħħal sabiex l-aċċellerazzjonijiet speċifikati jkunu jistgħu jiġu assorbiti mingħajr ħsara lil-parts tas-sikurezza meta l-kontenituri ta’ l-idroġenu jkunu mimlija.

6. Il-linji tal-karburant għall-provvista ta’ l-idroġenu għandhom jitwaħħlu b’valv awtomatiku. Il-linja għall-mili mill-ġdid tal-karburant għandha titwaħħal b’valv. Il-valvi għandhom jingħalqu jekk tħaddim ħażin tas-sistema ta’ l-idroġenu ikun jirrikjedi hekk jew jekk ikun hemm kwalunkwe eventwalità oħra li tirriżulta f’nixxijat ta’ l-idroġenu. Meta s-sistema tal-propulsjoni tintefa’, il-provvista tal-karburant mill-kontenitur għas-sistema tal-propulsjoni għandha tintefa’ u tibqa' magħluqa sakemm ikun meħtieġ li s-sistema titħaddem.

7. Ebda komponent ta’ l-idroġenu, inkluż kwalunkwe materjal protettiv li jagħmel parti minn dawn il-komponenti, ma għandu jisporġi 'l barra mill-perimetru tal-vettura jew ta’ l-istruttura ta’ protezzjoni. Dan ma għandux japplika jekk komponent ta’ l-idroġenu jkun protett adegwatament u ebda parti mill-komponent ta’ l-idroġenu ma jkun jinsab barra minn din l-istruttura ta' protezzjoni.

8. Is-sistema ta’ l-idroġenu għandha tiġi installata sabiex titħares mill-ħsara, safejn dan ikun pratikabbli b'mod raġonevoli, bħal ħsara minħabba komponenti tal-vettura li jiċċaqalqu, impatti, żrar jew minħabba t-tagħbija jew il-ħatt ta’ vettura jew iċ-ċaqliq ta’ piżijiet.

9. Ebda komponent ta’ l-idroġenu ma għandu jkun jinsab qrib il-pajp ta’ l-egżost ta’ magna tal-kombustjoni interna jew għajn ieħor tas-sħana, sakemm dawn il-komponenti ma jkunux protetti b'mod adegwat mis-sħana.

10. Is-sistema tal-ventilazzjoni jew tat-tisħin tal-kompartiment tal-passiġġieri u postijiet fejn jista' jkun hemm nixxijat jew akkumulazzjoni ta’ l-idroġenu għandhom jitfasslu sabiex l-idroġenu ma jinġibidx għal ġo l-vettura.

11. Fil-każ ta’ aċċidenti, għandu jiġi żgurat li safejn ikun prattikabbli b’mod raġonevoli, l-apparat tar-rilaxx tal-pressjoni u s-sistema assoċjata ta’ ventijiet tkun kapaċi tibqa' taħdem. Is-sistema ta’ ventijiet ta’ l-apparat tar-rilaxx tal-pressjoni għandhom jitħarsu b’mod adegwat mill-ħmieġ u l-ilma.

12. Il-kompartiment tal-passiġġieri tal-vettura għandu jkun separat mis-sistem ta’ l-idroġenu sabiex tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta' l-idroġenu. Għandu jiġi żgurat li kwalunkwe karburant li jkun qed inixxi mill-kontenitur jew l-aċċessorji tieħgu ma joħroġx għal ġo l-kompartiment tal-passiġġieri tal-vettura.

13. Il-komponenti ta’ l-idroġenu li jistgħu jnixxu l-idroġenu għal ġo l-kompartiment tal-passiġġieri jew ġol-but jew kompartiment ieħor li ma jkunx ivventilat għandhom jiġi enkapsulati ġo kompartiment li mhux permeabbli għall-gass jew b'soluzzjoni ekwivalwenti oħra kif speċifikat fil-leġiżlazzjoni implimentattiva.

14. L-apparat li jaħdem bl-elettriku u li jkun fih l-idroġenu għandu jkun iżolat b’tali mod li ebda kurrent ma jgħaddi mill-partijiet li jkun fihom l-idroġenu, minħabba l-prevenzjoni ta’ sparks elettriċi fil-każ ta’ qsim.

IL-komponenti metalliċi tas-sistema ta’ l-idroġenu għandha jkollh kontinwità elettrika ma' l-earth tal-vettura.

15. Jistgħu jintużaw tikketti biex jindikaw lis-servizzi ta’ salvataġġ li l-vettura tuża idroġenu likwidu jew ikkumpressat (gass).

ANNESS VII

L-emendi għad-Direttiva 2007/46/KE

1. Fil-punt 62 tal-parti I ta’ l-Anness IV, tiżdied il-linja l-ġdida li ġejja mat-tabella:

Suġġett | Referenza għall-att regolatorju | Referenza għall-Ġurnal Uffiċjali | Applikabbilità |

62 | Sistema ta’ l-idroġenu | […./…/KE] | X |

3. Fil-punt 62 tal-parti I ta’ l-Appendiċi ta’ l-Anness VI, tiżdied il-linja l-ġdida li ġejja mat-tabella:

Suġġett | Referenza għall-att regolatorju | Kif emendat bi | Applikabbli għal Varjanti |

62. Sistema ta’ l-idroġenu | […./…/EC] |

4. Fil-punt 62 tal-parti I ta’ l-Anness XI, tiżdied il-linja l-ġdida li ġejja mat-tabella:

Oġġett | Suġġett | Referenza għall-att regolatorju | M1 ( 2 500 (1) kg | M1 ( 2 500 (1) kg | M2 | M3 |

62 | Sistema ta’ l-idroġenu | […./…/EC] | Q | G+Q | G+Q | G+Q |

5. Fil-punt 62 ta’ l-Appendiċi 2 ta’ l-Anness XI, tiżdied il-linja l-ġdida li ġejja mat-tabella:

62 | Sistema ta’ l-idroġenu | […./…/KE] | X |

[1] http://ec.europa.eu/enterprise/automotive/pagesbackground/hydrogen/consultation/contributions.htm

[2] http://ec.europa.eu/enterprise/automotive/pagesbackground/hydrogen/hydrogen_final_report.pdf

[3] Direttiva 2007/46/KE

[4] Id-Direttiva 2005/55/KE (ĠU L 275, 20.10.2005, p. 1). Id-Direttiva 2005/78/KE (ĠU L 313, 29.11.2005, p. 1).

[5] Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 (ĠU L 171, 29.06.2007, p. 1).

[6] ĠI C , , p. .

[7] ĠU C , , p. .

[8] ĠU C , , p. .

[9] [Proposta għal 'Direttiva ta’ Qafas' ġdida attwalment fil-proċess ta’ adozzjoni. COM(2003)418 u COM(2004)738.]

[10] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).