Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tirrevoka Id-direttiva tal-Kunsill Nru 87/372/KEE dwar il-firxiet ta' frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni kordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità /* KUMM/2007/0367 finali - COD 2007/0126 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 25.7.2007 KUMM(2007) 367 finali 2007/0126 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tirrevoka Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 87/372/KEE dwar il-firxiet ta' frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni kordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Din il-proposta għandha l-għan li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill Nru 87/372/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar il-firxiet ta' frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni koordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità (minn hawn il-quddiem id-Direttiva GSM) sabiex tippermetti l-użu ta' meded bħal dawn minn sistemi li kapaċi jipprovdu servizzi ta' komuikazzjoni elettronika mhux limitati biss għall-GSM. L-għan huwa li tippermetti għażla akbar ta' servizzi u teknoloġiji u b'hekk timmassimizza l-kompetizzjoni fl-użu ta' meded li sa issa kienu koperti mid-Direttiva GSM, filwaqt li tiżgura li s-servizzi jibqgħu koordinati u jipproteġu l-operazzjoni kontinwa tal-GSM. Sabiex isir dan, l-użu ta' dan l-ispektrum se jkun permess, minbarra għall-GSM, ukoll għas-servizzi pan-Ewropej ta' komunikazzjoni elettronika minbarra dawk GSM. Bħala l-ewwel pass, dan jinkludi l-UMTS. Dan jirrikjedi kundizzjonijiet armonizzati tekniċi ġodda għall-medda ta' l-ispektrum inkwistjoni li għanda tkun definita skond Deċiżjoni tal-Kummissjoni li għandha tiġi adottata abbażi tad-Deċiżjoni 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għal politika għall-ispektrum tar-radju fil-Komunità Ewropea (minn hawn il-quddiem id-Deċiżjoni dwar l-Ispektrum tar-Radju). | 120 | Il-kuntest ġenerali Id-Direttiva GSM attwalment tirrikjedi lill-Istati Membri li jirriservaw il-meded 890-915 MHz u 935-960 MHz kollha għall-GSM. Din ir-restrizzjoni ma tħallix li l-meded jintużaw minn sistemi pan-Ewropej, jekk mhux dik tal-GSM, li kapaċi jipprovdu vuċi interoperabbli avvanzata, dejta u servizzi multimedjali b'bandwidth ta' portata qawwija. Dawn is-sistemi pan-Ewropej ġodda, bħas-sistemi UMTS, joffru kapaċitajiet lil hinn mis-sistemi GSM u mill-addozzjoni tad-Direttiva GSM 20 sena ilu 'l hawn saru vijabbli bis-saħħa ta' żviluppi teknoloġiċi. Barra dan, hemm suq ċar għal servizzi relatati. Peress li l-medda tad-900 MHz koperta bid-Direttiva GSM għandha karatteristiċi ta' propagazzjoni li jippermettu kopertura ta' żoni kbar bi prezz orħos, hija aħjar biex tkopri żoni anqas popolati u rurali mill-meded ta' frekwenzi ogħla. Revoka tad-Direttiva GSM tippermetti li tingħeleb il-limitazzjoni attwali ta' użu ta' l-ispektrum għall-GSM, iżda trid tkun kumplimentata b'miżuri tekniċi armonizzati biex tippreserva l-istatus attwali armonizzat tal-medda, u biex tiggarantixxi l-protezzjoni tas-servizzi tal-GSM li attwalment qed jużaw il-meded. B'hekk, kundizzjonijiet tekniċi li jippermettu l-koeżistenza ta' sistemi ġodda li għalihom għandha tinfetaħ il-medda tad-900MHz, flimkien ma' sistemi GSM, għandhom jiġu stabbiliti legalment. Skond il-politika ta' regolazzjoni aħjar, id-Deċiżjoni dwar l-Ispektrum tar-Radju toffri l-mezzi legali għall-addozzjoni ta' miżuri għall-armonizzazzjoni bħal dawn. Din taħseb għal mekkaniżmu li jippermetti reazzjoni veloċi b'mod relattiv għall-evoluzzjoni teknika u għall-addozzjoni fuq livell ta' EU ta' miżuri tekniċi armonizzati li jorbtu fil-forma ta' Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jipprovdu ċertezza legali għall-użu armonizzat tal-medda. Kif previst fl-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni ta' l-Ispektrum tar-Radju, il-Kummissjoni, fil-5 ta' Lulju 2006 f'dan il-każ, ħarġet mandat għall-Konferenza Ewropea ta' l-Amministrazzjonijiet tal-Posta u tat-Telekomunikazzjoni (minn hawn 'il quddiem CEPT) li tkopri l-meded tad-900MHz (kif ukoll il-meded ta' l-1800 MHz). L-ewwelnett, is-CEPT eżaminat jekk kienx possibbli li tintroduċi l-UMTS madwar il-KE fil-meded tad-900 u 1800MHz f'żoni urbani, sub-urbani u rurali flimkien man-netwerks tal-GSM, u ddefiniet kundizzjonijiet tekniċi li jiżguraw biżżejjed separazzjoni tal-carrier għal dan. Aktar kundizzjonijiet tekniċi għall-koeżistenza f'din il-medda, tal-GSM flimkien ma' sistemi oħrajn b'kapaċitajiet ta' kopertura pan-Ewropea se jiġu definiti aktar 'il quddiem peress li sistemi bħal dawn huma definiti teknikalment. Filwaqt li l-medda tad-900 MHz qed tinfetaħ għal sistemi addizzjonali, l-użu attwali tal-GSM f'dik il-medda għandu jibqa' protett fil-Komunità sakemm ikun hemm domanda raġjonevoli għas-servizz, meta wieħed iqis l-importanza kbira tas-servizzi tal-GSM għall-politika ta' komunikazzjoni elettronika fil-Komunità. Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll essenzjali li l-protezzjoni xierqa tkun żgurata għall-utenti eżistenti fil-meded tal-qrib u li sistemi prospettivi għal komunikazzjoni ta' l-avjazzjoni 'l fuq minn 960 MHz, li għandha rwol importanti sabiex jintlaħqu l-għanijiet politiċi tal-KE f'dan is-settur, jitqiesu. Fil-kuntest tal-mandat, is-CEPT tat pariri tekniċi f'dan ir-rigward. Fl-aħħar sabiex joffru flessibbiltà massima fl-użu tal-meded, l-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jintroduċu fil-meded tad-900MHz (u 1800 MHz) fuq livell nazzjonali, sistemi addizzjonali flimkien mal-GSM u sistemi oħra terrestri rikonoxxuti li kapaċi jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettroniċi pan-Ewropej, iżda sakemm sistemi addizzjonali bħal dawn jistgħu jeżistu flimkien ma' dawn is-sistemi pan-Ewropej. | 130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposti L-użu tal-meded tal-frekwenzi in kwistjoni jaqa' taħt id-Direttiva GSM li għandha tiġi rrevokata; Deċiżjoni ppreparata skond id-Deċiżjoni dwar l-Ispektrum tar-Radju u li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet il-ġodda ta' l-użu armonizzat ta' l-ispektrum għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni sabiex tidħol fis-seħħ meta d-Direttiva GSM tiġi revokata effettivament. | 140 | Konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra ta' l-Unjoni Il-Politika ta' l-Ispektrum tar-Radju trid tlaħħaq mal-varjetà li qed tevolvi ta' pjattaformi ta' aċċess għar-radju għal-komunikazzjoni pubblika bla wajers u tiżgura konformità ma' l-għan politiku ġenerali li jiġu żviluppati s-suq intern ta' l-UE u l-kompetittività Ewropea, billi jiġi żgurat ambjent regolatorju innovattiv favur l-innovazzjoni li jwassal għal varjetà wiesgħa ta' servizzi u applikazzjonijiet tal-mowbajl. Il-kisba ta' dan l-għan sħiħ jitħaddan bl-introduzzjoni ta' aktar flessibbiltà fil-ġestjoni tar-riżorsi ta' l-ispektrum għal-komunikazzjoni elettronika bla wajers, filwaqt li tinżamm l-armonizzazzjoni fejn meħtieġ. Il-kundizzjonijiet tekniċi l-inqas restrittivi għandhom ġeneralment japplikaw għall-użu tal-meded ta' frekwenzi, abbażi ta' l-approċċ tal-WAPECS (Wireless Access Policy for Electronic Communications Services/ Politika ta' Aċċess bla Wajers għal Servizzi ta' Komunikazzjoni Elettronika) li ġie deskritt mill-Grupp ta' Politika ta' l-Ispektrum tar-Radju (minn hawn 'il quddiem l-RSPG) fl-opinjoni tiegħu tat-23 ta' Novembru bħala wieħed li jistabbilixxi newtralità teknoloġika u newtralità tas-servizz bħala għanijiet tal-politika sabiex jinkiseb użu ta' l-ispektrum aktar flessibbli u effiċjenti. Dawn l-għanijiet għandhom jiġu introdotti bil-mod sabiex ma jiddisturbawx is-suq. Il-Kummissjoni insistiet ukoll għal użu aktar flessibbli ta' l-Ispektrum fil-Komunikazzjoni tagħha "Aċċess rapidu għall-ispektrum għal-komunikazzjoni elettronika bla wajers permezz ta' aktar flessibbiltà"[1], u dwar il-bżonn ta' soluzzjoni konsistenti u proporzjonata rigward l-introduzzjoni ta' użu aktar flessibbli ta' l-ispektrum għal servizzi ta' komunikazzjoni elettroniċi fejn jidħlu t-tieni (GSM) u t-tielet ġenerazzjoni (UMTS eż.) ta' komunikazzjonijiet. | KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA' L-IMPATT | Konsultazzjoni tal-partijiet interessati | 211 | Metodi ta' konsultazzjoni, setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali tar-rispondenti L-użu tal-medda tad-900MHz, l-iżvilupp tas-sistemi IMT-2000 fosthom il-UMTS u l-evoluzzjoni ta' l-użu ta' l-ispektrum lejn aktar flessibbiltà kienu taħt l-iskrutinju kontinwu tal-Kummissjoni. Fil-21 ta' Frar 2006 fi Brussell, ġie organizzat workshop dwar il-WAPECS. Ibbażati fuq il-Mandat tal-5 ta' Lulju 2006 mill-Kummissjoni, saru ħafna studji mis-CEPT u mill-Kumitat dwar il-Komunikazzjoni Elettronika tagħha (minn hawn 'il quddiem l-ECC) u mibgħut lill-Kumitat ta' l-Ispektrum tar-Radju (minn hawn 'il quddiem l-RSC) u lill-Kummissjoni; dawn jinkludu r-rapport 82 ta' l-ECC dwar il-kompatibbiltà ta' l-UMTS li joperaw fil-meded tal-GSM ta' 900 u 1800 (Mejju 2006), u r-Rapport 96 ta'l-ECC dwar il-kompatibbiltà bejn l-UMTS900/1800 u sistemi li joperaw fil-meded tal-qrib (Marzu 2007). Dawn ir-rapporti kienu suġġetti għal konsultazzjoni pubblika taħt il-patroċinju ta' l-ECC. L-ECC għamel studji u adotta serje ta' rapporti mill-1997 'l hawn dwar l-implimentazzjoni ta' l-UMTS u tkixxef dwar l-użu attwali u dak tal-ġejjieni tal-medda tad-900MHz. Is-CEPT ingħaqad ma' korpi ta' Standardizzazzjoni li għandhom x'jaqsmu mal-familja ta' standards (fosthom l-UMTS), bħat-3 Proġett ta' Sħubija ta' Ġenerazzjoni (3GPP) li jgħaqqad il-korpi ta' standardizzazzjoni tat-telekomunikazzjoni minn reġjuni differenti (ARIB, CCSA, ETSI, ATIS, TTA, u TTC) u fejn l-industrija hija rrapreżentata biex tiżviluppa speċifikazzjonijiet ta' sistemi. Abbażi ta' din l-informazzjoni, l-ECC stħarrġet il-possibiltà li ddaħħal kanali ta' l-UMTS fil-meded użati mill-GSM mingħajr tinħoloq interferenza ma' kanali tal-GSM ta' ħdejhom. L-istudji jkomplu jkopru sistemi oħra li huma parti mill-familja ITU IMT-2000. Saru wkoll studji biex jeżaminaw l-impatti potenzjali fuq is-servizzi u s-sistemi li joperaw fil-meded tal-qrib. L-awtoritajiet Nazzjonali, l-Istitut Ewropew ta' l-Istandardizzazzjoni tat-Telekomunikazzjoni (ETSI), l-industrija, gruppi ta' utenti u partijiet interessati oħrajn ħadu sehem f'tim ta' proġett (PT1) ta' l-ECC, fejn l-informazzjoni dwar sistemi li jużaw il-meded ta' ħdejhom inġabret u ġiet studjata. Ġiet organizzata konsultazzjoni pubblika mill-ECC fl-2006 qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' l-ECC, ECC/DEC/(06)13 li tirakkomanda l-ftuħ tal-meded tad-900 u tal-1800MHz għal sistemi oħra barra dawk GSM. | 212 | Sommarju tat-tweġibiet u kif tqiesu Ir-rapporti ta' l-ECC jikkonkludu li netwerks UMTS jistgħu jintużaw f'żoni urbani, suburbani u rurali f'koeżistenza man-netwerks tal-GSM 900/1800 billi jużaw valuri xierqa għas-separazzjoni tal-carrier. L-ewwel sistema ġdida li għandha tiġi introdotta fil-medda tad-900MHz hija għalhekk il-UMTS li hija rilevanti kemm minn naħa teknika kif ukoll minn naħa ta' politika tal-KE peress li għandha tippermetti aktar użu ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika pan-Ewropea, sabiex servizzi simili jew ekwivalenti fejn tidħol il-funzjonalità għandhom ikunu aċċessibbli għall-konsumaturi kollha madwar il-Komunità. Il-konsultazzjoni pubblika magħmula mill-ECC għall-Kummissjoni dwar ir-Rapporti 82 u 96 uriet li hemm appoġġ estensiv mill-industrija tal-mowbjls għall-ftuħ tal-meded ta' frekwenzi li qabel kienu riżervati għas-sistemi GSM b'benefiċċi ċari għall-industrija u għall-konsumaturi. Xi utenti, fil-meded, ta' frekwenzi ta' ħdejhom, fil-bidu qajmu tħassib dwar interferenza possibbli, iżda dan it-tħassib ħa ħsiebu ir-rapport, 96, relevanti tas-CEPT u permezz tal-protezzjoni espliċita pprovduta għall-GSM bl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-ġejjieni tal-Kummissjoni li se tieħu post id-Direttiva GSM. | Il-ġbir u l-użu ta’ l-għarfien espert | 221 | Oqsma ta’ għarfien xjentifiku/espert involuti Il-ġestjoni ta' l-ispektrum, il-komunikazzjoni elettronika tagħrif tekniku espert tas-CEPT kif ukoll ta' Korpi ta' standardizzazzjoni. | 222 | Il-metodoloġija użata Kif maħsub minn qabel mid-Deċiżjoni dwar l-Ispektrum tar-Radju, il-Kummissjoni ħarġet mandat lis-CEPT li pproduċa rapport li l-Kummissjoni, eżaminat bl-għajnuna tal-Kumitat ta' l-Ispektrum tar-Radju. Tqiesu wkoll l-opinjonijiet ta' l-utenti tal-meded tal-qrib. Meta wieħed iqis Artikolu 4.4 tad-Deċiżjoni ta' l-Ispektrum tar-Radju, il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll li huwa neċessarju li tiżgura li sistemi ġodda jagħtu l-protezzjoni xierqa lil sistemi eżistenti fil-meded tal-qrib, kif ukoll li eventwalment tqis sistemi ta' komunikazzjoni aeronawtiċi li joperaw 'l fuq minn 960MHz li jappoġġaw il-politika tat-trasport Ewropea. | 223 | L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati L-awtoritajiet Nazzjonali, l-ETSI, il-GSM u l-utenti tat-tielet ġenerazzjoni, operaturi tal-komunikazzjonijiet, manifatturi u partijiet interessati oħrajn. | 2249 | Sommarju tal-pariri miksuba u użati L-eżistenza ta' riskji potenzjalment serji b'konsegwenzi irreversibbli ma ssemmietx. | 225 | Il-Kummissjoni nnutat mir-rapporti ta' l-ECC li l-użu tal-medda għall-GSM tista tinqasam ma' l-UMTS bħala sistema oħra ta' Komunikazzjoni pan-Ewropea, sabiex tikkonforma ma' l-għanijiet tal-politika tal-komunikazzjoni elettronika tal-KE. Sabiex tintuża bl-aktar mod effiċjenti l-medda tad-900MHz, id-Direttiva GSM għandha tiġi revokata u għandu jiġi introdott pjan armonizzat ġdid b'deċiżjoni tal-Kummissjoni. | 226 | Mezzi użati biex l-għarfien espert ikun disponibbli pubblikament Ir-rapporti tas-CEPT huma disponibbli fis-sit: http://www.ero.dk/documentation/docs/docfiles.asp?docid=2168&wd=N http://www.ero.dk/documentation/docs/docfiles.asp?docid=2201&wd=N. u r-Rapporti lill-RSC: http://ec.europa.eu/information_society/policy/radio_spectrum/docs/ref_docs/rsc18_public_docs/rsc06_99_ecc_int_rep_wapecs.pdf. | 230 | Il-valutazzjoni ta’ l-impatt Minħabba li l-koregolazzjoni jew regolazzjoni tagħhom stess jew ir-regolazzjoni minn naħa ta' l-awtoritajiet nazzjonali ma setgħux jirrevokaw id-Direttiva GSM biex jiżguraw introduzzjoni fil-ħin u armonizzata ta' pjan ġdid li jikkonforma ma' l-għanijiet politiċi tal-KE, hija meħtieġa Direttiva tal-Kunsill u tal-PE biex tirrevoka id-Direttiva GSM. Wara revoka bħal din, Deċiżjoni tal-Kummissjoni ppreparata skond id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta' l-Ispektrum tar-Radju għandha konsegwentement tiġi adottata sabiex twaqqaf miżura ġdida armonizzata maħsuba mill-Kummissjoni bl-għajnuna teknika esperta tas-CEPT, u mgħejuna mill-RSC. Mill-pjan il-ġdid kieku jibbenefikaw is-settur tal-komunikazzjoni elettronika u l-konsumaturi. Huwa importanti għas-suq intern li l-kundizzjonijiet għall-użu tal-medda tad-900Mhz ikunu kemm miftuħa kif ukoll armonizzati fuq livell ta' UE sabiex tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni ta' servizzi pan-Ewropej u biex il-konsumaturi jingħataw kemm jista' jkun liberta għall-għażla tas-servizzi u lill-utenti ta' l-ispektrum tar-radju għażla ta' teknoloġiji. Id-disponibbiltà ta' l-ispektrum tar-radju se tikkontribwixxi fil-kisba ta' l-aġenda ta' Liżbona u l-inizjattiva i2010-Soċjetà Ewropea ta’ l-informazzjoni għat-tkabbir u l-impjieg[2]i tfittex li tutilizza il-potenzjal ta' l-ekonomija diġitali li twassal għal tkabbir, impjiegi u disponibbiltà mifruxa ta' sistemi moderni. B'mod partikulari, il-miżura jibbenefikaw minnha iċ-ċittadini Ewropej billi tnaqqas ix-xkiel għall-użu ta' servizzi avvanzati ta' komunikazzjoni mowbajl u billi tegħleb il-qasma diġitali ġeografika. Sistemi oħra barra dawk GSM huma mistennija li jiżviluppaw u jinfirxu madwar l-Ewropa aktar malajr geografikament, speċjalment f'żoni rurali. Servizzi ta' dejta bla wajers u multimedjali ġodda u bi prestazzjoni għolja (eż. browsing fl-internet u TV mowbajl) jeħtieġu netwerks ta' aċċess bħal netwerks tal-mowbajl 3G li jużaw teknoloġija UMTS li toffri rati ta' trasferiment ta' dejta aħjar minn tal-GSM. Il-miżura għandha żżid ukoll il-kwalità tas-servizzi u tbaxxi l-prezzijiet għall-konsumatur. Netwerks tal-mowbajl 3G huma attwalment maqbuda fi frekwenzi għoljin li joffru anqas karatteristiċi favorevoli ta' propogazzjoni mil-medda tad-900 MHz, u għalhekk joħolqu aktar spejjeż għall-użu tan-netwerk. Barra minn hekk, l-użu ta' frekwenzi ogħla huwa inqas adattat biex jippenetra l-bini, għad-detriment tal-kwalità tas-servizz u għall-prezzijiet tal-konsumatur. Fl-aħħarnett, għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku tas-settur billi jiffaċilita l-użu ta' servizzi avvanzati ta' komunikazzjoni bil-mowbajl. Se jiftaħ nixxigħat ġodda ta' dħul lill-operaturi u jżid id-domanda għall-apparat (infrastruttura ta-netwerk, ġenerazzjonijiet ġodda ta' terminals). Il-miżura għandu jkollha impatt pożittiv fuq l-ambjent peress li għandha tnaqqas in-numru ta' stazzjonijiet bażi meħtieġa permezz ta' l-użu ta' frekwenzi aktar baxxi; għandha tnaqqas ukoll ir-riskju ta' kwistjonijiet dwar lokazzjonijiet xierqa għall-istazzjonijiet bażi. Dwar l-impatt ambjentali, il-bżonn li tiġi żgurata l-protezzjoni kontinwa tas-saħħa kontra emissjonijiet elettromanjetiċi mhux affetwat mill-miżuri proposti. Il-Kwistjoni hija koperta bid-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward ta’ l-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampijiet elettromanjetiċi) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE tat-12 ta' Lulju 1999 dwar il-limitu ta' esponiment tal-pubbliku ġenerali għal kampijiet elettromanjetiċi (0 Hz to 300 GHz). Il-protezzjoni tas-saħħa minn tagħmir tar-radju hija żgurata bil-konformità ta' tagħmir bħal dan għar-rekwiżiti essenzjali skond id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (id-Direttiva R&TTE). Il-Kummissjoni qed iżżomm l-effetti fuq is-saħħa tal-kampijiet elettromanjetiċi taħt reviżjoni kontinwa; F'dan ir-rispett, il-Kumitat Xjentifiku tagħha dwar riskji ta' saħħa li qed joħorġu issa u oħrajn identifikati issa (SCENIHR) dan l-aħħar beda jaħdem fuq reviżjoni komprensiva ta' dejta xjentifika ġdida li qed toħroġ minn studji riċenti. | L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | 305 | Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Sabiex jiġi permess l-użu tal-meded tad-900 MHz u l-1800MHz skond il-politika u l-għanijiet tal-KE u skond id-domanda tas-suq għall-komunikazzjonijiet mowbajl, huwa propost li d-Direttiva 87/372/KEE tiġi revokata u li tiġi adottata Deċiżjoni tal-Kummisjoni skond id-Deċiżjoni dwar l-Ispektrum tar-Radju li għandha tarmonizza kundizzjonijiet ġodda dwar l-użu tal-meded ikkonċernati li jippermettu aktar servizzi ta' komunikazzjoni mowbajl avvanzati pan-Ewropej. | 310 | Bażi Legali L-Artikolu 95 tat-Trattat KE. | 320 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-KE. | L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba raġunijiet kif ġej: | 321 | Ma jistax jiġi żgurat li l-użu armonizzat tal-medda tad-900 MHz li jwettaq il-bżonnijiet politiċi tal-KE, jista' jsir b'mod sodisfaċenti billi l-Istati Membri jaħdmu waħedhom u jista' jitwettaq aħjar fuq livell ta' KE permezz ta' miżuri tas-suq intern adottati taħt id-Deċiżjoni dwar l-Ispektrum tar-Radju. Madankollu l-adozzjoni ta' pjan ġdid teħtieġ revoka tad-direttiva GSM. | 323 | Ir-revoka tad-Direttiva GSM tista' ssir biss fuq livell tal-KE permezz ta' Direttiva. Il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati ġodda għall-użu tad-900 MHz jeħtieġ jiġu adottati fuq livell ta' KE sabiex jiżguraw li l-għanijiet tal-politka tal-KE jintlaħqu fil-ħin u b'mod armonizzat. | Azzjoni tal-KE tilħaq aħjar l-għanijiet tal-proposta minħabba r-raġunijiet li ġejjin. | 324 | Ir-revoka tad-Direttiva GSM u l-adozzjoni tal-kundizzjonijiet ta' koeżistenza għall-GSM u l-UMTS permezz ta' miżura ta' armonizzazzjoni li torbot tal-KE huma meħtieġa sabiex jiżguraw l-introduzzjoni fil-ħin u armonizzata tal-kundizzjonijiet il-ġodda għall-użu ta' l-ispektrum fl-Istati Membri. Mingħajr miżura tal-KE bħal din, ma tista' tkun iggarnatita l-ebda soluzzjoni armonizzata u f'waqtha. | 325 | Id-Direttiva GSM ma tippermettix l-użu tal-medda tad-900 MHz minn sistemi oħra pan–Ewropej, bħall-UMTS, u għalhekk hija ta' xkiel għax-xogħol tas-soċjetà ta' l-informazzjoni fl-UE. L-użu armonizzat tal-medda tad-900 MHz jista' jappoġġja applikazzjonijiet oħra li jwettqu l-għanijiet politiċi attwali tal-KE. | Għaldaqstant, il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija skond il-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. | 331 | Id-Direttiva GSM se tkun revokata u kundizzjonijiet tekniċi ġodda għall-medda tad-900 MHZ se jiġu introdotti mill Kummissjoni bl-għajnuna ta' l-RSC, filwaqt li tippreserva l-operat tas-servizzi GSM. Il-miżuri proposti huma limitati għall-meded ta' l-ispektrum rilevanti għas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għall-applikazzjonijiet pan-Ewropej. Meta wieħed iqis l-evoluzzjoni tat-teknoloġija u l-bżonnijiet tal-konsumaturi, dawn il-meded se jibqgħu taħt analiżi sabiex sistemi addizzjonali pan-Ewropej ikunu jistgħu ukoll jiġu introdotti u jeżistu flimkien mal-GSM u l-UMTS. Il-miżura ma tkoprix il-ħruġ mill-Istati Membri ta' drittijiet għall-użu ta' l-Ispektrum. Fejn possibbli, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jintroduċu sistemi addizzjonali fil-medda sakemm dawn jistgħu jeżistu flimkien mas-sistemi GSM u sistemi oħra pan-Ewropej elenkati fl-Anness – l-ewwelnett bil-UMTS – fit-territorju tagħhom kif ukoll fi Stati Membri ġirien. | 332 | Il-kundizzjonijiet tekniċi ġodda ġew elaborati bil-ħila teknika u esperta tas-CEPT u u permezz ta' esperti nazzjonali mingħajr ma ħolqu piż finanzjarju u amministrattiv fuq livell ta' KE, nazzjonali, u reġjonali. Dawn se jippermettu l-offerta ta' ekonomiji ta' skala addizzjonali, koperta aħjar ta' żoni rurali kif ukoll ta' servizzi addizzjonali u aktar effettivi fil-KE għall-operaturi u għall-utenti. | L-għażla ta’ l-istrumenti | 341 | Strumenti proposti: Direttiva skond Artikolu 95 KE. | 342 | Mezzi oħra ma jkunux xierqa għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. Direttiva biss tista' tirrevoka d-Direttiva GSM li kienet adottata abbażi ta' l-Artikolu (qadim) 100 KE. Filwaqt li t-tħaddim tal-GSM li kien possibbli permezz ta' din id-Direttiva se jibqa' protett, din id-deċiżjoni se tiżgura li sistemi pan-Ewropej oħrajn, fosthom bħala l-ewwel pass l-UMTS, tista' tikkoeżisti mal-GSM fil-medda tad-900 MHz. | L-IMPLIKAZZJONI GħALL-BAġIT | 409 | Il-proposta m'għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-KE. | INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI | 510 | Simplifikazzjoni | 511 | Il-proposta tipprovdi għal-regolazzjoni aħjar u simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni, tal-proċeduri amministrattivi ta' l-awtoritajiet pubbliċi (UE jew nazzjonali), u tal-proċeduri amministrattivi għal partijiet privati. Id-Direttiva GSM li għandha tiġi revokata hija ta' ostaklu għall-progress teknoloġiku u tiddeprivi lill-industrija u lill-konsumaturi minn użu xieraq ta' spektrum għal servizzi ġodda avvanzati. | 512 | Ir-revoka tad-Direttiva u l-addozzjoni ta' miżura ta' armonizzazzjoni li tispeċifika kundizzjonijiet ta' użu ġodda jikkostitwixxu bidla ta' l-approċċ regolatorju li jaqbel ma' l-intenzjoni tad-Deċiżjoni ta' l-Ispektrum tar-Radju biex torbot ix-xogħol tekniku dwar il-ġestjoni ta' l-ispektrum fuq il-livell ta' implimentazzjoni ta' miżuri li jħollu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill minn kunsiderazzjonijiet tekniċi dettaljati. | 513 | L-armonizzazzjoni ta' l-ispektrum tħaffef ix-xogħol u tilħaq l-aspettattivi ta' l-awtoritajiet nazzjonali. | 514 | Il-kundizzjonijiet ta' l-użu ta' spektrum armonizzat se jiftaħ opportunitajiet ġodda għall-operaturi tal-komunikazzjonijet tal-mowbajl u għall-utenti tal-mowbajls, b'mod partikulari f'żoni rurali. | 516 | Il-proposta hija inkluża fil-programm li għaddej tal-Kummissjoni għall-aġġornament u s-simplifikazzjoni ta' l-acquis communautaire. | 520 | Ir-revoka ta' leġiżlazzjoni eżistenti L-adozzjoni tal-proposta se twassal għar-revoka tal-leġiżlazzjoni eżistenti. | 560 | Iż-Żona Ekonomika Ewropea Din il-proposta tolqot kwistjoni rilevanti għaż-ŻEE, u għalhekk għandha testendi għaż-Żona Ekonomika Ewropea. | 1. 2007/0126 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tirrevoka Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 87/372/KEE dwar il-firxiet ta' frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni kordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[3], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali[4], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[5], Filwaqt li jaġixxi bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6], Billi: (1) Il-meded ta' frekwenzi 890-915 u 935-960 MHz (il -medda 900 MHz) kienu riservati u kellhom jiġu okkupati mis-servizz pan-Ewropew ta' komunikazzjonijiet mobbli pubbliċi ċellulari diġitali, provdut f'kull Stat Membru għal speċifikazzjoni komuni, identifikata bid-Direttiva tal-Kunsill 87/372/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar il-meded ta' frekwenzi li għandhom jiġu riżervati għall-introduzzjoni koordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità[7], ikkumplimentata mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 1987 għall-introduzzjoni kordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità[8] u bir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 1990 dwar l-istadju finali ta' l-introduzzjoni koordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità (GSM)[9]. (2) Għall-kontribuzzjoni għall-għanijiet ta' l-inizjattiva i2010 "Soċjetà Ewropea ta’ l-informazzjoni għat-tkabbir u l-impjiegi"[10] u għas-suq intern u biex timmassimizza l-kompetizzjoni, l-użu tal-medda tad-900 Mhz għandu jkun miftuħ għal kemm jista' jkun teknoloġiji addizzjonali sakemm tibqa' koordinata sabiex tinroduċi servizzi pan-Ewropej kompatibbli filwaqt li tippermetti l-utenti kemm jista' jkun libertà fl-għażla tas-servizzi u tat-teknoloġiji possibbli. (3) Żviluppi tas-suq wasslu għal appoġġ ġenerali mill-industrija għat-tneħħija tar-riżervazzjoni tal-medda tad-900 MHz għall-GSM, sabiex teknoloġiji diġitali ġodda li kapaċi jipprovdu servizzi innovattivi pan-Ewropej u li jikkoeżistu mal-GSM ikunu jistgħu jitħaddmu fil-meded ta' frekwenzi 890-915 u 935-960 MHz . Dawn il-meded joffru karatteristiċi ta' propogazzjoni, li jippermettu l-kopertura ta' distanzi itwal minn dawk ta' meded ta' frekwenzi ogħla, bl-effett li servizzi ġodda ta' vuċi, dejta u multimedia jistgħu jiġu trasportati f'zoni anqas popolati u rurali. (4) Id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispektrum tar-radju fil-Komunità Ewropea (id-Deċiżjoni dwar l-Ispektrum tar-Radju)[11] stabbiliet politika tal-Kummissjoni u qafas legali sabiex tiżgura koordinament għall-approċċi politiċi u, fejn xieraq, kundizzjonijiet armonizzati fejn jidħlu d-disponibbiltà u l-effiċjenza ta' l-użu tal-medda ta' l-ispektrum tar-radju neċessarji għat-twaqqif u l-funzjonamnet tas-suq intern. Dik id-Deċiżjoni tippermetti l-Kummissjoni li tadotta miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex tiżgura kundizzjonijiet armonizzati għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti ta' l-ispektrum tar-radju. (5) Skond il-prinċipji u l-għanijiet tad-Deċiżjoni ta' l-Ispektrum tar-Radju, il-Kummissjoni ħarġet għall-Konferenza Ewropea ta' l-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni (minn hawn 'il quddiem is-CEPT) mandat inizjali sabiex tiżviluppa l-anqas kundizzjonijiet tekniċi restrittivi għall-meded ta' frekwenzi fosthom fil-medda tad-900MHz. (6) Skond il-mandat li ngħatat, is-CEPT ħarġet kundizzjonijiet tekniċi għall-koeżistenza ta' l-UMTS fid-900 MHz mal-GSM li jopera fl-istess medda, ibbażati fuq il-prinċipju, li peress li l-medda tad-900 MHz ġiet allokata għal u hija użata ħafna minn sistemi GSM fil-Komunità, koeżistenza bħal din għandha tiżgura kompatibbiltà sħiħa bejn il-GSM u l-UMTS biex tipproteġi l-użu attwali tal-medda tad-900 MHz mill-GSM madwar il-Komunità kollha sakemm hemm domanda. (7) Sabiex titneħħa r-riżervazzjoni tal-medda tad-900 MHz għall-GSM sabiex ikunu jistgħu jitħaddmu teknoloġiji diġitali ġodda f'dik il-medda f'koeżistenza mas-sistemi tal-GSM, id-Direttiva 87/372/KEE għandha tiġi rrevokata. ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 87/372/KEE hija rrevokata b'seħħ mill- ... Artikolu 2 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] COM(2007) 50. [2] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni COM(2005) 229 finali. [3] ĠU C , , p. [4] ĠU C , , p. . [5] ĠU C , , p. . [6] ĠU C , , p. . [7] ĠU L 196, 17.7.1987, p. 85. [8] ĠU L 196, 17.7.1987, p. 81. [9] ĠU C 329, 31.12.1990, p. 25. [10] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni COM(2005) 229 finali. [11] ĠU L 108, 24.4.2002, p.1.