Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid u li jemenda ċerti Regolamenti {SEG(2007) 893} {SEG(2007) 894} /* KUMM/2007/0372 finali - CNS 2007/0138 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 4.7.2007 KUMM(2007) 372 finali 2007/0138 (CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid u li jemenda ċerti Regolamenti (preżentata mill-Kummissjoni) {SEG(2007) 893}{SEG(2007) 894} MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA L-Unjoni Ewropea (UE) hija l-akbar produttur, konsumatur, esportatur u importatur ta' l-inbid fid-dinja. Fl-2006, il-produzzjoni ta' l-inbid fl-UE-27 irrappreżenta 5% tal-valur totali tal-produzzjoni agrikola ta' l-UE. Il-kwalità tal-produzzjoni ta' l-inbid fl-UE hija magħrufa mad-dinja kollha. Il-vitikultura tikkostitwixxi attività ekonomika ta' l-akbar importanza għall-UE, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-impjieg u d-dħul mill-esportazzjoni. Madankollu, matul l-aħħar ftit deċennji, il-konsum ta' l-inbid fl-UE naqas b'mod sinifikanti u kontinwu, u minkejja l-irkupru li sar dan l-aħħar, mill-1996 'il hawn il-volum ta' l-inbid esportat mill-Komunità żdied b'ritmu ħafna aktar kajman minn dak ta' l-importazzjoni. It-telf progressiv tal-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda fis-settur ta' l-inbid, u l-isfidi dejjem jikbru li huma naturali f'suq ta' l-inbid Ewropew u internazzjonali, qegħdin jinħassu sew fl-ispejjeż u fid-dħul tal-produtturi. Iżda min-naħa l-oħra, ħafna produtturi ta' l-inbid huma kompetittivi, u oħrajn huma kapaċi li jsiru kompetittivi. Kif tistqarr fil-Komunikazzjoni tagħha "Lejn settur ta' l-inbid Ewropew sostenibbli" tat-22 ta' Ġunju 2006[1], il-Kummissjoni Ewropea hija tal-fehma li teħtieġ riforma fondamentali ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq (OKS) ta' l-inbid, sabiex l-istrumenti legali li mhumiex effiċjenti f'termini ta' nfiq jinbidlu b'qafas legali aktar koerenti u sostenibbli. L-għan huwa li jiġi żgurat użu aħjar tal-baġit attwalment allokat (madwar EUR 1.3 biljun), li jirrappreżenta madwar 3% tat-total għall-agrikoltura. L-OKS attwali hija stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999. L-adozzjoni tal-proposta se twassal għar-revoka ta' leġiżlazzjoni eżistenti. Ir-Regolament propost huwa msejjes ukoll fuq it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu. Ladarba jiġi addottat, ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-1 ta' Awissu 2008, u jaqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Madankollu, ħafna mill-miżuri li għandhom ikunu ffinanzjati taħt din il-proposta se jippermettu lill-Istati Membri jindirizzaw il-qagħdiet speċifiċi tar-reġjuni ta' vitikultura tagħhom, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Bi qbil ma' l-impenn tal-Kummissjoni favur leġiżlazzjoni aħjar, din il-proposta hija akkumpanjata minn analiżi aġġornata ta' l-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-problemi marbutin ma' l-OKS, kif ukoll ta' l-impatt, il-vantaġġi u l-inkonvenjenzi tal-proposta fir-rigward ta' dawn il-kwistjonijiet. Fil-proposta jitqiesu wkoll ir-riżultati tad-dibattiti li saru kemm mal-partijiet involuti u ma' l-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll fi ħdan l-istituzzjonijiet Komunitarji. Dan l-abbozz ta' Regolament jirrappreżenta inizjattiva tal-Kummissjoni bħala parti mit-tkomplija tar-riformi tal-politika agrikola komuni (PAK) ta' l-2003 għall-uċuħ tar-raba' kkoltivati u l-bhejjem[2], ta' l-2004 għaż-żejt taż-żebbuġa, it-tabakk u l-qoton[3], u ta' l-2006 għaz-zokkor[4], kif ukoll ir-riforma proposta għall-frott u l-ħxejjex ta' Jannar 2007, li jkopru s-setturi kollha ewlenin ħlief l-inbid. Jitqiesu wkoll il-politiki Komunitarji dwar l-iżvilupp sostenibbli, miftiehma fil-Kunsill Ewropew ta' Göteborg, dwar kompetittività akbar fl-Istrateġija ta' Liżbona aġġornata, u dwar is-Simplifikazzjoni u Legiżlazzjoni Aħjar għall-PAK. 2. IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA' L-IMPATT - L-użu ta' l-għarfien espert estern Biex twitti t-triq għar-riforma ta' l-OKS ta' l-inbid, saret evalwazzjoni ex-post tar-reġim attwali minn konsorzju ta' akkademiċi Ewropej, finanzjata mill-Kummissjoni. Ir-rapport ta' evalwazzjoni ġie ppubblikat f'Novembru 2004, u huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni[5]. Barra minn dan, meta ġiet biex tagħmel it-tbassiriet ta' nofs it-term tas-suq ta' l-inbid, il-Kummissjoni ressqet l-ipoteżijiet, il-metodoloġija u r-riżultati tagħha lil bord ta' akkademiċi speċjalizzati fl-ekonomija ta' l-inbid, minn Franza, Spanja, l-Italja u l-Ġermanja. - Seminar dwar l-inbid Fis-16 ta' Frar 2006, sar seminar bit-titolu ta' "Sfidi u opportunitajiet għall-inbejjed Ewropej", biex ingħatat opportunità lill-partijiet involuti li jressqu l-fehmiet u l-ideat tagħhom fuq il-qagħda attwali u l-prospetti futuri tas-settur ta' l-inbid. Għal dan is-seminar attendew 'il fuq minn mitt persuna, li rrappreżentaw firxa wiesgħa ta' partijiet interessati[6]. - Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u l-valutazzjoni ta' l-impatt F'Ġunju 2006, wara li siltet l-ewwel konklużjonijiet mid-dibattitu, il-Kummissjoni addottat Komunikazzjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew b'erba' alternattivi għar-riforma ta' l-OKS. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet kollha involuti biex jagħtu sehemhom f'dibattitu miftuħ fuq l-OKS ta' l-inbid tal-ġejjieni, u ħabbret li biħsiebha tipproponi riforma ta' l-OKS ta' l-inbid abbażi ta' dawn id-diskussjonijiet. B'qies għall-qagħda tas-settur u għall-għanijiet ta' politika li għandhom jinkisbu, il-Kummissjoni kkunsidrat erba' alternattivi għar-riforma ta' l-OKS ta' l-inbid. Tlieta minn dawn l-alternattivi – iż-żamma tal-qagħda attwali, ir-riforma ta' l-OKS ta' l-inbid skond il-mudell tar-riforma tal-PAK, u d-deregolamentazzjoni totali – ma jindirizzawx b'mod xieraq il-problemi, il-ħtiġijiet u l-karatteristiċi partikolari tas-settur ta' l-inbid. Il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni ta' l-impatt, li tinsab fil-Programm ta' Ħidma u li r-rapport tagħha huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni[7]. - L-istituzzjonijiet Ewropej Minn Lulju sa Ottubru 2006, saru diskussjonijiet intensi fil-Kunsill, partikolarment waqt tliet laqgħat tal-Kunsill ta' l-Agrikultura u s-Sajd. F'Diċembru 2006, kemm il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew kif ukoll il-Kumitat tar-Reġjuni addottaw ir-rapporti tagħhom fuq ir-riforma ta' l-inbid. Fi Frar 2007, il-Parlament Ewropew addotta rapport fuq l-inizjattiva tiegħu stess dwar il-Komunikazzjoni. - Il-konsultazzjoni mal-partijiet involuti Il-Kummissjoni ltaqgħet kemm-il darba ma' firxa wiesgħa ta' partijiet involuti, u saru diskussjonijiet fi ħdan il-Grupp Konsultattiv dwar l-Inbid. Barra minn hekk, biex jiġi żgurat djalogu dirett u konkret mas-settur Ewropew ta' l-inbid, minn Frar 2006 'l hawn, il-Kummissarju għall-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali żar ħafna mir-reġjuni differenti ta' vitikultura ma' l-Unjoni Ewropea kollha. - Il-punti ta' tħassib ewlenin li ġew espressi Tul dawn id-dibattiti kollha li saru mindu ġiet addottata l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, l-Istati Membri u ħafna partijiet involuti kellhom l-opportunità li jesprimu t-tħassib tagħhom. Anki jekk ġew espressi fehmiet diverġenti, il-punti ta' tħassib li ġejjin kienu komuni għal ħafna minnhom: - il-ħtieġa urġenti ta' riforma wiesgħa, fid-dawl ta' l-analiżi ekonomika, l-identifikazzjoni tal-problemi u l-għanijiet tar-riforma ppreżentati mill-Kummissjoni, - ir-riskji soċjali u ekonomiċi li jitnisslu minn qlugħ tad-dwieli wisq imħaffef u wisq ġenerali, - il-ħtieġa urġenti li jitjiebu l-kummerċjalizzazzjoni u l-promozzjoni ta' l-inbid, - ir-riskju għall-kwalità fil-każ li jitneħħew il-projbizzjonijiet fuq il-most importat għall-vinifikazzjoni u fuq it-taħlit ( coupage ) bejn inbejjed ta' l-UE u nbejjed importati. Il-pajjiżi li ma jipproduċux l-inbid saħqu fuq il-ħtieġa li jiddaħħlu miżuri aktar effiċjenti f'termini ta' nfiq u aktar orjentati lejn il-konsumatur. Il-punti ta' tħassib imsemmija hawn fuq tqiesu kif xieraq mill-Kummissjoni f'din il-proposta. 3. L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA - L-għanijiet tar-riforma L-għanijiet identifikati ta' din ir-riforma huma: - li tkattar il-kompetittività tal-produtturi ta' l-inbid fl-UE; li ssaħħaħ ir-reputazzjoni ta' l-inbid ta' kwalità ta' l-UE bħala l-aqwa fid-dinja; li terġa' tikseb swieq qodma u takkwista swieq ġodda fl-UE u madwar id-dinja; - li toħloq reġim ta' l-inbid li jopera permezz ta' regoli ċari u sempliċi – regoli effettivi li jibbilanċjaw il-provvista u d-domanda; - li toħloq reġim ta' l-inbid li jżomm l-aqwa tradizzjonijiet tal-produzzjoni ta' l-inbid fl-UE, li jsaħħaħ in-nisġa soċjali ta' ħafna żoni rurali, u li jiżgura li kull produzzjoni tirrispetta l-ambjent. Il-politika l-ġdida ta' l-UE dwar l-inbid għandha tqis ukoll it-tħassib dejjem jikber tas-soċjetà fir-rigward tas-saħħa u l-ħarsien tal-konsumatur, il-ħtieġa ta' kompatibbiltà ma' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (id-WTO) u ta' konsistenza mal-PAK aġġornata (l-ewwel u t-tieni pilastri), kif ukoll il-konformità mal-perspettivi finanzjarji. Fl-aħħar nett, ta' min jiġi indikat li din il-proposta tfasslet fid-dawl tal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli. Uħud mid-dispożizzjonijiet ta' natura orizzontali ġew aġġornati, simplifikati u standardizzati sabiex l-OKS ta' l-inbid tkun tista' tiġi inkorporata faċilment fl-OKS waħdenija meta jasal il-waqt. - Sommarju tal-miżuri proposti Filwaqt li tagħraf kemm il-problemi kif ukoll il-potenzjal tas-settur u l-karatteristiċi partikolari tiegħu, wara l-analiżi ddettaljata li saret fil-valutazzjoni ta' l-impatt, il-Kummissjoni tqis li jeħtieġ li tinżamm OKS speċifika għall-inbid, li mingħajr dubju għandha tkun riformata mill-fond. L-isfida hi li jiġu adattati l-istruttura tal-produzzjoni u l-qafas leġiżlattiv sabiex tintlaħaq industrija Ewropea ta' l-inbid sostenibbli u kompetittiva, bi prospetti fit-tul, filwaqt li jiġi żgurat li l-mezzi baġitarji jintużaw bl-aktar mod effettiv f'termini ta' nfiq. Dan jimplika li sa mill-bidu nett, ikollhom jitħassru l-miżuri kollha li rriżultaw mhux effiċjenti, bħalma hu l-appoġġ għad-distillazzjoni ta' prodotti sekondarji, ta' l-alkoħol għax-xorb u ta' l-inbid li jiġi minn għeneb ta' użu doppju, kif ukoll l-appoġġ għall-ħżin privat u r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni. L-għajnuna għall-most marbuta ma' l-arrikkiment, li ddaħħlet bħala kumpens għall-ispejjeż addizzjonali meta mqabbla ma' dawk taż-żieda artifiċjali biz-zokkor, se titneħħa b'koerenza ma' l-introduzzjoni ta' projbizzjoni fuq l-użu taz-zokkor għall-arrikkiment. Min-naħa tagħha, il-miżura tad-distillazzjoni ta' kriżi se tinbidel ma' żewġ miżuri ta' ġestjoni ta' kriżi mdaħħla fil-pakkett nazzjonali. Karatteristika importanti ta' din ir-riforma wiesgħa hija li l-OKS il-ġdida għall-inbid se tkun konformi mal-ħtiġijiet tad-WTO. B'hekk, se jitneħħew il-miżuri attwali ta' intervent li jxekklu l-kummerċ (l-hekk imsejħa "Kaxxa Ambra"), u fejn għadhom jeżistu miżuri interni ta' appoġġ, il-preferenza se tingħata lil miżuri tal-"Kaxxa l-Ħadra". L-istrateġija proposta hija magħmula minn żewġ fażijiet: l-ewwel fażi, mill-2008 sa l-2013, tinvolvi t-treġġija lura tal-bilanċ fis-suq filwaqt li tingħata għajnuna lil dawk li ma jistgħux jikkompetu biex iħallu s-settur b'dinjità. Matul dan il-perjodu se jiddaħħlu miżuri ġodda biex tittejjeb il-kompetittività, u fit-tieni fażi, mill-1 ta' Jannar 2014 'il quddiem, se jitneħħew id-drittijiet ta' taħwil. 3.1. Miżuri regolatorji mġedda, mħaffa u aktar ċari Inqas restrizzjonijiet għall-produtturi Is-sistema ta' restrizzjonijiet fuq id-drittijiet ta' taħwil se tiġi estiża mill-2010 sa l-2013. Wara dan, sabiex tittejjeb il-kompetittività, mill-1 ta' Jannar 2014 'il quddiem id-dwieli jkunu jistgħu jitħawlu liberament. L-għan huwa li l-prodotturi ta' l-inbid kompetittivi jkunu jistgħu jwessgħu l-produzzjoni tagħhom sabiex jirkupraw swieq qodma u jakkwistaw swieq ġodda fl-UE u f'pajjiżi terzi. Madankollu, realtajiet ġodda tas-suq, u l-kompetenzi ta' l-Istati Membri fejn jidħol l-aċċess għad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta, per eżempju d-delimitazzjoni taż-żoni, l-iffissar ta' limiti massimi ta' ħsad u regoli oħrajn aktar stretti dwar il-produzzjoni, l-ipproċessar u t-tikkettar, flimkien ma' tmiem ir-rikors sistematiku għax-xibka ta' sikurezza li tirrappreżenta d-distillazzjoni, se jillimitaw de facto l-għadd ta' ettari u jiżguraw li tiġi evitata l-produzzjoni żejda. Kull deċiżjoni ġdida rigward il-produzzjoni se tirrifletti bis-sħiħ il-kapaċità tal-produtturi biex isibu żbokki kummerċjali għall-prodotti tagħhom. Prattiċi enoloġiċi aktar adattabbli : - it-trasferiment mill-Kunsill għall-Kummissjoni tar-responsabbiltà ta' l-awtorizzazzjoni ta' prattiċi enoloġiċi ġodda jew tal-modifika ta' prattiċi enoloġiċi eżistenti, inkluż l-addottar ta' l- acquis , għajr għall-arrikkiment u l-aċidifikazzjoni; - l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-prattiċi enoloġiċi addottati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV, International Organisation of Vine and Wine ), bl-inkorporazzjoni sussegwenti tagħhom f'Regolament tal-Kummissjoni; - l-awtorizzazzjoni ta' l-użu fl-UE ta' prattiċi enoloġiċi li diġà jkunu ġew miftiehma f'pajjiżi oħrajn għall-produzzjoni ta' nbid għall-esportazzjoni lejn dawn il-pajjiżi; - it-tħassir tar-rekwiżit ta' livell minimu ta' alkoħol naturali fl-inbid. Klassifikar u tikkettar ta' l-inbejjed aktar ċari, aktar koerenti u għaldaqstant aktar orjentati lejn is-suq : Il-kunċett ta' l-inbejjed ta' kwalità ta' l-UE jissejjes fuq approċċ ibbażat fuq l-oriġini ġeografika (inbid ta' kwalità prodott f'reġjun speċifiku). L-UE tixtieq isseddaq, taddatta, issaħħaħ u ġġib 'il quddiem dan il-kunċett mad-dinja kollha. Il-politika dwar il-kwalità se ssir aktar ċara, sempliċi u trasparenti, u għaldaqstant aktar effettiva, billi: - jiġi stabbilit qafas ċar għall-inbejjed b'Indikazzjoni Ġeografika (IĠ), li jkun konsistenti mal-politika orizzontali ta' kwalità (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006). L-inbejjed b'IĠ jerġgħu jitqassmu fi nbejjed b'indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) u nbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini protetta (DOP). Se tiġi stabbilita proċedura għar-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta' l-IĠ; - tinżamm il-projbizzjoni fuq it-tagħsir żejjed ta' l-għeneb sabiex tiġi żgurata l-kwalità ta' l-inbid; dan għandu jiġi applikat skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà; - jitwessa' r-rwol ta' l-organizzazzjonijiet interprofessjonali sabiex ikunu jistgħu jikkontrollaw u jmexxu l-kwalità ta' l-inbid li jiġi prodott fit-territorji tagħhom. L-istrumenti ta' kontroll jissaħħu wkoll, partikolarment għall-produzzjoni tal-" vin de cépage ". Il-Kummissjoni tipproponi li tissimplifika d-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar billi toħloq qafas legali uniku li japplika għall-kategoriji kollha differenti ta' nbid u għall-indikazzjonijiet marbutin magħhom. Dan il-qafas se jwieġeb għall-htiġijiet tal-konsumaturi, u se jkun aktar konsistenti mal-politika dwar il-kwalità ta' l-inbid. B'mod partikolari, dan jinvolvi: - it-trasferiment ta' kompetenzi mill-Kunsill għall-Kummissjoni; - l-użu ta' strument legali uniku għall-inbejjed kollha, li jimplika li jiġu kkomplimentati kif xieraq ir-regoli fid-Direttiva orizzontali 2000/13/KE dwar it-tikkettar sabiex jilħqu l-ħtiġijiet partikolari tas-settur ta' l-inbid fejn jidħol it-tikkettar obbligatorju u fakultattiv; - it-titjib tal-flessibbiltà tal-politika dwar it-tikkettar, b'qies għall-politiki tad-WTO, billi titneħħa d-distinzjoni bejn ir-regoli dwar it-tikkettar ta' l-inbejjed bi jew mingħajr denominazzjonijiet ta' l-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, u aktar importanti minn hekk, billi titħaffef l-indikazzjoni tal-varjetà tad-dielja u tal-ħsad ta' l-inbejjed mingħajr denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta b'rispett għar-rekwiżiti xierqa ta' traċċabbiltà; - l-iżgurar ta' l-informazzjoni u tal-ħarsien tal-konsumatur, billi dan jiġi nnotifikat totalment bl-oriġini tal-prodott permezz ta' regoli xierqa ta' tikkettar fir-rigward tat-traċċabbiltà. 3.2. L-istabbiliment ta' pakketti nazzjonali biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jtejbu l-qagħda speċifika tagħhom Skond id-dikjarazzjoni finanzjarja, il-baġit kumplessiv allokat għal dan it-tip ta' miżuri se jvarja minn EUR 623 miljun fl-2009 għal EUR 830 miljun mill-2015 'il quddiem. Minn dan l-ammont, pakkett baġitarju se jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta' kull Stat Membru li jipproduċi l-inbid, ikkalkolat skond tliet kriterji oġġettivi, jiġifieri l-parti ta' erja, produzzjoni u nfiq storiku li tikkorrispondi ma' kull Stat Membru, imqassma bil-koeffiċjenti rispettivi li ġejjin: kwart, kwart u nofs, għajr għall-parti tal-promozzjoni, fejn il-koeffiċjenti jkunu nofs għall-parti korrispondenti ta' erja u nofs għall-parti korrispondenti ta' produzzjoni. Bl-użu tal-pakketti tagħhom, kull Stat Membru jkun jista' jiffinanzja miżuri, skond il-preferenzi tiegħu, minn lista li tinkludi: - appoġġ ġdid għall-promozzjoni f'pajjiżi terzi; - skema ta' ristrutturazzjoni jew trasformazzjoni tal-vinja; - appoġġ ġdid għall-ħsad bikri; - miżuri ġodda ta' ġestjoni ta' kriżi, jiġifieri, assigurazzjoni kontra diżastri naturali u l-ispejjeż amministrattivi tat-twaqqif ta' fond reċiproku speċifiku għas-settur. L-użu tal-pakkett ikun suġġett għal ċerti regoli komuni, inklużi regoli minimi ambjentali applikati skond il-prinċipji tal-kundizzjonalità, sabiex jiġi evitat it-tagħwiġ tal-kompetizzjoni. L-użu tal-pakkett ikun suġġett ukoll għan-notifikar tal-programm nazzjonali speċifiku lill-Kummissjoni. 3.3. Il-ħolqien ta' settur aktar sostenibbli permezz ta' aktar miżuri ta' Żvilupp Rurali Ħafna miżuri li diġà jifformaw parti mir-Regolament dwar l-Iżvilupp Rurali[8] u mill-programmi addottati mill-Istati Membri jistgħu jkunu ta' interess għas-settur ta' l-inbid, għax jistgħu jipprovdu inkoraġġiment u benefiċċju sinifikanti għall-vitikulturi, għall-proċessuri u għan-negozjanti. Dawn il-miżuri jinkludu, fost l-oħrajn: - l-istabbiliment ta' bdiewa żgħażagħ u investimenti f'tagħmir tekniku u f'kummerċjalizzazzjoni mtejba; - it-taħriġ vokazzjonali; - appoġġ għall-informazzjoni u għall-promozzjoni, għal organizzazzjonijiet ta' produtturi li jaddottaw reġim ta' kwalità; - appoġġ agroambjentali biex ikopri spejjeż addizjonali u dħul mitluf li jitnisslu mill-ħolqien u ż-żamma ta' pajsaġġi vitikoli u/jew kulturali; - l-irtirar kmieni: dan għandu jkun konċess eventwalment għal bdiewa li jiddeċiedu li jtemmu kull attività agrikola kummerċjali b'mod definittiv sabiex jittrasferixxu l-azjenda lil bdiewa oħrajn. Il-projbizzjoni ta' l-użu taz-zokkor se ġġiegħel lil ċerti produtturi ta' l-inbid li użaw iz-zokkor għall-arrikkiment b'mod tradizzjonali biex jintroduċu l-użu tal-most għall-arrikkiment. Fil-qafas tal-mizuri ta' żvilupp rurali, l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jipprovdu appoġġ għall-investiment ta' produtturi ta' l-inbid li jkollhom jaqilbu mill-użu taz-zokkor għall-arrikkiment għall-użu tal-most. Peress li l-programm ta' Żvilupp Rurali għall-perjodu 2007-2013 bħalissa jinsab fil-fażi ta' l-ippjanar, u sabiex jitħeġġew dawn il-miżuri, se jkun meħtieġ trasferiment ta' fondi bejn intestaturi tal-baġit (tas-suq u ta' pagamenti diretti fuq naħa u Żvilupp Rurali fuq l-oħra), li mbagħad jiġu allokati għar-reġjuni li jipproduċu l-inbid, bħalma sar f'żewġ setturi oħrajn (it-tabakk u l-qoton). Il-baġit trasferit se jvarja minn EUR 100 miljun fl-2009 għal EUR 400 miljun mill-2014 'il quddiem. Ladarba l-programmi ta' Żvilupp Rurali jkunu diġà ġew addottati, l-Istati Membri jkollhom l-opportunità li jaddattawhom sabiex jiżvolġu fil-futur rwol importanti fil-benessri ekonomiku tal-partijiet involuti fis-settur ta' l-inbid, kif ukoll fil-ħarsien ta' l-ambjent fir-reġjuni fejn jitkabbru d-dwieli. 3.4. Il-konsumaturi jkunu infurmati aħjar dwar l-inbejjed Ewropej Ħafna partijiet involuti, partikolarment matul is-Seminar tas-16 ta' Frar 2006, saħqu fuq il-ħtieġa ta' aktar enfasi fuq il-kummerċjalizzazzjoni u l-promozzjoni ta' l-inbid. Il-Kummissjoni biħsiebha tapplika bis-sħiħ politika responsabbli għall-promozzjoni u l-informazzjoni. Għandhom jintużaw l-opportunitajiet kollha disponibbli fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, u għandhom jinħolqu oħrajn ġodda, sabiex: - isiru proġetti ġodda ta' promozzjoni barra mill-UE, bl-użu ta' pakketti nazzjonali ta' baġit allokat ambizzjuż ta' EUR 120 miljun, madwar 9% tal-baġit allokat lis-settur. Dawn il-miżuri jkunu kofinanzjati b'50% mill-baġit tal-Komunità; - isiru proġetti msaħħa ta' promozzjoni, bl-użu ta' fondi ta' żvilupp rurali għal organizzazzjonijiet ta' produtturi li jidħlu għal skemi ta' kwalità; - isiru kampanji ġodda ta' informazzjoni dwar il-konsum responsabbli u moderat ta' l-inbid, iffinanzjati wkoll fl-UE permezz tal-qafas legali orizzontali għall-promozzjoni, b'rata miżjuda ta' kofinanzjament (fissata f'60%). Tissaħħaħ ukoll il-kampanja ta' informazzjoni attwali dwar il-klassifikazzjoni Ewropea ta' l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi. Għal dan il-għan, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2826/2000 se jkun emendat, u aktar fondi se jitqiegħdu għad-dispożizzjoni. 3.5. Il-prevenzjoni ta' riskji ambjentali Il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' l-inbid għandhom iqisu bis-sħiħ it-tħassib ambjentali, mill-prattiċi ta' kultivazzjoni għall-metodi ta' pproċessar. Il-Kummissjoni biħsiebha tiżgura li r-riforma tar-reġim ta' l-inbid ittejjeb l-impatt ambjentali tat-tkabbir tad-dwieli u tal-produzzjoni ta' l-inbid, partikolarment fejn jidħlu l-erożjoni u t-tniġġis tal-ħamrija, l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u l-ġestjoni ta' l-iskart. Biex jintlaħaq dan il-għan, il-Kummissjoni tipproponi l-miżuri li ġejjin: - l-eliġibbiltà taż-żoni kollha li jipproduċu l-inbid biex jieħdu sehem fl-Iskema ta' Pagament Uniku tfisser li r-regoli ta' kundizzjonalità se jkunu obbligatorji għal dejjem aktar produtturi; - l-introduzzjoni awtomatika ta' żoni fejn ikun sar il-qlugħ tad-dwieli fl-Iskema ta' Pagament Uniku tfisser li r-regoli ta' kundizzjonalità jkunu obbligatorji għal dawn iż-żoni; - il-primjum għall-qlugħ tad-dwieli, kif ukoll il-miżuri ta' ristrutturazzjoni u ta' ħsad bikri ffinanzjati mill-pakketti nazzjonali, se jkunu akkumpanjati minn rekwiżiti minimi ambjentali sabiex tiġi evitata d-degradazzjoni ta' l-art; - jiġi stabbilit limitu minimu aċċettabbli ta' ħarsien ambjentali fil-proċess tal-produzzjoni ta' l-inbid; - jiżdiedu l-fondi għall-programmi ta' Żvilupp Rurali, per eżempju taħt l-Assi 2, għal miżuri ta' appoġġ biex jitjiebu l-ambjent u l-pajsaġġ. 3.6. Alternattivi għall-produtturi inqas kompetittivi Minkejja li ħafna produtturi diġà huma kompetittivi jew se jtejbu l-kompetittività tagħhom permezz tal-miżuri ġodda proposti fir-riforma, uħud minnhom bħalissa jinsabu f'sitwazzjoni mill-aktar diffiċli. Id-dħul tagħhom spiss huwa diġà negattiv, u se jsibuha bi tqila jevitaw il-falliment f'suq li kulma jmur qed isir aktar kompetittiv. Jeħtieġ li jinżamm reġim ta' abbandun definittiv sabiex dawn il-produtturi jkunu jistgħu joħorġu mis-settur b'dinjità. Il-kultivaturi tad-dwieli għandhom ikunu liberi li jagħżlu jekk jaqilgħux id-dwieli jew le. Madankollu, biex ikunu evitati problemi soċjali u/jew ambjentali, l-Istati Membri ser jitħallew jillimitaw il-qlugħ tad-dwieli f'muntanji u f'vinji li jinsabu f'għoljiet weqfin, kif ukoll f'reġjuni suġġetti għal restrizzjonijiet ambjentali speċifiċi, u/jew li jissospendu l-qlugħ tad-dwieli jekk l-erja kkumulata totali fejn ikun sar il-qlugħ taqbeż l-10% taż-żona tal-vinja tagħhom. Il-primjum għall-qlugħ tad-dwieli se jiżdied, u se jkun iffissat f'livell attraenti. Biex titħeġġeġ l-adozzjoni ta' din il-miżura mill-ewwel sena, se tiġi stabbilita skala nieżla applikabbli għall-primjum, mifruxa fuq il-kumplament tal-perjodu ta' restrizzjonijiet fuq it-taħwil. Permezz tal-baġit allokat jistgħu jiġu jinqalgħu madwar 200 000 ettaru ta' dwieli fl-Unjoni Ewropea f'perjodu ta' ħames snin. Din hija l-erja li tikkorrispondi għall-parti mill-eċċess strutturali li teħtieġ titneħħa, fid-dawl tat-titjib li sar dan l-aħħar fil-kummerċ kif ukoll l-effetti pożittivi fuq il-bilanċ tas-suq mistennija mill-miżuri l-oħrajn proposti, b'mod partikolari tmiem l-arrikkiment biz-zokkor, il-promozzjoni, il-ħsad bikri u l-appoġġ ta' Żvilupp Rurali. Iż-żona agrikola li kienet użata għat-tkabbir tad-dwieli, ladarba maqlugħa, tikkwalifika bħala żona eliġibbli taħt l-Iskema ta' Pagament Uniku, kif ukoll li tirċievi l-għajnuna diretta diżassoċjata, korrispondenti għall-medja reġjonali. 3.7. Il-kummerċ ma' pajjiżi terzi B'qies għall-fatt li n-negozjati tad-WTO għadhom għaddejjin u li r-riżultati tagħhom għadhom mhumiex magħrufa, il-proposta ta' riforma ma tolqotx il-qafas legali attwali rigward il-kummerċ estern, bl-eċċezzjoni tar-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni. Madankollu, għall-inbid, ġew analizzati l-impatt u r-rwol tar-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni. L-impatt ekonomiku tagħhom naqas b'mod konsiderevoli. Tabilħaqq, l-esportazzjonijiet b'rifużjonijiet jirrappreżentaw inqas minn 15% ta' l-esportazzjonijiet totali bil-volum. Il-valur tar-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni jirrappreżenta 3.4% tal-valur tal-prodotti eliġibbli għar-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni. Għaldaqstant, tqies li jista' jsir użu aħjar mill-fondi allokati għal dan l-istrument, per eżempju li parti minnhom tiġi ddedikata għall-promozzjoni. B'hekk huwa propost li r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni jitneħħew. 3.8. It-tisħiħ tal-koerenza tal-KAP, is-simplifikazzjoni u l-konformità bis-sħiħ mal-leġiżlazzjoni Komunitarja It-twessigħ ta' l-eliġibbiltà taż-żoni kollha li jipproduċu l-inbid biex jieħdu sehem fl-Iskema ta' Pagament Uniku huwa pass sinifikanti 'l quddiem fit-tentattiv biex il-produtturi ta' l-inbid ikunu offruti livell għoli ta' flessibbiltà, u biex jiġi żgurat li jkunu ttrattati b'mod indaqs ma' bdiewa oħrajn. Għal dan il-għan, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 se jiġi emendat. Il-proposta tipprovdi għal simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni, simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għall-awtoritajiet pubbliċi (ta' l-UE, nazzjonali jew reġjonali), u simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għal partijiet privati. Per eżempju, is-simplifikazzjoni amministrattiva li titnissel mit-tneħħija tal-miżuri tas-suq u tad-drittijiet ta' taħwil mill-2014 'il quddiem tirrappreżenta vantaġġ konsiderevoli tar-riforma proposta. Is-simplifikazzjoni u t-trasmissjoni elettronika ta' dokumenti ta' akkumpanjament għandhom jitħeġġu wkoll. Indipendentement mit-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq it-taħwil, l-operaturi ekonomiċi u l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti f'dak li jirrigwarda l-hekk imsejħa vinji irregolari u illegali. Il-konformità ma' dawn ir-regoli huwa ta' l-akbar importanza għall-funzjonament tajjeb ta' l-OKS. Jekk dawn ir-regoli ma jiġux osservati, il-Kummissjoni se (tkompli) tieħu miżuri xierqa fil-qafas tal-proċeduri ta' l-approvazzjoni tal-kontijiet, jew, jekk meħtieġ, tibda proċeduri ta' ksur taħt l-Artikolu 226 tat-Trattat. 4. L-IMPLIKAZZJONI GħALL-BAġIT L-impatt tar-riforma proposta ma jżidx l-ispejjeż fir-rigward tal-livell reċenti ta' EUR 1.3 biljun allokati lis-settur. Dan il-baġit se jintuża: - fl-OKS il-ġdida, għal pakketti nazzjonali, inkluża l-promozzjoni lil pajjiżi terzi, fuq naħa, u l-qlugħ tad-dwieli, fuq l-oħra, - biex jippermetti t-trasferiment għal miżuri ta' Żvilupp Rurali għal reġjuni li jipproduċu l-inbid, u - biex jippermetti t-trasferiment għall-iskema ta' pagament uniku, skond iż-żoni fejn isir il-qlugħ tad-dwieli. Huwa mistenni li t-tibdiliet u l-innovazzjonijiet fir-reġim iwasslu għal użu aktar effiċjenti tal-baġit. Barra minn hekk, il-fondi li se jintużaw għal kampanji ta' informazzjoni fis-suq intern dwar l-inbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, inbejjed varjetali u konsum responsabbli, se jiżdiedu bi EUR 3 miljuni. WERREJ TITOLU I DISPOżIZZJONIJIET INTRODUTTORJI 23 TITOLU II MIżURI TA' APPOġġ 24 Kapitolu I Programmi ta' appoġġ 24 Taqsima 1 Dispożizzjonijiet introduttorji 24 Taqsima 2 Programmi ta' appoġġ 25 Taqsima 3 Miżuri speċifiċi ta' appoġġ 27 Taqsima 4 Dispożizzjonijiet ġenerali 30 Kapitolu II It-trasferiment finanzjarju 31 TITOLU III MIżURI REGOLATORJI 31 Kapitolu I Regoli ġenerali 31 Kapitolu II Prattiċi enoloġiċi u restrizzjonijiet 33 Kapitolu III Id-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi 35 Taqsima 1 L-ambitu u d-definizzjonijiet 35 Taqsima 2 L-applikazzjoni għall-protezzjoni 36 Taqsima 3 Il-proċedura għall-għoti ta' protezzjoni 37 Taqsima 4 Każijiet speċifiċi 39 Taqsima 5 Il-protezzjoni u l-kontroll 41 Taqsima 6 Dispożizzjonijiet ġenerali 44 Kapitolu IV It-tikkettar 44 Kapitolu V L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u interprofessjonali 47 TITOLU IV IL-KUMMERċ MA' PAJJIżI TERZI 50 Kapitolu I Dispożizzjonijiet komuni 50 Kapitolu II Il-liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni 51 Kapitolu III Miżuri ta' salvagwardja 53 Kapitolu IV Regoli li japplikaw għall-importazzjoni 55 TITOLU V IL-POTENZJAL TAL-PRODUZZJONI 56 Kapitolu I Taħwil illegali 56 Kapitolu II Sistema tranżitorja tad-dritt ta' taħwil 58 Kapitolu III Skema ta' qlugħ tad-dwieli 62 TITOLU VI DISPOżIZZJONIJIET ġENERALI 66 TITOLU VII DISPOżIZZJONIJIET TRANżITORJI U FINALI 69 Kapitolu I Emendi 69 Kapitolu II Dispożizzjonijiet tranżitorji u finali 72 2007/0138 (CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid u li jemenda ċerti Regolamenti IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, Billi: (1) Ir-reġim attwali applikabbli għas-settur ta' l-inbid huwa stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid[9]. (2) Il-konsum ta' l-inbid fil-Komunità kulma jmur qed jonqos, filwaqt li mill-1996 'il hawn, il-volum ta' l-inbid esportat mill-Komunità qiegħed jiżdied b'ritmu ħafna aktar kajman minn dak ta' l-importazzjoni. Din il-qagħda wasslet għal telf fil-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda, li min-naħa tiegħu jinħass fil-prezzijiet tal-produzzjoni u fid-dħul tal-produtturi. (3) Mhux l-istrumenti kollha inklużi attwalment fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 urew l-effiċjenza tagħhom biex joħolqu settur kompetittiv u sostenibbli. Il-mekkaniżmi tas-suq, bħad-distillazzjoni ta' kriżi, ma rriżultawx effiċjenti f'termini ta' nfiq, tant li wasslu għal eċċessi strutturali mingħajr l-esiġenza ta' titjib fl-istrutturi rilevanti ta' kompetittività. Barra minn hekk, uħud mill-miżuri regolatorji fis-seħħ illimitaw bla bżonn l-attivitajiet tal-produtturi kompetittivi. (4) Fi kliem ieħor, il-qafas legali attwali ma jidhirx li huwa kapaċi jilħaq b'mod sostenibbli l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 33 tat-Trattat, u lanqas, b'mod partikolari, jistabbilizza s-suq ta' l-inbid u jiżgura livell tajjeb ta' għixien għal din il-komunità agrikola. (5) Għaldaqstant, fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba, jeħtieġ li jinbidel mill-qiegħ ir-reġim Komunitarju applikabbli għas-settur ta' l-inbid, bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet li ġejjin: it-tkattir tal-kompetittività tal-produtturi ta' l-inbid fl-UE; it-tisħiħ tar-reputazzjoni ta' l-inbid ta' kwalità tal-Komunità bħala l-aqwa fid-dinja; il-ksib mill-ġdid ta' swieq qodma u l-akkwist ta' swieq ġodda fil-Komunità u madwar id-dinja; il-ħolqien ta' reġim ta' l-inbid li jopera permezz ta' regoli ċari, sempliċi u effettivi li jibbilanċjaw il-provvista u d-domanda; il-ħolqien ta' reġim ta' l-inbid li jżomm l-aqwa tradizzjonijiet tal-produzzjoni ta' l-inbid fil-Komunità, li jsaħħaħ in-nisġa soċjali ta' ħafna żoni rurali, u li jiżgura li kull produzzjoni tirrispetta l-ambjent. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi rrevokat ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u jinbidel ma' dan ir-Regolament ġdid. (6) Dan ir-Regolament ġie ppreċedut minn proċess ta' valutazzjoni u konsulatazzjoni biex ġew identifikati u indirizzati aħjar il-ħtiġijiet tas-settur ta' l-inbid. Rapport estern ta' valutazzjoni ġie kkummissjonat u ppubblikat f'Novembru 2004. Biex tagħti opportunità lill-partijiet involuti biex jesprimu fehmithom, il-Kummissjoni organizzat seminar fis-16 ta' Frar 2006. It-22 ta' Ġunju 2006 ġiet ippubblikata Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titlu "Lejn settur ta' l-inbid Ewropew sostenibbli"[10], flimkien ma' valutazzjoni ta' l-impatt li fiha ġew elenkati għadd ta' alternattivi għar-riforma tas-settur. (7) Minn Lulju sa Novembru 2006, saru diskussjonijiet fil-Kunsill. F'Diċembru 2006, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni addottaw rapporti dwar l-alternattivi proposti għar-riforma tas-settur ta' l-inbid, kif imniżżla fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni. Il-15 ta' Frar 2007, il-Parlament Ewropew addotta rapport fuq l-inizjattiva tiegħu stess dwar il-Komunikazzjoni. Il-konklużjonijiet ta' dan ir-rapport tqiesu fit-tfassil ta' dan ir-Regolament. (8) Ir-Regolament tal-Kunsill [ jekk magħrufin qabel l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, daħħal in-numru, it-titlu sħiħ u referenzi ta' pubblikazzjoni ] li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli ("organizzazzjoni komuni tas-swieq unika") eventwalment għandu jkopri wkoll is-settur ta' l-inbid. L-organizzazzjoni komuni tas-swieq unika tinkludi dispożizzjonijiet ta' natura orizzontali, partikolarment dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi, ir-regoli tal-kompetizzjoni, il-kontrolli u l-penali, u l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Biex titħaffef l-inkorporazzjoni futura tagħhom fl-organizzazzjoni komuni tas-swieq unika, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jirrigwardaw il-kwistjonijet orizzontali msemmija għandhom ikunu allinjati kemm jista' jkun ma' dawk inklużi fl-organizzazzjoni komuni tas-swieq unika. (9) Huwa importanti li jkunu pprovduti miżuri ta' appoġġ li jsaħħu l-istrutturi ta' kompetizzjoni. Filwaqt li dawn il-miżuri għandhom ikunu ffinanzjati u ddefiniti mill-Komunità, għandu jkun f'idejn l-Istati Membri li jagħżlu t-taħlita t-tajba adattata tagħhom għall-ħtiġijiet tat-territorji rispettivi tagħhom, b'qies għall-karatteristiċi partikolari tar-reġjuni fejn meħtieġ, kif ukoll li jintegraw il-miżuri magħżula fil-programmi nazzjonali ta' appoġġ. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli wkoll għall-implimentazzjoni ta' dawn il-programmi. (10) Il-muftieħ finanzjarju għat-tqassim fost l-Istati Membri tal-fondi għall-programmi nazzjonali ta' appoġġ għandu jissejjes fuq tliet kriterji: l-ewwel wieħed il-perċentwal storiku tal-baġit għall-vitikultura, u t-tnejn l-oħra l-erja mħawla mid-dwieli u l-produzzjoni storika. (11) Miżura fondamentali f'dawn il-programmi għandha tkun il-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' l-inbejjed tal-Komunità f'pajjiżi terzi, u għandu jiġi allokat ċertu ammont tal-baġit għal din il-miżura. Fid-dawl ta' l-effetti strutturali pożittivi tagħhom fuq is-settur, l-attivitajiet ta' ristrutturar u trasformazzjoni għandhom ikomplu jkunu koperti. Strumenti ta' prevenzjoni, bħall-assigurazzjoni tal-ħsad, il-fondi reċiproċi u l-ħsad bikri, għandhom ikunu eliġibbli għal għajnuna fil-qafas tal-programmi ta' appoġġ, sabiex titħeġġeġ strateġija responsabbli għal sitwazzjonjiet ta' kriżi. (12) Fejn ikun vijabbli, il-finanzjament mill-Komunità tal-miżuri eliġibbli għandu jkunu suġġett għall-konformità tal-produtturi kkonċernati ma' ċerti regoli ambjentali fis-seħħ. Kull fejn jinstab nuqqas ta' konformità f'dan ir-rigward, għandhom jitnaqqsu l-għajnuniet b'mod korrispondenti. (13) L-appoġġ għas-settur għandu jiġi wkoll minn miżuri strutturali fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta' l-20 ta' Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-EAFRD)[11]. (14) Il-miżuri li ġejjin, inklużi fir-Regolament (KE) Nru 1698/2005, huma ta' interess għas-settur ta' l-inbid: l-istabbiliment ta' bdiewa żgħażagħ u ta' investimenti f'tagħmir tekniku u fit-titjib tal-kummerċjalizzazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, appoġġ għall-informazzjoni u għall-promozzjoni għal organizzazzjonijiet ta' produtturi li jaddottaw l-iskema ta' kwalità, l-appoġġ agroambjentali, l-irtirar kmieni konċess għal bdiewa li jiddeċiedu li jtemmu kull attività agrikola kummerċjali b'mod definittiv sabiex jittrasferixxu l-azjenda lil bdiewa oħrajn. (15) Biex jiżdiedu l-mezzi finanzjarji disponibbli fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, jeħtieġ li jiġi stabbilit trasferiment progressiv ta' fondi għall-baġit taħt dan ir-Regolament. (16) Għandhom japplikaw ċerti miżuri regolatorji fis-settur ta' l-inbid, b'mod partikolari għal raġunijiet ta' saħħa, kwalità u aspettattivi tal-konsumaturi. (17) L-Istati Membri għandhom jibqgħu responsabbli għall-klassifikazzjoni tal-varjetajiet ta' l-għeneb li minnhom jista' jsir l-inbid fit-territorji tagħhom. Ċerti varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid għandhom ikunu esklużi. (18) Ċerti prodotti koperti minn dan ir-Regolament għandhom ikunu kkummerċjalizzati fil-Komunità skond klassifikazzjoni speċifika ta' prodotti tad-dwieli u l-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti. (19) Il-prodotti koperti minn dan ir-Regolament għandhom jiġu prodotti skond ċerti regoli dwar il-prattiċi enoloġiċi u restrizzjonijiet, li jiggarantixxu li jiġi indirizzat it-tħassib rigward is-saħħa kif ukoll li jintlaħqu l-aspettattivi tal-konsumaturi fir-rigward tal-kwalità u l-metodi ta' produzzjoni. Għall-iskopijiet ta' flessibbiltà, il-Kummissjoni għandha tingħatalha r-responsabblità li żżomm dawn il-prattiċi aġġornati u li tawtorizza prattiċi ġodda, għajr fl-oqsma politikament sensittivi ta' l-arrikkiment u l-aċidifikazzjoni. Fil-każ ta' dawn ta' l-aħħar, il-Kunsill għandu jibqa' kompetenti fir-rigward ta' tibdiliet eventwali. (20) Iż-żieda tal-kontenut ta' alkoħol fl-inbid għandha tkun suġġetta għal ċerti limiti, u, fejn applikabbli, għandha ssir billi jiżdied ma' l-inbid most ikkonċentrat u msoffi. Iż-żieda tas-sukrożju ma' l-inbid ma għandhiex tkun permessa aktar. (21) Fid-dawl tal-kwalità fqira ta' l-inbid li jinkiseb mit-tagħsir żejjed, din il-prattika għandha tkun ipprojbita. (22) Biex jintlaħqu l-istandards internazzjonali f'dan il-qasam, il-Kummissjoni għandha ġeneralment timxi fuq il-bażi tal-prattiċi enoloġiċi awtorizzati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (l-OIV). Dawn l-istandards għandhom japplikaw ukoll għall-inbejjed Komunitarji maħsubin għall-esportazzjoni, indipendentement minn regoli aktar stretti li jistgħu jkunu applikabbli fil-Komunità, sabiex ma jixxekklux l-attivitajiet tal-produtturi Komunitarji fi swieq barranin. (23) It-taħlit ( coupage ) ta' nbid li joriġina minn pajjiż terz ma' nbid tal-Komunità, u t-taħlit bejn inbejjed li joriġinaw minn pajjiżi terzi, għandhom jibqgħu pprojbiti fil-Komunità. Għall-istess raġuni, ċerti tipi ta' most, meraq ta' l-għeneb u għeneb frisk li joriġinaw minn pajjiżi terzi ma għandhomx jintużaw jew jiżdiedu fil-produzzjoni ta' l-inbid fit-territorju tal-Komunità. (24) Il-kunċett ta' l-inbejjed ta' kwalità fil-Komunità jissejjes, fost l-oħrajn, fuq il-karatteristiċi speċifiċi attribwibbli għall-oriġini ġeografika ta' l-inbid. Dawn l-inbejjed jiġu identifikati għall-konsumaturi permezz ta' denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, anki jekk f'dan ir-rigward is-sistema attwali għadha mhijiex żviluppata bis-sħiħ. Biex ikun permess qafas trasparenti u aktar elaborat li jiffavorixxi r-rikonoxximent tal-kwalità tal-prodotti kkonċernati, għandu jiġi stabbiliti reġim li fih l-applikazzjonijiet għal denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika jiġu eżaminati bi qbil ma' l-istrateġija segwita fil-qafas tal-politika Komunitarja orizzontali għall-kwalità, applikabbli għal prodotti ta' l-ikel għajr l-inbid u l-ispirti, fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini għall-prodotti agrikoli u ta' l-ikel[12]. (25) Biex jinżammu l-karatteristiċi partikolari ta' kwalità ta' l-inbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li japplikaw regoli aktar stretti f'dan ir-rigward. (26) Biex jikkwalifikaw għall-protezzjoni fil-Komunità, id-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom ikunu rrikonoxxuti u rreġistrati fil-livell Komunitarju. Bil-għan li jiġi żgurat li l-ismijiet rispettivi jilħqu l-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament, l-applikazzjonijiet għandhom jiġu eżaminati mill-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istat Membru kkonċernat, suġġett għall-konformità ma' dispożizzjonijiet komuni minimi, inkluża proċedura nazzjonali għall-oġġezzjoni. Wara dan, jaqbel li l-Kummissjoni teżamina bir-reqqa dawn id-deċiżjonijiet, sabiex tiżgura li l-applikazzjonijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet imniżżla f'dan ir-Regolament, u li l-approċċ fost l-Istati Membri huwa wieħed uniformi. (27) Il-protezzjoni għandha tkun miftuħa għal denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi ta' pajjiżi terzi, fejn dawn ikunu protetti fil-pajjiż ta' l-oriġini. (28) Il-proċedura ta' reġistrazzjoni għandha tippermetti lil kwalunkwe persuna naturali jew legali li jkollha interess leġittimu fi Stat Membru jew pajjiż terz teżerċita d-drittijiet tagħha billi tinnotifika l-oġġezzjonijiet li jkollha. (29) Id-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi rreġistrati għandhom igawdu mill-protezzjoni kontra użi li jisfruttaw b'mod mhux xieraq ir-reputazzjoni li ħaqqhom il-prodotti konformi. Sabiex titħeġġeġ il-kompetizzjoni ġusta u biex il-konsumaturi ma jiġux imqarrqa, din il-protezzjoni għandha tolqot ukoll prodotti u servizzi mhux koperti minn dan ir-Regolament, inklużi dawk li mhumiex imniżżlin fl-Anness I tat-Trattat. (30) Għandhom ikunu pprovduti proċeduri li jippermettu l-emendar ta' speċifikazzjonijiet tal-prodotti wara li tkun ingħatat il-protezzjoni, kif ukoll it-tħassir tad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew ta' l-indikazzjoni ġeografika, partikolarment jekk m'għadhiex żgurata l-konformità ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti. (31) Id-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti fit-territorju tal-Komunità għandhom ikunu suġġetti għal monitoraġġ, fejn possibbli b'konsistenza mar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 882/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il- welfare [benessri] ta' l-annimali[13], bl-inklużjoni ta' sistema ta' kontrolli biex jiżguraw il-konformità ma' l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott ta' l-inbejjed ikkonċernati. (32) L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jistabbilixxu miżata biex tkopri l-ispejjeż imġarrba. (33) Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, id-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi li diġà jeżistu fil-Komunità għandhom ikunu eżenti mill-applikazzjoni tal-proċedura l-ġdida ta' eżaminar. Madankollu, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni t-tagħrif bażiku u l-atti li permezz tagħhom ikunu ġew rikonoxxuti fil-livell nazzjonali. Fin-nuqqas ta' dan, il-prodotti kkonċernati għandhom jitilfu l-protezzjoni tagħhom bħala denominazzjonijiet ta' l-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi. Barra minn hekk, għal raġunijiet ta' ċertezza legali, għandu jkun limitat l-ambitu ta' applikazzjoni għat-tħassir ta' denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi eżistenti. (34) Jeħtieġ li titneħħa l-possibbiltà li l-ismijiet ġeografiċi jkunu protetti fil-livell nazzjonali billi jitqiesu ekwivalenti għal denominazzjonijiet ta' l-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi. (35) Id-deskrizzjoni, id-denominazzjoni u l-preżentazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament jistgħu jinfluwenzaw b'mod konsiderevoli l-prospetti ta' kummerċjalizzazzjoni tagħhom. Id-differenzi li jista' jkun hemm fost il-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward it-tikkettar tal-prodotti ta' l-inbid jistgħu jxekklu l-funzjonament tajjeb tas-suq intern. (36) Għaldaqstant, għandhom jiġu stipulati regoli li jqisu l-interessi leġittimi tal-konsumaturi u tal-produtturi. Jeħtieġu għalhekk regoli Komunitarji dwar it-tikkettar. (37) Dawn ir-regoli għandhom jipprovdu għall-użu obbligatorju ta' ċerti termini biex jidentifikaw il-prodott skond il-kategoriji tal-bejgħ, u biex tingħata lill-konsumaturi ċerta informazzjoni importanti. L-użu ta' elementi oħrajn ta' informazzjoni fakultattiva għandu jiġi indirizzat ukoll fil-qafas Komunitarju. (38) Għajr jekk diġà jkun hemm dispożizzjonijet f'dan ir-rigward, ir-regoli dwar it-tikkettar fis-settur ta' l-inbid għandhom jikkomplimentaw dawk stipulati fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2000/13/KE dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti ta' l-ikel[14], li japplikaw orizzontalment. L-esperjenza turi li ma jaqbilx li ssir distinzjoni bejn ir-regoli dwar it-tikkettar skond il-kategorija tal-prodotti ta' l-inbid. Ir-regoli għandhom japplikaw għall-kategoriji kollha differenti ta' nbid, inklużi l-prodotti importati. B'mod partikolari, għandhom jippermettu l-indikazzjoni ta' varjetà ta' għeneb ta' l-inbid u ta' ħsad fuq nbejjed mingħajr denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika, suġġetta għal rekwiżiti li jirrigwardaw l-eżattezza tat-tikkettar u l-monitoraġġ rispettiv. (39) L-eżistenza u t-twaqqif ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi għad għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu għall-qadi tal-bżonnijiet tas-settur ta' l-inbid, kif iddefiniti fil-livell Komunitarju. Il-fejda tagħhom għandha tkun fl-ambitu u fl-effiċjenza tas-servizzi li joffru lill-membri tagħhom. L-istess jgħodd għall-organizzazzjonijiet interprofessjonali. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-organizzazzjonijiet li jilħqu ċerti rekwiżiti ddefiniti fil-livell Komunitarju. (40) Sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-suq għal inbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew b'indikazzjoni ġeografika, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jimplimentaw deċiżjonijiet meħuda minn organizzazzjonijiet interprofessjonali. Madankollu, l-ambitu ta' dawn id-deċiżjonijiet għandu jeskludi l-prattiċi li jistgħu jxekklu l-kompetizzjoni. (41) Il-ħolqien ta' suq waħdieni Komunitarju jimplika l-introduzzjoni ta' sistema ta' kummerċ fil-fruntieri esterni tal-Komunità. Dan għandu jinkludi dazji għall-importazzjoni, u fil-prinċipju, għandu jistabbilizza s-suq Komunitarju. Is-sistema ta' kummerċ għandha tissejjes fuq l-obbligi internazzjonali tal-Komunità, b'mod partikolari dawk li jitnisslu mill-ftehimiet ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (id-WTO). (42) Il-monitoraġġ tal-flussi kummerċjali huma fuq kollox kwistjoni ta' tmexxija li għandha tiġi indirizzata b'mod flessibbli. B'konsegwenza ta' dan, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar ir-rekwiżiti li għandhom jissodisfaw il-liċenzji, b'qies għall-ħtieġa ta' liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni għall-ġestjoni tas-swieq ikkonċernati, u b'mod partikolari, għall-monitoraġġ ta' l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati. Madankollu, kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għal dawn il-liċenzji għandhom ikunu stipulati f'dan ir-Regolament. (43) Fejn issir dispożizzjoni għal liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni, għandha tiġi ddepożitata garanzija biex tiżgura li jsiru t-trasferimenti li għalihom jkunu nħarġu l-liċenzji. (44) Permezz tas-sistema tad-dazji għall-importazzjoni, il-miżuri protettivi l-oħra kollha fil-fruntieri esterni tal-Komunità mhumiex meħtieġa. F'ċirkustanzi eċċezzjonali, jista' jkun li l-mekkaniżmu tas-suq intern u tad-dazji jirriżultaw insuffiċjenti. F'dawn il-każijiet, sabiex is-suq tal-Komunità ma jitħalliex mingħajr difiża kontra t-tfixkil li jista' jirriżulta, il-Komunità għandha tkun f'qagħda li tieħu il-miżuri kollha meħtieġa mingħajr dewmien. Dawn il-miżuri għandhom ikunu konformi ma' l-impenji internazzjonali tal-Komunità. (45) Sabiex jiġu evitati jew mtaffija l-effetti negattivi fuq is-suq Komunitarju li jistgħu jġibu magħhom, partikolarment, l-importazzjonijiet tal-meraq ta' l-għeneb u tal-prodotti tal-most, dawn l-importazzjonijiet għandhom ikunu suġġetti għal ħlas ta' dazju addizjonali, sakemm jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet. (46) Biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq ta' l-inbid, u b'mod partikolari, biex jiġi evitat it-tfixkil tas-suq, għandha tkun provduta l-possibbiltà li jiġi pprojbit l-użu ta' arranġamenti ta' l-ipproċessar lejn l-intern jew lejn l-estern. Biex dan it-tip ta' strument ta' ġestjoni tas-suq jirnexxi, is-soltu jrid jiġi applikat mingħajr wisq dewmien. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat korrispondenti. (47) Il-prodotti importati minn pajjiżi terzi għandhom ikunu suġġetti għar-regoli Komunitarji dwar il-kategoriji tal-prodotti, it-tikkettar, u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi. Għandhom ikunu akkumpanjati minn rapport ta' analiżi. (48) Taħt ċerti kundizzjonijiet, jixraq illi l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tistabbilixxi u tamministra kwoti tariffarji li jitnisslu minn ftehimiet internazzjonali konklużi skond it-Trattat jew minn atti oħra tal-Kunsill. (49) Fil-produzzjoni żejda ta' l-inbid il-Komunità marret għall-agħar minħabba ksur tal-projbizzjoni tranżitorja tat-taħwil ġdid. Jeżistu għadd sinifikanti ta' każijiet ta' taħwil illegali fil-Komunità, li jwasslu għal kompetizzjoni inġusta u jkattru l-problemi tas-settur. (50) Rigward iż-żoni illegali, għandha ssir distinzjoni bejn dawk li tħawlu qabel l-1 ta' Settembru 1998 u dawk li tħawlu wara, f'dak li jirrigwarda l-obbligi tal-produtturi lejn dawk iż-żoni. (51) Iż-żoni illegali minn qabel l-1 ta' Settembru 1998 s'issa m'huma suġġetti għall-ebda obbligu ta' qlugħ tad-dwieli. Il-produtturi kkonċernati għandu jkunu obbligati li jirregolarizzaw is-sitwazzjoni tagħhom bil-ħlas ta' miżata. Jekk iż-żoni kkonċernati ma jiġux regolarizzati sal-31 ta' Diċembru 2009, il-produtturi għandhom ikunu obbligati li jaqilgħu d-dwieli fiż-żoni kkonċernati bi spejjeż tagħhom stess. In-nuqqas ta' konformità ma' dan il-qlugħ obbligatorju tad-dwieli għandu jwassal għall-ħlas ta' penali. (52) Skond is-sanzjoni stipulata fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999, għandhom jinqalgħu d-dwieli f'dawk iż-żoni li jkunu tħawlu wara l-1 ta' Settembru 1998 bi ksur tal-projbizzjoni korrispondenti. In-nuqqas ta' konformità ma' dan il-qlugħ obbligatorju tad-dwieli għandu jwassal għall-ħlas ta' penali. (53) Sakemm jiġu implimentati l-miżuri ta' regolarizzazzjoni u qlugħ tad-dwieli, l-inbid minn żoni mħawla bi ksur tal-projbizzjoni u li ma jkunux ġew irregolarizzati skond ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999, ma għandux jitqiegħed fis-suq għajr għad-distillazzjoni bi spejjeż tal-produttur ikkonċernat. Il-preżentazzjoni mill-produtturi ta' kuntratti ta' distillazzjoni għandha tiżgura monitoraġġ ta' din ir-regola aħjar minn dik li saret sal-lum. (54) Filwaqt li l-projbizzjoni tranżitorja tat-taħwil ġdid kellha ċertu effett fuq il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda fis-suq ta' l-inbid, fl-istess ħin ħolqot xkiel għall-produtturi kompetittivi li jixtiequ jwieġbu għaż-żieda fid-domanda b'mod flessibbli. (55) Peress li għadu ma ntlaħaqx bilanċ fis-suq, u peress li l-miżuri ta' akkumpanjament, bħall–iskema ta' qlugħ tad-dwieli, jeħtieġu ċertu żmien sakemm ikollhom effett, jaqbel li tinżamm il-projbizzjoni fuq it-taħwil ġdid sal-31 ta' Diċembru 2013. Madankollu, il-projbizzjoni għandha titneħħa minn dik id-data 'l quddiem sabiex il-produtturi kompetittivi jkunu jistgħu jwieġbu liberament għall-kundizzjonijiet tas-suq. (56) L-awtorizzazzjoni eżistenti tat-taħwil ġdid ta' żoni maħsubin għall-mixtliet għat-tilqim, għall-konsolidazzjoni ta' l-art u għax-xiri obbligatorju, kif ukoll għal esperimenti ta' vitikultura, uriet li ma toħloqx xkiel għas-suq ta' l-inbid, u għaldaqstant għandha tibqa' fis-seħħ, suġġetta għall-kontrolli li jkunu meħtieġa. (57) Fejn il-produtturi jintrabtu li jaqilgħu d-dwieli f'żoni mħawla ekwivalenti, għandhom jibqgħu jingħataw id-drittijiet ta' taħwil mill-ġdid, għax dan it-taħwil ġeneralment ma jkollu l-ebda effett fuq il-produzzjoni. (58) Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jawtorizzaw it-trasferiment ta' drittijiet ta' taħwil mill-ġdid lil azjenda oħra, suġġett għal kontrolli stretti, sakemm dan it-trasferiment isir favur il-kwalità, jikkonċerna ż-żoni maħsubin għall-mixtliet għat-tilqim, jew ikun marbut mat-trasferiment ta' parti mill-azjenda. Dawn it-trasferimenti għandhom jinżammu fl-istess Stat Membru. (59) Sabiex tittejjeb it-tmexxija tal-potenzjal tal-vitikultura, u biex jiġi promoss l-użu effiċjenti tad-drittijiet ta' taħwil u b'hekk ikompli jittaffa l-effett tar-restrizzjoni tranżitorja fuq it-taħwil, is-sistemi tar-riservi nazzjonali jew reġjonali għandhom jibqgħu. (60) L-Istati Membri għandhom jingħataw kompetenzi wiesgħa fit-tmexxija tar-riservi, suġġetta għall-kontrolli li jkunu meħtieġa, sabiex ikunu jistgħu jaddattaw aħjar l-użu tad-drittijiet ta' taħwil ta' dawn ir-riservi mal-ħtiġijiet lokali. Dawn il-kompetenzi għandhom jinkludu l-possibbiltà li jinxtraw drittijiet ta' taħwil biex jiffinanzjaw ir-riserva, kif ukoll li jinbigħu drittijiet ta' taħwil mir-riserva. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jibqgħu awtorizzati li ma japplikawx is-sistema tar-riserva, bil-kundizzjoni li jkunu jistgħu jagħtu prova li diġà għandhom sistema effiċjenti ta' amministrazzjoni tad-drittijiet ta' taħwil. (61) L-għoti ta' benefiċċji speċifiċi lil produtturi żgħażagħ ta' l-inbid jista' jħaffef mhux biss l-istabbiliment tagħhom iżda wkoll l-addattament strutturali ta' l-azjendi tagħhom wara l-istabbiliment inizjali. Għaldaqstant, dawn il-produtturi għandhom ikunu eliġibbli għall-għoti ta' drittijiet mir-riservi mingħajr ħlas. (62) Biex jiġi żgurat li r-riżorsi jintużaw bl-aktar mod effiċjenti possibbli, u biex il-provvista tkun aġġustata aħjar għad-domanda, id-drittijiet ta' taħwil għandhom jintużaw mir-riċevituri tagħhom fi żmien raġjonevoli. Fin-nuqqas ta' dan, għandhom ikunu allokati jew riallokati lir-riservi. Għall-istess raġunijiet, id-drittijiet fir-riserva għandhom jingħataw fi żmien raġjonevoli. (63) Il-produzzjoni f'dawk l-Istati Membri fejn il-produzzjoni ta' l-inbid hija anqas minn 25 000 ettolitru fis-sena ma tolqotx serjament l-bilanċ tas-suq. Għaldaqstant, dawn l-Istati Membri għandhom ikunu eżenti mill-projbizzjoni tranżitorja fuq it-taħwil ġdid, iżda fl-istess ħin, ma għandux ikollhom aċċess għall-iskema tal-qlugħ tad-dwieli. (64) Bħala miżura komplimentari bil-għan li jinħoloq settur addattat għall-kundizzjonijiet tas-suq, għandha tiddaħħal skema ta' qlugħ tad-dwieli. Fejn il-produtturi jqisu li l-kundizzjonijiet f'ċerti żoni ma jiffavorixxux produzzjoni vjabbli, għandha tingħatalhom l-għażla li jnaqqsu l-ispejjeż tagħhom u jirtiraw dawn iż-żoni mill-produzzjoni ta' l-inbid b'mod permanenti. Fl-istess ħin, għandu jkollhom il-possibbiltà li jwettqu attivitajiet oħrajn fuq l-artijiet ikkonċernati, jew li jirtiraw mill-produzzjoni agrikola għalkollox. (65) L-esperjenza turi li jekk jitħalla f'idejn l-Istati Membri li jippermettu l-qlugħ tad-dwieli bi ħlas ta' primjum, ikun hemm ir-riskju li kemm il-miżura kif ukoll l-effetti mistennija fuq il-provvista jkunu ineffettivi. Għaldaqstant, b'kuntrast mar-reġim attwali, il-produtturi għandhom ikunu ġeneralment eliġibbli biex jieħdu sehem fl-iskema tal-qlugħ tad-dwieli, u għandu jkollhom id-dritt esklussiv li jiddeċiedu japplikawx jew le. Bħala kumpens, għandu jingħatalhom primjum għal kull ettaru ta' dwieli maqlugħa. (66) Jeħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiffissaw, fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi, il-livelli speċifiċi tal-primjum għall-qlugħ tad-dwieli, skond ċerti skali stabbiliti mill-Kummissjoni. (67) Biex jiġi garantit it-trattament responsabbli taż-żoni fejn jinqalgħu d-dwieli, id-dritt għal primjum għandu jiddependi mill-konformità mar-regoli ambjentali applikabbli min-naħa tal-produtturi kkonċernati. Fejn jinstab nuqqas ta' konformità, il-primjum għall-qlugħ tad-dwieli għandu jitnaqqas b'mod proporzjonali. (68) Biex jiġu evitati problemi ambjentali, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jeskludu l-qlugħ tad-dwieli fil-muntanji u f'għoljiet weqfin, kif ukoll fil-każ ta' tħassib ambjentali, skond kundizzjonijiet speċifiċi. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jwaqqfu l-qlugħ tad-dwieli fejn l-erja totali maqlugħa tkun laħqet 10% miż-żoni mħawla bid-dwieli. (69) Iż-żona agrikola li kienet użata għat-tkabbir tad-dwieli, ladarba maqlugħa, għandha tikkwalifika bħala żona eliġibbli taħt l-Iskema ta' Pagament Uniku, kif ukoll li tirċievi l-għajnuna diretta diżassoċjata korrispondenti għall-medja reġjonali, li għal raġunijiet baġitarji ma għandhiex taqbeż it-EUR 350 għal kull ettaru. (70) L-għoti ta' għajnuniet nazzjonali jista' jfixkel il-funzjonament tajjeb tas-suq waħdieni. Għaldaqstant, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirregolaw l-għajnuniet mill-Istat ikunu applikati għall-prodotti koperti mill-organizzazzjoni komuni tas-suq għall-inbid. Min-naħa l-oħra, id-dispożizzjonijiet dwar il-primjum għall-qlugħ tad-dwieli, flimkien ma' ċerti miżuri fil-qafas tal-programmi ta' appoġġ, ma għandhomx ikunu xkiel għall-għoti ta' għajnuna nazzjonali bl-istess għanijiet. (71) Biex ikun hemm ġestjoni aħjar tal-potenzjal tal-vitikultura, jixraq li l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni inventarju tal-potenzjal ta' produzzjoni tagħhom. Dan it-tagħrif għandu jissejjes fuq ir-reġistru tal-vinji eżistenti. Biex l-Istati Membri jitħeġġew jibagħtu l-inventarju, l-appoġġ għar-ristrutturar u t-trasformazzjoni għandu jkun limitat għal dawk l-Istati Membri li jkunu bagħtuh. (72) Bil-għan li tkun disponibbli l-informazzjoni meħtieġa biex isiru d-deċiżjonijiet rilevanti amministrattivi u ta' politika, il-produtturi ta' l-għeneb ta' l-inbid, tal-most u ta' l-inbid għandhom jissottomettu dikjarazzjoni tal-ħsad. L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi li jirrikjedu li n-negozjanti ta' l-għeneb għall-produzzjoni ta' l-inbid jiddikjaraw kull sena l-kwantitajiet kummerċjalizzati mill-aħħar ħsad. Il-produtturi tal-most u ta' l-inbid, u n-negozjanti għajr dawk bl-imnut, għandhom jiddikjaraw il-ħażniet tagħhom ta' most u ta' nbid. (73) Biex jiġi stabbilit livell sodifaċenti ta' traċċabbiltà tal-prodotti kkonċernati, partikolarment fl-interess tal-ħarsien tal-konsumatur, għandu jkun provdut li l-prodotti kollha koperti minn dan ir-Regolament ikollhom dokument ta' akkumpanjament meta jiċċirkolaw fil-Komunità. (74) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu addottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[15]. (75) L-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri b'konsegwenza ta' l-obbligi li jitnisslu mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu ffinanzjati mill-Komunità, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 ta' l-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni[16]. (76) L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinnotifikaw lil xulxin it-tagħrif meħtieġ għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. (77) Biex jiġi garantit il-qadi ta' l-obbligi stipulati f'dan ir-Regolament, jeħtieġ li jsiru kontrolli u li jkunu applikati sanzjonijiet fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat biex tistabbilixxi r-regoli korrispondenti, inklużi dawk li jikkonċernaw l-irkupru ta' pagamenti li tħallsu mingħajr bżonn, kif ukoll l-obbligi ta' rrappurtar ta' l-Istati Membri. (78) L-awtoritajiet ta' l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli li jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament, u għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tissorvelja u tiżgura din il-konformità. (79) Biex tkun provduta l-inkorporazzjoni tas-settur ta' l-inbid fl-Iskema ta' Pagament Uniku, iż-żoni kollha attivi fil-vitikultura għandhom ikunu eliġibbli għall-Iskema ta' Pagament Uniku pprovduta fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa[17]. (80) Il-vitikulturi fil-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja għandhom igawdu mill-introduzzjoni tal-komponent ta' l-inbid fl-Iskema ta' Pagament Uniku, bl-istess kundizzjonijiet bħall-vitikulturi tal-Komunità kif kienet magħmula fit-30 ta' April 2004. Għaldaqstant, il-komponent ta' l-inbid fl-Iskema ta' Pagament Uniku ma għandux ikun suġġett għall-applikazzjoni ta' l-iskeda ta' żidiet ipprovduta fl-Artikolu 143a tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. (81) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2702/1999 ta' l-14 ta' Diċembru 1999 dwar miżuri sabiex jipprovdu t-tagħrif fuq, u jippromwovu, il-prodotti agrikoli f'pajjiżi terzi[18], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2826/2000 tad-19 ta' Diċembru 2000 dwar l-azzjonijiet ta' tagħrif u ta' promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern[19], u r-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandhom ikunu emendati skond dan. (82) Il-bidla mid-dispożizzjonijiet fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u r-Regolamenti l-oħrajn fis-settur ta' l-inbid għal dawk f'dan ir-Regolament tista' tagħti lok għal diffikultajiet li mhumiex ikkontemplati minn dan ir-Regolament. Sabiex tiġi indirizzati din il-possibbiltà, għandha ssir dispożizzjoni sabiex il-Kummissjoni tadotta l-miżuri tranżitorji meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha wkoll tiġi awtorizzata biex issolvi problemi prattiċi speċifiċi, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: TITOLU I DISPOżIZZJONIJIET INTRODUTTORJI Artikolu 1 Is-suġġett u l-ambitu 1. Dan ir-Regolament jistipula regoli speċifici li japplikaw għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti li ġejjin: Il-kodiċi tan-NM | Deskrizzjoni | 0806 10 90 | Għeneb frisk apparti mill-għeneb tal-mejda | 2009 61 2009 69 | Meraq ta' l-għeneb (inkluż most) | 2204 30 92 2204 30 94 2204 30 96 2204 30 98 | Most ieħor, apparti minn dak fil-fermentazzjoni jew bil-fermentazzjoni mwaqqfa mod ieħor li mhuwiex biż-żieda ta' l-alkoħol | 2204 | Inbid minn għeneb frisk, inklużi nbejjed imsaħħin; most apparti minn dak ta' l-intestatura 2009, għajr most ieħor tas-subintestaturi 2204 30 92, 2204 30 94, 2204 30 96 u 2204 30 98 | 2206 00 10 | Piquette | 2209 00 11 | Ħall ta' l-inbid | 2209 00 19 | 2307 00 11 | Karfa ta' l-inbid | 2307 00 19 | 2308 90 11 | Residwu mill-għasra | 2308 90 19 | 2. Rigward il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1, dan ir-Regolament jipprovdi għal: (a) miżuri ta' appoġġ, (b) miżuri regolatorji, (c) regoli dwar kummerċ ma' pajjiżi terzi, (d) regoli li jiggvernaw il-potenzjal tal-produzzjoni. Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stipulati fl-Anness I. TITOLU II MIżURI TA' APPOġġ Kapitolu I Programmi ta' appoġġ TAQSIMA 1 DISPOżIZZJONIJIET INTRODUTTORJI Artikolu 3 L-ambitu Dan il-Kapitolu jistipula r-regoli li jiggvernaw l-għotja ta' fondi Komunitarji lill-Istati Membri u l-użu tal-fondi minn Stati Membri permezz ta' programmi nazzjonali ta' appoġġ (minn hawn 'il quddiem "programmi ta' appoġġ") biex jiffinanzjaw miżuri ta' appoġġ li jgħinu s-settur ta' l-inbid. Artikolu 4 Il-kompatibbiltà u l-konsistenza 1. Il-programmi ta' appoġġ għandhom ikunu konformi mal-liġi Komunitarja u għandhom ikunu konsistenti ma' l-attivitajiet, politika u prijoritajiet Komunitarji. 2. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-programmi ta' appoġġ u jiżguraw li jkunu mfassla u implimentati b'mod oġġettiv, b'qies għall-qagħda ekonomika tal-produtturi kkonċernati u l-ħtieġa li jiġi evitat it-trattament inġust bejn il-produtturi. 3. L-ebda appoġġ ma għandu jingħata: (a) għal proġetti ta' riċerka u miżuri biex jappoġġjaw proġetti ta' riċerka; (b) għal miżuri koperti bir-Regolament (KE) Nru 1698/2005. TAQSIMA 2 PROGRAMMI TA' APPOġġ Artikolu 5 Il-preżentazzjoni tal-programmi ta' appoġġ 1. Kull Stat Membru produttur imsemmi fl-Anness II għandu, għall-ewwel darba sat-30 ta' April 2008, jippreżenta lill-Kummissjoni abbozz ta' programm ta' appoġġ għal ħames snin bil-miżuri skond dan il-Kapitolu. Il-miżuri ta' appoġġ għandhom jitfasslu fil-livell ġeografiku li l-Istati Membri jqisu l-aktar xieraq. Qabel ma jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni, il-programm ta' appoġġ għandu jkun suġġett għal konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet u organizzazzjonijiet kompetenti fil-livell territorjali xieraq. Kull Stat Membru għandu jippreżenta abbozz ta' programm uniku li jista' jakkomoda karatteristiċi partikolari reġjonali. 2. Il-programmi ta' appoġġ għandhom jibdew japplikaw tliet xhur wara li jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni. Madankollu, jekk il-programm ippreżentat ma jkunx konformi mal-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru b'dan. F'dan il-każ, l-Istat Membru għandu jippreżenta programm revedut lill-Kummissjoni. Il-programm revedut isir applikabbli xahrejn wara n-notifika sakemm ma jkunx għad hemm xi inkompatibbiltà. Jekk iva dan is-subparagrafu għandu japplika. 3. Il-paragrafu 2 għandu japplika mutatis mutandis għal tibdiliet fi programmi ta' appoġġ ippreżentati minn Stati Membri. Artikolu 6 Il-kontenut tal-programmi ta' appoġġ Il-programmi ta' appoġġ għandhom jikkonsistu mill-elementi li ġejjin: (a) deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri proposti kif ukoll l-għanijiet kwantifikati tagħhom; (b) ir-riżultati ta' konsultazzjonijiet li saru; (c) valutazzjoni li turi l-impatt mistenni kemm tekniku, ekonomiku, ambjentali u soċjali; (d) skeda għall-implimentazzjoni tal-miżuri; (e) tabella tal-finanzjament ġenerali li turi r-riżorsi li ser jintużaw u l-allokazzjoni indikattiva mbassra tar-riżorsi bejn il-miżuri skond il-limiti kif ipprovduti fl-Anness II; (f) prova tal-kompatibbiltà u l-konsistenza bejn id-diversi miżuri tal-programm; (g) il-kriterji u l-indikaturi kwantitattivi li se jintużaw għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni kif ukoll il-passi meħuda biex jiżguraw li l-programmi jiġu implimentati b'mod xieraq u effettiv; (h) il-kriterji u l-indikaturi li se jintużaw biex jivverifikaw li l-programmi ta' appoġġ ikunu ppreżentati u implimentati b'mod oġġettiv, b'qies għall-qagħda ekonomika tal-produtturi kkonċernati u l-ħtieġa li jiġi evitat it-trattament inġust bejn il-produtturi; (i) id-dispożizzjonijiet għall-kontrolli u l-penali; (j) isem l-awtoritajiet u l-entitajiet kompetenti responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm. Artikolu 7 Miżuri eliġibbli Il-programmi ta' appoġġ għandu jkun fihom miżuri ta' promozzjoni għal swieq ta' pajjiżi terzi skond l-Artikolu 9. Għandu jkun fihom ukoll għall-anqas waħda minn dawn il-miżuri li ġejjin: (a) ristrutturar u trasformazzjoni tal-vinji; (b) ħsad bikri; (c) fondi reċiproċi; (d) assigurazzjoni tal-ħsad. Artikolu 8 Regoli ġenerali dwar il-programmi ta' appoġġ 1. L-allokazzjoni tal-fondi Komunitarji disponibbli kif ukoll il-limiti tal-baġit huma pprovduti fl-Anness II. 2. L-appoġġ Komunitarju għandu jingħata biss għal spejjeż eliġibbli mġarrba wara l-preżentazzjoni tal-programm ta' appoġġ rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 5(1). 3. L-Istati Membri ma għandhomx jikkontribwixxu għall-ispejjeż ta' miżuri (ko)finanzjati mill-Komunità taħt il-programmi ta' appoġġ. 4. B'deroga mill-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna nazzjonali skond ir-regoli Komunitarji rilevanti dwar għajnuna mill-Istat għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 9 u 13. Ir-rata massima ta' għajnuna kif stipulata fir-regoli Komunitarji rilevanti dwar għajnuniet mill-Istat għandha tapplika għall-(ko)finanzjament pubbliku globali inklużi kemm fondi Komunitarji kif ukoll nazzjonali. TAQSIMA 3 MIżURI SPEċIFIċI TA' APPOġġ Artikolu 9 Il-promozzjoni fis-swieq tal-pajjiżi terzi 1. L-appoġġ skond dan l-Artikolu għandu jkopri miżuri informattivi u promozzjonali dwar inbejjed Komunitarji f'pajjiżi terzi, u b'hekk tissaħħaħ il-kompetittività tagħhom f'dawk il-pajjiżi. 2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jirreferu għal inbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, jew inbejjed b'indikazzjoni tal-varjetà ta' l-għeneb ta' l-inbid. 3. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu: (a) relazzjonijiet pubbliċi, miżuri promozzjonali jew pubbliċitarji, b'mod partikolari l-enfasi fuq il-vantaġġi tal-prodotti Komunitarji, speċjalment rigward kwalità, sikurezza ta' l-ikel jew ħarsien ta' l-ambjent; (b) parteċipazzjoni f'avvenimenti, fieri jew esibizzjonijiet ta' importanza internazzjonali; (c) kampanji informattivi, b'mod partikolari fuq is-sistemi Komunitarji li jkopru denominazzjonijiet ta' l-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u l-produzzjoni organika; (d) l-istudji ta' swieq ġodda, meħtieġa għall-espansjoni ta' żbokki kummerċjali fis-suq; (e) l-istudji sabiex jiġu evalwati r-riżultati tal-miżuri promozzjonali u informattivi. 4. Il-kontribuzzjoni Komunitarja għal attivitajiet promozzjonali ma għandhiex taqbeż il-50% ta' l-ispiża eliġibbli. 5. L-Istati Membri għandhom iħallu għall-anqas il-fondi Komunitarji stipulati fl-Anness II għal miżuri ta' promozzjoni fi swieq ta' pajjiżi terzi. Il-fondi hekk riservati ma għandhomx ikunu disponibbli għal miżuri oħra. Artikolu 10 Ir-ristrutturar u t-trasformazzjoni tal-vinji 1. L-għan tal-miżuri relatati mar-ristrutturar u t-trasformazzjoni tal-vinji għandu jkun li tiżdied il-kompetittività tal-produtturi ta' l-inbid. 2. Ir-ristrutturar u t-trasformazzjoni tal-vinji għandhom ikunu appoġġjati taħt dan l-Artikolu biss jekk l-Istati Membri jippreżentaw inventarju tal-potenzjal produttiv tagħhom skond l-Artikolu 100. 3. L-appoġġ għar-ristrutturar u t-trasformazzjoni tal-vinji jista' jkopri waħda jew aktar minn dawn l-attivitajiet li ġejjin: (a) it-trasformazzjoni varjetali, inkluż permezz ta' tilqim mill-ġdid; (b) it-trasferiment ta' vinji; (c) titjib fit-tekniki ta' tmexxija ta' vinji. L-iskema m'għandhiex tkopri t-tiġdid normali ta' vinji li jkunu waslu fi tmiem il-ħajja naturali tagħhom. 4. L-appoġġ għar-ristrutturar u t-trasformazzjoni tal-vinji ser jieħu l-forom li ġejjin: (a) kumpens lill-produtturi għat-telf fid-dħul minħabba l-implimentazzjoni tal-miżura; (b) kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta' ristrutturar u trasformazzjoni. 5. Kumpens lill-produtturi għat-telf fid-dħul kif imsemmi fil-paragrafu 4(a) jista' jkopri sa 100% tat-telf rilevanti u jieħu waħda minn dawn il-forom li ġejjin: (a) minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tat-Titolu V, il-permess għall-koeżistenza ta' dwieli kemm qodma kif ukoll ġodda għal perjodu ffissat li ma jaqbiżx it-tliet snin, sa tmiem ir-reġim tranżitorju rigward id-drittijiet tat-taħwil, jiġifieri sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2013; (b) kumpens finanzjarju. 6. Il-kontribuzzjoni Komunitarja għall-ispejjeż reali ta' ristrutturar u trasformazzjoni tal-vinji ma għandhiex taqbeż l-50%. F'reġjuni kklassifkati bħala reġjuni ta' konverġenza skond ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006, il-kontribuzzjoni Komunitarja għall-ispejjeż ta' ristrutturar u trasformazzjoni m'ghandhomx jaqbżu l-75%. Artikolu 11 Il-ħsad bikri 1. Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu, "ħsad bikri" tfisser il-qerda totali jew il-qtugħ ta' għenieqed ta' l-għeneb meta jkunu għadhom ma sarux, u b'hekk il-produzzjoni tar-raba' rilevanti tiġi fix-xejn. 2. L-appoġġ għal ħsad bikri għandu jikkontribwixxi biex jerġa' jinkiseb il-bilanc bejn il-provvista u d-domanda fis-suq ta' l-inbid fil-Komunità, sabiex jiġu evitati kriżijiet fis-suq. 3. L-appoġġ għal ħsad bikri jista' jingħata bħala kumpens f'forma ta' pagament b'rata fissa għal kull ettaru li jrid jiġi ddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat. Il-pagament m'għandux jaqbeż il-50% tas-somma ta' l-ispejjeż diretti u t-telf fid-dħul relatati mal-qerda jew il-qtugħ ta' għenieqed ta' għeneb. 4. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu sistema bbażata fuq kriterji oġġettivi biex jiżguraw li l-miżura tal-ħsad bikri ma twassalx għal kumpens għal produtturi individwali ta' l-inbid ogħla mil-limiti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3. Artikolu 12 Fondi reċiproċi 1. L-appoġġ għall-istabbiliment ta' fondi reċiproċi għandu jipprovdi għajnuna lill-produtturi li jfittxu li jassiguraw ruħhom kontra ċaqliq fis-suq. 2. L-appoġġ għall-istabbiliment ta' fondi reċiproċi jista' jingħata fil-forma ta' għajnuna temporanja u digressiva biex tkopri l-ispejjeż amministrattivi tal-fondi. Artikolu 13 L-assigurazzjoni tal-ħsad 1. L-appoġġ għall-assigurazzjoni tal-ħsad għandu jikkontribwixxi biex jipproteġi d-dħul tal-produtturi meta jintlaqat minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi, mard jew impestazzjonijiet mid-dud. 2. L-appoġġ għal assigurazzjoni fuq ħsad jista' jingħata fil-forma ta' kontribuzzjoni Komunitarja finanzjarja li ma tistax taqbeż: (a) it-80% tan-nefqa fil-primjums ta' l-assigurazzjoni mħallsa mill-produtturi għal assigurazzjoni kontra telf minħabba avvenimenti klimatiċi li jistgħu jitqiesu bħala diżastri naturali; (b) il-50% tan-nefqa fil-primjums ta' l-assigurazzjoni mħallsa minn produtturi għal assigurazzjoni kontra: - telf imsemmi fil-punt (a) u kontra telf ieħor minħabba avvenimenti klimatiċi; - telf minħabba mard ta' annimali jew pjanti jew impestazzjonijiet mid-dud. 3. L-appoġġ għal assigurazzjoni fuq il-ħsad jista' jingħata biss jekk il-pagamenti ta' kumpens ikkonċernati lill-produtturi mill-assigurazzjoni ma jkunux aktar minn 100% tat-telf imġarrab fid-dħul, waqt li jitqies kwalunkwe kumpens li jistgħu jieħdu l-produtturi minn skemi oħra ta' appoġġ relatati mar-riskju assigurat. 4. L-appoġġ għal assigurazzjoni fuq ħsad ma għandux jgħawweġ il-kompetizzjoni fis-suq ta' l-assigurazzjoni. Artikolu 14 Il-kundizzjonalità Meta jinstab li l-bdiewa ma jkunux konformi fl-azjendi tagħhom, fi kwalunkwe żmien matul ħames snin mill-pagament taħt il-programmi ta' appoġġ għal ristrutturar u trasformazzjoni, jew fi kwalunkwe żmien f'sena mill-pagament taħt il-programmi ta' appoġġ għall-ħsad bikri, mar-rekwiżiti statutorji ta' tmexxija u l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-ammont tal-pagament, meta n-nuqqas ta’ konformità hija riżultat ta' azzjoni jew ta' nuqqas ta' azzjoni li ġejja direttament min-naħa tal-bidwi, għandu jitnaqqas jew jiġi kkanċellat, parti minnu jew kollu skond il-gravità, il-miżura, il-permanenza u r-repetizzjoni tan-nonkonfomità. Fejn applikabbli, il-bidwi għandu jinġiegħel irodd lura l-pagament skond il-kundizzjonijiet stipulati fid-dispożizzjonijiet relatati. Ir-regoli għandhom ikunu ddeterminati skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 144(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 dwar tnaqqis sħiħ jew parzjali jew irkupru ta' l-appoġġ mill-Istat Membru kkonċernat. TAQSIMA 4 DISPOżIZZJONIJIET ġENERALI Artikolu 15 L-irrappurtar u l-evalwazzjoni 1. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, kull sena sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu, rapport dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri pprovduti fil-programmi ta' appoġġ tagħhom matul is-sena ta' qabel. Dawk ir-rapporti għandhom jelenkaw u jiddeskrivu l-miżuri li għalihom ingħatat l-għajnuna Komunitarja taħt il-programmi ta' appoġġ, u b'mod partikolari, għandhom jipprovdu dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri promozzjonali msemmija fl-Artikolu 9. 2. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 2011 u, it-tieni darba, mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 2014, evalwazzjoni ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-programmi ta' appoġġ kif ukoll indikazzjoni ta' kif tista' titjieb l-effiċjenza tagħhom. Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-miżura promozzjonali msemmija fl-Artikolu 9. Artikolu 16 Regoli ta' l-implimentazzjoni Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1). B'mod partikolari, dawn ir-regoli jistgħu jinkludu: (a) il-format għall-preżentazzjoni tal-programmi ta' appoġġ; (b) regoli għal bidliet fil-programmi ta' appoġġ wara li jkunu saru applikabbli; (c) regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-miżuri rregolati bl-Artikoli 9 sa 13; (d) il-kundizzjonijiet li fuqhom għandha tkun ikkomunikata u ppubblikata l-għajnuna mill-fondi Komunitarji; (e) dettalji dwar l-irrapurtur. Kapitolu II It-trasferiment finanzjarju Artikolu 17 It-trasferiment finanzjarju lill-iżvilupp rurali 1. Sa mis-sena baġitarja 2009, l-ammonti ffissati fil-paragrafu 2, ibbażati fuq l-ispiża storika skond ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar intervent biex jiġu rregolati s-swieq agrikoli kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, se jkunu disponibbli bħala fondi Komunitarji addizzjonali għal miżuri f'reġjuni li jipproduċu l-inbid taħt il-programmi għall-iżvilupp rurali ffinanzjati skond ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005. 2. L-ammonti li ġejjin għandhom ikunu disponibbli fis-snin indikati: - 2009: EUR 100 miljun, - 2010: EUR 150 miljun, - 2011: EUR 250 miljun, - 2012: EUR 300 miljun, - 2013: EUR 350 miljun, - mill-2014 'il quddiem: EUR 400 miljun. 3. L-ammonti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri skond l-Anness III. TITOLU III MIżURI REGOLATORJI Kapitolu I Regoli ġenerali Artikolu 18 Il-klassifikar tal-varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid 1. L-Istati Membri għandhom jikklassifikaw liema varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid jistgħu jitħawlu, jerġgħu jitħawlu jew jitlaqqmu fit-territorji tagħhom. Il-varjetajiet ikklassifikati għandhom jappartjenu għall-ispeċi Vitis vinifera jew jirriżultaw minn tilqim bejn din l-ispeċi u speċi oħrajn tal-ġenus Vitis . 2. L-Istati Membri ma għandhomx jikklassifikaw dawn il-varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid li ġejjin: (a) Noah; (b) Othello; (c) Isabelle; (d) Jacquez; (e) Clinton; (f) Herbemont. 3. It-taħwil, it-taħwil mill-ġdid jew it-tilqim ta' varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid mhux ikklassifikati se jkunu permessi biss għal skopijiet ta' riċerka u esperimenti xjentifiċi. 4. Żoni eżistenti mħawla b'varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid mhux ikklassifikati ser jinqalgħu, għajr fejn il-produzzjoni ta' dawn iż-żoni hija maħsuba esklussivament għall-konsum mill-familja tal-produttur ta' l-inbid. 5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jissorveljaw il-konformità tal-produtturi mal-paragrafi 3 u 4. 6. Jekk xi varjetajiet jitħassru mill-klassifika, il-qlugħ ta' dawn id-dwieli għandu jsir fi żmien 15-il sena minn meta jitħassru. Artikolu 19 Il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni 1. Il-prodotti elenkati fl-Anness IV u pproduċuti fil-Komunità jridu jsiru minn varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid elenkati fil-klassifikazzjonijiet imfassla mill-Istati Membri skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 18(1). 2. Denominazzjoni għal kategorija ta' prodott tad-dwieli kif ipprovdut fl-Anness IV tista' tintuża biss fil-Komunità fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott li huwa konformi mal-kundizzjonijiet korrispondenti stipulati f'dak l-Anness. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li żżid kategoriji ta' prodotti tad-dwieli ma' dawk elenkati fl-Anness IV. 3. Ħlief għal inbid ibbottiljat li fir-rigward tiegħu jkun hemm evidenza li l-ibbottiljar ikun sar qabel l-1 ta' Settembru 1971, l-inbid magħmul mill-varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid elenkati fil-klassifikazzjonijiet imfassla skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 18(1) imma li ma hux konformi ma' waħda mill-kategoriji stipulati fl-Anness IV jista' jintuża biss għall-konsum mill-familji individwali tal-produtturi ta' l-inbid, għall-produzzjoni ta' ħall ta' l-inbid jew għad-distillazzjoni. Kapitolu II Prattiċi enoloġiċi u restrizzjonijiet Artikolu 20 L-ambitu Dan il-Kapitolu jistipula l-prattiċi enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet applikabbli kif ukoll il-proċedura li biha l-Kummissjoni tista' tiddeċiedi dwar prattiċi u restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti koperti minn dan ir-Regolament. Artikolu 21 Prattiċi enoloġiċi u restrizzjonijiet 1. Jistgħu jintużaw biss il-prattiċi enoloġiċi awtorizzati skond il-liġi Komunitarja fil-produzzjoni ta' prodotti koperti minn dan ir-Regolament fi ħdan il-Komunità. L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika għal: (a) meraq ta' l-għeneb u meraq ta' l-għeneb ikkonċentrat; (b) most u most ikkonċentrat maħsub għall-preparazzjoni ta' meraq ta' l-għeneb. 2. Jistgħu jintużaw biss prattiċi enoloġiċi awtorizzati sabiex ikunu żgurati l-vinifikazzjoni, il-preservazzjoni u l-irfinar xierqa tal-prodott. 3. Il-prodotti koperti minn dan ir-Regolament għandhom jiġu prodotti fi ħdan il-Komunità skond ir-restrizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness VI. 4. Ma għandux isir kummerċ fil-Komunità ta' prodotti koperti minn dan ir-Regolament, li saru skond prattiċi enoloġiċi mhux awtorizzati Komunitarji jew, fejn applikabbli, nazzjonali, jew li jiksru r-restrizzjonijiet stipulati fl-Anness VI. 5. Madankollu, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiiet rikonoxxuti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV), u mhux il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet awtorizzati mill-Kommunità, għandhom japplikaw għal prodotti koperti minn dan ir-Regolament li jiġu prodotti għall-esportazzjoni. Il-produtturi għandhom jirrapportaw din il-produzzjoni lill-Istati Membri, li għandhom jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżit ta' l-esportazzjoni. Artikolu 22 Prattiċi enoloġiċi aktar stretti deċiżi mill-Istati Membri L-Istati Membri jistgħu jillimitaw jew jeskludu l-użu ta' ċerti prattiċi enoloġiċi għal inbejjed awtorizzati skond il-liġi Komunitarja prodotti fit-territorju tagħhom bil-ħsieb li jsaħħu l-preservazzjoni tal-karatteristiċi essenzjali ta' nbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, kif ukoll ta' nbejjed frizzanti u nbejjed likur. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dawn il-limitazzjonijiet u esklużjonijiet lill-Kummissjoni, li għandha tressaqhom għall-attenzjoni ta' l-Istati Membri l-oħra. Artikolu 23 L-awtorizzazzjoni tal-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet 1. Għajr għall-prattiċi enoloġiċi dwar arrikkiment, aċidifikazzjoni u dijaċidifikazzjoni elenkati fl-Anness V u r-restrizzjonijiet elenkati fl-Anness VI, l-awtorizzazzjoni ta' prattiċi enoloġiċi u restrizzjonijiiet dwar il-produzzjoni u l-konservazzjoni ta' prodotti koperti minn dan ir-Regolament għandha tiġi deċiża skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1). 2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu esperimentali ta' prattiċi enoloġiċi mhux awtorizzati taħt kundizzjonijiet li jiġu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1). Artikolu 24 Il-kriterji għall-awtorizzazzjoni Il-Kummissjoni, meta tawtorizza prattiċi enoloġiċi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1), għandha: (a) tibbaża fuq il-prattiċi enoloġiċi rikonoxxuti mill-OIV kif ukoll fuq ir-riżultati ta' l-użu esperimentali ta' prattiċi li sa issa għadhom mhux awtorizzati; (b) tqis il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem; (c) tqis riskji potenzjali li l-konsumaturi jiġu żgwidati minħabba l-aspettattivi u perċezzjonijiet stabbiliti tagħhom, fir-rigward tad-disponibbiltà u l-vijabbiltà ta' mezzi ta' informazzjoni li jeskludu dawn ir-riskji; (d) tippermetti l-preservazzjoni ta' karatteristiċi naturali u essenzjali ta' l-inbid u ma ġġibx bidla sostantiva fil-kompożizzjoni tal-prodotti kkonċernati; (e) tiżgura livell minimu aċċettabbli ta' ħarsien ambjentali; (f) tirrispetta r-regoli ġenerali dwar prattiċi enoloġiċi u restrizzjonijiet stipulati fl-Annessi III u IV rispettivament. Artikolu 25 Il-metodi ta' analiżi Il-metodi ta' analiżi sabiex tiġi ddeterminata l-kompożizzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament u r-regoli li permezz tagħhom jista' jiġi stabbilit jekk dawn il-prodotti jkunux għaddew minn proċessi li jmorru kontra l-prattiċi enoloġiċi awtorizzati għandhom ikunu dawk rikonoxxuti u ppubblikati mill-OIV. Fejn ma hemmx metodi u regoli rikonoxxuti mill-OIV, u fejn ma jeżistux metodi u regoli Komunitarji rilevanti, għandhom jiġu adottati dawk il-metodi u regoli skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1). Artikolu 26 Ir-regoli ta' l-implimentazzjoni Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu u l-Annessi III u IV għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1). Dawk ir-regoli jistgħu jinkludu b'mod partikolari: (a) prattiċi enoloġiċi awtorizzati u restrizzjonijiet dwar inbejjed frizzanti; (b) prattiċi enoloġiċi awtorizzati u restrizzjonijiet dwar inbejjed likur; (c) suġġett għal punt C ta' l-Anness VI, dispożizzjonijiet li jirregolaw it-taħlit u l- coupage ta' most u nbejjed; (d) fejn ma jeżistux regoli Komunitarji dwarhom, il-purità u l-ispeċifikazzjoni ta' identifikazzjoni ta' sustanzi użati fil-prattiċi enoloġiċi; (e) ir-regoli amministrattivi għat-twettiq tal-prattiċi enoloġiċi awtorizzati; (f) il-kundizzjonijiet li jirregolaw iż-żamma, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta' prodotti li ma humiex konformi ma' l-Artikolu 21 u eżenzjonijiet potenzjali mir-rekwiżiti ta' dak l-Artikolu, kif ukoll l-istabbiliment ta' kriterji għall-għan li t-tbatija f'każijiet individwali tiġi evitata; (g) il-kundizzjonijiet li fihom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw iż-żamma, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta' prodotti li ma humiex konformi ma' dan il-Kapitolu għajr l-Artikolu 21, jew ma' dispożizzjonijiet li jimplimetaw dan il-Kapitolu. Kapitolu III Id-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi TAQSIMA 1 L-AMBITU U D-DEFINIZZJONIJIET Artikolu 27 Id-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi 1. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (a) "denominazzjoni ta' l-oriġini" tfisser l-isem ta' reġjun, post speċifiku jew, f'każijiet eċċezzjonali, pajjiż li jintuża biex jiddeskrivi inbid, inbid likur, inbid frizzanti, inbid frizzanti bil-gass, inbid semifrizzanti jew inbid minn għeneb misjur iżżejjed li huwa konformi ma' dawn ir-rekwiżiti li ġejjin: (i) il-kwalità u l-karatteristiċi tiegħu huma essenzjalment jew esklussivament ġejjin minn ambjent ġeografiku partikolari bil-fatturi naturali u umani inerenti tiegħu; (ii) l-għeneb li minnu hu prodott jiġi esklussivament minn din iż-żona ġeografika; (iii) huwa magħmul minn varjetajiet ta' dwieli ta' l-ispeċi Vitis vinifera. (b) "indikazzjoni ġeografika" tfisser indikazzjoni li tirreferi għal reġjun, post speċifiku jew, f'każijiet eċċezzjonali, pajjiż li jintuża biex jiddeskrivi inbid, inbid likur, inbid frizzanti, inbid frizzanti bil-gass, inbid semifrizzanti jew inbid minn għeneb misjur iżżejjed li huwa konformi mar-rekwiżiti li ġejjin: (i) il-kwalità, il-karatteristiċi jew ir-reputazzjoni tiegħu huma attribwiti essenzjalment għall-oriġini ġeografika tiegħu; (ii) għall-anqas 85% ta' l-għeneb li ntuża fil-produzzjoni tiegħu jiġi esklussivament minn din iż-żona ġeografika; (iii) huwa magħmul minn varjetajiet ta' dwieli ta' l-ispeċi Vitis vinifera jew jirriżultaw minn tilqim bejn din l-ispeċi u speċi oħrajn tal-ġenus Vitis . 2. Ismijiet tradizzjonali jiġu kkunsidrati bħala denominazzjoni ta' l-oriġini meta jkunu: (a) jiddenominaw inbid; (b) jirreferu għal isem ġeografiku; (c) jissodisfaw il-kundizzjonijiet msemmija fil-punti (i) sa (iii) tal-paragrafu 1(a). 3. Denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi, inkluż dawk relatati ma' żoni ġeografiċi f'pajjiżi terzi, għandhom ikunu eliġibbli għal protezzjoni fil-Komunità skond ir-regoli stipulati f'dan il-Kapitolu. TAQSIMA 2 L-APPLIKAZZJONI GħALL-PROTEZZJONI Artikolu 28 Il-kontenut ta' l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni 1. L-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta' ismijiet bħala denominazzjonijiet ta' l-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jinkludu fajl tekniku li jkun fih: (a) l-isem li għandu jkun protett; (b) l-isem u l-indirizz ta' l-applikant; (c) speċifikazzjonijiet ta' prodott kif imsemmija fil-paragrafu 2; (d) dokument uniku b'taqsira ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 2. 2. L-ispeċifikazzjoni tal-prodott trid tippermetti lill-partijiet interessati li jivverifikaw il-kundizzjonijiet rilevanti ta' produzzjoni tad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika. Għandha tkun magħmula minn: (a) deskrizzjoni ta' l-inbid u l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi u organolettiċi prinċipali tiegħu; (b) fejn applikabbli, il-prattiċi speċifiċi enoloġiċi użati fil-produzzjoni ta' l-inbid; (c) id-definizzjoni taż-żona ġeografika kkonċernata; (d) l-uċuħ massimi għal kull ettaru; (e) indikazzjoni tal-varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid; (f) id-dettalji li juru l-konnessjoni mal-kwalità, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi u l-ambjent ġeografiku jew l-oriġini ġeografika; (g) ir-rekwiżiti applikabbli stipulati mid-dispożizzjonijiet ta' organizzazzjonijiet Komunitarji, nazzjonali, jew, fejn applikabbli, interprofessjonali, li għandhom ikunu konformi, f'kull każ, mal-liġi ġenerali Komunitarja; (h) l-isem u l-indirizz ta' l-awtoritajiet jew entitajiet li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-ħidmiet speċifiċi tagħhom. Artikolu 29 L-applikazzjoni għall-protezzjoni marbuta ma' żona ġeografika f'pajjiż terz 1. Meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni tikkonċerna żona ġeografika f'pajjiż terz, għandu jkun fiha, flimkien ma' l-elementi pprovduti fl-Artikolu 28, prova li l-isem ikkonċernat huwa protett fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu. 2. L-applikazzjoni għandha tintbagħat lill-Kummissjoni, direttament mill-applikant jew permezz ta' l-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat. 3. L-applikazzjoni għall-protezzjoni trid tiġi ffajljata b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità jew akkumpanjata minn traduzzjoni ċertifikata f'waħda minnhom. Artikolu 30 L-applikanti 1. Kwalunkwe grupp ta' produtturi interessat, jew f'każijiet eċċezzjonali produttur uniku, jista' japplika għall-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika. Partijiet oħra interessati jistgħu jieħdu sehem fl-applikazzjoni. 2. Il-produtturi jistgħu jressqu applikazzjoni għall-protezzjoni għall-inbejjed li jipproduċu huma biss. 3. F'każ ta' isem li jirreferi għal żona ġeografika transkonfinali jew isem tradizzjonali li huwa relatat ma' żona ġeografika transkonfinali, tista' tintbagħat applikazzjoni konġunta. TAQSIMA 3 IL-PROċEDURA GħALL-GħOTI TA' PROTEZZJONI Artikolu 31 Il-proċedura nazzjonali preliminari 1. L-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika ta' nbejjed li skond l-Artikolu 27, joriġinaw fil-Komunità, għandhom ikunu suġġetti għal proċedura nazzjonali preliminari skond dan l-Artikolu. 2. L-applikazzjoni għall-protezzjoni għandha tiġi ffajljata fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu toriġina d-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika. 3. L-Istat Membru għandu jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni fir-rigward ta' jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-Kapitolu. L-Istat Membru għandu jwettaq proċedura nazzjonali biex jiżgura l-pubblikazzjoni xierqa ta' l-applikazzjoni u jipprovdi għal perjodu ta' għall-anqas xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni li fiha kwalunkwe persuna naturali jew legali li għandha interess leġittimu u hija stabbilita jew residenti fit-territorju tiegħu tista' toġġezzjona għall-protezzjoni proposta billi tibgħat dikjarazzjoni debitament sostanzjata lill-Istat Membru. 4. Jekk l-Istat Membru jikkunsidra li d-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika ma tissodisfax ir-rekwiżiti rilevanti, inkluż l-eventwalità li hija inkompatibbli mal-liġi ġenerali Komunitarja, għandu jirrifjuta l-applikazzjoni. 5. Jekk l-Istat Membru jikkunsidra li r-rekwiżiti rilevanti jintlaħqu, għandu jieħu deċiżjoni favorevoli li permezz tagħha jista' jipprovdi għall-protezzjoni nazzjonali tranżitorja b'seħħ mid-data li fiha l-applikazzjoni għall-protezzjoni tintbagħat lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 7. L-Istat Membru għandu jippubblika d-dokument uniku u l-ispeċifikazzjoni tal-prodott fuq l-Internet. 6. L-Istat Membru għandu jiżgura li d-deċiżjonijiet msemmija fil-paragrafu 5 jixxandru pubblikament u li kwalunkwe persuna naturali jew legali fl-Istat Membru li għandha interess leġittimu tista' tressaq appell. 7. Fir-rigward ta' kwalunkwe deċiżjoni favorevoli kif imsemmi fil-paragrafu 5, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni applikazzjoni għall-protezzjoni li fiha: (a) l-isem u l-indirizz ta' l-applikant; (b) id-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 28(1)(d); (c) dikjarazzjoni mill-Istat Membru li huwa jikkunsidra li l-applikazzjoni mibgħuta mill-applikant tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' dan ir-Regolament; (d) ir-referenza tal-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 6. Dawn id-dokumenti għandhom jintbagħtu b'waħda mill-lingwi uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea jew akkumpanjati minn traduzzjoni ċertifikata f'waħda minnhom. 8. Il-protezzjoni nazzjonali tranżitorja msemmija fil-paragrafu 5 għandha tieqaf fid-data li fiha l-Kummissjoni tiddeċiedi skond l-Artikolu 34. 9. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' dan l-Artikolu mhux aktar tard mill-1 ta' Awwissu 2009. Artikolu 32 Skrutinju mill-Kummissjoni 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika id-data tal-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni għall-protezzjoni tad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika. 2. Il-Kummissjoni għandha teżamina jekk l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 31(7) jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-Kapitolu. 3. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li l-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-Kapitolu ntlaħqu, għandha tippubblika fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea d-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 28(1)(d) u r-referenza għall-pubblikazzjoni ta' l-ispeċifkazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 31(5). Meta dan mhuwiex il-każ, għandu jiġi deċiż, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1), li l-applikazzjoni tiġi rrifjutata. Artikolu 33 Proċedura għall-oġġezzjoni Fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni pprovduta fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 32(3), kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz, jew kwalunkwe persuna naturali jew legali li għandha interess leġittimu, stabbilita jew residenti fi Stat Membru barra minn dak li qed japplika għall-protezzjoni jew f'pajjiż terz, tista' toġġezzjona għall-protezzjoni proposta billi tibgħat dikjarazzjoni debitament sostanzjata lill-Kummissjoni. Fil-każ ta' persuni naturali jew legali stabbiliti jew residenti f'pajjiż terz, din id-dikjarazzjoni għandha tintbagħat, direttament jew permezz ta' l-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat, fi żmien limitat ta' xahrejn kif imsemmi fl-ewwel paragrafu. Artikolu 34 Id-deċiżjoni fuq il-protezzjoni Abbażi tat-tagħrif disponibbli għall-Kummissjoni, għandu jiġi deċiż, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1), li jew tingħata protezzjoni fuq id-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-Kapitolu u li hija ġeneralment kompatibbli mal-liġi Komunitarja, jew li tirrifjuta l-applikazzjoni meta dawk il-kundizzjonijiet ma jintlaħqux.Taqsima 4Każijiet speċifiċi Artikolu 35 Omonimi 1. Isem li huwa omonimu ma' denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta għandu jkun eliġibbli għall-protezzjoni bħala denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika, sakemm huwa differenti biżżejjed mill-isem protett. B'hekk ikun żgurat li l-konsumaturi ma jkunux żgwidati dwar l-oriġini ġeografika vera ta' l-inbejjed ikkonċernati. 2. Għajr fejn ipprovdut mod ieħor fir-reġoli ta' l-implimentazzjoni tal-Kummissjoni, fejn varjetà ta' l-għeneb ta' l-inbid fiha jew tikkonsisti minn denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, l-isem tal-varjetà ta' l-għeneb ta' l-inbid ma għandux jintuża għal skopijiet ta' ttikkettjar ta' prodotti koperti minn dan ir-Regolament. Artikolu 36 Raġunijiet għaċ-ċaħda tal-protezzjoni 1. Ismijiet li saru ġeneriċi ma għandhomx ikunu protetti bħala denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika. Għal finijiet ta' dan ir-Regolament, “isem li sar ġeneriku” tfisser l-isem ta' nbid li, għalkemm huwa relatat mal-post jew ir-reġjun fejn kien oriġinarjament prodott jew kummerċjalizzat, sar l-isem komuni ta' nbid fil-Komunità. Sabiex jiġi stabbilit jekk isem sarx ġeneriku jew le, għandhom jiġu meqjusa l-fatturi rilevanti kollha, b'mod partikolari: (a) is-sitwazzjoni eżistenti fil-Komunità, b'mod notevoli f'żoni ta' konsum; (b) id-dispożizzjonijiet legali nazzjonali jew Komunitarji rilevanti. 2. Isem ma għandux ikollu protezzjoni ta' denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika fejn, fid-dawl tar-reputazzjoni u l-għarfien ta' marka kummerċjali, il-protezzjoni aktarx li tista' tiżgwida lill-konsumatur dwar l-identità vera ta' l-inbid. Artikolu 37 Ir-relazzjoni mal-marki kummerċjali 1. Meta denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika hija protetta skond dan ir-Regolament, ir-reġistrazzjoni ta' marka kummerċjali li tikkorrispondi ma' waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 38(2) u li tirreferi għal prodott li jaqa' taħt waħda mill-kategoriji elenkati fl-Anness IV għandha tiġi miċħuda jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-marka hija sottomessa wara d-data tas-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni għall-protezzjoni tad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika lill-Kummissjoni. Għalhekk id-denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika tiġi sussegwentement protetta. Marki kummerċjali rreġistrati b'vjolazzjoni ta' l-ewwel subparagrafu għandhom jiġu invalidati. 2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 36(2), marka kummerċjali li l-użu tagħha jikkorrispondi ma' waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 38(2), li saret applikazzjoni għaliha, ġiet irreġistrata jew stabbilita bl-użu, jekk dik il-possibbiltà hija pprovduta mil-leġiżlazzjoni kkonċernata, fit-territorju Komunitarju qabel id-data li fiha l-applikazzjoni għall-protezzjoni tad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika hija sottomessa lill-Kummissjoni, tista' tibqa' tintuża u tiġġedded minkejja l-protezzjoni tad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika. Dan sakemm ma jeżistux raġunijiet għall-invalidità jew revoka tal-marka kummerċjali kif speċifikat mid-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE[20] jew ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94[21]. F'każijiet bħal dawn l-użu tad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika huwa permess flimkien mal-marki kummerċjali rilevanti. TAQSIMA 5 IL-PROTEZZJONI U L-KONTROLL Artikolu 38 Il-protezzjoni 1. Denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jistgħu jintużaw minn kwalunke operatur li jagħmel kummerċ fi nbid li ġie prodott b'konformità ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti. 2. Denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u l-inbejjed li jużaw dawk l-ismijiet protetti b'konformità ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandhom jitħarsu minn: (a) kwalunkwe użu kummerċjali, dirett jew indirett, ta' isem protett: - minn prodotti komparabbli li mhumiex konformi ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' l-isem protett, jew - sakemm dan l-użu jisfrutta r-reputazzjoni ta' denominazzjoni ta' l-oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika; (b) kwalunkwe użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodott jew servizz huwa indikat jew jekk l-isem protett huwa tradott jew akkumpanjat minn espressjoni bħal 'stil', 'tip', 'metodu', 'kif prodott fi', 'imitazzjoni', 'togħma', 'bħal' jew xi kelma simili; (c) kwalunkwe indikazzjoni falza jew li tiżgwida dwar il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fl-ippakkjar intern jew estern, materjal ta' riklamar jew dokumenti relatati mal-prodott ta' l-inbid ikkonċernat, u l-ippakkjar tal-prodott f'kontenitur li aktarx ser jagħti impressjoni falza dwar l-oriġini tiegħu; (d) kull prattika oħra li tista' tiżgwida lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott. 3. Denominazzjonijiet ta' l-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ma għandhomx isiru ġeneriċi fil-Komunità fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 36(1). 4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex iwaqqfu użu illegali ta' denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti kif imsemmi fil-paragrafu 2. Artikolu 39 Ir-reġistru Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm aġġornat reġistru elettroniku ta' denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għall-inbid. Dan għandu jkun aċċessibbli pubblikament. Artikolu 40 L-entitajiet ta' kontroll kompetenti 1. L-Istati Membri għandhom jindikaw l-awtorità kompetenti jew awtoritajiet responsabbli mill-kontrolli fir-rigward ta' l-obbligi stabbiliti b'dan il-Kapitolu skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw organizzazzjonijiet interprofessjonali għal dawk il-kontrolli jekk joffru garanziji adegwati ta' oġġettività u imparzjalità. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe operatur li jikkonforma ma' dan il-Kapitolu huwa kopert minn sistema ta' kontrolli. 3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni min huma l-awtoritajiet jew organizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ismijiet u l-indirizzi tagħhom u taġġornahom perjodikament. Artikolu 41 L-ivverifikar tal-konformità ma' l-ispeċifikazzjonijiet 1. Dwar denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti relatati ma' żona ġeografika fi ħdan il-Komunità, verifika annwali ta' konformità ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, matul il-produzzjoni u matul u wara l-ipproċessar ta' l-inbid, għandha tkun żgurata permezz ta': (a) waħda jew aktar mill-awtoritajiet jew organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 40, jew (b) waħda jew aktar mill-entitajiet ta' kontroll fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 li topera bħala entità li tiċċertifika l-prodott. L-ispejjeż ta' tali verifiki jinġarru mill-operaturi stess. 2. Dwar denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti relatati ma' żona ġeografika f'pajjiż terz, verifika annwali ta' konformità ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, matul il-produzzjoni u matul u wara l-ipproċessar ta' l-inbid, għandha tkun żgurata permezz ta': (a) waħda jew aktar mill-awtoritajiet pubbliċi nnominati mill-pajjiż terz, jew (b) waħda jew aktar entitajiet ta' ċertifikazzjoni, jew (c) waħda jew aktar organizzazzjonijiet interprofessjonali. 3. L-entitajiet li jiċċertifikaw imsemmija fil-paragrafi 1(b) u 2(b) ta' dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw ma', u mill-1 ta' Mejju 2010 jridu jkunu akkreditati skond l-istandard Ewropew EN 45011 jew ISO/IEC Gwida 65 (Rekwiżiti ġenerali għal entitajiet li joperaw sistemi ta' ċertifikazzjoni ta' prodott). 4. Meta l-entitajiet imsemmija fil-paragrafi 1(a) u 2(a) u 2(c) ta' dan l-Artikolu, jivverifikaw konformità ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, għandhom joffru garanziji adegwati ta' oġġettività u imparzjalità, u jkollhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa disponibbli biex iwettqu dawn il-ħidmiet tagħhom. Artikolu 42 L-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott 1. Applikant li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' l-Artikolu 30 jista' japplika għal awtorizzazzjoni ta' emenda ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, b'mod partikolari biex jitqiesu żviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku jew biex jiddefenixxu mill-ġdid iż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 28(2). L-applikazzjonijiet għandhom jiddeskrivu u jagħtu raġunijiet għall-emendi mitluba. 2. Meta l-emenda proposta tinvolvi waħda jew aktar emendi lid-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 28(1)(d), l-Artikoli 31 sa 34 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-applikazzjoni ta' l-emenda. Madankollu, jekk l-emenda proposta hija biss minuri, għandu jiġi deċiż, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1), jekk l-applikazzjoni hix ser tiġi approvata mingħajr ma tittieħed il-proċedura stipulata fl-Artikoli 32(2) sa 33 u fil-każ li tiġi approvata, il-Kummissjoni għandha tipproċedi biex tippubblika l-elementi msemmija fl-Artikolu 32(3). 3. Jekk l-emendi proposti ma jinvolvux tibdil fid-dokument uniku, dawn ir-regoli għandhom japplikaw: (a) meta ż-żona ġeografika hija fi Stat Membru partikolari, dak l-Istat Membru għandu jesprimi l-pożizzjoni tiegħu dwar l-emenda, u jekk ikun favuriha, jippubblika l-ispeċifikazzjoni tal-prodott emendata u jinforma lill-Kummissjoni dwar l-emendi approvati u r-raġunijiet għaliex saru; (b) meta ż-żona ġeografika hija f'pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk tapprovax l-emenda proposta jew le. Artikolu 43 Il-kanċellazzjoni Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1), jista' jiġi deċiż fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew minn talba debitament sostanzjata ta' Stat Membru, ta' pajjiż terz jew ta' persuna naturali jew legali li għandha interess leġittimu, li l-protezzjoni ta' denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika tiġi kkanċellata jekk ma tkunx għadha żgurata l-konformità ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott korrispondenti. L-Artikoli 31 sa 34 għandhom japplikaw mutatis mutandis . Artikolu 44 Ismijiet ta' nbejjed protetti diġà eżistenti 1. Ismijiet ta' nbejjed li huma protetti skond l-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u l-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 753/2002, għandhom ikunu protetti awtomatikament skond dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha telenkahom fir-reġistru li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 39. 2. L-Istati Membri għandhom, fir-rigward tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fil-paragrafu 1, jibagħtu lill-Kummissjoni: (a) il-fajls tekniċi kif irregolat fl-Artikolu 28(1); (b) id-deċiżjoni nazzjonali li tindika l-validità tagħhom. 3. L-ismijiet imsemmija fil-paragrafu 1, li għalihom l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma tintbagħatx sal-31 ta' Diċembru 2010, ma għandhomx jibqgħu protetti skond dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-pass formali korrispondenti biex tneħħi ismijiet bħal dawn mir-reġistru pprovdut fl-Artikolu 39. 4. B'deroga mill-Artikolu 43, jista' jkun deċiż, sal-31 ta' Diċembru 2013, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1), li l-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tiġi kkanċellata jekk il-kundizzjonijiet rilevanti għall-protezzjoni ma jitħarsux. TAQSIMA 6 DISPOżIZZJONIJIET ġENERALI Artikolu 45 Ir-regoli ta' l-implimentazzjoni Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1). Dawk ir-regoli jistgħu b'mod partikolari jinkludu d-derogi mill-applikabbiltà tar-regoli stipulati f'dan il-Kapitolu għal applikazzjonijiet pendenti għall-protezzjoni ta' denominazzjonijiet ta' l-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi. Artikolu 46 Ħlasijiet L-Istati Membri jistgħu jitolbu ħlas biex ikopru l-ispejjeż tagħhom, inklużi dawk imġarrba fl-eżaminar ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni, dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni, applikazzjonijiet għal emendi u talbiet għal kanċellazzjonijiet skond dan ir-Regolament. Kapitolu IV It-tikkettar Artikolu 47 Definizzjoni Għal finijiet ta' dan ir-Regolament, “tikkettar" tfisser kwalunkwe kelma, partikularità, marka kummerċjali, ditta, materja ta' stampa jew simbolu mpoġġija fuq kwalunkwe ppakkjar, dokument, notifika, tikketta, ċurkett jew għonq li jakkumpanja jew jirreferi għal xi prodott. Artikolu 48 L-applikabbiltà tar-regoli orizzontali Għajr fejn ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 89/396/KEE[22], id-Direttiva tal-Kunsill 75/106/KEE[23] u d-Direttiva 89/104/KEE għandhom japplikaw għat-tikkettar ta' prodotti li jaqgħu fl-ambitu tagħhom. Artikolu 49 Dettalji obbligatorji 1. It-tikkettar ta' prodotti msemmija fil-punti 1 sa 9 u fil-punt 13 ta' l-Anness IV kkumerċjalizzat fil-Komunità jew għall-esportazzjoni għandu jkollhom d-dettalji obbligatorji li ġejjin: (a) id-denominazzjoni għall-kategorija tal-prodott tad-dwieli skond l-Anness IV; (b) ta' nbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta; - it-terminu “denominazzjoni ta' l-oriġini protetta” jew “indikazzjoni ġeografika protetta”, u - isem id-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta. (c) il-qawwa alkoħolika reali bil-volum; (d) indikazzjoni tal-provenjenza ta' l-inbid; (e) indikazzjoni tal-bottiljatur; (f) indikazzjoni ta' l-importatur fil-każ ta' nbejjed importati. 2. B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, ir-referenza għall-kategorija tal-prodott tad-dwieli tista' titħalla barra għal inbejjed li t-tikketta tagħhom tinkludi l-isem protett ta' denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika. 3. B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, ir-referenza għat-termini “denominazzjoni ta' l-oriġini protetta” jew “indikazzjoni ġeografika protetta” tista' titħalla barra f'dawn il-każijiet li ġejjin: (a) fejn denominazzjoni nazzjonali speċifika kif regolata minn liġi nazzjonali tidher fuq it-tikketta; (b) fejn, f'ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1), l-isem tad-denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jidher fuq it-tikketta. Artikolu 50 Dettalji fakultattivi It-tikkettar ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 49(1) jista' b'mod partikolari jkun fih dawn id-dettalji fakultattivi li ġejjin: (a) is-sena ta' l-għasra; (b) l-isem ta' waħda jew aktar minn varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid; (c) termini li jindikaw il-kontenut ta' zokkor: (d) għal inbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, termini tradizzjonali barra mid-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi li jiddenominaw il-metodu ta' produzzjoni jew ta' maturazzjoni jew il-karatteristiċi, kulur, tip ta' post ta' l-inbid ikkonċernat; (e) is-simbolu tal-Komunità li jindika d-denominazzjoni ta' l-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta; (f) termini li jirreferu għal ċerti metodi ta' produzzjoni. Artikolu 51 Il-lingwi Dettalji obbligatorji rregolati fl-Artikolu 49 għandhom, meta espressi bi kliem, jidhru f'waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Madankollu, l-isem ta' denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jew id-denominazzjoni nazzjonali speċifika għandhom jidhru fuq it-tikketta bil-lingwa uffiċjali jew lingwi ta' l-Istat Membru fejn joriġina l-inbid. Artikolu 52 L-infurzar L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-ebda nbid li ma jkunx ittikkettjat skond dan il-Kapitolu ma jitpoġġa fis-suq, jew inkella, jekk diġà jinsab imqiegħed fis-suq, jitneħħa. Artikolu 53 Ir-regoli ta' l-implimentazzjoni Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1). B'mod partikolari, dawn ir-regoli jistgħu jinkludu: (a) dettalji dwar l-indikazzjoni tal-provenjenza ta' l-inbid; (b) it-termini ta' l-użu tad-dettalji fakultattivi elenkati fl-Artikolu 50; (c) dettalji dwar it-termini tradizzjonali għall-iskopijiet ta' denominazzjoni ta' nbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta; (d) il-monitoraġġ ta' denominazzjonijiet dwar is-sena ta' l-għasra u l-varjetà ta' l-għeneb ta' l-inbid li jidhru fuq it-tikketti. Kapitolu V L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u interprofessjonali Artikolu 54 L-organizzazzjonijiet tal-produtturi L-Istati Membri għandhom jagħrfu kwalunkwe entità legali li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin bħala organizzazzjoni tal-produtturi: (a) hija kkostitwita minn produtturi ta' prodotti koperti minn dan ir-Regolament; (b) hija mwaqqfa fuq l-inizjattiva ta' produtturi; (c) issegwi għan speċifiku, li b'mod partikolari jista' jkun relatat ma': (i) l-adattament tal-produzzjoni kemm għall-ħtiġijiet tas-suq kif ukoll għat-titjib tal-prodott; (ii) il-promozzjoni tal-konċentrazzjoni tal-provvista u t-tpoġġija fis-suq tal-prodotti manifatturati mill-membri tagħha; (iii) il-promozzjoni tar-razzjonalizzar u t-titjib fil-produzzjoni u fl-ipproċċessar; (iv) it-tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni u tal-ġestjoni tas-suq u l-istabbilizzar tal-prezzijiet tal-produtturi; (v) il-promozzjoni u l-provvediment ta' għajnuna teknika għall-użu ta' prattiċi ta' koltivazzjoni u tekniki ta' produzzjoni li jħarsu l-ambjent; (vi) il-promozzjoni ta' inizjattivi għall-ġestjoni ta' prodotti sekondarji enoloġiċi u għall-ġestjoni ta' skart b'mod partikolari biex jipproteġu l-kwalità ta' l-ilma, il-ħamrija u l-pajsaġġ u jippriservaw jew jinkoraġġixxu l-bijodiversità; (vii) it-twettiq ta' riċerka f'metodi ta' produzzjoni sostenibbli u ta' żviluppi tas-suq. (d) ir-regoli ta' l-assoċjazzjoni għandhom jeżiġu l-membri tagħha, b'mod partikolari, illi: (i) japplikaw ir-regoli adottati mill-organizzazzjoni tal-produtturi dwar ir-rappurtar ta' produzzjoni, il-produzzjoni nnifisha, il-kummerċjalizzazzjoni u l-ħarsien ta' l-ambjent; (ii) jipprovdu t-tagħrif mitlub mill-organizzazzjoni tal-produtturi għal skopijiet statistiċi, b'mod partikolari dwar żoni ta' tkabbir u dwar l-evoluzzjoni tas-suq; (ii) iħallsu penali għal ksur ta' l-obbligi skond ir-regoli ta' assoċjazzjoni. (e) bagħtet applikazzjoni biex tiġi magħrufa bħala organizzazzjoni tal-produtturi skond dan ir-Regolament lill-Istat Membru kkonċernat, u l-applikazzjoni fiha dawn l-elementi li ġejjin: (i) prova li l-entità tilħaq ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a) sa (d); (ii) prova li għandha minimu ta' għadd ta' membri, li jiġi stipulat mill-Istat Membru kkonċernat; (iii) prova li tkopri volum minimu ta' produzzjoni kummerċjali fil-qasam li fih topera l-organizzazzjoni, li jiġi stipulat mill-Istat Membru kkonċernat; (iv) prova li tista' twettaq l-attivitajiet tagħha kif suppost, kemm f'dak li hu żmien kif ukoll f'effettività u f'konċentrazzjoni ta' provvista; (v) prova li tgħin lill-membri tagħha b'mod effettiv sabiex jiksbu għajnuna teknika fl-użu ta' prattiċi ta' koltivazzjoni li huma tajbin għall-ambjent. Artikolu 55 L-organizzazzjonijiet interprofessjonali L-Istati Membri għandhom jagħrfu kwalunkwe entità legali li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin bħala organizzazzjoni interprofessjonali: (a) hija kkostitwita minn rappreżentanti ta' attivitajiet ekonomiċi relatati mal-produzzjoni ta', kummerċ fi, jew ipproċessar ta' prodotti koperti minn dan ir-Regolament; (b) hija stabbilita fuq l-inizjattiva ta' l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet kollha li jikkostitwuha, jew uħud minnhom; (c) twettaq xi miżura jew aktar minn dawn li ġejjin f'reġjun/i Komunitarju/i waqt li tqis is-saħħa pubblika u l-interessi tal-konsumaturi: (i) ittejjeb l-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq; (ii) tgħin sabiex jiġi kkoordinat aħjar il-mod ta' kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, b'mod partikolari permezz ta' riċerka u studji dwar is-suq; (iii) tħejji formoli standard ta' kuntratti kompatibbli mar-regoli Komunitarji; (iv) tisfrutta aktar bis-sħiħ il-potenzjal tal-produzzjoni; (v) tagħti l-informazzjoni u twettaq ir-riċerka meħtieġa sabiex il-produzzjoni tiġi aġġustata lejn prodotti li huma aktar addattati għall-ħtiġijiet tas-suq u l-gosti u l-aspettattivi tal-konsumatur, partikolarment fir-rigward ta' kwalità tal-prodott u ħarsien ta' l-ambjent; (vi) tipprovdi informazzjoni dwar karatteristiċi partikolari ta' nbid b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta; (vii) tfittex mezzi sabiex jiġi ristrett l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u addittivi oħrajn u tiżgura l-kwalità tal-prodott u l-konservazzjoni tal-ħamrija u ta' l-ilma; (viii) tippromwovi produzzjoni integrata jew metodi oħrajn ta' produzzjoni tajbin għall-ambjent; (ix) tinkoraġġixxi konsum moderat u responsabbli ta' nbid u tinforma dwar il-ħsara konnessa ma' użanzi ta' konsum irresponsabbli; (x) twettaq azzjonijiet biex tippromwovi l-inbid, speċjalment f'pajjiżi terzi; (xi) tiżviluppa metodi u strumenti sabiex ittejjeb il-kwalità tal-prodott fl-istadji kollha tal-produzzjoni, vinifikazzjoni u kummerċjalizzazzjoni; (xii) tisfrutta, tipproteġi u tippromwovi l-potenzjal tal-biedja organika kif ukoll tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini, l-indikazzjonijiet ġeografiċi u t-tikketti ta' kwalità; (d) bagħtet applikazzjoni biex tiġi magħrufa bħala organizzazzjoni interprofessjonali skond dan ir-Regolament lill-Istat Membru kkonċernat, u l-applikazzjoni fiha dawn il-punti li ġejjin: (i) prova li l-entità tilħaq ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a) sa (c); (ii) prova li l-entità twettaq l-attivitajiet tagħha f'waħda jew aktar mir-reġjuni fit-territorju kkonċernat; (iii) prova li l-entità tirrappreżenta sehem sinifikanti tal-produzzjoni jew kummerċ fi prodotti koperti minn dan ir-Regolament; (iv) prova li l-entità ma tiħux sehem fil-produzzjoni jew l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti koperti minn dan ir-Regolament. Artikolu 56 Il-proċedura ta' rikonoxximent 1. L-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent bħala organizzazzjoni interprofessjonali jew tal-produtturi għandhom jitressqu fl-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni hija bbażata, u għandhom jiġu eżaminati mill-istess Stat Membru. 2. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk jingħatax jew jiġi rrifjutat ir-rikonoxximent ta' l-organizzazzjoni fi żmien tliet xhur minn meta tintbagħat l-applikazzjoni. Artikolu 57 Ir-regoli għall-kummerċjalizzazzjoni 1. L-Istati Membri produtturi, sabiex itejbu l-operat tas-suq ta' l-inbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, inklużi l-għeneb, il-most u l-inbejjed rilevanti, b'mod partikolari bl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda minn organizzazzjonijiet interprofessjonali, jistgħu jistipulaw regoli għall-kummerċjalizzazzjoni biex jirregolaw il-provvista, sakemm dawn ir-regoli huma relatati maż-żamma jew ir-rilaxx progressiv tal-prodott. Dawn ir-regoli ma għandhomx: (a) ikunu relatati ma' kwalunkwe tranżazzjoni wara l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodott ikkonċernat; (b) jippermettu l-iffissar tal-prezz, inkluż meta l-prezzijiet huma stipulati bħala gwida jew rakkomandazzjoni; (c) jirrendu indisponibbli proporzjon eċċessiv tal-ħsad li b'mod ieħor kien ikun disponibbli; (d) jipprovdu l-ambitu biex jirrifjutaw li joħorġu ċ-ċertifikati nazzjonali u Komunitarji meħtieġa għaċ-ċirkolazzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni ta' l-inbejjed meta din il-kummerċjalizzazzjoni ssir skond dawn ir-regoli. 2. Ir-regoli li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom jinġiebu għall-attenzjoni ta' l-operaturi, in extenso , f'pubblikazzjoni uffiċjali ta' l-Istat Membru kkonċernat. Artikolu 58 Il-monitoraġġ L-Istati Membri għandhom: (a) iwettqu spezzjonijiet f'intervalli regolari sabiex jiżguraw li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali u tal-produtti jikkonformaw mat-termini u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent stipulati fl-Artikoli 54 u 55; (b) jirrifjutaw ir-rikonoxximent jekk organizzazzjoni interprofessjonali jew tal-produtturi ma għadhiex konformi mar-rekwiżiti rilevanti u jimponu penali fuq dawn l-organizzazzjonijiet fin-nuqqas ta' konformità jew irregolaritajiet. Artikolu 59 Il-komunikazzjoni Sa l-1 ta' Marzu kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni d-deċiżjonijiet jew azzjonijiet li ħadu skond l-Artikoli 56, 57 u l-Artikolu 58 matul is-sena ta' qabel. TITOLU IV IL-KUMMERċ MA' PAJJIżI TERZI Kapitolu I Dispożizzjonijiet komuni Artikolu 60 Il-prinċipji ġenerali 1. Għajr fejn ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament, ir-rati ta' dazju li hemm fit-Tariffa Doganali Komuni għandhom japplikaw għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament. 2. Għajr fejn ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'xi dispożizzjonijiet adottati wara, dan li ġej għandu jkun pprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi: (a) l-imposta ta' kwalunkwe miżata li jkollha l-effett ekwivalenti għal dazju doganali; (b) l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni jew miżura kwantitattiva li jkollha l-effett ekwivalenti. Artikolu 61 In-Nomenklatura Magħquda Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha għandhom japplikaw għall-klassifika tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament. In-nomenklatura tariffarja li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inklużi, skond il-każ, id-definizzjonijiet u l-kategoriji fl-Annessi I u IV għandhom jiġu inklużi fit-Tariffa Doganali Komuni.Kapitolu IIIl-liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni Artikolu 62 Il-liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni 1. Jista' jiġi deċiż, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1), li importazzjonijiet għall-Komunità jew esportazzjonijiet mill-Komunità ta' wieħed jew aktar mill-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 2009 61, 2009 69 u 2204 għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja ta' l-importazzjoni jew ta' l-esportazzjoni. 2. Meta jiġi applikat il-paragrafu 1, għandha titqies il-ħtieġa ta' liċenzji għat-tmexxija tas-swieq ikkonċernati, u b'mod partikolari, fil-kaz ta' liċenzji ta' l-importazzjoni, għall-monitoraġġ ta' l-importazzjonijiet ta' prodotti in kwistjoni. Artikolu 63 Il-ħruġ ta' liċenzji Il-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni għandhom jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta' l-istabbiliment tiegħu fil-Komunità, sakemm Regolament tal-Kunsill jew kwalunkwe att ieħor tal-Kunsill ma jipprovdix mod ieħor, u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni tal-Kapitolu IV. Artikolu 64 Il-validità tal-liċenzji Il-liċenzi ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni għandhom ikunu validi fil-Komunità kollha. Artikolu 65 Is-sigurtà 1. Għajr fejn ipprovdut mod ieħor skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1), il-liċenzji għandhom jinħarġu soġġett għal li tintbagħat garanzija li tassigura li l-prodotti huma importati jew esportati matul il-perjodu tal-validità tal-liċenzja. 2. Apparti f'każijiet ta' force majeure , il-garanzija tintilef kompletament jew parzjalment jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma sseħħx, jew jekk isseħħ biss parzjalment, matul il-perjodu tal-validità tal-liċenzja. Artikolu 66 Il-garanzija speċjali 1. Għal meraq u most li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 2009 61, 2009 69 u 2204 30 li dwarhom l-applikazzjoni tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni tiddependi fuq il-prezz ta' l-importazzjoni tal-prodott, l-ammont reali ta' dak il-prezz għandu jiġi vverifikat jew billi tiġi kkontrollata kull konsenja jew permezz ta' l-użu tal-valur ta' l-importazzjoni b'rata fissa kkalkolata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-kwotazzjonijiet tal-prezz għall-istess prodotti fil-pajjiżi ta' l-oriġini. Jekk il-prezz ta' dħul iddikjarat tal-konsenja jkun ogħla mill-valur ta' l-importazzjoni b'rata fissa, jekk dan ikun applikabbli, miżjud b'marġini adottat skond il-paragrafu 2 li ma jistax jaqbeż il-valur tar-rata fissa b'aktar minn 10%, jeħtieġ li tiġi kkostitwita garanzija ugwali għad-dazji ta' l-importazzjoni determinati fuq il-bażi tal-valur ta' l-importazzjoni b'rata fissa. Jekk il-prezz tad-dħul tal-konsenja ma jkunx iddikjarat, l-applikazzjoni tat-Tariffa Doganali Komuni għandha tiddependi fuq il-valur ta' l-importazzjoni b'rata fissa jew fuq l-applikazzjoni, skond il-kundizzjonijiet li jridu jiġu ddeterminati skond il-paragrafu 2, tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġislazzjoni doganali. 2. Fil-każ li d-derogi mill-Kunsill imsemmija fil-punti B.5 jew C ta' l-Anness VI jiġu applikati għall-prodotti importati, l-importaturi għandhom jikkostitwixxu garanzija għal dawk il-prodotti ma' l-awtoritajiet doganali nominati fil-ħin tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa. Il-garanzija għandha tkun rilaxxata malli l-importatur jippreżenta prova, għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, li l-most ikun inġieb f'meraq ta' l-għeneb, użat fi prodotti oħra 'l barra mis-settur ta' l-inbid jew, jekk ikun ġie vvinifikat, ikun ġie ttikkettjat kif xieraq. Artikolu 67 Ir-regoli ta' l-implimentazzjoni Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1). B'mod partikolari, dawn ir-regoli jistgħu jinkludu: (a) l-issettjar ta' kriterji biex jiġi determinat liema metodu ta' kontroll għandu jiġi applikat; (b) liema fatturi ser jitqiesu fil-kalkolu ta' valuri ta' l-importazzjoni b'rata fissa; (c) il-livell ta' garanziji msemmija fl-Artikoli 65 u 66 u r-regoli li jirregolaw ir-rilaxx tagħhom; (d) fejn applikabbli, il-lista ta' prodotti li fir-rigward tagħhom il-liċenzji ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni huma meħtieġa; (e) fejn applikabbli, il-kundizzjonijiet li fuqhom għandhom jinħarġu liċenzji u l-perjodu ta' validità tagħhom. Kapitolu III Miżuri ta' salvagwardja Artikolu 68 Miżuri ta' salvagwardja 1. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri ta' salvagwardja kontra importazzjonijiet għall-Komunità, soġġett għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 519/94[24] u (KE) Nru 3285/94[25]. 2. Għajr fejn ipprovdut mod ieħor fi kwalunkwe att ieħor tal-Kunsill, miżuri ta' salvagwardja kontra importazzjoniiet għall-Komunità rregolati bi ftehimiet internazzjonali magħmula skond l-Artikolu 300 tat-Trattat għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni skond il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. 3. Miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jittieħdu mill-Kummissjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni fir-rigward tagħha fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol wara li tkun irċevietha. L-Istati Membri għandhom jiġu mgħarrfa b'dawn il-miżuri, li għandhom jiġu applikati fil-pront. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni skond il-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu referiti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn meta ġew nnotifikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa' mingħajr dewmien. Il-Kunsill jista', waqt li jaġixxi bil-maġġoranza kwalifikati, jemenda jew jirrevoka l-miżuri kkonċernati fi żmien xahar mid-data li kienu rreferuti lilu. 4. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li kwalunkwe miżura ta' salvagwardja meħuda skond il-paragrafi 1 jew 2 trid tiġi revokata jew emendata, għandha tipproċedi kif ġej: (a) meta l-miżura twaqqfet mill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tipproponi lill-Kunsill li din tiġi revokata jew emendata. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata; (b) fil-każijiet l-oħra kollha, il-miżuri Komunitarji ta' salvagwardja għandhom jiġu revokati jew emendati mill-Kummissjoni. Artikolu 69 Dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni 1. Dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni għandu japplika għal importazzjonijiet, soġġetti għar-rata ta' dazju stipulata fl-Artikolu 60(1), tal-meraq ta' l-għeneb u l-most meta indikati bi klawżola ta' salvagwardja speċjali (“SSG”) fil-Ftehim dwar Agrikoltura konkluż matul is-Sensiela ta' Negozjati Multilaterali ta' l-Urugwaj dwar il-Kummerċ, sabiex jiġu evitati u missielta l-effetti ħżiena fuq is-suq Komunitarju li jistgħu jirriżultaw minn dawn l-importazzjonijiet, jekk: (a) l-importazzjonijiet isiru bi prezz aktar baxx mil-livell innotifikat mill-Komunità lid-WTO, jew (b) il-volum ta' importazzjonijiet fi kwalunkwe sena jaqbeż ċertu livell. Il-volum imsemmi fil-punt (b) għandu jkun ibbażat fuq l-opportunitajiet għal aċċess fis-suq, definit, fejn applikabbli, bl-importazzjonijiet bħala perċentwal tal-konsum domestiku korrispondenti matul it-tliet snin ta' qabel. 2. Ma għandux ikun hemm dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni meta l-importazzjonijiet aktarx li ma jgħawġux is-suq Komunitarju, jew fejn l-effetti kieku jkunu sproporzjonati ma' l-għan intenzjonat. 3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a), il-prezzijiet ta' importazzjoni għandhom jiġu determinati fuq il-bażi tal-prezzijiet cif ta' l-importazzjoni tal-konsenja kkonċernata. Il-prezzijiet cif ta' l-importazzjoni għandhom jiġu ċċekkjati mal-prezzijiet rappreżentattivi tal-prodott fuq is-suq dinji jew fuq is-suq Komunitarju ta' importazzjoni għal dak il-prodott. Artikolu 70 Is-sospensjoni ta' l-arranġamenti ta' l-ipproċessar lejn l-intern jew lejn l-estern 1. Meta s-suq Komunitarju jiġi mfixkel jew ikun aktarx se jitgħawweġ minħabba arranġamenti ta' l-ipproċessar lejn l-intern jew lejn l-estern, jista' jiġi deċiż, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess, u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1), li jiġi sospiż kompletament jew parzjalment l-użu ta' arranġamenti ta' l-ipproċessar lejn l-intern jew lejn l-estern għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol minn meta tkun irċeviet it-talba. L-Istati Membri għandhom jiġu mgħarrfa b'dawn il-miżuri, li għandhom jiġu applikati fil-pront. Miżuri deċiżi skond l-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu referiti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol minn meta kienu nnotifikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa' mingħajr dewmien. Il-Kunsill jista', waqt li jaġixxi bil-maġġoranza kwalifikati, jemenda jew jirrevoka l-miżuri kkonċernati fi żmien xahar mid-data li kienu rreferuti lilu. 2. Għal finijiet neċessarji għal funzjonament tajjeb ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid, l-użu ta' arranġamenti ta' l-ipproċessar lejn l-intern jew lejn l-estern għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament jista' jiġi pprojbit parzjalment jew kompletament mill-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 37(2) tat-Trattat. Artikolu 71 Ir-regoli ta' l-implimentazzjoni Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1). Kapitolu IV Regoli li japplikaw għall-importazzjoni Artikolu 72 Ir-rekwiżiti għall-importazzjoni 1. Għajr fejn ipprovdut mod ieħor, b'mod partikolari fi ftehimiet konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat, id-dispożizzjonijiet rigward denominazzjonijiet ta' l-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi u tikkettar stipulati fil-Kapitoli III u IV tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament kif ukoll l-Artikolu 19(2) għandhom japplikaw għal prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 2009 61, 2009 69 u 2204 li huma importati fil-Komunità. 2. Għajr fejn ipprovdut mod ieħor fi ftehimiet konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat, prodotti imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jridu jiġu manifatturati skond il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet rakkomandati mill-OIV jew awtorizzati mill-Komunità skond dan ir-Regolament u r-regoli ta' l-implimentazzjoni tiegħu. 3. L-importazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta: (a) ċertifikat li jixhed il-konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, li jrid jinħareġ minn entità kompetenti, inkluża f'lista li trid tiġi determinata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1), fil-pajjiż li minnu ġej il-prodott; (b) rapport ta' analiżi li jinħareġ minn entità jew dipartiment nominat mill-pajjiż li minnu ġej il-prodott, sakemm il-prodott huwa maħsub għall-konsum dirett tal-bniedem. Artikolu 73 Il-kwoti tariffarji 1. Il-kwoti tariffarji ta' l-importazzjoni għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat jew minn xi att ieħor tal-Kunsill għandhom jinfetħu u jkunu amministrati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1). 2. Il-kwoti tariffarji għandhom jiġu amminstrati b'mod li jevita kull diskriminazzjoni bejn l-operaturi kkonċernati, billi tiġi applikata waħda mill-metodi li ġejjin jew taħlita tagħhom jew metodu ieħor xieraq: (a) metodu bbażat fuq l-ordni kronoloġika tad-depożitu ta' applikazzjonijiet (prinċipju ta' "min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel"); (b) metodu ta' distribuzzjoni bi proporzjon għall-kwantitajiet mitluba meta l-applikazzjonijiet ġew depożitati (permezz tal-"metodu ta' eżami simultanju"); (c) (ċ) metodu bbażat fuq li jitqiesu mudelli tradizzjonali ta' kummerċ (permezz tal-"metodu tradizzjonali/wasla ġdida"). 3. Il-metodu ta' l-amministrazzjoni adottat għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji għandu, fejn xieraq, jagħti każ biżżejjed tal-ħtiġijiet tal-provvista tas-suq Komunitarju u tal-ħtieġa li jiġi ssalvagwardjat il-bilanċ ta' dak is-suq. Artikolu 74 Ir-regoli ta' l-implimentazzjoni Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1). B'mod partikolari, dawn ir-regoli jistgħu jinkludu: (a) garanziji li jkopru n-natura, il-provenjenza u l-oriġini tal-prodott; (b) rikonoxximent tad-dokument użat biex jiġu vverifikati il-garanziji msemmija fil-punt (a). TITOLU V IL-POTENZJAL TAL-PRODUZZJONI Kapitolu I Taħwil illegali Artikolu 75 Taħwil illegali li jkun sar wara l-1 ta' Settembru 1998 1. Il-produtturi għandhom jaqilgħu d-dwieli minn vinji bi spejjeż tagħhom mingħajr dritt għat-taħwil korrispondenti wara l-1 ta' Settembru 1998. 2. Sakemm jinqalgħu d-dwieli, skond il-paragrafu 1, għeneb u prodotti magħmulin minn għeneb miż-żoni msemmija f'dak il-paragrafu jistgħu jiddaħħlu fis-suq għal skopijiet ta' distillazzjoni biss. Il-prodotti li jirriżultaw mid-distillazzjoni ma jistgħux jintużaw fil-fabbrikazzjoni ta' alkoħol b'qawwa alkoħolika reali ta' 80% vol. jew anqas. 3. Wara l-31 ta' Diċembru 2008, l-Istati Membri għandhom jimponu penali, progressivi skond il-gravità, il-firxa u t-tul ta' żmien tan-nuqqas ta' konformità, fuq produtturi li ma kkonformawx ma' dan l-obbligu tal-qlugħ tad-dwieli. 4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sa l-1 ta' Marzu ta' kull sena l-erja mħawla bid-dwieli mingħajr dritt għat-taħwil korrispondenti wara l-1 ta' Settembru 1998, kif ukoll l-erja ta' dwieli maqlugħa skond il-paragrafu 1. 5. It-tmiem tal-projbizzjoni tranżitorja fuq it-taħwil ġdid fil-31 ta' Diċembru 2013, kif ipprovdut fl-Artikolu 80(1), ma għandux jolqot l-obbligi rregolati b'dan l-Artikolu. Artikolu 76 Ir-regolarizzazzjoni obbligatorja tat-taħwil illegali li jkun sar qabel l-1 ta' Settembru 1998 1. Il-produtturi għandhom, kontra l-ħlas ta' miżata u mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009, jirregolarizzaw żoni ta' vinji mingħajr id-dritt tat-taħwil korrispondenti qabel l-1 ta' Settembru 1998. L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal żoni regolarizzati skond il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999. 2. Il-miżata msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri. Għandha tkun ekwivalenti għall-anqas għall-valur medju doppju tad-dritt tat-taħwil korrispondenti fir-reġjun ikkonċernat. 3. Sakemm issir ir-regolarizzazzjoni skond il-paragrafu 1, għeneb jew prodotti magħmulin minn għeneb miż-żoni msemmija f'dak il-paragrafu jistgħu jiddaħħlu fis-suq għal skopijiet ta' distillazzjoni biss. Dawn il-prodotti ma jistgħux jintużaw fil-fabbrikazzjoni ta' alkoħol b'qawwa alkoħolika reali ta' 80% vol. jew anqas. 4. Il-produtturi kkonċernati għandhom jaqilgħu d-dwieli bi spejjeż tagħhom stess minn zoni illegali msemmija fil-paragrafu 1 li ma humiex regolarizzati skond il-paragrafu 1 sal-31 ta' Diċembru 2009. L-Istati Membri għandhom jimponu penali, progressivi skond il-gravità, il-firxa u t-tul ta' żmien tan-nuqqas ta' konformità, fuq produtturi li ma kkonformawx ma' dan l-obbligu tal-qlugħ tad-dwieli. 5. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, sa l-1 ta' Marzu ta' kull sena, dwar: (a) l-erjas mħawla bi dwieli mingħajr id-dritt għat-taħwil korrispondenti qabel l-1 ta' Settembru 1998; (b) l-erjas regolarizzati skond il-paragrafu 1, il-miżati pprovduti f'dak il-paragrafu kif ukoll il-valur medju tad-drittijiet tat-taħwil reġjonali kif ipprovdut fil-paragrafu 2. L-Istati Membri għandhom, għall-ewwel darba sa l-1 ta' Marzu 2010, jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-erjas ta' dwieli maqlugħa skond l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4. 6. It-tmiem tal-projbizzjoni tranżitorja fuq taħwil ġdid fil-31 ta' Diċembru 2013, kif ipprovdut fl-Artikolu 80(1), ma għandux jolqot l-obbligi rregolati fil-paragrafi 3, 4 u 5. Artikolu 77 Id-distillazzjoni 1. L-Istati Membri għandhom jitolbu prova tad-distillazzjonijiet skond l-Artikoli 75(2) u 76(3) fil-forma ta' kuntratti ta' distillazzjoni sottomessi mill-produtturi. 2. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw l-eżistenza tal-kuntratti ta' distillazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Għandhom jimponu penali fil-każ ta' nuqqas ta' konformità. 3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-erjas soġġetti għad-distillazzjoni u l-volumi ta' alkoħol korrispondenti. Artikolu 78 Miżuri ta' akkumpanjament L-erjas msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 75(1) u fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 76(1), sakemm mhumiex regolarizzati, ma għandhomx jibbenifikaw minn xi miżuri ta' appoġġ Komunitarji jew nazzjonali. Artikolu 79 Ir-regoli ta' l-implimentazzjoni Regoli dettaljati ta' l-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1). B'mod partikolari, dawn ir-regoli jistgħu jinkludu: (a) dettalji tal-ħtiġijiet komunikattivi ta' l-Istati Membri inkluż it-tnaqqis possibbli ta' l-allokazzjonijiet tal-baġit imsemmija fl-Anness II fil-każ ta' nuqqas ta' konformità; (b) dettalji tal-penali li jridu jiġu imposti mill-Istati Membri fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ma' l-obbligi stipulati fl-Artikoli 75, 76 u 77. Kapitolu II Sistema tranżitorja tad-dritt ta' taħwil Artikolu 80 Projbizzjoni tranżitorja tat-taħwil ta' dwieli 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18, u b'mod partikolari għat-tielet paragrafu tiegħu, it-taħwil tad-dwieli tal-varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid ikklassifikati msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 18(1) għandu jkun pprojbit sal-31 ta' Diċembru 2013. 2. Sal-31 ta' Diċembru 2013, it-tilqim mill-ġdid ta' varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 18(1) minn varjetajiet oħra barra varjetajiet ta' l-għeneb ta' l-inbid msemmija f'dak l-Artikolu għandu jkun ukoll pprojbit. 3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, it-taħwil u t-tilqim mill-ġdid kif imsemmija f'dawk il-paragrafi għandhom ikunu permessi jekk koperti minn: (a) dritt ta' taħwil ġdid, kif irregolat fl-Artikolu 81; (b) dritt ta' taħwil mill-ġdid, kif irregolat fl-Artikolu 82; (c) dritt ta' taħwil mogħti minn riserva kif irregolat mill-Artikoli 83 u 84. 4. Id-drittijiet tat-taħwil imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jingħataw f'ettari. 5. L-Artikoli 81 sa 86 għandhom japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2013. Artikolu 81 Id-drittijiet ta' taħwil ġdid 1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu drittijiet ta' taħwil ġdid lill-produtturi fir-rigward ta' żoni: (a) maħsuba għal taħwil ġdid li jsir permezz tal-miżuri għall-konsolidazzjoni ta' l-art jew miżuri li jikkonċernaw xiri obbligatorju fl-interess pubbliku adottati permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, (b) maħsuba għal skopijiet esperimentali; (c) maħsuba għal mixtliet għat-tilqim; (d) li l-prodotti ta' l-inbid jew tad-dwieli tagħhom huma maħsubin biss għall-konsum mill-familja tal-produttur ta' l-inbid. 2. Id-drittijiet ta' taħwil ġdid mogħtija għandhom: (a) jiġu eżerċitati mill-produttur li jingħatawlu; (b) jintużaw qabel it-tmiem tat-tieni sena ta' l-għasra wara dik li ngħataw fiha; (c) jintużaw għall-iskopijiet li għalihom ingħataw. Artikolu 82 Id-drittijiet ta' taħwil mill-ġdid 1. L-Istati Membri għandhom jagħtu drittijiet ta' taħwil mill-ġdid lill-produtturi li jkunu qalgħu żona tad-dwieli. Madankollu, l-ebda dritt ta' taħwil mill-ġdid ma jista' jingħata fir-rigward ta' żoni li għalihom ingħata primjum għall-qlugħ ta' dwieli skond il-Kapitolu III. 2. L-Istati Membri jistgħu jagħtu drittijiet ta' taħwil mill-ġdid lill-produtturi li jkunu impenjaw ruħhom li jaqilgħu żona tad-dwieli. F'dawn il-każijiet, il-qlugħ tad-dwieli miż-żona marbuta, li għalihom ingħataw id-drittijiet ta' taħwil mill-ġdid, għandu jsir sa mhux aktar tard minn tmiem it-tielet sena minn meta tħawlu d-dwieli ġodda. 3. Id-drittijiet ta' taħwil mill-ġdid għandhom jikkorrispondu b'ekwivalenza maż-żona li nqalgħu d-dwieli minnha f'termini ta' uċuħ puri. 4. Id-drittijiet ta' taħwil mill-ġdid għandhom jiġu eżerċitati fuq l-oqsma li fir-rigward tagħhom ikunu ġew mogħtija. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw ukoll li dawn id-drittijiet ta' taħwil mill-ġdid jistgħu jiġu eżerċitati biss fiż-żona fejn ikun sar il-qlugħ. 5. B'deroga mill-paragrafu 4, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-drittijiet ta' taħwil mill-ġdid jistgħu jiġu trasferiti, totalment jew parzjalment, lejn oqsma oħra fl-istess Stat Membru meta: (a) parti mill-oqsma kkonċernati tkun trasferita lejn dak il-qasam l-ieħor; (b) erjas fuq dak il-qasam l-ieħor huma maħsuba: - għall-produzzjoni ta' nbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, jew - għall-koltivazzjoni ta' mixtliet għat-tilqim. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-applikazzjoni ta' dawn id-derogi rregolati fl-ewwel subparagrafu ma twassalx għal żieda ġenerali fil-potenzjal tal-produzzjoni fit-territorju tagħhom, partikolarment meta jsiru trasferimenti minn żoni mhux imsoqqija għal żoni msoqqija. 6. Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal drittijiet simili għad-drittijiet ta' taħwil mill-ġdid miksuba skond leġiżlazzjoni Komunitarja jew nazzjonali ta' qabel. 7. Id-drittijiet ta' taħwil mill-ġdid mogħtija skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandhom jintużaw matul il-perjodi pprovduti fl-istess Artikolu. Artikolu 83 Riserva nazzjonali u reġjonali tad-drittijiet ta' taħwil 1. Sabiex titjieb it-tmexxija tal-potenzjal ta' produzzjoni, l-Istati Membri għandhom joħolqu riserva nazzjonali jew riservi reġjonali ta' drittijiet ta' taħwil. 2. L-Istati Membri li stabbilixxew riservi nazzjonali jew reġjonali ta' drittijiet ta' taħwil skond ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jistgħu jżommu dawk ir-riservi sal-31 ta' Diċembru 2013. 3. Id-drittijiet ta' taħwil li ġejjin għandhom jiġu allokati lir-riservi nazzjonali jew reġjonali jekk ma jintużawx fiż-żmien preskritt: (a) drittijiet ta' taħwil ġdid; (b) drittijiet ta' taħwil mill-ġdid; (c) għoti ta' drittijiet ta' taħwil mir-riserva. 4. Il-produtturi jistgħu jittrasferixxu drittijiet ta' taħwil mill-ġdid għar-riservi nazzjonali jew reġjonali. Il-kundizzjonijiet ta' dan it-trasferiment, mogħti, fejn meħtieġ, għal pagament minn fondi nazzjonali, għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri b'qies għall-interessi leġittimi tal-partijiet. 5. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jimplimentawx sistema ta' riserva sakemm ikunu jistgħu jagħtu prova li teżisti sistema alternattiva effettiva għal ġestjoni tad-drittijiet ta' taħwil fit-territorju tagħhom. Is-sistema alternattiva tista', meta dan ikun meħtieġ, tidderoga mid-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan il-Kapitolu. L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għal Stati Membri li jwaqqfu l-operat ta' riservi nazzjonali jew reġjonali skond ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999. Artikolu 84 L-għoti ta' drittijiet ta' taħwil mir-riserva 1. L-Istati Membri jistgħu jagħtu drittijiet minn riserva: (a) mingħajr ħlas, lill-produtturi li huma taħt l-eta' ta' 40 sena, li jkollhom l-esperjenza u l-kompetenza tas-sengħa adegwata, li jkunu qegħdin jistabbilixxu għall-ewwel darba qasam ta' produzzjoni ta' l-inbid u li jkunu stabbiliti bħala l-kap tal-qasam; (b) bi ħlas għal fondi nazzjonali jew, fejn xieraq, fondi reġjonali, lill-produtturi li jkunu biħsiebhom jużaw id-drittijiet biex iħawlu vinji bi żbokk assigurat għall-produzzjoni tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kriterji għall-istipular ta' l-ammonti tal-ħlas imsemmija fil-punt (b), li jistgħu jvarjaw skond il-prodott finali intenzjonat tal-vinji kkonċernati u skond il-perjodu tranżitorju li jibqa' li matulu tapplika l-projbizzjoni fuq it-taħwil ġdid kif irregolata fl-Artikoli 80(1) u (2). 2. Meta jintużaw drittijiet ta' taħwil mogħtija minn riserva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li: (a) il-post, il-varjetajiet u t-tekniki ta' koltivazzjoni użati jiggarantixxu li l-produzzjoni sussegwenti hija addattata għad-domanda tas-suq; (b) il-livelli ta' ħsad mill-oqsma huma tipiċi tal-medja fir-reġjun, b'mod partikolari fejn id-drittijiet ta' taħwil li oriġinaw f'żoni mhux imsoqqija jiġu użati f'żoni msoqqija. 3. Id-drittijiet ta' taħwil mogħtija minn riserva li ma jintużawx qabel tmiem it-tieni sena ta' l-għasra wara dik li fiha ngħataw jintilfu u jiġu rijallokati għar-riserva. 4. Id-drittijiet ta' taħwil f'riserva, li ma jitħallsux qabel tmiem il-ħames sena ta' l-għasra wara l-allokazzjoni tagħhom għar-riserva, għandhom jispiċċaw. 5. Meta Stat Membru joħloq riservi reġjonali, jista' jistipula regoli li jippermettu t-trasferiment tad-drittijiet ta' taħwil bejn riservi reġjonali. Jekk kemm ir-riservi reġjonali kif ukoll nazzjonali jeżistu fi Stat Membru, dan jista' jippermetti wkoll trasferiment bejn dawk ir-riservi. It-trasferimenti jistgħu jkunu soġġetti għal koeffiċjent ta' tnaqqis. Artikolu 85 De minimis Dan il-Kapitolu ma għandux japplika fi Stati Membri fejn il-produzzjoni ta' l-inbid ma taqbiżx il-25 000 ettolitru għal kull sena ta' l-għasra. Din il-produzzjoni għandha tiġi kkalkolata fuq il-bażi tal-produzzjoni medja matul l-aħħar ħames snin ta' l-għasra. Artikolu 86 Regoli nazzjonali aktar stretti L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli nazzjonali aktar stretti għall-għotja ta' drittijiet ta' taħwil ġdid jew ta' taħwil mill-ġdid. Jistgħu jirrikjedu li l-applikazzjonijiet rispettivi u l-informazzjoni rilevanti meħtieġa jiġu ssupplimentati b'informazzjoni addizzjonali meħtieġa għal monitoraġġ ta' l-iżvilupp tal-potenzjal tal-produzzjoni. Artikolu 87 Ir-regoli ta' l-implimentazzjoni Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1). Dawn ir-regoli jistgħu partikolarment jinkludu: (a) dispożizzjonijiet sabiex jiġi evitat ħlas amministrattiv eċċessiv meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu; (b) il-koeżistenza ta' dwieli permezz ta' l-Artikolu 82(2); (c) l-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta' tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 84(5). Kapitolu III Skema ta' qlugħ tad-dwieli Artikolu 88 L-ambitu u d-definizzjoni 1. Dan il-Kapitolu jistipula l-kundizzjonijiet li fihom il-vitikulturi għandhom jirċievu primjum talli qalgħu d-dwieli (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "primjum għall-qlugħ tad-dwieli"). 2. Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, “qlugħ tad-dwieli” tfisser it-tneħħija totali tad-dwieli kollha minn fuq raba' mħawwel bid-dwieli. Artikolu 89 It-tul ta' żmien ta' l-iskema L-iskema tal-qlugħ tad-dwieli għandha tapplika sa tmiem is-sena ta' l-għasra 2012/2013. Artikolu 90 Kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà Il-primjum għall-qlugħ tad-dwieli jista' jingħata biss jekk iż-żona kkonċernata hija konformi ma' dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) ma rċevitx appoġġ Komunitarju għar-ristrutturar u trasformazzjoni matul l-aħħar għaxar snin ta' l-għasra ta' qabel il-qlugħ; (b) ma rċevitx appoġġ Komunitarju taħt l-ebda organizzazzjoni oħra tas-suq komuni matul l-aħħar ħames snin ta' l-għasra ta' qabel il-qlugħ; (c) hija kkoltivata; (d) mhix iżgħar minn 0.1 ettaru; (e) ma ġietx imħawla kontra l-ebda dispożizzjoni Komunitarja jew nazzjonali applikabbli; (f) hija mħawla b'varjetà ta' għeneb ta' l-inbid ikklassifikata mill-Istati Membri kkonċernati skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 18(1). Minkejja il-punt (e), iż-żoni rregolarizzati skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u l-Artikolu 76(1) ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu eliġibbli għall-primjum għall-qlugħ tad-dwieli. Artikolu 91 L-ammont tal-primjum għall-qlugħ tad-dwieli 1. L-iskali għall-għoti ta' primjums għall-qlugħ tad-dwieli għandhom ikunu ffissati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1). 2. L-ammont speċifiku tal-primjum għall-qlugħ tad-dwieli għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri fl-iskali msemmija fil-paragrafu 1 u abbażi tal-livelli tal-ħsad storiċi tar-raba' kkonċernat. Artikolu 92 Il-proċedura u l-baġit 1. Il-produtturi interessati għandhom jibagħtu l-applikazzjonijiet għal primjum għall-qlugħ tad-dwieli lill-awtoritajiet rispettivi ta' l-Istati Membri sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru ta' kull sena. 2. L-awtoritajiet ta' l-Istati Membri għandhom jipproċessaw l-applikazzjonijiet eliġibbli u jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-15 ta' Ottubru ta' kull sena, bl-erja u l-ammonti totali inklużi f'dawk l-applikazzjonijiet, maqsuma skond ir-reġjun u skond il-firxa tal-livelli tal-ħsad. 3. Il-baġit annwali massimu għall-iskema tal-qlugħ tad-dwieli hija stipulata fl-Anness VII. 4. Sal-15 ta' Novembru ta' kull sena, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1), jekk l-ammont kumplessiv notifikat lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jaqbeż ir-riżorsi tal-baġit disponibbli, għandu jiġi stipulat perċentwal uniku għall-aċċettazzjoni ta' l-ammonti notifikati. 5. Sal-15 ta' Jannar ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw l-applikazzjonijiet: (a) għall-erjas totali li għalihom saru l-applikazzjonijiet jekk il-Kummissjoni ma stipulatx perċentwal kif imsemmi fil-paragrafu 4, jew (b) għall-erjas kkalkolati mill-applikazzjoni tal-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 4 abbażi ta' kriterji oġġettivi u non-diskriminatorji. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sat-30 ta' Jannar ta' kull sena bl-applikazzjonijiet aċċettati maqsuma skond ir-reġjun, skond il-firxa tal-livelli tal-ħsad u skond l-ammont totali tal-primjums għall-qlugħ tad-dwieli mħallsa għal kull reġjun. 6. Għas-sena ta' l-għasra ta' qabel, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-15 ta' Settembru ta' kull sena: (a) l-erjas li minnhom nqalgħu d-dwieli maqsuma skond ir-reġjun u skond il-firxa tal-livelli tal-ħsad; (b) l-ammont totali tal-primjums għall-qlugħ tad-dwieli mħallsa għal kull reġjun. Artikolu 93 Il-kundizzjonalità Meta jinstab li l-bdiewa ma jkunux konformi fl-azjendi tagħhom, fi kwalunkwe żmien matul ħames snin mill-pagament tal-primjum għall-qlugħ tad-dwieli, mar-rekwiżiti statutorji ta' tmexxija u l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba msemmija fl-Artikoli 3 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-ammont tal-pagament, meta n-nuqqas ta’ konformità huwa riżultat ta' azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni li ġejja mill-bidwi direttament, għandu jitnaqqas jew jiġi kkanċellat, parti minnu jew kollu skond il-gravità, il-firxa, il-permanenza u r-repetizzjoni tan-nuqqas ta’ konformità. Fejn applikabbli, il-bidwi għandu jinġiegħel jrodd lura l-pagament skond il-kundizzjonijiet stipulati fid-dispożizzjonijiet relatati. Ir-regoli għandhom ikunu ddeterminati skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 144(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 dwar tnaqqis sħih jew parzjali jew irkupru ta' l-appoġġ mill-Istat Membru kkonċernat. Artikolu 94 Eżenzjonijiet 1. Stat Membru jista' jiddeċiedi li ma jaċċettax aktar applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 92(1) ladarba l-erja kumplessiva li nqalgħu d-dwieli minnha fit-territorju tiegħu laħqet l-10% ta' l-erja tiegħu ta' vinji kif imsemmi fl-Anness VIII. 2. L-Istati Membri jistgħu jiddikjaraw vinji f'muntanji u li jinsabu f'għoljiet weqfin, ineliġibbli għall-iskema tal-qlugħ tad-dwieli skond il-kundizzjonijiet li jiġu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1). 3. L-Istati Membri jistgħu jiddikjaraw żoni ineliġibbli għall-iskema tal-qlugħ tad-dwieli meta l-applikazzjoni ta' l-iskema ma tkunx kompatibbli ma' kwistjonijiet ambjentali. Dawk iż-żoni ddikjarati ineliġibbli ma għandhomx jaqbżu it-2% ta' l-erja totali mħawla bi dwieli kif imsemmi fl-Anness VIII. 4. L-Istati Membri li jiddeċiedu li jagħmlu użu mill-possibbiltà pprovduta fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sa l-1 ta' Awissu ta' kull sena u għall-ewwel darba fl-1 ta' Awissu 2008, rigward kif ser tiġi implimentata l-miżura tal-qlugħ tad-dwieli: (a) iż-żoni ddikjarati ineliġibbli; (b) il-ġustifikazzjoni ta' l-ineliġibbiltà skond il-paragrafi 2 u 3. 5. L-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lill-produtturi f'dawk iż-żoni ddikjarati ineliġibbli skond il-paragrafi 2 u 3 għal miżuri oħra ta' appoġġ stipulati f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari, fejn applikabbli, il-miżura ta' ristrutturar u trasformazzjoni skond il-programmi ta' appoġġ u l-miżuri ta' żvilupp rurali. Artikolu 95 Skema ta' pagament uniku 1. Il-bdiewa li jipparteċipaw fl-iskema tal-qlugħ tad-dwieli għandhom jirċievu drittijiet għall-pagament, għaż-żoni kkonċernati, skond il-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. 2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont tad-drittijiet għall-pagament imsemmija fil-paragrafu 1 għal żoni mħawla bid-dwieli li ġew maqlugħa skond dan il-Kapitolu għall-medja reġjonali tal-valur tad-drittijiet għall-pagament tar-reġjun korrispondenti, li ma għandux jaqbeż it-EUR 350/ettaru fi kwalunkwe każ. Sakemm tispiċċa s-sena ta' l-għasra 2012/2013, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sal-15 ta' Settembru ta' kull sena, il-medja reġjonali ta' pagamenti uniċi użata għall-istipular tad-drittijiet għall-pagament. Artikolu 96 De minimis Dan il-Kapitolu ma għandux japplika fi Stati Membri fejn il-produzzjoni ta' l-inbid ma taqbiżx il-25 000 ettolitru għal kull sena ta' l-għasra. Din il-produzzjoni għandha tiġi kkalkolata fuq il-bażi tal-produzzjoni medja matul l-aħħar ħames snin ta' l-għasra. Artikolu 97 Għajnuna nazzjonali komplimentari L-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna nazzjonali komplimentari għall-qlugħ tad-dwieli flimkien mal-primjum mogħti għall-qlugħ tad-dwieli. Artikolu 98 Ir-regoli ta' l-implimentazzjoni Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1). B'mod partikolari, dawn ir-regoli jistgħu jinkludu: (a) l-iskali u l-livelli tal-primjums imsemmija fl-Artikolu 91; (b) regoli dettaljati dwar il-kundizzjonalità; (c) il-kriterji għal eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 94; (d) il-ħtiġijiet ta' rappurtar mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta' l-iskema tal-qlugħ tad-dwieli, inklużi il-penali f'każ ta' dewmien fir-rappurtar u l-informazzjoni li l-Istati Membri jagħtu lill-produtturi dwar id-disponibbiltà ta' l-iskema, (e) il-ħtiġijiet ta' rappurtar rigward l-għajnuna nazzjonali komplimentari; (f) skadenzi għall-pagamenti.Titolu VIDispożizzjonijiet ġenerali Artikolu 99 Ir-reġistru tal-vinji L-Istati Membri għandhom iżommu reġistru tal-vinji li jkun fih informazzjoni aġġornata dwar il-potenzjal ta' produzzjoni. Artikolu 100 L-inventarju Abbażi tar-reġistru tal-vinji msemmi fl-Artikolu 99, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, sa l-1 ta' Marzu ta' kull sena, inventarju aġġornat tal-potenzjal ta' produzzjoni tagħhom. Artikolu 101 It-tul ta' żmien tar-reġistru tal-vinji u l-inventarju Jista' jiġi deċiż, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1), li l-Artikoli 99 u 100 ma japplikawx aktar fi kwalunkwe data wara l-1 ta' Jannar 2014. Artikolu 102 Dikjarazzjonijiet obbligatorji 1. Il-produtturi ta' l-għeneb għall-produzzjoni ta' l-inbid u l-produtturi tal-most u ta' l-inbid għandhom jiddikjaraw kull sena il-kwantitajiet li jkunu pproduċew mill-aħħar ħsad lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. 2. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu wkoll li n-negozjanti ta' l-għeneb għall-produzzjoni ta' l-inbid jiddikjaraw kull sena l-kwantitajiet kummerċjalizzati mill-aħħar ħsad. 3. Il-produtturi tal-most u ta' l-inbid, u n-negozjanti apparti minn bejjiegħa bl-imnut, għandhom jiddikjaraw kull sena l-ħażniet tagħhom tal-most u ta' l-inbid, kemm jekk ikunu mill-ħsad tas-sena attwali kif ukoll jekk ikunu mill-ħsad ta' snin preċedenti, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Il-most u l-inbid importati minn pajjiżi terzi għandhom jiġu ddikjarati separatament. Artikolu 103 Dokumenti ta' akkumpanjament u reġistru 1. Il-prodotti koperti minn dan ir-Regolament jistgħu jitpoġġew f'ċirkolazzjoni ġewwa l-Komunità biss b'dokument ta' akkumpanjament li huwa uffiċjalment ivverifikat. 2. Persuni naturali jew legali jew grupp ta' persuni li jżommu dawn il-prodotti koperti minn dan ir-Regolament fl-eżerċizzju tal-kummerċ tagħhom, b'mod partikolari l-produtturi, il-bottiljaturi u l-proċessuri, kif ukoll in-negozjanti li għandhom ikunu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1), għandhom iżommu reġistri ta' l-oġġetti deħlin u ħerġin fir-rigward ta' dawn il-prodotti. Artikolu 104 Il-proċedura tal-kumitat tat-tmexxija 1. Għajr fejn ipprovdut mod ieħor, fejn il-kompetenzi huma mogħtija lill-Kummissjoni f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat tat-Tmexxija. Għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal xahar. 2. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu. Artikolu 105 Riżorsi finanzjarji Il-miżuri kif provduti fil-Kapitolu I tat-Titolu II u l-Kapitolu III tat-Titolu V għandhom jikkostitwixxu interventi biex jirregolaw is-swieq agrikoli kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, bl-eċċezzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 95 ta' dan ir-Regolament, li għandu jikkostitwixxi pagamenti diretti lil bdiewa skond l-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. Artikolu 106 L-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni 1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-aktar għal monitoraġġ u analiżi tas-suq u għal konformità ma' l-obbligi internazzjonali rigward il-prodotti koperti minn dan ir-Regolament. 2. Regoli dettaljati għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1) biex jiġi determinat liema informazzjoni hija meħtieġa għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, kif ukoll dwar il-forma, il-kontenut, il-ħin u l-iskadenzi tagħha, u l-arranġamenti għat-trasmissjoni jew għad-disponibbiltà ta' informazzjoni u dokumenti. Artikolu 107 Il-monitoraġġ Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri amministrattivi u ta' kontroll huma kompatibbli mas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll (IACS) fir-rigward ta' l-elementi li ġejjin: (a) id- database kompjuterizzata; (b) il-kodiċi ta' identifikazzjoni għal raba' agrikolu kif imsemmi fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003; (c) il-kontrolli ammnistrattivi. Dawn il-proċeduri għandhom jippermettu, mingħajr l-ebda problema jew konflitt, funzjonament komuni jew l-iskambju ta' dejta ma' l-IACS. Artikolu 108 Il-kontrolli, il-penali amministrattivi u l-irrappurtar tagħhom Dawn li ġejjin għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1): (a) ir-regoli dwar kontrolli amministrattivi u fiżiċi li għandhom jitmexxew mill-Istati Membri rigward ir-rispett ta' l-obbligi li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament; (b) sistema għall-applikazzjoni ta' penali amministrattivi fejn jinstab nuqqas ta' konformità ma' kwalunkwe obbligu li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, waqt li jitqiesu l-gravità, il-firxa, il-permanenza u r-repetizzjoni tan-nuqqas ta' konformità li jinstabu; (c) ir-regoli dwar l-irkupru ta' pagamenti li tħallsu mingħajr bżonn mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament; (d) ir-regoli dwar l-irrappurtar ta' kontrolli li saru kif ukoll tar-riżultati tagħhom. Artikolu 109 Il-ħatra ta' l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli 1. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità waħda jew iżjed li għandhom ikunu responsabbli milli jiżguraw li jkun hemm konformità mar-regoli Komunitarji fis-settur ta' l-inbid. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jinnominaw il-laboratorji awtorizzati biex iwettqu l-analiżi uffiċjali fis-settur ta' l-inbid. Il-laboratorji nnominati għandhom jissodisfaw il-kriterji ġenerali għall-operat ta' laboratorji ta' l-ittestjar stipulati fl-ISO/IEC 17025. 2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awtoritajiet u l-laboratorji msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Artikolu 110 Ir-regoli ta' l-implimentazzjoni Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan it-Titolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1). B'mod partikolari, dawn ir-regoli jistgħu jinkludu: (a) dettalji tar-reġistru tal-vinji kif ipprovdut fl-Artikolu 99, u b'mod partikolari, ta' l-użu tiegħu għall-monitoraġġ u l-kontroll tal-potenzjal ta' produzzjoni; (b) dettalji ta' l-inventarju kif ipprovdut fl-Artikolu 100, u b'mod partikolari, ta' l-użu tiegħu għall-monitoraġġ u l-kontroll tal-potenzjal ta' produzzjoni; (c) dettalji dwar it-tkejjil ta' erjas; (d) sanzjonijiet f'każ ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-komunikazzjoni; (e) id-dikjarazzjonijiet obbligatorji kif ipprovduti fl-Artikolu 102; (f) id-dokumenti ta' akkumpanjament u r-reġistru kif ipprovduti fl-Artikolu 103. TITOLU VII DISPOżIZZJONIJIET TRANżITORJI U FINALI Kapitolu I Emendi Artikolu 111 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2702/1999 Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2702/1999, il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej: “(d) kampanji ta' informazzjoni dwar is-sistema Komunitarja li tkopri nbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, inbejjed b'indikazzjoni tal-varjetà ta' l-għeneb ta' l-inbid u xorb spirituż b'indikazzjoni ġeografika protetta jew indikazzjoni tradizzjonali riservata;” Artikolu 112 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2826/2000 Ir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 jiġi emendat kif ġej: (1) Fl-Artikolu 2, il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej: “(d) azzjonijiet ta' informazzjoni dwar is-sistema Komunitarja li tkopri nbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, inbejjed b'indikazzjoni tal-varjetà ta' l-għeneb ta' l-inbid u xorb spirituż b'indikazzjoni ġeografika protetta jew indikazzjoni tradizzjonali riservata, u azzjonijiet ta' tagħrif dwar użanzi responsabbli ta' xorb u l-ħsara li tiġi mill-konsum irresponsabbli ta' l-alkoħol;” (2) Fl-Artikolu 3, il-punt (e) jinbidel b'dan li ġej: “(e) ix-xewqa li tingħata informazzjoni dwar is-sistema Komunitarja li tkopri nbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, inbejjed b'indikazzjoni tal-varjetà ta' l-għeneb ta' l-inbid u xorb spirituż b'indikazzjoni ġeografika jew indikazzjoni tradizzjonali riservata, u l-ħtieġa li tingħata informazzjoni dwar użanzi responsabbli ta' xorb u l-ħsara li tiġi mill-konsum irresponsabbli ta' l-alkoħol;” (3) Fl-Artikolu 9(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Il-perċentwal kif ipprovdut fl-ewwel subparagrafu għandu jkun ta' 60% għal miżuri ta' informazzjoni dwar użanzi responsabbli ta' xorb u l-ħsara li tiġi mill-konsum irresponsabbli ta' l-alkoħol.” Artikolu 113 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jiġi emendat kif ġej: (1) Fl-Artikolu 33(1), il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej: “(a) ingħataw pagament fil-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 38 għall-anqas taħt waħda mill-iskemi ta' appoġġ imsemmija fl-Anness VI jew, fil-każ ta' żejt taż-żebbuġa, għas-snin ta' kummerċ imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 37(1), jew fil-każ ta' pitravi zokkrija, kannamiela u ċikwejra, jekk kienu bbenefikaw minn appoġġ għas-suq fil-perjodu rappreżentattiv imsemmi fil-punt K ta' l-Anness VII, jew fil-każ ta' banana, jekk kienu bbenifikaw minn kumpens għal telf fid-dħul fil-perjodu rappreżentattiv imsemmi fil-punt L ta' l-Anness VII jew, fil-każ ta' frott u ħaxix, jekk kienu produtturi ta' prodotti ta' frott u ħaxix fil-perjodu rappreżentattiv applikat mill-Istati Membri għal dawk il-prodotti skond il-punt M ta' l-Anness VII jew, fil-każ ta' inbid, jekk irċevew dritt għal pagament skond l-Artikolu 96(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru [ dan ir-Regolament ]*. * ĠU L [...], …, p. [...]”. (2) Fl-Artikolu 37(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Għall-inbid, l-ammont ta' referenza għandu jiġi kkalkolat u aġġustat skond il-punt N ta' l-Anness VII.". (3) Fl-Artikolu 41, jiżdied il-paragrafu (1b) li ġej: “(1b) Fil-każ ta' l-inbid, u waqt li titqies l-aħħar dejta ppreżentata lilha mill-Istati Membri skond [l-Artikolu 92(5)] tar-Regolament (KE) Nru [ dan ir-Regolament ], il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) ta' dan ir-Regolament, tadatta l-limiti nazzjonali stipulati fl-Anness VIII ta' dan ir-Regolament.”. (4) Fl-Artikolu 43(2), jiddaħħal il-punt li ġej wara il-punt (a c ): “(a d ) fil-każ ta' l-inbid, in-numru ta' ettari kif ikkalkolat skond il-punt N ta' l-Anness VII;”. (5) Fl-Artikolu 44, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: “2. “Ettaru eliġibbli” għandha tfisser kwalunkwe erja agrikola tal-qasam li qed tintuża bħala art li tinħarat u mergħa permanenti għajr erjas ta' foresti jew użati għal attivitajiet li mhumiex agrikoli.” (6) L-Artikolu 51 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 51 Użu agrikolu ta' l-art Il-bdiewa jistgħu jużaw l-artijiet iddikjarati skond l-Artikolu 44(3) għal kwalunkwe attività agrikola.” (7) Fl-Artikolu 71c, jiżdied il-paragrafu li ġej: “Fil-każ ta' l-inbid, u waqt li titqies l-aħħar dejta ppreżentata lilha mill-Istati Membri skond [l-Artikolu 92(5)] tar-Regolament (KE) Nru [ dan ir-Regolament ], il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 144(2) ta' dan ir-Regolament, tadatta l-limiti nazzjonali stipulati fl-Anness VIIIa ta' dan ir-Regolament.”. (8) Fl-Artikolu 145, jiddaħħal il-punt li ġej wara il-punt (d)d): "(d)e) regoli dettaljati relatati ma' l-inklużjoni ta' appoġġ għall-inbid fl-iskema ta' pagament uniku skond ir-Regolament (KE) Nru [ dan ir-Regolament ]." (9) Fit-tieni kolonna ta' l-Anness IV, l-aħħar inċiż jinbidel bl-inciż li ġej: “– Żamma f'kundizzjoni veġetali tajba ta' l-imsaġar taż-żebbuġ u l-vinji”. (10) Wara l-punt M ta' l-Anness VII, jiżdied il-punt N li ġej: “N. Inbid In-numru ta' ettari għandu jkun ugwali għan-numru ta' ettari li minnhom inqalgħu d-dwieli skond il-Kapitolu III tat-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru [ dan ir-Regolament ]. L-ammont ta' referenza tad-drittijiet għall-pagament li ser jiġu allokati għal kull bidwi skond l-iskema ta' qlugħ tad-dwieli stipulata fir-Regolament (KE) Nru [ dan ir-Regolament ] għandu jkun ugwali għar-riżultat tan-numru ta' ettari li minnhom inqalgħu d-dwieli mmultiplikat bil-medja reġjonali tal-valur tad-drittijiet għall-pagament tar-reġjun korrispondenti. Madankollu, l-ammont pagabbli, fi kwalunkwe każ, ma għandux jaqbeż it-EUR 350/ettaru.” Artikolu 114 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 Fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: “2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammonti li, skond l-Artikoli 10(2), 143d u 143e tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 387/2007 u l-Artikolu 17(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru [ dan ir-Regolament ], ser jiġu disponibbli taħt l-EAFRD.” Kapitolu II Dispożizzjonijiet tranżitorji u finali Artikolu 115 Dispożizzjonijiet tranżitorji Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1), jistgħu jiġu adottati miżuri: (a) biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-arranġamenti kif ipprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għal dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament; (b) fejn meħtieġ, biex isolvu problemi prattiċi speċifiċi. Dawn il-miżuri, jekk ikunu ġustifikati, jistgħu jidderogaw minn ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Artikolu 116 L-applikabbiltà tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat Għajr fejn ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament, u partikolarment bl-eċċezzjoni ta' l-għajnuniet nazzjonali komplimentari msemmija fl-Artikolu 97, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-produzzjoni u għall-kummerċ tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament. Artikolu 117 Revoka Ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 huwa b'dan irrevokat. Madankollu, il-miżuri li ġejjin kif stipulati f'dak ir-Regolament għandhom jibqgħu applikabbli fir-rigward tas-sena ta' l-għasra 2008/2009 f'dak li għandu x'jaqsam ma' miżuri eliġibbli skond ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 li kienu nbdew jew li produtturi huma impenjati għalihom minn qabel daħal fis-seħħ dan ir-Regolament: (a) il-miżuri skond il-Kapitoli II u III tat-Titolu II (primjums ta' abbandun, u ristutturar u trasformazzjoni);(b) il-miżuri skond it-Titolu III (mekkaniżmi tas-suq); (c) il-miżuri skond l-Artikolu 63 tat-Titolu VII (rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni). Artikolu 118 Dħul fis-seħħ u applikabbiltà Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta ' l-Unjoni Ewropea . Għandu japplika mill-1 ta' Awissu 2008, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikoli 5 sa 8 li għandhom japplikaw mit-30 ta' April 2008. Il-Kapitolu II tat-Titolu V għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2013. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kummissjoni Membru tal-Kummissjoni ANNESS I Definizzjonijiet Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: Termini ġenerali 1. “Sena ta' l-għasra” : tfisser is-sena tal-produzzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament. Tibda l-1 ta' Awissu ta' kull sena u tintemm il-31 ta' Lulju tas-sena ta' wara. Termini marbutin mad-dwieli 2. “Qlugħ tad-dwieli” : tfisser it-tneħħija totali tad-dwieli kollha minn fuq raba' mħawla bid-dwieli. 3. “Taħwil” : tfisser it-tqegħid definittiv ta' pjanti tad-dwieli jew partijiet minn pjanti tad-dwieli, kemm jekk imlaqqma u kemm jekk le, bl-għan tal-produzzjoni ta' l-għeneb jew ta' l-istabbiliment ta' mixtel għat-tilqim. 4. “Tilqim mill-ġdid” : tfisser it-tilqim ta' dielja li diġà tlaqqmet qabel. Termini marbutin mal-prodotti 5. “Għeneb frisk” : tfisser il-frott tad-dielja użat għall-produzzjoni ta' l-inbid, misjur jew anki kemmxejn imqadded, li jista' jinsaħaq jew jingħasar permezz ta' mezzi normali tal-kantina ta' l-inbid u li jistgħu spontanjament jipproduċu fermentazzjoni alkoħolika. 6. “Most frisk bil-fermentazzjoni mmewta biż-żieda ta' l-alkoħol” : tfisser prodott li: (a) għandu qawwa alkoħolika reali bil-volum ta' mhux anqas minn 12% vol. u mhux aktar minn 15% vol.; (b) jinkiseb biż-żieda mal-most mhux fermentat, li jkollu qawwa alkoħolika naturali bil-volum ta' mhux anqas minn 8.5% vol. u li huwa dderivat esklussivament mill-varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 18(1): - ta' alkoħol newtrali mid-dwieli, inkluż alkoħol miksub mid-distillazzjoni ta' għeneb imqadded, li jkollu qawwa alkoħolika reali bil-volum ta' mhux anqas minn 95% vol.; - jew ta' prodott mhux imsoffi miksub mid-distillazzjoni ta' nbid u li jkollu qawwa alkoħolika reali bil-volum ta' mhux anqas minn 52% vol. u mhux aktar minn 80% vol. 7. “Meraq ta' l-għeneb” : tfisser il-prodott likwidu mhux iffermentat, jew li jista' jiġi ffermentat, li: (a) jinkiseb permezz ta' metodi xierqa li jagħmluh tajjeb għall-konsum kif inhu; (b) jinkiseb minn għeneb frisk jew mill-most, jew mir-rikostituzzjoni. Fejn jinkiseb bir-rikostituzzjoni, dan għandu jsir minn most ikkonċentrat jew minn meraq ta' l-għeneb ikkonċentrat. Qawwa alkoħolika reali bil-volum tal-meraq ta' l-għeneb ta' mhux aktar minn 1% vol hija permessa. 8. “Meraq ta' l-għeneb ikkonċentrat” : tfisser meraq ta' l-għeneb mhux ikkaramellizzat miksub permezz ta' deidratazzjoni parzjali tal-meraq ta' l-għeneb imwettqa bi kwalunkwe metodu awtorizzat għajr bis-sħana diretta, b'tali mod li ċ-ċifra indikata fir-refrattometru użat skond metodu li għandu jiġi ddeterminat f'temperatura ta' 20°C ma tkunx anqas minn 50.9%. Qawwa alkoħolika reali bil-volum tal-meraq ta' l-għeneb ikkonċentrat ta' mhux aktar minn 1% vol. hija permessa. 9. “Karfa ta' l-inbid” : tfisser: (a) ir-residwu li jakkumula f'kontenituri li jkun fihom l-inbid wara l-fermentazzjoni, matul il-ħażna jew wara trattament awtorizzat; (b) ir-residwu li jinkiseb bl-iffiltrar jew biċ-ċentrifugazzjoni tal-prodott imsemmi fil-punt (a); (c) ir-residwu li jakkumula f'kontenituri li jkun fihom il-most matul il-ħażna jew wara trattament awtorizzat; (d) ir-residwu li jinkiseb bl-iffiltrar jew biċ-ċentrifugazzjoni tal-prodott imsemmi fil-punt (c). 10. “Residwu mill-għasra” : tfisser ir-residwu wara l-għasir ta' l-għeneb frisk, sew jekk iffermentat sew jekk le. 11. “Piquette” : tfisser prodott miksub: (a) permezz tal-fermentazzjoni tar-residwu mill-għasra mhux trattat immaċerat fl-ilma; (b) permezz tal-lissija tar-residwu mill-għasra ffermentat fl-ilma. 12. “Inbid imqawwi għad-distillazzjoni” : tfisser prodott li: (a) għandu qawwa alkoħolika reali bil-volum ta' mhux anqas minn 18% vol. u mhux aktar minn 24% vol.; (b) jinkiseb esklussivament permezz taż-żieda ma' nbid mingħajr zokkor residwali ta' prodott mhux imsoffi miksub mid-distillazzjoni ta' l-inbid u li għandu qawwa alkoħolika reali massima bil-volum ta' 86% vol.; (c) għandu aċidità volatili massima ta' 1.5 gramma għal kull litru, espressa bħala aċidu aċetiku. Termini marbutin mal-qawwa alkoħolika 13. “Qawwa alkoħolika reali bil-volum” : tfisser l-għadd ta' volumi ta' alkoħol pur, f'temperatura ta' 20°C, li jinsab f'100 volum tal-prodott f'dik it-temperatura. 14. “Qawwa alkoħolika potenzjali bil-volum” : tfisser l-għadd ta' volumi ta' alkoħol pur, f'temperatura ta' 20°C, kapaċi li jiġi prodott bil-fermentazzjoni totali taz-zokkor, li jinsab f'100 volum tal-prodott f'dik it-temperatura. 15. “Qawwa alkoħolika totali bil-volum” : tfisser is-somma tal-qawwa alkoħolika reali u dik potenzjali. 16. “Qawwa alkoħolika naturali bil-volum” : tfisser il-qawwa alkoħolika totali bil-volum ta' prodott qabel ma jsir kwalunkwe arrikkiment. 17. “Qawwa alkoħolika reali bil-massa” : tfisser l-għadd ta' kilogrammi ta' alkoħol pur li hemm f'100 kilogramma tal-prodott. 18. “Qawwa alkoħolika potenzjali bil-massa” : tfisser l-għadd ta' kilogrammi ta' alkoħol pur kapaċi li jiġi prodott bil-fermentazzjoni totali taz-zokkor, li jinsab f'100 kilogramma tal-prodott. 19. “Qawwa alkoħolika totali bil-massa” : tfisser is-somma tal-qawwa alkoħolika reali u dik potenzjali. ANNESS II Il-baġit għall-programmi ta' appoġġ u l-ammonti minimi għall-promozzjoni kif imsemmija fl-Artikoli 8(1) u 9(5) f'eluf ta' EUR | Sena tal-baġit | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | Mill-2015 | Sena tal-baġit | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | Mill-2014 | BG | 2 024 | 3 035 | 5 059 | 6 071 | 7 083 | 8 094 | CZ | 239 | 358 | 597 | 716 | 836 | 955 | DE | 2 868 | 4 301 | 7 169 | 8 603 | 10 037 | 11 470 | EL | 1 759 | 2 639 | 4 399 | 5 278 | 6 158 | 7 038 | ES | 30 361 | 45 542 | 75 903 | 91 084 | 106 264 | 121 445 | FR | 24 104 | 36 157 | 60 261 | 72 313 | 84 366 | 96 418 | IT | 26 132 | 39 198 | 65 331 | 78 397 | 91 463 | 104 529 | CY | 242 | 363 | 605 | 726 | 847 | 967 | LU | 44 | 66 | 110 | 132 | 154 | 176 | HU | 1 943 | 2 914 | 4 857 | 5 829 | 6 800 | 7 772 | MT | 21 | 31 | 52 | 62 | 73 | 83 | AT | 1 015 | 1 523 | 2 538 | 3 046 | 3 554 | 4 061 | PT | 5 012 | 7 518 | 12 529 | 15 035 | 17 541 | 20 047 | RO | 3 668 | 5 503 | 9 171 | 11 005 | 12 839 | 14 673 | SI | 338 | 508 | 846 | 1 015 | 1 184 | 1 353 | SK | 205 | 308 | 513 | 616 | 718 | 821 | UK | 23 | 34 | 56 | 68 | 79 | 90 | ANNESS IV Il-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli 1. Inbid L-inbid huwa l-prodott miksub esklussivament mill-fermentazzjoni alkoħolika totali jew parzjali ta' għeneb frisk, sew jekk misħuq sew jekk le, jew ta' most. L-inbid għandu jkollu: (a) kemm jekk ikunu saru l-proċessi speċifikati fil-punt B ta' l-Anness V u kemm jekk le, qawwa alkoħolika reali bil-volum ta' mhux anqas minn 8.5% vol., bil-kundizzjoni li l-inbid ikun inkiseb esklussivament minn għeneb maħsud fiż-żoni ta' vitikultura A u B skond l-Anness IX, u ta' mhux anqas minn 9% vol. f'żoni ta' vitikultura oħrajn; (b) b'deroga mill-qawwa alkoħolika reali minima bil-volum applikabbli ġeneralment, fejn ikollu denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, kemm jekk ikunu saru l-proċessi speċifikati fil-punt B ta' l-Anness V u kemm jekk le, qawwa alkoħolika reali bil-volum ta' mhux anqas minn 4.5% vol.; (c) qawwa alkoħolika totali bil-volum ta' mhux aktar minn 15% vol.; il-Kummissjoni tista' tgħolli l-limitu massimu għall-qawwa alkoħolika totali bil-volum sa 20% vol. għal inbejjed minn ċerti żoni ta' vitikultura tal-Kommunità li jkunu ġew prodotti mingħajr l-ebda arrikkiment; (d) suġġett għal derogi li jistgħu jiġu adottati, kontenut totali ta' aċidità, espress bħala aċidu tartariku, ta' mhux anqas minn 3.5 gramma kull litru jew 46.6 milliekwivalent kull litru. Ir-"Retsina" hija l-inbid prodott esklussivament fit-territorju ġeografiku tal-Greċja permezz ta' most ittrattat bir-reżina miż-żnuber ta' l-Aleppo. L-użu tar-reżina miż-żnuber ta' l-Aleppo huwa permess biss għall-iskopijiet tal-produzzjoni ta' l-inbid "Retsina" skond il-kundizzjonijiet stipulati fid-dispożizzjonijiet Griegi applikabbli. 2. Inbid ġdid li għadu fil-fermentazzjoni L-inbid ġdid li għadu fil-fermentazzjoni huwa l-prodott li fih il-fermentazzjoni alkoħolika tkun għadha ma ntemmitx, u li jkun għadu ma nfiridx mill-karfa tiegħu. 3. Inbid likur L-inbid likur huwa l-prodott: (a) li għandu qawwa alkoħolika reali bil-volum ta' mhux anqas minn 15% vol. u mhux aktar minn 22% vol.; (b) li għandu qawwa alkoħolika totali bil-volum ta' mhux anqas minn 17.5% vol., għajr għal ċerti nbejjed likur b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika elenkata f'lista li għandha titfassal skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1); (c) li jinkiseb minn: - most fil-fermentazzjoni, jew - inbid, jew - taħlita tal-prodotti ta' hawn fuq, jew - most jew taħlita ta' most u nbid, fil-każ ta' nbejjed likur b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, elenkati f'lista adottata skond l-Artikolu 104(1); (d) li għandu qawwa alkoħolika totali bil-volum inizjali ta' mhux anqas minn 12% vol., għajr għal ċerti nbejjed likur b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta elenkati f'lista li għandha titfassal skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1); (e) li miegħu jkun żdied, (i) individwalment jew f'taħlita: - alkoħol newtrali mid-dwieli, inkluż alkoħol miksub mid-distillazzjoni ta' għeneb imqadded, li jkollu qawwa alkoħolika reali bil-volum ta' mhux anqas minn 96% vol.; - distillat ta' l-inbid jew ta' l-għeneb imqadded, li jkollu qawwa alkoħolika reali bil-volum ta' mhux anqas minn 52% vol. u mhux iżjed minn 86% vol.; (ii) flimkien ma' wieħed jew iżjed mill-prodotti li ġejjin, fejn xieraq: - most ikkonċentrat; - taħlita ta' wieħed mill-prodotti msemmija fil-punt (e) b'most imsemmi fl-ewwel u r-raba' inċiż tal-punt (c); (f) li miegħu jkun żdied, b'deroga mill-punt (e), fil-każ ta' ċerti nbejjed likur b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, elenkati f'lista li għandha titfassal skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1): (i) xi wieħed mill-prodotti elenkati fil-punt (e)(i), individwalment jew f'taħlita, jew inkella (ii) wieħed jew iżjed mill-prodotti li ġejjin: - alkoħol ta' l-inbid jew ta' l-għeneb imqadded, li jkollu qawwa alkoħolika reali bil-volum ta' mhux anqas minn 95% vol. u mhux iżjed minn 96% vol.; - spirti distillati mill-inbid jew mir-residwu mill-għasra, li jkollhom qawwa alkoħolika reali bil-volum ta' mhux anqas minn 52% vol. u mhux aktar minn 86% vol.; - spirti distillati minn għeneb imqadded, li jkollhom qawwa alkoħolika reali bil-volum ta' mhux anqas minn 52% vol. u mhux aktar minn 94.5% vol.; (iii) u wieħed jew iżjed mill-prodotti li ġejjin, fejn xieraq: - most parzjalment iffermentat, miksub minn għeneb imqadded; - most ikkonċentrat miksub permezz ta' sħana diretta, konformi, bl-eċċezzjoni ta' din l-operazzjoni, mad-definizzjoni ta' most ikkonċentrat; - most ikkonċentrat; - taħlita ta' wieħed mill-prodotti elenkati fil-punt (f)(ii) ma' most imsemmi fl-ewwel u r-raba' inċiż tal-punt (c). 4. Inbid frizzanti L-inbid frizzanti huwa l-prodott: (a) li jinkiseb permezz ta' l-ewwel jew t-tieni fermentazzjoni alkoħolika: - ta' għeneb frisk, jew - ta' most, jew - ta' nbid, jew - ta' nbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta; (b) li, meta jinfetaħ il-kontenitur, jerħi dijossidu tal-karbonju li ġej esklussivament mill-fermentazzjoni; (c) li għandu pressjoni żejda, minħabba d-dijossidu tal-karbonju fis-soluzzjoni, ta' mhux anqas minn 3 bar meta miżmum f'temperatura ta' 20 °C f'kontenituri magħluqa. 5. Inbid frizzanti bil-gass L-inbid frizzanti huwa l-prodott: (a) li jinkiseb mill-inbid; (b) li, meta jinfetaħ il-kontenitur, jerħi dijossidu tal-karbonju li ġej totalment jew parzjalment minn żieda ta' dan il-gass; (c) li għandu pressjoni żejda, minħabba d-diossidu tal-karbonju fis-soluzzjoni, ta' mhux anqas minn 3 bar meta miżmum f'temperatura ta' 20 °C f'kontenituri magħluqa. 6. Inbid semifrizzanti L-inbid semifrizzanti huwa l-prodott: (a) li jinkiseb mill-inbid, sakemm dan l-inbid ikollu qawwa alkoħolika totali ta' mhux inqas minn 9% vol.; (b) li għandu qawwa alkoħolika reali bil-volum ta' mhux anqas minn 7% vol.; (c) li għandu pressjoni żejda, minħabba d-dijossidu tal-karbonju endoġenu fis-soluzzjoni, ta' mhux anqas minn 1 bar u mhux aktar minn 2.5 bar meta miżmum f'temperatura ta' 20 °C f'kontenituri magħluqa; (d) li jiġi ppreżentat f'kontenituri ta' 60 litru jew anqas. 7. Inbid semifrizzanti bil-gass L-inbid semifrizzanti bil-gass huwa l-prodott: (a) li jinkiseb mill-inbid, jew minn inbid b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta; (b) li għandu qawwa alkoħolika reali ta' mhux anqas minn 7% vol. u qawwa alkoħolika totali ta' mhux anqas minn 9% vol.; (c) li għandu pressjoni żejda ta' mhux anqas minn 1 bar u mhux iżjed minn 2.5 bar meta miżmum f'temperatura ta' 20 °C f'kontenituri magħluqa, minħabba d-dijossidu tal-karbonju fis-soluzzjoni li jkun ġie totalment jew parzjalment miżjud; (d) li jiġi ppreżentat f'kontenituri ta' 60 litru jew anqas. 8. Most Il-most huwa l-prodott likwidu miksub b'mod naturali jew permezz ta' proċessi fiżiċi minn għeneb frisk. Qawwa alkoħolika reali bil-volum tal-most ta' mhux aktar minn 1% vol. hija permessa. 9. Most fil-fermentazzjoni Il-most fil-fermentazzjoni huwa l-prodott miksub mill-fermentazzjoni tal-most, u li għandu qawwa alkoħolika reali bil-volum ta' aktar minn 1% vol. imma ta' anqas minn tlieta minn ħamsa tal-qawwa alkoħolika totali bil-volum. Madankollu, ċerti nbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, li jkollhom qawwa alkoħolika reali bil-volum ta' anqas minn tlieta minn ħamsa tal-qawwa alkoħolika totali tagħhom bil-volum imma mhux anqas minn 4.5% vol., ma jitqisux bħala most fil-fermentazzjoni. 10. Most fil-fermentazzjoni estratt minn għeneb imqadded Il-most fil-fermentazzjoni estratt minn għeneb imqadded huwa l-prodott li jinkiseb mill-fermentazzjoni parzjali ta' most miksub minn għeneb imqadded, li l-kontenut totali ta' zokkor tiegħu qabel il-fermentazzjoni huwa ta' mill-anqas 272 gramma kull litru, u li l-qawwa alkoħolika naturali u reali tiegħu bil-volum ma tistax tkun anqas minn 8% vol. Madankollu, anki jekk jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti, ċerti nbejjed, li għad iridu jkunu ddeterminati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1), mhumiex se jitqiesu bħala most fil-fermentazzjoni estratt minn għeneb imqadded. 11. Most ikkonċentrat Il-most ikkonċentrat huwa most mhux ikkaramellizzat: (a) li jinkiseb permezz ta' deidratazzjoni parzjali ta' most imwettqa bi kwalunkwe metodu awtorizzat għajr bis-sħana diretta, b'tali mod li ċ-ċifra indikata fir-refrattometru użat skond metodu li għandu jiġi ddeterminat skond l-Artikolu 25, f'temperatura ta' 20° C, ma tkunx anqas minn 50.9%; (b) li jinkiseb esklussivament mill-varjetajiet ikklassifikati ta' għeneb ta' l-inbid imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 18(1). Qawwa alkoħolika reali bil-volum tal-most ikkonċentrat ta' mhux aktar minn 1% vol. hija permessa. 12. Most ikkonċentrat u msoffi Il-most ikkonċentrat u msoffi huwa l-prodott likwidu mhux ikkaramellat: (a) li jinkiseb permezz ta' deidratazzjoni parzjali ta' most imwettqa bi kwalunkwe metodu awtorizzat għajr bis-sħana diretta, b'tali mod li ċ-ċifra indikata fir-refrattometru użat skond metodu li għandu jiġi ddeterminat skond l-Artikolu 25, f'temperatura ta' 20° C, ma tkunx anqas minn 61.7%; (b) li jkun għadda minn trattament awtorizzat għad-deaċidifikazzjoni u t-tneħħija ta' kostitwenti għajr iz-zokkor; (c) li għandu l-karatteristiċi li ġejjin: - pH ta' mhux aktar minn 5 f'valur ta' 25° Brix; - densità ottika ta' 425 nm għal ħxuna ta' 1 ċm ta' mhux aktar minn 0.100 f'most ikkonċentrat f'valur ta' 25° Brix; - kontenut ta' sukrożju li ma jinstabx b'metodu ta' analiżi li għandu jiġi ddefinit; - indiċi Folin-Ciocalteu ta' mhux aktar minn 6.00 f'valur ta' 25° Brix; - aċidità titrattabbli ta' mhux aktar minn 15 milliekwivalenti għal kull kilogramma ta' zokkor totali; - kontenut ta' dijossidu tal-kubrit ta' mhux aktar minn 25 milliekwivalenti għal kull kilogramma ta' zokkor totali; - kontenut totali ta' katjoni ta' mhux aktar minn 8 milliekwivalenti għal kull kilogramma ta' zokkor totali; - konduttività f'valur ta' 25° Brix u 20 °C ta' mhux aktar minn 120 mikro-Siemens/ċm; - kontenut ta' idrossimetilfurfural ta' mhux aktar minn 25 milligramma għal kull kilogramma ta' zokkor totali; - preżenza ta' meżoinositol; (d) li jinkiseb esklussivament mill-varjetajiet ikklassifikati ta' għeneb ta' l-inbid imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 18(1). Qawwa alkoħolika reali bil-volum tal-most ikkonċentrat u msoffi ta' mhux aktar minn 1% vol. hija permessa. 13. Inbid minn għeneb misjur izżejjed L-inbid minn għeneb misjur iżżejjed huwa prodott: (a) li jiġi prodott fil-Komunità, mingħajr arrikkiment, minn għeneb maħsud fil-Komunità, li ġej mill-varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 18(1); (b) li għandu qawwa alkoħolika naturali ta' aktar minn 15% vol.; (c) li għandu qawwa alkoħolika totali ta' mhux anqas minn 16% vol., u qawwa alkoħolika reali ta' mhux anqas minn 12% vol. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw perjodu ta' maturazzjoni għal dan il-prodott. 14. Ħall ta' l-inbid : Il-ħall ta' l-inbid huwa ħall: (a) li jinkiseb esklussivament permezz tal-fermentazzjoni aċetuża ta' l-inbid; (b) li għandu aċidità totali ta' mhux anqas minn 60 gramma kull litru, espressa bħala aċidu aċetiku. ANNESS V L-arrikkiment, l-aċidifikazzjoni u d-dijaċidifikazzjoni f'ċerti żoni ta' vitikultura A. Il-limiti ta' l-arrikkiment 1. Fejn il-kundizzjonijiet tal-klima jkunu għamluha meħtieġa f'ċerti żoni ta' vitikultura tal-Komunità skond l-Anness IX, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jippermettu żieda ta' alkoħol mal-qawwa alkoħolika naturali bil-volum ta' l-għeneb frisk, tal-most, tal-most fil-fermentazzjoni, ta' l-inbid ġdid għadu fil-fermentazzjoni, u ta' l-inbid magħmul mill-varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 18(1). 2. Iż-żieda ta' alkoħol mal-qawwa alkoħolika naturali bil-volum għandha ssir permezz tal-prattiċi enoloġiċi msemmija fil-punt B, u ma għandhiex taqbeż il-limiti li ġejjin: (a) 2% vol. fiż-żoni ta' vitikultura A u B, skond l-Anness IX; (b) 1% vol. fiż-żona ta' vitikultura C, skond l-Anness IX. 3. Fi snin li matulhom il-kundizzjonijiet tal-klima jkunu eċċezzjonalment negattivi, u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1), il-limiti fuq iż-żidiet fil-qawwa alkoħolika bil-volum stipulati fil-punt 2 jistgħu jitgħollew sal-livell ta' 3% vol. fiż-żoni ta' vitikultura A u B, skond l-Anness IX. B. Il-proċessi ta' l-arrikkiment 1. Iż-żieda mal-qawwa naturali alkoħolika bil-volum ipprovduta fil-punt A tista' ssir biss: (a) fir-rigward ta' l-għeneb frisk, il-most fil-fermentazzjoni jew l-inbid ġdid għadu fil-fermentazzjoni, biż-żieda ta' most ikkonċentrat jew ta' most ikkonċentrat u msoffi; (b) fir-rigward tal-most, biż-żieda ta' most ikkonċentrat jew ta' most ikkonċentrat u msoffi, jew bil-konċentrazzjoni parzjali, li tinkludi l-ożmożi invertita; (c) fir-rigward ta' l-inbid, bil-konċentrazzjoni parzjali permezz tat-tkessiħ. 2. Il-proċessi msemmija fil-punt 1 għandhom ikunu reċiprokament esklussivi. 3. Il-konċentrazzjoni tal-most jew ta' l-inbid suġġett għall-proċessi msemmija fil-punt 1: (a) ma għandhiex ikollha l-effett li tnaqqas il-volum inizjali ta' dawn il-prodotti b'iktar minn 20%; (b) minkejja l-punt A(2)(b), ma għandhiex iżżid il-qawwa alkoħolika naturali bil-volum ta' dawn il-prodotti b'iktar minn 2% vol. 4. Il-proċessi msemmija fil-punti 1 u 3 ma għandhomx jgħollu l-qawwa alkoħolika totali bil-volum ta' l-għeneb frisk, tal-most, tal-most fil-fermentazzjoni, ta' l-inbid ġdid għadu fil-fermentazzjoni, jew ta' l-inbid: (a) fiż-żona ta' vitikultura A, skond l-Anness IX, sa aktar minn 11.5% vol., (b) fiż-żona ta' vitikultura B, skond l-Anness IX, sa aktar minn 12% vol., (c) fiż-żoni ta' vitikultura C I (a) u C I (b), skond l-Anness IX, sa aktar minn 12.5% vol., (d) fiż-żona ta' vitikultura C II, skond l-Anness IX, sa aktar minn 13% vol., u (e) fiż-żona ta' vitikultura C III, skond l-Anness IX, sa aktar minn 13.5% vol. 5. B'deroga mill-punt 4, l-Istati Membri jistgħu: (a) għall-inbid aħmar, jgħollu l-limitu massimu tal-qawwa alkoħolika totali bil-volum tal-prodotti msemmija fil-punt 4 sa 12% vol. fiż-żona ta' vitikultura A, u sa 12.5% vol. fiż-żona ta' vitikultura B, skond l-Anness IX; (b) jgħollu l-qawwa alkoħolika totali bil-volum tal-prodotti msemmija fil-punt 4, għall-produzzjoni ta' nbejjed b'denominazzjoni ta' l-oriġini fiż-żoni ta' vitikultura a u B, sa livell li għandu jiġi ddeterminat mill-Istati Membri. C. Aċidifikazzjoni u dijaċidifikazzjoni 1. L-għeneb frisk, il-most, il-most fil-fermentazzjoni, l-inbid ġdid għadu fil-fermentazzjoni u l-inbid jistgħu jkunu suġġetti għal: (a) dijaċidifikazzjoni parzjali fiż-żoni ta' vitikultura A, B, C I (a) u C I (b), skond l-Anness IX; (b) aċidifikazzjoni u dijaċidifikazzjoni fiż-żoni ta' vitikultura C II u C III (a), skond l-Anness IX, mingħajr ħsara għall-punt 7; jew (c) aċidifikazzjoni fiż-żona ta' vitikultura C III (b), skond l-Anness IX. 2. L-aċidifikazzjoni tal-prodotti, għajr l-inbid, imsemmija fil-punt 1, tista' ssir biss sa limitu ta' 1.50 g/l, espressi bħala aċidu tartariku, jew 20 milliekwivalenti kull litru. 3. L-aċidifikazzjoni ta' l-inbejjed tista' ssir biss sa limitu ta' 2.50 g/l, espressi bħala aċidu tartariku, jew 33.3 milliekwivalenti kull litru. 4. Id-dijaċidifikazzjoni ta' l-inbejjed tista' ssir biss sa limitu ta' 1 g/l, espressi bħala aċidu tartariku, jew 13.3 milliekwivalenti kull litru. 5. Il-most maħsub għall-konċentrazzjoni jista' jiġi dijaċidifikat parzjalment. 6. Fi snin li matulhom il-kundizzjonijiet tal-klima kienu eċċezzjonalment negattivi, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-aċidifikazzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt 1 fiż-żoni ta' vitikultura B, C I (a) u C I (b), skond l-Anness IX, taħt il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 1 ta' dan l-Anness fir-rigward taż-żoni C II, C III (a) u C III (b), skond l-Anness IX. 7. L-aċidifikazzjoni u l-arrikkiment, għajr b'deroga li trid tiġi deċiża fuq il-bażi ta' każ b'każ, u l-aċidifikazzjoni u d-dijaċidifikazzjoni ta' prodott wieħed u l-istess, għandhom ikunu proċessi reċiprokament esklussivi. D. Il-proċessi 1. L-ebda wieħed mill-proċessi msemmija fil-punti B u C, għajr l-aċidifikazzjoni u l-dijaċidifikazzjoni ta' l-inbejjed, ma jista' jiġi awtorizzat sakemm ma jsirx, taħt kundizzjonijiet li għandhom jiġu ddeterminati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1) ta' dan ir-Regolament, fiż-żmien meta l-għeneb frisk, il-most, il-most fil-fermentazzjoni jew l-inbid ġdid għadu fil-fermentazzjoni jkunu qed jiġu ttrasformati f'inbid jew fi kwalunkwe xorb ieħor maħsub għall-konsum uman dirett imsemmi fl-Artikolu 1(1), għajr l-inbid frizzanti jew l-inbid frizzanti bil-gass, fiż-żona ta' vitikultura fejn l-għeneb frisk użat ikun inħasad. 2. Il-konċentrazzjoni ta' l-inbejjed għandha ssir fiż-żona ta' vitikultura fejn l-għeneb frisk użat ikun inħasad. 3. L-aċidifikazzjoni u d-dijaċidifikazzjoni ta' l-inbejjed għandhom isiru biss fl-impriża fejn jiġi prodott l-inbid u fiż-żona ta' vitikultura fejn ikun inħasad l-għeneb użat għall-produzzjoni ta' l-inbid ikkonċernat. 4. Kull wieħed mill-proċessi msemmija fil-punti 1, 2 u 3 għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti. L-istess jgħodd fir-rigward tal-kwantitajiet ta' most ikkonċentrat jew ta' most ikkonċentrat u msoffi miżmum, fl-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom, minn persuni jew gruppi ta' persuni naturali jew legali, partikolarment produtturi, bottiljaturi, proċessuri u negozjanti, li għandhom jiġu ddeterminati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1), fl-istess żmien u fl-istess post bħall-għeneb frisk, il-most, il-most fil-fermentazzjoni jew l-inbid bl-ingrossa. Madankollu, in-notifika ta' dawn il-kwantitajiet tista' tinbidel bid-dħul f'reġistru tal-prodotti li jidħlu u ta' l-użu tal-ħażniet. 5. Kull wieħed mill-proċessi msemmija fil-punt C għandu jkun irreġistrat fuq id-dokument ta' akkumpanjament, kif ipprovdut fl-Artikolu 103, li permezz tiegħu l-prodotti li jkunu għaddew mill-proċessi jitpoġġew fiċ-ċirkolazzjoni. 6. Dawk il-proċessi, suġġetti għal derogi ġġustifikati minn kundizzjonijiet tal-klima eċċezzjonali, ma jistgħux isiru: (a) fiż-żona ta' vitikultura C, skond l-Anness IX, wara l-1 ta' Jannar; (b) fiż-żoni ta' vitikultura A u B, skond l-Anness IX, wara s-16 ta' Marzu. Għandhom isiru biss għal prodotti tal-ħsad ta' l-għeneb li jkun sar immedjatament qabel dawk id-dati. 7. Minkejja l-punt 6, il-konċentrazzjoni permezz tat-tkessiħ u l-aċidifikazzjoni u d-dijaċidifikazzjoni ta' l-inbejjed jistgħu jsiru matul is-sena. ANNESS VI Restrizzjonijiet A. Restrizzjonijiet ġenerali 1. Il-prattiċi enoloġiċi awtorizzati kollha għandhom jeskludu ż-żieda ta' l-ilma, għajr fejn tkun meħtieġa bħala neċessità teknika speċifika. 2. Il-prattiċi enoloġiċi awtorizzati kollha għandhom jeskludu ż-żieda ta' l-alkoħol, għajr il-prattiċi marbutin mal-ksib ta' most frisk bil-fermentazzjoni mmewta biż-żieda ta' l-alkoħol, inbid likur, inbid frizzanti, inbid imqawwi għad-distillazzjoni u l-inbid semifrizzanti. 3. L-inbid imqawwi għad-distillazzjoni jista' jintuża għad-distillazzjoni biss. B. Restrizzjonijiet marbutin ma' l-għeneb frisk, il-most u l-meraq ta' l-għeneb 1. Il-most frisk bil-fermentazzjoni mmewta biż-żieda ta' l-alkoħol għandu jintuża biss matul l-istadju tat-tħejjija tal-prodotti li ma jaqgħux taħt il-kodiċijiet tan-NM 2204 10, 2204 21 u 2204 29. Dan huwa mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet aktar stretti li l-Istati Membri jistgħu japplikaw għat-tħejjija fit-territorju tagħhom ta' prodotti li ma jaqgħux taħt il-kodiċijiet tan-NM 2204 10, 2204 21 u 2204 29. 2. Il-meraq ta' l-għeneb u l-meraq ta' l-għeneb ikkonċentrat ma jistgħux ikunu ttrasformati fi nbid jew jiżdiedu ma' l-inbid. Ma jistgħux jgħaddu minn fermentazzjoni alkoħolika fit-territorju tal-Komunità. 3. Id-dispożizzjonijiet tal-punti 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għal prodotti maħsubin għall-produzzjoni, fir-Renju Unit, fl-Irlanda u fil-Polonja, ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 2206 00, li għalihom l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu ta' isem kompost li jinkludi l-kelma "nbid". 4. Il-most fil-fermentazzjoni estratt minn għeneb imqadded, jista' jitqiegħed fis-suq biss għall-produzzjoni ta' nbejjed likur, esklussivament fir-reġjuni ta' vitikultura fejn dan l-użu kien tradizzjonali fl-1 ta' Jannar 1985, u għall-produzzjoni ta' nbid minn għeneb misjur iżżejjed. 5. Suġġett għal kwalunkwe deċiżjoni differenti li jista' jieħu l-Kunsill skond l-obbligi internazzjonali tal-Komunità, l-għeneb frisk, il-most, il-most fil-fermentazzjoni, il-most ikkonċentrat, il-most ikkonċentrat u msoffi, il-most bil-fermentazzjoni mmewta biż-żieda ta' l-alkoħol, il-meraq ta' l-għeneb u l-meraq ta' l-għeneb ikkonċentrat li joriġinaw minn pajjiżi terzi ma jistgħux jiġu ttrasformati fi nbid jew jiżdied ma' l-inbid fit-territorju tal-Komunità. C. It-taħlit ta' nbejjed Suġġett għal kwalunkwe deċiżjoni differenti li jista' jieħu l-Kunsill skond l-obbligi internazzjonali tal-Komunità, it-taħlit ( coupage ) ta' nbid li joriġina minn pajjiż terz ma' nbid Komunitarju, u t-taħlit bejn inbejjed li joriġinaw minn pajjiżi terzi, huma pprojbiti fil-Komunità. D. Prodotti sekondarji 1. It-tagħsir żejjed ta' l-għeneb huwa pprojbit. Filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet lokali u tekniċi, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu l-kwantità minima ta' alkoħol, li f'kull każ għandha tkun aktar minn żero, li għandu jkun hemm fir-residwu u fil-karfa wara l-għasra ta' l-għeneb. 2. Għajr għall-alkoħol, għall-ispirti u għall-piquette, ma għandu jiġi prodott mill-karfa ta' l-inbid jew mir-residwu mill-għasra l-ebda nbid jew xorb ieħor għall-konsum dirett mill-bniedem. 3. It-tagħsir tal-karfa ta' l-inbid u l-fermentazzjoni mill-ġdid tar-residwi mill-għasar għal skopijiet lil hinn mid-distillazzjoni jew il-produzzjoni tal-piquette huma pprojbiti. L-iffiltrar u ċ-ċentrifugazzjoni tal-karfa ta' l-inbid ma għandhomx jitqiesu bħala tagħsir fejn il-prodotti miksubin ikunu ta' kwalità ġenwina, f'saħħitha u tajba għall-kummerċ. 4. Il-piquette, fejn il-produzzjoni tagħha tkun awtorizzata mill-Istat Membru kkonċernat, tista' tintuża biss għad-distillazzjoni jew għall-konsum familjari tal-vitikulturi. 5. Kull persuna jew grupp ta' persuni naturali jew legali li jżommu prodotti sekondarji għandu jeqridhom taħt sorveljanza, u skond kundizzjonijiet li għandhom jiġu ddeterminati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 104(1). ANNESS VII Il-baġit għall-iskema ta' qlugħ tad-dwieli Il-baġit disponibbli għall-iskema ta' qlugħ tad-dwieli msemmija fl-Artikolu 92(3) se jkun: (a) għas-sena ta' l-għasra 2008/2009 (sena tal-baġit 2009): EUR 430 miljun (b) għas-sena ta' l-għasra 2009/2010 (sena tal-baġit 2010): EUR 287 miljun (c) għas-sena ta' l-għasra 2010/2011 (sena tal-baġit 2011): EUR 184 miljun (d) għas-sena ta' l-għasra 2011/2012 (sena tal-baġit 2012): EUR 110 miljuni (e) għas-sena ta' l-għasra 2012/2013 (sena tal-baġit 2013): EUR 59 miljun ANNESS VIII Iż-żoni li l-Istati Membri jistgħu jiddikjaraw bħala mhux eliġibbli għall-iskema ta' qlugħ tad-dwieli (imsemmija fl-Artikolu 94(1) u (3)) f'ettari | Stat Membru | Erja totali mħawla bid-dwieli | Żoni msemmija fl-Artikolu 94(3) | BG | 135 760 | 2 715 | CZ | 19 081 | 382 | DE | 102 432 | 2 049 | EL | 66 682 | 1 334 | ES | 1 099 765 | 21 995 | FR | 879 859 | 17 597 | IT | 730 439 | 14 609 | CY | 13 068 | 261 | LU | 1 299 | 26 | HU | 85 260 | 1 705 | MT | 910 | 18 | AT | 50 681 | 1 014 | PT | 238 831 | 4 777 | RO | 178 101 | 3 562 | SI | 16 704 | 334 | SK | 21 531 | 431 | UK | 793 | 16 | ANNESS IX Iż-żoni ta' vitikultura Iż-żoni ta' vitikultura msemmija fl-Anness IV u fl-Anness V huma dawn li ġejjin: 1. Iż-żona ta' vitikultura A tinkludi: (a) fil-Ġermanja: iż-żoni bid-dwieli minbarra dawk inklużi fiż-żona ta' vitikultura B; (b) fil-Lussemburgu: ir-reġjun ta' vitikultura tal-Lussemburgu; (c) fil-Belġju, fid-Danimarka, fl-Irlanda, fl-Olanda, fil-Polonja, fir-Renju Unit u fl-Iżvezja: iż-żoni ta' vitikultura ta' dawn il-pajjiżi; (d) fir-Repubblika Ċeka: ir-reġjun ta' vitikultura ta' Čechy. 2. Iż-żona ta' vitikultura B tinkludi: (a) fil-Ġermanja, iż-żoni bid-dwieli fir-reġjun speċifikat ta' Baden; (b) fi Franza, iż-żoni bid-dwieli fid-dipartimenti mhux imsemmija f'dan l-Anness u fid-dipartimenti li ġejjin: - f'Alsace: Bas-Rhin, Haut-Rhin; - f'Lorraine: Meurthe-et-Moselle, Meuse, Moselle, Vosges; - fi Champagne: Aisne, Aube, Marne, Haute-Marne, Seine-et-Marne; - f'Jura: Ain, Doubs, Jura, Haute-Saône; - f'Savoie: Savoie, Haute-Savoie, Isère (il-komun ta' Chapareillan); - fil-Val de Loire: Cher, Deux-Sèvres, Indre, Indre-et-Loire, Loir-et-Cher, Loire-Atlantique, Loiret, Maine-et-Loire, Sarthe, Vendée, Viene, u ż-żoni bid-dwieli fid-distrett ta' Cosne-sur-Loire fid-dipartiment ta' Nièvre; (c) fl-Awstrija, iż-żona ta' vitikultura Awstrijaka; (d) fir-Repubblika Ċeka, iż-żona ta' vitikultura tal-Moravja u ż-żoni bid-dwieli mhux inklużi fil-punt 1(d); (e) fis-Slovakkja, iż-żoni ta' vitikultura tal-Karpati ż-Żgħar, is-Slovakkja tan-Nofsinhar, Nitra, is-Slovakkja Ċentrali u s-Slovakkja tal-Lvant, u ż-żoni ta' vitikultura mhux imsemmija fil-punt 3; (f) fis-Slovenja, iż-żoni bid-dwieli fir-reġjuni li ġejjin: - fir-reġjun ta' Podravje: ljutomerskoormoški vinorodni okoliš, mariborski vinorodni okoliš, radgonskokapelski vinorodni okoliš, šmarsko-virštajnski vinorodni okoliš, vinorodni okoliš Haloze, prekmurski vinorodni okoliš, vinorodni okoliš Srednje Slovenske gorice, - fir-reġjun ta' Posavje: bizeljsko-sremiški vinorodni okoliš, vinorodni okoliš Bela krajina, vinorodni okoliš Dolenjska, u ż-żoni bid-dwieli fir-reġjuni mhux inklużi fil-punt 5(d); (g) fir-Rumanija, iż-żona ta' Podișul Transilvaniei. 3. Iż-żona ta' vitikultura C I (a) tinkludi: (a) fi Franza, iż-żoni bid-dwieli: - f'dawn id-dipartimenti li ġejjin: Allier, Alpes-de-Haute-Provence, Hautes-Alpes, Alpes-Maritimes, Ariège, Aveyron, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Corrèze, Côte-d'Or, Dordogne, Haute-Garonne, Gers, Gironde, Isère (bl-eċċezzjoni tal-komun ta' Chapareillan), Landes, Loire, Haute-Loire, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Nièvre (bl-eċċezzjoni tad-distrett ta' Cosne-sur-Loire), Puy-de-Dôme, Pyrénées-Atlantiques, Hautes-Pyrénées, Rhône, Saône-et-Loire, Tarn, Tarn-et-Garonne, Haute-Vienne, Yonne; - fid-distretti ta' Valence u Die fid-dipartiment ta' Drôme (għajr il-kantuni ta' Dieulefit, Loriol, Marsanne u Montélimar); - fid-distrett ta' Tournon, il-kantuni ta' Antraigues, Buzet, Coucouron, Montpezat-sous-Bauzon, Privas, Saint-Etienne de Lugdarès, Saint-Pierreville, Valgorge u Voulte-sur-Rhône fid-dipartiment ta' Ardèche; (b) fi Spanja, iż-żoni bid-dwieli fil-provinċji ta' A Coruña, Asturias, Cantabria, Guipúzcoa u Vizcaya; (c) fil-Portugall, iż-żoni bid-dwieli f'dik il-parti tar-reġjun tat-Tramuntana li jikkorrispondi għaż-żona ddenominata ta' l-inbid ta' ‘Vinho Verde', kif ukoll il-‘Concelhos de Bombarral, Lourinhã, Mafra e Torres Vedras' (bl-eċċezzjoni ta' ‘Freguesias da Carvoeira e Dois Portos'), li jifformaw parti mir-‘Região viticola da Extremadura'; (d) fis-Slovakkja, ir-reġjun ta' Tokay; (e) fir-Rumanija, żoni bid-dwieli mhux inklużi fil-punti 2(g) jew 5(f). 4. Iż-żona ta' vitikultura C I (b) tinkludi: (a) fl-Italja, żoni bid-dwieli fir-reġjun ta' Valle d'Aosta u fil-provinċji ta' Sondrio, Bolzano, Trento u Belluno; (b) fl-Ungerija, iż-żoni kollha bid-dwieli. 5. Iż-żona ta' vitikultura C II tinkludi: (a) fi Franza, iż-żoni bid-dwieli: - f'dawn id-dipartimenti li ġejjin: Aude, Bouches-du-Rhône, Gard, Hérault, Pyrénées-Orientales (minbarra l-kantuni ta' Olette u Arles-sur-Tech), Vaucluse; - fil-parti tad-dipartiment ta' Var li tmiss min-naħa tan-nofsinhar mal-limitu tat-tramuntana tal-komuni ta' Evenos, Le Beausset, Solliès-Toucas, Cuers, Puget-Ville, Collobrières, La Garde-Freinet, Plan-de-la-Tour u Sainte-Maxime; - fid-distrett ta' Nyons u l-kantuni ta' Dieulefit, Loriol, Marsanne u Montélimar fid-dipartiment ta' Drôme; - f'dawk il-partijiet tad-dipartiment ta' Ardèche li mhumiex elenkati fil-punt 3(a); (b) fl-Italja, iż-żoni bid-dwieli fir-reġjuni segwenti: Abruzzo, Campania, Emilja-Romanja, Frijuli-Venezja Ġulja, Lazjo, Ligurja, Lombardija minbarra l-provinċja ta' Sondrio, Marche, Molise, Pjemonte, Toskana, Umbrija, Veneto minbarra l-provinċja ta' Belluno, inklużi l-gżejjer li jappartjenu lil dawk ir-reġjuni, bħal ma huma Elba u l-gżejjer l-oħrajn ta' l-arċipelago Toskan, il-gżejjer Ponziane, Kapri u Iskja; (c) fi Spanja, iż-żoni bid-dwieli fil-provinċji li ġejjin: - Lugo, Orense, Pontevedra; - Ávila (minbarra l-komuni li jikkorrispondu mal- comarca denominata ta' l-inbid ta' Cebreros), Burgos, León, Palencia, Salamanca, Segovia, Soria, Valladolid, Zamora; - La Rioja; - Álava; - Navarra; - Huesca; - Barċellona, Girona, Lleida; - f'dik il-parti tal-provinċja ta' Zaragoza li tinsab fit-tramuntana tax-xmara Ebro; - f'dawk il-komuni tal-provinċja ta' Tarragona inklużi fid-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-Penedés; - f'dik il-parti tal-provinċja ta' Tarragona li tikkorrispondi ma' l-inbid denominat tal- comarca ta' Conca de Barberá; (d) fis-Slovenja, iż-żoni bid-dwieli fir-reġjun ta' Primorska: vinorodni okoliš Goriška Brda, vinorodni okoliš Vipavska dolina, koprski vinorodni okoliš u vinorodni okoliš Kras; (e) fil-Bulgarija, iż-żoni bid-dwieli fir-reġjuni li ġejjin: Dunavska Ravnina (Дунавска равнина), Chernomorski Rayon (Черноморски район), Rozova Dolina (Розова долина); (f) fir-Rumanija, iż-żoni bid-dwieli fir-reġjuni segwenti: Dealurile Buzăului, Dealu Mare, Severinului u Plaiurile Drâncei, Colinele Dobrogei, Terasele Dunării, ir-reġjun ta' l-inbid tan-Nofsinhar, inklużi r-ramliet u reġjuni oħrajn favorevoli. 6. Iż-żona ta' vitikultura C III (a) tinkludi: (a) fil-Greċja, iż-żoni bid-dwieli fin- nomoi li ġejjin: Florina, Imathia, Kilkis, Grevena, Larisa, Ioannina, Levkas, Akhaia, Messinia, Arkadia, Korinthia, Iraklio, Khania, Rethimni, Samos, Lasithi u l-gżira ta' Thira (Santorini); (b) f'Ċipru, iż-żoni bid-dwieli li jinsabu f'altitudni ta' 'l fuq mis-600 metru; (c) fil-Bulgarija, iż-żoni bid-dwieli mhux inklużi fil-punt 5(e). 7. Iż-żona ta' vitikultura C III (b) tinkludi: (a) fi Franza, iż-żoni bid-dwieli: - fid-dipartimenti ta' Korsika; - f'dik il-parti tad-dipartiment ta' Var li tinsab bejn il-baħar u linja li tmiss mal-komuni (li huma wkoll inklużi) ta' Evenos, Le Beausset, Solliès-Toucas, Cuers, Puget-Ville, Collobrières, La Garde-Freinet, Plan-de-la-Tour u Sainte-Maxime; - fil-kantuni ta' Olette u Arles-sur-Tech fid-dipartiment ta' Pyrénées-Orientales; (b) fl-Italja, iż-żoni bid-dwieli fir-reġjuni segwenti: Kalabrija, Basilikata, Pulja, Sardenja u Sqallija, inklużi l-gżejjer li jappartienu lil dawn ir-reġjuni, bħal ma huma Pantellerija u l-Gżejjer Lipari, Egadi u Pelaġi; (c) fil-Greċja, iż-żoni bid-dwieli mhux elenkati fil-punt 6; (d) fi Spanja: żoni bid-dwieli mhux elenkati fi 3(b) jew 5(c); (e) fil-Portugall, żoni bid-dwieli fir-reġjuni mhux inklużi fiż-żona ta' vitikultura C I (a); (f) f'Ċipru, żoni bid-dwieli li jinsabu f'altitudni 'l isfel mis-600 metru; (g) f'Malta, iż-żoni bid-dwieli 8. Id-demarkazzjoni tat-territorji koperti bl-unitajiet amministrattivi msemmija f'dan l-Anness hija dik li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fil-15 ta' Diċembru 1981 u, għal Spanja, mid-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1986 u, għall-Portugall, mid-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1998. DIKJARAZZJONI FINANZJARJA | 1. | INTESTATURA TAL-BAĠIT: 05 02 09 05 02 10 01 | APPROPJAZZJONIJIET (miljun EUR): | 2007: 2007: | 1 487 38 | 2008 2008: | 1 377 (APB) 38 (APB) | 2. | TITOLU: Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid u li jemenda ċerti Regolamenti. | 3. | BAŻI ĠURIDIKA: L-Artikoli 36 u 37 tat-Trattat tal-KE. | 4. | GĦANIJIET: L-għanijiet ta' din ir-riforma huma: – li tkattar il-kompetittività tal-produtturi ta' l-inbid fl-UE; li ssaħħaħ ir-reputazzjoni ta' l-inbid ta' kwalità ta' l-UE bħala l-aqwa fid-dinja; li terġa' tikseb swieq qodma u takkwista swieq ġodda fl-UE u madwar id-dinja; – li toħloq reġim ta' l-inbid li jopera permezz ta' regoli ċari u sempliċi – regoli effettivi li jibbilanċjaw il-provvista u d-domanda; – li toħloq reġim ta' l-inbid li jżomm l-aqwa tradizzjonijiet tal-produzzjoni ta' l-inbid fl-UE, li jsaħħaħ in-nisġa soċjali ta' ħafna żoni rurali, u li jiżgura li kull produzzjoni tirrispetta l-ambjent. | 5. | IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI | PERJODU TA' 12-IL XAHAR (miljun EUR) | SENA FINANZJARJA ATTWALI 2007 (miljun EUR) | SENA FINANZJARJA SUSSEGWENTI 2008 (miljun EUR) | 5.0 | INFIQ – ALLOKAT GĦALL-BAĠIT TAL-KE (RIFUŻJONIJIET / INTERVENTI) – AWTORITAJIET NAZZJONALI – OĦRAJN | – | – | – | 5.1 | DĦUL – RIŻORSI PROPRJI TAL-KE (IMPOSTI / ĦLASIJIET DOGANALI) – NAZZJONALI | – | – | – | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 5.0.1 | INFIQ STMAT | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | 5.1.1 | DĦUL STMAT | 5.2 | METODU TA' KALKOLU: L-ispejjeż annwali tal-proposta ta' riforma, inkluż it-trasferiment għall-iżvilupp rurali, huma stmati għal EUR 1.3 biljun, ammont ekwivalenti għall-ispejjeż li kieku jeħtieġu biex tinżamm il-qagħda attwali. Il-qagħda attwali tiġi stabbilita billi titqies il-medja Olimpika ta' l-infiq baġitarju ta' l-2001/2005 (5 snin, mingħajr ma jitqiesu l-estremi), miżjuda biex tqis l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija. Id-dettalji ta' l-ispejjeż baġitarji tar-riforma jingħataw fl-Anness mehmuż. | 6.0 | IL-PROĠETT JISTA' JIĠI FFINANZJAT PERMEZZ TA' L-APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLA FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT ATTWALI? | IVA LE | 6.1 | IL-PROĠETT JISTA' JIĠI FFINANZJAT BI TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT ATTWALI? | IVA LE | 6.2 | JEĦTIEĠ BAĠIT SUPPLIMENTARI? | IVA LE | 6.3 | JEĦTIEĠ LI L-APPROPRJAZZJONIJIET JIDDAĦĦLU FIL-BAĠITS TAL-ĠEJJIENI? | IVA LE | OSSERVAZZJONIJIET: – | ANNESS TAD-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA | 200 000 ettaru u tnaqqis tal-primjum ta' 20% kull sena | B-2009 | B-2010 | B-2011 | B-2012 | B-2013 | L-għadd ta' ettari huwa bbażat fuq 30% tat-total għall-ewwel sena, bi tnaqqis ta' 5% kull sena | A. Miżuri operattivi fil-livell ta' l-OKS | 1. rijattivazzjoni ta' l-iskema ta' qlugħ tad-dwieli (total: 200 000 ettaru) | primjum medju għall-iskema ta' qlugħ tad-dwieli | €/ettaru | 7 174 | 5 739 | 4 591 | 3 673 | 2 938 | żona indikattiva maqlugħa u mdaħħla fl-iskema ta' pagament uniku | ettaru | 60 000 | 50 000 | 40 000 | 30 000 | 20 000 | subtotal ta' l-ispejjeż baġitarji massimi annwali għall-qlugħ tad-dwieli | € miljun | 430 | 287 | 184 | 110 | 59 | 2. infiq ieħor għat-tneħħija progressiva ta' miżuri tas-swieq ta' l-UE | ammont stmat | € miljun | 147 | p.m. | p.m. | p.m. | 3. finanzjament tal-pakkett nazzjonali | ammont massimu tal-pakkett nazzjonali | € miljun | 634 | 879 | 863 | 870 | 858 | li minnu jiġu allokati għall-promozzjoni mill-anqas | € miljun | 120 | 120 | 120 | 120 | 120 | ammont massimu totali tal-pakkett nazzjonali | € miljun | 634 | 879 | 863 | 870 | 858 | perċentwal ta' promozzjoni fil-pakkett nazzjonali | % | 18.93% | 13.65% | 13.90% | 13.79% | 13.99% | total tal-miżuri fil-livell ta' l-OKS | € miljun | 1 211 | 1 166 | 1 047 | 980 | 917 | B. Pagamenti diretti diżassoċjati li jiżdiedu ma' l-Anness VII | primjum massimu | €/ettaru | 350 | 350 | 350 | erja kumulattiva stmata | ettaru | 60 000 | 110 000 | 150 000 | subtotal ta' l-ispejjeż baġitarji annwali | € miljun | 21 | 38.5 | 52.5 | Total tal-miżuri ffinanzjati taħt "l-ewwel pilastru" tal-politika agrikola | € miljun | 1 211 | 1 166 | 1 068 | 1 019 | 969 | C. Trasferiment għall-iżvilupp rurali fir-reġjuni li jipproduċu l-inbid | € miljun | 100 | 150 | 250 | 300 | 350 | TOTAL(A+B+C) | € miljun | 1 311 | 1 316 | 1 318 | 1 319 | 1 319 | D. Tagħrif (emenda għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2826/2000) | € miljun | +3 | +3 | +3 | +3 | +3 | Il-pakkett nazzjonali se jammonta għal EUR 857 miljun għall-B2014 u EUR 850 miljun għall-B2015 u s-snin sussegwenti.Il-pagamenti diretti diżassoċjati huma stmati għal EUR 63 miljun għall-B2014 u EUR 70 miljun għall-B2015 u s-snin sussegwenti.It-trasferiment għall-iżvilupp rurali se jammonta għal EUR 400 miljun għall-B2014 u s-snin sussegwenti. L-ammonti għall-2014 u wara huma indikattivi, u suġġetti għal deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu għall-perjodu l-ġdid ta' programmazzjoni finanzjarja wara l-2013. Madankollu, ċerti obbligi legali li jimplikaw infiq li diġà jkunu twettqu qabel dik id-data għandhom ikunu rrispettati. [1] COM(2006) 319 finali. [2] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1). [3] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 864/2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 1). [4] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1). [5] http://ec.europa.eu/agriculture/eval/reports/wine/index_en.htm. (Verżjoni bil-Malti mhux disponibbli). [6] Il-konklużjonijiet tas-seminar fuq l-inbid "Sfidi u opportunitajiet għall-inbejjed Ewropej" jinstabu fl-indirizz: http://ec.europa.eu/agriculture/capreform/wine/sem_concl_en.pdf. (Verżjoni bil-Malti mhux disponibbli). [7] http://ec.europa.eu/agriculture/capreform/wine/fullimpact_en.pdf. (Verżjoni bil-Malti mhux disponibbli). [8] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1). [9] ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1). [10] COM(2006) 319 finali. [11] ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2012/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 8). [12] ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006. [13] ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1; verżjoni kkoreġuta (ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006. [14] ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/142/KE (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 110). [15] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11). [16] ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 378/2007 (ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1). [17] ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2013/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 13). [18] ĠU L 327, 21.12.1999, p. 7. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2060/2004 (ĠU L 357, 2.12.2004, p. 3). [19] ĠU L 328, 23.12.2000, p. 2. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2060/2004. [20] ĠU L 40, 11.2.1989, p. 1. [21] ĠU L 11, 14.1.1994, p. 1. [22] ĠU L 186, 30.6.1989, p. 21. [23] ĠU L 42, 15.2.1975, p. 1. [24] ĠU L 67, 10.3.1994, p. 89. [25] ĠU L 349, 31.12.1994, p. 53.