52007PC0439

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament (KE) Nru […] għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom /* KUMM/2007/0439 finali - CNS 2007/0152 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 23.7.2007

KUMM(2007) 439 finali

2007/0152 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament (KE) Nru […] għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Din il-proposta għandha l-għan li tieħu post ir-Regolament (KE) Nru 859/2003 u hi ddestinata li testendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament ta' implimentazzjoni tiegħu għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom. Fil-fatt fi spirtu ta' modernizzazzjoni u ta' simplifikazzjoni, hu utli u neċessarju li jittejbu d-dispożizzjonijiet eżistenti applikabbli għal dawn iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi f'test ġdid li jieħu post ir-Regolament (KE) Nru 859/2003. |

120 | Kuntest ġenerali Ir-Regolament (KE) Nru 859/2003 estenda l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi. Għalhekk ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 ġie ssimplifikat u mmodernizzat permezz tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 li se jkun applikabbli meta r-Regolament ta’ implimentazzjoni tiegħu jidħol fis-seħħ. Din il-proposta għandha l-għan li tiżgura l-applikazzjoni ta' l-istess regoli ta' koordinazzjoni għall-iskemi ta' sigurtà soċjali għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi bħal dawk applikabbli għaċ-ċittadini Ewropej mad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament ta' implimentazzjoni tiegħu. |

130 | Dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/03 ta' l-14 ta' Mejju 2003. Din il-proposta ssegwi l-istess għanijiet bħal dawk segwiti tar-Regolament (KE) Nru 859/03, jiġifieri l-estensjoni ta' l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet Komunitarji fis-seħħ fil-qasam ta' koordinazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurtà soċjali għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b'dawn id-dispożizzjonijiet Komunitarji unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom. |

141 | Koerenza ma’ l-istrateġiji politiċi u l-għanijiet l-oħra ta’ l-Unjoni Din il-proposta hi koerenti mal-politika ta' l-Unjoni fil-qasam ta' l-immigrazzjoni u ta' l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi. |

IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-ISTIMA TA’ L-IMPATT |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

219 | Mhix meħtieġa konsultazzjoni mal-partijiet interessati peress li din il-proposta hi prinċipalment tfassil mill-ġdid tar-Regolament (KE) Nru 859/03. |

Akkwist u użu ta’ għarfien espert |

229 | L-użu ta’ esperti esterni ma kienx meħtieġ. |

230 | Stima ta’ impatt Teknikament, din il-proposta terġa’ kważi tirrepeti t-test tar-Regolament (KE) Nru 859/03 preżenti. Hi neċessarja biex jinbena pont ġuridiku bejn iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jabitaw legalment fil-Komunità u li jinstabu f'sitwazzjoni transkonfinali u s-sistema modernizzata ta' koordinazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurtà soċjali pprovduti mir-Regolament (KE) Nru 883/04 u mir-Regolament ta' implimentazzjoni tiegħu, li japplikaw għaċ-ċittadini Komunitarji. Attwalment dan il-pont, jiġifieri r-Regolament (KE) Nru 859/03, jeżisti fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u tar-Regolament ta' implimentazzjoni (KEE) Nru 574/72. Din il-proposta hi għalhekk estensjoni essenzjali tal-koordinazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurtà soċjali kemm f'termini ta' trattament ugwali u sabiex ma jkunx hemm diskriminazzjoni maċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi kif ukoll f'termini ta' simplifikazzjoni amministrattiva, ta' tnaqqis fl-ispejjeż amministrattivi u ta' kjarifika ġuridika għall-atturi kollha involuti (amministrazzjonijiet nazzjonali, istituzzjonijiet ta' sigurtà soċjali u persuni inxurjati). In-nuqqas tat-twettiq ta' l-estensjoni tal-koordinazzjoni mmodernizzata għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jsir sors ta' kumplessità u ta' spejjeż żejda fl-immaniġġjar amministrattiv, li jkun diffiċli li jiġu kkontrollati. Il-konsegwenza se tkun li l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta' l-Istati Membri jkomplu japplikaw ir-regoli l-qodma ta' koordinazzjoni (ir-Regolamenti (KE) Nri 1408/71 u 574/72) għaċ-ċittadini biss tal-pajjiżi terzi. Minħabba l-progress imwettaq fil-kuntest tar-Regolament ta' implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, jeħtieġ li jinżamm ir-ritmu sabiex it-testi leġiżlattivi kollha li se jippermettu d-dħul fis-seħħ tal-koordinazzjoni mmodernizzata u ssimplifikata (fil-bidu ta' l-2009) jiġu ppreżentati lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew biex ilestu l-proċess leġiżlattiv tagħhom fil-ħin. Għalhekk hu importanti li wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tagħhom tas-sigurtà soċjali ma jsibux ruħhom f'sitwazzjoni fejn ikollhom ikomplu japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nri 1408/71 u 574/72 għaċ-ċittadini biss ta' pajjiżi terzi, filwaqt li huma japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għaċ-ċittadini Komunitarji. Il-fatt li r-Regolament (KE) Nru 883/2004 japplika wkoll għall-persuni li mhumiex professjonalment attivi (in-non-attivi) mhux se jħalli impatt sinifikattiv fuq ir-responsabbiltajiet ta' l-Istati Membri għal żewġ raġunijiet: - in-numru baxx ta' persuni li se jiġu kkonċernati fir-rigward tas-sitwazzjoni attwali; - il-koordinazzjoni tad-drittijiet tal-persuni tistrieħ fuq il-prinċipju ta' kompetenza ta' l-Istat Membru ta' residenza. Ma teżistix data disponibbli li tippermetti li jiġi stmat l-għadd ta’ persuni kkonċernati minn din l-estensjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. |

L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA |

305 | Sommarju tal-miżuri proposti Dil-proposta għandha l-għan li testendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurtà soċjali għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jgħixu legalment fl-Istat Membru u li għad mhumiex koperti mid-dispożizzjonijiet unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom. Din il-proposta se tieħu post ir-Regolament (KE) Nru 859/2003. |

310 | Bażi ġuridika L-Artikolu 63, il-punt 4, tat-Trattat KE. |

320 | Prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta ma tikkonċernax xi qasam rilevanti għall-kompetenza esklussiva tal-Komunità. |

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod sodisfaċenti bl-azzjoni ta’ l-Istati Membri minħabba r-raġunijiet li ġejjin. |

321 | L-Artikolu 63, il-punt 4, tat-Trattat jistipula li l-Kunsill jadotta "miżuri li jiddefinixxu d-drittijiet u l-kondizzjonijiet taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jinsabu f'qagħda legali li jgħixu fl-Istati Membri l-oħra u bil-kondizzjonijiet li jistgħu jagħmlu dan". Il-koordinazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurtà soċjali hi bla dubju ta' xejn element essenzjali f'dan il-kuntest. Barra minn hekk din hi neċessarja biex tiżgura l-ugwaljanza ta' trattament u li ma jkunx hemm diskriminazzjoni maċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jabitaw legalment fit-territorju ta' l-Unjoni Ewropea. Din il-proposta tinkludi sitwazzjonijiet transkonfinali li fihom ebda Stat Membru ma jista’ jaġixxi waħdu. |

323 | L-għanijiet tal-proposta jistgħu jintlaħqu aħjar permezz ta’ azzjoni Komunitarja għar-raġunijiet li ġejjin. L-estensjoni ta' l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-qasam ta' koordinazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurtà soċjali ma tagħmilx sens ħlief fil-livell Komunitarju. L-għan hu li tiġi ggarantita l-koordinazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali ta' l-Istati Membri liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jabitaw legalment fl-UE u li jinstabu f'sitwazzjoni transkonfinali. Din l-azzjoni Komunitarja tippermetti li jiġi żgurat li ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jabitaw legalment fl-UE jiġu ttrattati l-istess. Bl-impożizzjoni ta' l-istess regoli ta' koordinazzjoni kemm għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi kif ukoll għaċ-ċittadini Ewropej, din il-proposta tissimplifika l-koordinazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-Istati Membri. |

L-għanijiet tal-proposta jistgħu jintlaħqu aħjar permezz ta’ azzjoni Komunitarja minħabba r-raġunijiet li ġejjin. |

324 | L-estensjoni ta' l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet Komunitarji fil-qasam ta' koordinazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurtà soċjali għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jabitaw legalment fl-UE ma tagħmilx sens ħlief fil-livell Komunitarju. L-għan hu li tiġi ggarantita l-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-Istati Membri kollha. |

325 | Ma jeżisti ebda indikatur kwantitattiv li jippermetti li jiġi kkalkulat eżattament l-għadd ta’ persuni kkonċernati minn din il-proposta. |

327 | Din il-proposta hi purament miżura ta’ koordinazzjoni li ma tistax tiġi adottata ħlief f’livell Komunitarju. Tibqa’ dejjem ir-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri li jorganizzaw u li jiffinanzjaw l-iskemi individwali tagħhom tas-sigurtà soċjali. Għalhekk, il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. |

Prinċipju tal-proporzjonalità |

331 | Il-proposta hija skond il-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. Il-proposta tiggarantixxi trattament ugwali fil-qasam tal-koordinazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurtà soċjali ta' l-Istati Membri, bejn iċ-ċittadini Komunitarji u ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi. Hi għandha l-għan li tissimplifika u li tikkjarifika r-regoli ġuridiċi applikabbli f'dan il-qasam għal din l-aħħar kategorija ta' persuni fil-Komunità. Ir-regolament tqies bħala l-aktar strument adatt biex jintlaħaq dan l-għan. |

332 | Din il-proposta għandha biss l-għan li tallinja d-dispożizzjonijiet Komunitarji fil-qasam ta' koordinazzjoni ta' l-iskemi tas-sigurtà soċjali applikabbli għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jabitaw legalment fl-UE ma' dawk applikabbli għaċ-ċittadini Komunitarji. L-ispejjeż finanzjarji u amministrattivi li din timponi se jibqgħu proporzjonati ma' l-għanijiet imsemmija hawn fuq. Kuntrarjament, in-nuqqas ta' dan l-allinjament iwassal għal sitwazzjoni amministrattiva kumplessa li twassal għal żieda fl-ispejjeż amministrattivi għall-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta' l-Istati Membri. |

Għażla ta’ l-istrumenti |

341 | Strument(i) propost(i): regolament. |

342 | Strumenti oħrajn ma jkunux adegwati minħabba r-raġunijiet li ġejjin. Din il-proposta se tieħu post ir-Regolament (KE) Nru 859/2003. L-għażla ta' regolament ta' koordinazzjoni għas-salvagwardar tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jabitaw legalment fl-UE u li jinstabu f'sitwazzjoni transkonfinali, hi proporzjonata ma' l-għan segwit, kif iddefinit mil-leġiżlatur fl-Artikolu 63, il-punt 4, tat-Trattat. |

EFFETT BAġITARJU |

409 | Il-proposta ma għandha l-ebda effett fuq il-baġit tal-Komunità. |

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |

510 | Simplifikazzjoni |

511 | Il-proposta ddaħħal simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi li japplikaw għall-awtoritajiet pubbliċi (nazzjonali jew Ewropej). |

513 | Il-proposta tintroduċi simplifikazzjoni fil-proċeduri amministrattivi li japplikaw għall-awtoritajiet pubbliċi u għall-entitajiet u persuni privati. Il-proposta tippermetti li jiġu applikati l-istess dispożizzjonijiet fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi bħal dawk applikati għaċ-ċittadini Komunitarji. |

520 | Revoka ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi eżistenti L-adozzjoni tal-proposta sejra tfisser li xi dispożizzjonijiet leġiżlattivi jiġu rrevokati. |

Analiżi/reviżjoni/klawsola ta' suppressjoni awtomatika |

533 | Il-proposta tinkludi klawsola ta' suppressjoni awtomatika ta' l-att leġiżlattiv kollu jew parti minnu, jekk kundizzjonijiet stabbiliti minn qabel jiġu ssodisfatti. |

570 | Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta għal kull Kapitolu u Artikolu Artikolu 1 Dan l-Artikolu għandu l-għan li jiġu applikati d-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/04 u tar-Regolament ta' implimentazzjoni tiegħu għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, li bis-saħħa ta' l-Artikolu 2 għad mhumiex koperti mir-Regolament minħabba n-nazzjonalità tagħhom. Fil-fatt, ċerti kategoriji ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi huma diġà inkużi fl-ambitu ta' l-applikazzjoni tiegħu. Dawn huma l-persuni mingħajr stat, ir-refuġjati kif ukoll il-membri tal-familja u tas-superstiti taċ-ċittadini Komunitarji kif iddefiniti minn dan ir-Regolament. Iċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi mmirati b'din il-proposta għandhom jabitaw legalment fuq it-territorju ta' Stat Membru u konsegwentement ikollhom id-dritt li joqogħdu hemm b'mod temporanju jew permanenti. Biex jibbenefika mir-Regolament fi Stat Membru ieħor, iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ma għandux madankollu b'mod obbligatorju jissodisfa l-kondizzjoni ta' residenza, iżda jista' sempliċiment jisposta lilu nnifsu fit-tieni pajjiż, skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar id-dħul u r-residenza f'dan l-Istat. Ir-referenza għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/04 hi dinamika sabiex id-dispożizzjonijiet tiegħu jistgħu jiġu applikati għall-persuni mmirati fil-verżjoni fis-seħħ fil-ħin rilevanti, u tinkludi għalhekk l-emendi eventwali ulterjuri. Artikolu 2 Dan l-Artikolu jipprovdi dispożizzjonijiet tranżitorji ddestinati biex jipproteġu lill-persuni mmirati minn dan ir-Regolament, u sabiex jiġi evitat li huma jitilfu drittijiet bħala riżultat tad-dħul fis-seħħ tiegħu. |

1. 2007/0152 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament (KE) Nru […] għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b’mod partikulari l-Artikolu 63, il-punt 4 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali[3],

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[4],

Billi:

2. Wara l-laqgħa speċjali ta' Tampere fl-1999, kemm il-Parlament Ewropew[5] kif ukoll il-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6] talbu li jkun hemm integrazzjoni aħjar taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jabitaw legalment fit-territorju ta' Stat Membru billi jingħatawlhom kemm jista' jkun possibbli b'mod ugwali d-drittijiet kollha li jgawdu ċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea.

3. Finalment, il-Kunsill għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni ta' l-1 ta' Diċembru 2005 enfasizza li l-Unjoni Ewropea għandha tiżgura trattament ugwali liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jabitaw legalment fit-territorju ta' l-Istati Membri tagħha u li politika aktar enerġetika fil-qasam ta' l-integrazzjoni għandu jkollha bħala ambizzjoni li toffrilhom drittijiet u obbligi komparabbli ma' dawk taċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea.

4. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003 ta’ l-14 ta’ Mejju 2003 estenda d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 relatat mal-koordinazzjoni ta' l-iskemi legali tas-sigurtà soċjali ta' l-Istati Membri, għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma kinux diġà koperti b'dawn id-dispożizzjonijiet unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom[7].

5. Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali[8] jieħu post ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71. Ir-Regolament (KE) Nru […][9] jieħu post ir-Regolament (KEE) Nru 574/72. Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 huma abrogati mad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 883/04 u tar-Regolament (KE) Nru […].

6. Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 kif ukoll ir-Regolament ta' implimentazzjoni tiegħu jimmodernizzaw u jissimplifikaw notevolment ir-regoli ta' koordinazzjoni kemm għall-persuni inxurjati kif ukoll għall-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Għal dawn ta' l-aħħar il-koordinazzjoni mmodernizzata timmira biex tħaffef it-trattament ta' data relatat mad-drittijiet għall-benefiċċji tal-persuni inxurjati u biex tnaqqas l-ispejjeż amministrattivi korrispondenti.

7. Sabiex jiġu evitati li kemm min iħaddem kif ukoll l-entitajiet nazzjonali jkollhom jimmaniġġjaw sitwazzjonijiet ġuridiċi u amministrattivi kumplessi ta' grupp limitat ta' persuni, jeħtieġ li jkun jista' jintuża att ġuridiku wieħed ta' koordinazzjoni billi jittieħdu l-benefiċċji kollha tal-modernizzazzjoni u tas-simplifikazzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali, introdotti mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament ta' implimentazzjoni tiegħu.

8. Għalhekk meħtieġ li jiġi adottat att ġuridiku li jieħu post ir-Regolament (KE) Nru 859/2003 li jkollu l-għan essenzjalment li jissostitwixxi l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 883/2004 għal dik tar-Regolament (KE) Nru 1408/71.

9. L-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li għadhom mhumiex koperti b'dawn id-dispożizzjonijiet unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom ma tagħtix lil dawk ikkonċernati ebda dritt għad-dħul, waqfa jew residenza lanqas għall-aċċess għas-suq tax-xogħol fl-Istat Membru.

10. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru […] huma, bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, applikabbli biss sal-limitu li l-persuna kkonċernata tabita diġà legalment fit-territorju ta’ Stat Membru. Il-legalità tar-residenza hi għalhekk prerekwiżit għall-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

11. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru mhumiex applikabbli f’sitwazzjoni li l-aspetti kollha tagħha huma limitati fi Stat Membru wieħed. Dan hu l-każ meta s-sitwazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz ikollu rabtiet biss ma pajjiż terz u ma Stat Membru wieħed.

12. Id-dritt kontinwat għall-benefiċċju tal-qgħad, kif ipprovdut fl-Artikolu 64 tar-Regolament (KE) Nru 883/04, huwa soġġett għall-kondizzjoni tar-reġistrazzjoni bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol mas-servizzi ta’ l-impiegi ta’ kull Stat Membru li daħal fih. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu għalhekk japplikaw għal ċittadini ta’ pajjiż terz biss sakemm hu/hi jkollha d-dritt, fejn xieraq skond il-permess tal-waqfa jew ta' l-istatus tar-residenza tiegħu/tagħha ta' waqfa fit-tul, li j/tirreġistra bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol mas-servizzi ta’ l-impiegi ta’ l-Istat Membru li daħlet fih u d-dritt li taħdem hemm legalment.

13. Peress li r-Regolament (KE) Nru 859/03 hu abrogat mad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 883/04 u tar-Regolament (KE) Nru , meħtieġ li jiġu adottati dispożizzjonijiet tranżitorji ddestinati li jipproteġu l-persuni kkonċernati b'dan ir-Regolament u li jiġi evitat lilhom li jitilfu drittijiet minħabba d-dħul fis-seħħ tiegħu.

14. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali magħmula ma Stati terzi li fihom il-Komunità tagħmel parti u li joffru vantaġġi f’termini ta’ sigurtà soċjali.

15. Peress li l-għanijiet ta' l-azzjoni ppjanata ma jistgħux jitwettqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba sitwazzjonijiet transkonfinali u għalhekk jistgħu, minħabba d-daqs Komunitarju ta' l-azzjoni ppjanata, jitwettqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tieħu miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjità, stipulati fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jeċċeddix dak li jkun meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

16. Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropej, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhix marbuta bih u għalhekk lanqas mhi suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/04 u tar-Regolament (KE) Nru japplikaw għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li għadhom mhumiex koperti b'dawn id-dispożizzjonijiet unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom kif ukoll għall-membri tal-familja u s-superstiti tagħhom, sakemm ikunu jabitaw legalment fi Stat Membru u huma f’sitwazzjonijiet li l-aspetti tagħhom kollha mhumiex limitati fi ħdan Stat Membru wieħed.

Artikolu 2

17. Dan ir-Regolament ma għandu joħloq ebda dritt fir-rigward ta' perjodu qabel l-1 ta’ Ġunju 2003.

18. Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' paragrafu 1, kull perjodu ta' assigurazzjoni kif ukoll, jekk meħtieġ, kull perjodu ta' impjieg, ta' attività li fiha wieħed jaħdem għal rasu jew ta' residenza mwettqa skond il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandu jiġi kkunsidrat biex jiġu ddeterminati d-drittijiet akkwistati skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

19. Soggett għad-dispożizzjoniiet tal-paragrafu 1, dritt hu akkwistat, bis-saħħa ta' dan ir-Regolament, anki jekk dan hu marbut ma' kontinġenza anterjuri għad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

20. Kull benefiċċju li ma kienx ingħata jew li kien ġie sospiż minħabba n-nazzjonalità jew ir-residenza tal-persuna kkonċernata għandu, fuq it-talba tagħha, jingħata jew jerġa’ jingħata mill-1 ta’ Ġunju 2003, sakemm id-drittijiet li għalihom il-benefiċċju kien ingħata qabel ma tawx lok għal ħlas wieħed f’daqqa.

21. Id-drittijiet tal-persuni kkonċernati li qabel l-1 ta’ Ġunju 2003, akkwistaw l-għoti ta’ pensjoni jistgħu jiġu riveduti fuq it-talba tagħhom, waqt li jingħata kont tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Applikabbli mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

Ir-Regolament (KE) Nru 859/2003 hu abrogat minn din id-data.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Kunsill

Il-President

[1] ĠU C […] ta’ […], p. […].

[2] ĠU C […] ta’ […], p. […].

[3] ĠU C […] ta’ […], p. […].

[4] ĠU C […] ta’ […], p. […].

[5] ĠU C 154, 5.6.2000, p. 63.

[6] ĠU C 339, 31.11.1991, p. 82.

[7] ĠU L 124, 20.5.2003, p.1.

[8] ĠU L 166, 30.4.2004, p.1.

[9] ĠU L