Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq ta’ trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2007/0588 finali - COD 2007/0205 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 11.10.2007 KUMM(2007) 588 finali 2007/0205 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq ta’ trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (Verżjoni kkodifikata) (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunità sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih. Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti. Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunità tkun ċara u trasparenti. 2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunità huma ċari u jinftiehmu malajr. 3. Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli. Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunità. Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni. 4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 77/311/KEE tad-29 ta’ Marzu 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq ta’ trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija[3]. Id-Direttiva l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu. 5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 77/311/KEE u ta’ l-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness V tad-Direttiva kkodifikata. 2007/0205 (COD) ê 77/311/KEE (adattat) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq ta’ trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (test b’rilevanza ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu Ö 95 Õ tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5], Ö Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita Õ fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6] Billi: ê 1. Id-Direttiva 77/311/KEE tal-Kunsill tad-29 ta’ Marzu 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq ta’ trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija[7] ġiet emendata kemm-il darba[8] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. 2. Id-Direttiva 77/311/KEE hija waħda mid-Direttivi separati li għandhom x'jaqsmu mas-sistema ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva 74/150/KEE tal-Kunsill, kif sostitwita bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/37/KE tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u li tirrevoka d-Direttiva 74/150/KEE[9] u tistabilixxi preskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, rigward il-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq. Dawn il-preskrizzjonijiet tekniċi huma dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE stabbilita fid-Direttiva 2003/37/KE għal kull tip ta’ trattur. Għalhekk id-dispożizzjonijiet imsemmija fid-Direttiva 2003/37/KE dwar tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati japplikaw għal din id-Direttiva. 3. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti B, ê 77/311/KEE ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 1. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, “trattur għall-agrikoltura jew għall-forestrija” ifisser kwalunkwe vettura bil-mutur, mgħammra b’roti jew ċineg mingħajr tarf u li għandu mill-anqas żewġ fusien, li l-funzjoni ewlenija tiegħu tinsab fis-saħħa trattiva tiegħu u li jkun speċifikament iddisinjat biex jirmonka, jimbotta, iġġorr jew jagħti saħħa lil ċertu għodda, makkinarju jew karrijiet intenzjonati għal użu għall-agrikoltura jew għall-forestrija. Jista’ jkun mgħammar biex iġorr tagħbija u passiġġieri. ê 82/890/KEE Art. 1(1) (adattat) è1 97/54/KE Art. 1 2. Din id-Direttiva għandha tgħodd biss għal tratturi definiti fil-paragrafu 1 li jkunu ffittjati b’ tyres pnewmatiċi u li jkollhom veloċità massima skond id-disinn ta’ bejn is-6 u l-è1 40 km/siegħa ç. ê 77/311/KEE (adattat) Artikolu 2 Ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta’ kwalunkwe trattur minħabba raġunijiet relatati mal-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq jekk dan il-livell ikun fil-limiti li ġejjin: - 90 dB (A) skond l-Anness I, jew - 86 dB (A) skond l-Anness II. Artikolu 3 Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, “kabina” tfisser kull struttura mibnija minn komponenti riġidi, trasparenti jew le, li tagħlaq totalment lis-sewwieq u tiżolah minn barra, u hi kapaċi li tinżamm magħluqa b’mod permanenti waqt is-servizz. Artikolu 4 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li kemm fil-presentazzjoni tal-bejgħ kif ukoll fir-riklamar ma jkun hemm xejn li jissuġġerixxi li Ö t-tratturi Õ għandhom karatteristiċi relatati mal-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq li huma fil-fatt ma jkollhomx. Artikolu 5 Kwalunkwe emendi meħtieġa għall-adattazzjoni tal-ħtiġiet ta’ l-Annessi Ö I, II u III Õ għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu Ö 20(2) Õ tad-Direttiva Ö 2003/37/KE Õ. Artikolu 6 L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva. ê Artikolu 7 Id-Direttiva 77/311/KEE, kif emendata mid-Direttivai mniżżla fl-Anness IV, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti B. Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V. Artikolu 8 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Għanda tapplika minn ê 77/311/KEE Art. 7 Artikolu 9 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ê 77/311/KEE è1 2006/26/KE Art. 2 u Anness II ANNESS I APPARAT, KONDIZZJONIJIET U METODU TA’ KEJL 1. UNITA’ TA’ KEJL U APPARAT TA’ KEJL 1.1. Unità ta’ kejl Il-valur A tal-livell ta’ storbju LA għandu jitkejjel b’dB, espressa bħala dB (A). 1.2. Apparat ta’ kejl Il-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq għandu jitkejjel permezz ta’ miter tal-livell ta’ ħsejjes kif deskritt fl-ewwel edizzjoni tal-Pubblikazzjoni 179/1965 tal-Kummissjoni Internazzjonali Elettroteknika. Fil-każ ta’ riżultati varjabbli, il-medja tal-valuri massimi għandha tittieħed. 2. KONDIZZJONIJIET TA’ KEJL Il-kejl għandu jsir taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin: 2.1. it-trattur ma għandux ikun mgħobbi, i.e. mingħajr aċċessorji fakultattivi, imma għandu jinkludi likwidu għat-tkessiħ, lubrikant, tank mimli bil-karburant, għodda u sewwieq. Dan ta’ l-aħħar ma jistax jilbes ħwejjeġ li huma ħoxnin b’mod abnormali, xalpa jew kappell. Ma jista’ jkun hemm ebda oġġett fuq it-trattur li x’aktarx itellef il-livell ta’ l-istorbju; 2.2. it- tyres għandhom jkunu minfuħin sal-pressjoni rakkomandata mill-manufattur tat-trattur, il-magna, il-fusien ta’ trasmissjoni u sewqan għandhom jkunu ta’ temperatura normali u jekk jiġu mgħammra b’ radiator blinds dawn għandhom jinżammu miftuħa waqt il-kejl; 2.3. jekk ikunu suġġetti li jaffetwaw il-livell ta’ storbju, apparat żejjed li jieħu s-saħħa mill-magna jew li jieħu s-saħħa minnu nnifsu, bħal wajpers tal- wind screen , fan ta’ l-arja sħuna jew power take-off , per eżempju, ma jistgħux ikunu qegħdin jaħdmu meta jkun isir il-kejl; partijiet li normalment jaħdmu fl-istess ħin tal-magna, bħall-fan għat-tkessiħ tal-magna, per eżempju, għandhom jkunu qegħdin jaħdmu meta jittieħed il-kejl; 2.4. iż-żona tat-test għandha tkun f’post miftuħ li huwa silenzjuz biżżejjed; tista’ tieħu l-forma, per eżempju, ta’ spazju miftuħ ta’ radju ta’ 50 metru, li jkollu parti ċentrali b’radju ta’ mill-inqas 20 m u li hu prattikament livell, jew ta’ sezzjoni livellata li jkollha korsa solida b’wiċċ kemm jista’ jkun ċatt u bi ftit gandotti. Il-korsa għandha tkun kemm jista’ jkun nadifa u niexfa (eż. ħielsa minn żrar, weraq, silġ. eċċ.). Nżul u irregolaritajiet huma aċċettabli biss jekk il-varjazzjonijiet fil-livell ta’ storbju ikkawżati minnhom jaqgħu fil-limiti ta’ tolleranzi ta’ żball ta’ l-apparat li jkejjel; 2.5. il-wiċċ tal-korsa għandu ikun tali li ma jikkawżax storbju eċċessiv mit- tyres ; 2.6. it-temp għandu ikun tajjeb u niexef bi ftit jew xejn riħ. Il-livell ta’ storbju ambjentali kif jinstema’ mis-sewwieq dovut għar-riħ u għal sorsi oħra ta’ storbju għandu ikun mill-inqas 10 dB (A) taħt il-livell ta’ storbju tat-trattur. 2.7. jekk tintuża vettura għall-kejl, din għandha tiġi irmunkata jew misjuqa ‘l bogħod biżżejjed mit-trattur sabiex tevita kull interferenza. Waqt il-kejl l-ebda oġġett li jinterferixxi mal-kejl jew uċuħ riflettivi ma jista’ jitpoġġa sa 20 metru minn kull naħa tal-korsa tat-test u inqas minn 20 metru minn quddiem u wara tat-trattur. Din il-kondizzjoni tista’ titqies aderuta jekk il-varjazzjonijiet fil-livell ta’ istrobju hekk kawżati jibqgħu fil-limiti tat-tolleranzi ta’ żball; jekk le, il-kejl għandu jitwaqqaf għat-tul ta’ l-interferenza. 2.8. il-kejl kollu f’serje partikolari għandu isir fuq l-istess korsa. 3. METODU TA’ KEJL 3.1. Il-mikrofonu għandu jitpoġġa 250 mm mal-ġenb tal-pjan ċentrali tas-sedil, il-ġenb ikun dak fejn jinstab l-iktar livell għoli ta’ storbju, Id-diaframma tal-mikrofonu għandha tħares ‘l quddiem u ċ-ċentru tal-mikfrofonu għandu ikun 790 mm fuq u 150 mm ‘l quddiem mill-punt ta’ referenza tas-sedil deskritt fl-Anness III. Għandha tiġi evitata vibrazzjoni eċċessiva tal-mikrofonu. 3.2. Il-livell massimu ta’ storbju f’dB (A) għandu jiġi determinat kif ġej: 3.2.1. l-aperturi kollha (eż. bibien, twieqi) fi li jkolhom struttura ta’ kabina magħluqa u magħmula f’serje għandhom jkunu magħluqin waqt serje inizzjali ta’ kejl. 3.2.1.1. Waqt it-tieni serje ta’ kejl dawn għandhom jitħallew miftuħin, sakemm meta jinfetħu ma joħolqux periklu għas-sigurta’ fit-triq, imma wind screens li jintwew ‘l-isfel jew ‘l fuq għandhom jinżammu magħluqa; 3.2.2. l-istorbju għandu jiġi mkejjel permezz ta’ miter tal-livell ta’ ħsejjes li jkollu rispons bil-mod waqt it-tagħbija u li jikkorrispondi ma’ l-istorbju massimu fil- gear li jagħti veloċità ‘l quddiem l-eqreb ta’ è1 7.5 km/h ç. Il-liver ta’ kontroll li jirregola għandu ikun miftuħ kollu. Billi tibda mingħajr ebda tagħbija, it-tagħbija għandha tiżdied sakemm jinstab il-livell massimu ta’ storbju. Wara kull żieda ta’ tagħbija, għandu jitħalla ħin sabiex il-livell ta’ storbju jistabbilizza qabel ma jsir il-kejl; 3.2.3. l-istorbju għandu jitkejjel permezz ta’ miter tal-livell ta’ ħsejjes li jkollu rispons bil-mod waqt it-tagħbija u li jikkorrispondi ma’ l-istorbju massimu f’ kull gear barra dak imsemmi f’ 3.2.2 li fuqha l-livell ta’ storbju rreġistrat huwa ta’ mill-inqas 1 dB (A) ‘l fuq minn dak irreġistrat fuq il-gear imsemmi f’3.2.2. Il-liver ta’ kontroll li jirregola għandu ikun miftuħ kollu. Billi tibda mingħajr ebda tagħbija, it-tagħbija għandha tiżdied sakemm jinstab il-livell massimu ta’ storbju. Wara kull żieda ta’ tagħbija, għandu jitħalla ħin sabiex il-livell ta’ storbju jistabbilizza qabel ma jsir il-kejl; 3.2.4. l-istorbju għandu jitkejjel bid-disinn ta’ veloċità massima tat-trattur mhux mgħobbi. 3.3. Ir-rapport tat-test għandu jinkludi kejl tal-livell ta’ storbju mwettqa taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin: 3.3.1. fuq il- gear li jagħti veloċità l-eqreb għal è1 7.5 km/h ç ; 3.3.2. fuq kull gear , jekk il-kundizzjonijiet deskritti f’ 3.2.3 jiġu mħarsa; 3.3.3. fil-veloċità massima skond id-disinn. 4. KRITERJI TA’ EVALWAZZJONI Il-kejl deskritti fil-punti 3.2.1, 3.2.2, 3.2.3 u 3.2.4 ma jistgħux jaqbżu l-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2. _________________ ê 77/311/KEE è1 2006/26/KE Art. 2 u Anness II ANNESS II APPARAT, KONDIZZJONIJIET U METODU TA’ KEJL 1. UNITÀ TA’ KEJL U APPARAT TA’ KEJL 1.1. Unità ta’ kejl Il-valur A tal-livell ta’ storbju LA għandu jitkejjel b’dB, espressa bħala dB (A). 1.2. Apparat ta’ kejl Il-livell ta’ storbju kif jinstema’ mis-sewwieq għandu jitkejjel permezz ta’ miter tal-livell ta’ ħsejjes kif deskritt fl-ewwel edizzjoni tal-Pubblikazzjoni 179/1965 tal-Kummissjoni Internazzjonali Elettroteknika. Fil-każ ta’ riżultati varjabbli, il-medja tal-valuri massimi għandha tittieħed. 2. KONDIZZJONIJIET TA’ KEJL Il-kejl għandu jsir taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin: 2.1. it-trattur ma għandux ikun mgħobbi, i.e. mingħajr aċċessorji fakultattivi, imma għandu jinkludi likwidu għat-tkessiħ, lubrikant, tank mimli bil-karburant, għodda u sewwieq. Dan ta’ l-aħħar ma jistax jilbes ħwejjeġ li huma ħoxnin b’mod anormali, xalpa jew kappell. Ma jista’ jkun hemm ebda oġġett fuq it-trattur li x’aktarx itellef il-livell ta’ l-istorbju; 2.2. it- tyres għandhom ikunu minfuħin sal-pressjoni rakkomandata mill-manufattur tat-trattur, il-magna, il-fusien ta’ trasmissjoni u sewqan għandhom jkunu ta’ temperatura normali u, jekk il-magna ikollha louvres li jkessħu, dawn għandhom jinżammu kompletament miftuħa; 2.3. jekk ikunu suġġetti li jaffetwaw il-livell ta’ storbju, apparat żejjed li jieħu s-saħħa mill-magna jew li jieħu s-saħħa minnu nnifsu, bħal wajpers tal -wind screen , fan ta’ l-arja sħuna jew power take-off , per eżempju, ma jistgħux ikunu qegħdin jaħdmu meta jkun isir il-kejl; partijiet li normalment jaħdmu fl-istess ħin tal-magna, bħall-fan għat-tkessiħ tal-magna, per eżempju, għandhom jkunu qegħdin jaħdmu meta jittieħed il-kejl; 2.4. iż-żona tat-test għandha tkun f’post miftuħ li huwa silenzjuz biżżejjed: tista’ tieħu l-forma, per eżempju, ta’ spazju miftuħ ta’ radju ta’ 50 metru, li jkollu parti ċentrali b’radju ta’ mill-inqas 20 m u li hu prattikament livell, jew ta’ sezzjoni livella li jkollha korsa solida b’wiċċ kemm jista’ jkun ċatt u bi ftit gandotti. Il-korsa għandha tkun kemm jista’ jkun nadifa u niexfa (eż. ħielsa minn żrar, weraq, silġ. eċċ.). Nżul u irregolaritajiet huma aċċettabli biss jekk il-varjazzjonijiet fil-livell ta’ storbju ikkawżati minnhom jaqgħu fil-limiti tat-tolleranzi ta’ żball ta’ l-apparat li jkejjel. 2.5. il-wiċċ tal-korsa għandu jkun tali li ma jikkawżax storbju eċċessiv mit- tyres ; 2.6. it-temp għandu ikun tajjeb u niexef bi ftit jew xejn riħ. Il-livell ta’ storbju ambjentali kif jinstema’ mis-sewwieq dovut għar-riħ u għal sorsi oħra ta’ storbju għandu ikun ta’ mill-inqas 10 dB (A) taħt il-livell ta’ storbju tat-trattur. 2.7. jekk tintuża vettura għall-kejl, din għandha tiġi rmunkata jew misjuqa ‘l bogħod biżżejjed mit-trattur sabiex tevita kull interferenza. Waqt il-kejl l-ebda oġġett li jinterferixxi mal-kejl jew uċuħ riflettivi ma jista’ jitpoġġa sa 20 metru minn kull naħa tal-korsa tat-test u inqas minn 20 metru minn quddiem u wara tat-trattur. Din il-kondizzjoni tista’ titqies aderuta jekk il-varjazzjonijiet fil-livell ta’ istrobju hekk kawżati jibqgħu fil-limiti tat-tolleranzi ta’ żball; jekk le, il-kejl għandu jitwaqqaf għal kemm iddum l-interferenza. 2.8. il-kejl kollu f’serje partikolari għandu isir fuq l-istess korsa. 3. METODU TA’ KEJL 3.1. Il-mikrofonu għandu jitpoġġa 250 mm mal-ġenb tal-pjan ċentrali tas-sedil, il-ġenb ikun dak fejn jinstab l-iktar livell għoli ta’ storbju. Id-diaframma tal-mikrofonu għandha tħares ‘l quddiem u ċ-ċentru tal-mikrofonu għandu ikun 790 mm fuq u 150 mm ‘l quddiem mill-punt ta’ referenza tas-sedil deskritt fl-Anness III. Għandha tiġi evitata vibrazzjoni eċċessiva tal-mikrofonu. 3.2. Il-livell ta’ storbju għandu jiġi determinat kif ġej: 3.2.1. it-trattur għandu jinstaq tul is-sezzjoni bl-istess veloċità tat-test mill-inqas tlett darbiet għal mill-inqas 10 sekondi; 3.2.2. l-aperturi kollha (eż. bibien, twieqi) li jkolhom struttura ta’ kabina magħluqa magħmula f’serje għandhom jkunu magħluqin waqt serje inizzjali ta’ kejl. 3.2.2.1. waqt it-tieni serje ta’ kejl dawn għandhom jitħallew miftuħin, sakemm meta jinfetħu ma joħolqux periklu għas-sigurtà fit-triq, imma wind screens li jintwew ‘l-isfel jew ‘l fuq għandhom jinżammu magħluqa; 3.2.3. l-istorbju għandu jiġi mkejjel bl-rpm massimu permezz ta’ miter tal-livell ta’ ħsejjes li jkollu rispons bil-mod i.e. fuq il- gear li jagħti veloċità ‘l quddiem l-eqreb lejn è1 7.5 km/h ç bl-rpm mogħtija. It-trattur ma jistax ikun mgħobbi meta jkun qiegħed isir il-kejl. 4. KRITERJI TA’ EVALWAZZJONI Il-kejl deskritti fil-punti 3.2.2 u 3.2.3 ma jistgħux jaqbżu il-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2. ______________ ê 77/311/KEE ANNESS III DETERMINAZZJONI TA’ PUNT TA’ REFERENZA TAS-SEDIL 1. DEFINIZZJONI 1.1. Il-punt ta’ referenza tas-sedil (S) għandu jkun il-punt fuq il-pjan lonġitudinali ċentrali tas-sedil fejn il-pjan tanġenzjali tal-biċċa ta’ isfel tas-serħan tad-dahar u l-pjan orizzontali jissallab. Dan il-pjan orizzontali jaqsam il-wiċċ ta’ taħt tal-bord tas-sedili 150 mm ‘l quddiem mill-punt ta’ referenza tas-sedil. 2. DETERMINAZZJONI TA’ PUNT TA’ REFERENZA TAS- SEDIL 2.1. Il-punt ta’ referenza għandu jinstab bl-użu ta’ apparat muri fil-figuri 1 u 2 ta’ l-Appendiċi ta’ dan l-Anness, li jagħmilha possibbli li jissimula tagħbija minn okkupant uman. 2.2. Is-sedil għandu jiġi issettjat fil-punt tan-nofs tal-medda permessa għal aġġustament vertikali, u dan l-aġġustament għandu jkun indipendenti mill-aġġustament orizzontali. Għal skopijiet sabiex tiġi determinata l-lokalità tal-mikrofonu msemmija fis-sezzjoni 3 ta’ l-Annessi I u II, is-sedil għandu jkun fil-punt jew kemm jista’ jkun viċin tal-punt tan-nofs tal-medda ta’ aġġustament orizzontali. 3. DESKRIZZJONI TA’ L- APPARAT 3.1. L-apparat imsemmi f’2.1 għandu jikkonsisti f’bord tas-sedil u żewġ bordijiet ta’ serħan tad-dahar. 3.2. Il-bord l-iktar baxx tas-serħan tad-dahar għandu jitwaħħal fir-reġjun ta’ l-għadma tal-ġenbejn (A) u tal-ġenbejn (B), u l-ġog (B) għandu jkun aġġustabbli fl-għoli (ara l-figura 2). 4. ARMAR TA’ L- APPARAT L-apparat għandu jiġi armat kif ġej: 4.1. l-apparat għandu jitpoġġa fuq is-sedil; 4.2. għandu jiġi mbagħad mgħobbi b’forza ta’ 550 N f’punt 50 mm quddiem il-ġog (A), u ż-żewġ bordijiet tas-serħan tad-dahar għandhom jiġu pressati bil-mod u b’mod tanġenzjali kontra s-serħan tad-dahar. 4.3. jekk ma jkunx possibbli li tiddetermina tanġent definittiv għaż-żona t’isfel tas-serħan tad-dahar, il-parti t’isfel tal-bord tas-serħan tad-dahar f’pożizzjoni vertikali għandha tintgħafas bil-mod kontra d-dahar. 4.4. fil-każ ta’ sedili b’sospensjoni li aġġustabbli għat-toqol tas-sewwieq, is-sospensjoni għandha tiġi issettjata b’mod li s-sedil ikun f’punt ekwidistanti miż-żewġ posizzjonijiet estremi tiegħu. Appendiċi [pic] [pic] _____________ é ANNESS IV Parti A Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha(imsemmija fl-Artikolu 7) Direttiva tal-Kunsill 77/311/KEE (ĠU L 105, 28.4.1977, p. 1) | Direttiva tal-Kunsill 82/890/KEE (ĠU L 378, 31.12.1982, p. 45) | unikament għal dak li għandu x’jaqsam mar-referenzi magħmula fl-Artikolu 1(1) għad-Direttiva 77/311/KEE | Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/54/KE (ĠU L 277, 10.10.1997, p. 24) | unikament għal dak li għandu x’jaqsam mar-referenzi magħmula fl-Artikolu 1, l-ewwel inċiż għad-Direttiva 77/311/KEE | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/627/KE (ĠU L 282, 1.11.1996, p. 72) | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/63/KE (ĠU L 22, 27.1.2000, p. 66) | Direttiva tal-Kummissjoni 2006/26/KE (ĠU L 65, 7.3.2006, p. 22) | l-Artikolu 2 u l-Anness II biss | Parti B Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni(imsemmija fl-Artikolu 7) Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Data ta’ l-applikazzjoni | 77/311/KEE | 1 ta’ Ottubru 1978 | __ | 82/890/KEE | 22 ta’ Ġunju 1984 | __ | 97/54/KE | 22 ta’ Settembru 1998 | 23 ta’ settembru 1998 | 2006/26/KE | 31 ta’ Diċembru 2006 | __(1) | ___________________ (1) Skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/26/KE: “1. B’effett mill-1 ta’ Jannar 2007, fir-rigward ta’ vetturi li huma konformi mar-rekwiżiti stipulati rispettivament fid-Direttivi 74/151/KEE, 78/933/KEE, u 77/311/KEE u 89/173/KEE kif emendati b’din id-Direttiva, l-Istati Membri m’għandhomx: (a) jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali; (b) jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz tat-tali vetturi, għal raġunijiet marbuta mas-suġġett tad-Direttiva kkonċernata; 2. B’effett mill-1 ta’ Lulju 2007, fir-rigward ta’ vetturi li m’humiex konformi mar-rekwiżiti stipulati rispettivament fid-Direttivi 74/151/KEE, 78/933/KEE, u 77/311/KEE u 89/173/KEE kif emendati b’din id-Direttiva, u għal raġunijiet marbuta mas-suġġett tad-Direttiva kkonċernata, l-Istati Membri: (a) m’għandhomx jibqgħu joħorġu l-approvazzjoni tat-tip KE, (b) jistgħu jirrifjutaw li joħorġu approvazzjoni tat-tip nazzjonali. għal raġunijiet marbuta mas-suġġett tad-Direttiva kkonċernata; 3. B’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, fir-rigward ta’ vetturi li m’humiex konformi mar-rekwiżiti stipulati rispettivament fid-Direttivi 74/151/KEE, 78/933/KEE, u 77/311/KEE u 89/173/KEE kif emendati b’din id-Direttiva, u għal raġunijiet marbuta mas-suġġett tad-Direttiva kkonċernata, l-Istati Membri: (a) għandhom iqisu ċertifikati ta’ konformità li jakkumpanjaw vetturi ġodda skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/37/KE bħala mhux aktar validi għall-iskopijiet ta’ l-artikolu 7(1), (b) jistgħu jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fisservizzta’ dawk il-vetturi ġodda, għal raġunijiet marbuta mas-suġġett tad-Direttiva kkonċernata.” _____________ ANNESS V Tabella Ta’ Korrelazzjoni Direttiva 77/311/KEE | Din id-Direttiva | Artikolu 1 | Artikolu 1 | Artikolu 2(1) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 2 | Artikolu 2(1) it-tieni subparagrafu | __ | Artikolu 2(2) | __ | Artikoli 3 sa 5 | Artikoli 3 sa 5 | Artikolu 6(1) | __ | Artikolu 6(2) | Artikolu 6 | __ | Artikolu 7 | __ | Artikolu 8 | Artikolu 7 | Artikolu 9 | Anness I | Anness I | Anness II | Anness II | Anness III | Anness III | __ | Anness IV | __ | Anness V | _____________ [1] COM(87) 868 PV. [2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet. [3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, COM(2001) 645 finali. [4] Ara l-Anness IV, Parti A għal din il-proposta. [5] ĠU C [...], [...] p. [...]. [6] ĠU C [...], [...] p. [...]. [7] ĠU L 105, 28.4.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/26/KE (ĠU L 65, 7.3.2006, p. 22). [8] Ara l-Anness IV, Parti A. [9] ĠU L 171 9.7.2003, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/96/KE. (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81).