[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 22.6.2007 KUMM(2007) 356 finali 2007/0122 (CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL Li jwaqqaf l-"Impriża Komuni ENIAC" (preżentata mill-Kummissjoni) {SEC(2007) 851}{SEC(2007) 852} MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha In-nanoelettronika hija teknoloġija strateġika għall-Ewropa li se jkollha impatt ewlieni fuq il-kompetittività u t-tkabbir industrijali. In-nanoelettronika hija l-qofol ta' l-iżvilupp ġejjieni ta' setturi tal-manifattura ta' teknoloġija għolja li huma kruċjali għas-saħħa industrijali ta' l-UE u li jgħoddu madwar €20 biljun fis-sena ta' l-investiment R&D. Dawn is-setturi huma xprun sinifikanti ta' l-innovazzjoni u t-tkabbir ekonomiku u huma kruċjali għall-kompetittività u l-iżvilupp soċjali ta' l-UE fil-ġejjieni. Il-valur medju tal-komponenti elettroniċi fil-prodotti innovattivi qed jikber, u jagħti aktar funzjonalità u intelliġenza lill-prodotti. L-UE se tħabbat wiċċha ma' telf sostnut tal-kompetittività fin-nanoelettronika bħala riżultat tal-frammentazzjoni ta' l-isforzi tar-riċerka tagħha, il-kumplessità teknoloġika dejjem tikber, u pressjonijiet kompetittivi minn reġjuni oħra madwar id-dinja. Mhumiex f'riskju biss l-opportunitajiet fuq qasir żmien għal prodotti u servizzi ġodda, iżda wkoll it-telf tal-ħila għall-innovazzjoni f'dawk is-setturi bl-akbar potenzjal għall-ħolqien tal-valur u t-tkabbir ekonomiku fuq medda twila ta' żmien. L-investiment fir-riċerka huwa wkoll meħtieġ sabiex jintlaqgħu l-isfidi teknoloġiċi u jitrawmu u jinżammu l-aħjar riċerkaturi. Il-programm speċifiku "Kooperazzjoni"[1] tas-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013), jintroduċi l-Inizjattivi ta' Teknoloġija Konġunti (JTIs) bħala mod ġdid biex jinbnew sħubijiet pubbliċi-privati fil-qasam tar-riċerka f'livell Ewropew. Il-JTIs huma esspressjoni ta' l-impenn qawwi ta' l-UE sabiex tikkoordina l-isforzi ta' riċerka. L-għanijiet huma li jinkiseb fokus strateġiku ikbar billi jingħata appoġġ lil aġendi ta' riċerka ambizzjużi u komuni f'oqsma li huma kruċjali għall-kompetittività u t-tkabbir, li tinġabar u tiġi kkoordinata - fil-livell ta' l-UE - massa kritika ta' riċerka bbażata fuq is-sorsi kollha ta' investiment fl-R&D (kemm pubbliċi kif ukoll privati), u li jinbnew rabtiet aktar mill-qrib bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, u b'hekk jikkontribwixxu għat-twettiq ta' l-għanijiet ta' kompetizzjoni taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u ta' l-Ewropa. Il-Programm Speċifiku "Kooperazzjoni" jidentifika s-sistemi ta' kompjuters inkorporati bħala wieħed mill-oqsma li JTI tista' tkun partikolarment rilevanti għalih.Fil-biċċa l-kbira, il-JTIs huma frott ta' Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej (ETPs). Għadd limitat ta' ETPs kisbu skala u skop tant ambizzjużi li jeħtieġu l-mobilizzazzjoni sostanzjali tar-riżorsi pubbliċi u privati sabiex jimplimentaw elementi importanti mill-Aġendi Strateġiċi ta' Riċerka tagħhom. Il-JTIs huma proposti bħala mezz effettiv ta' kif jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet ta' dawn l-ETPs. L-għan ta' din il-proposta hu li titwaqqaf Impriża Konġunta sabiex timplimenta JTI f'sistemi ta' kompjuters inkorporati (JTI ENIAC). Il-JTI ENIAC tipprova toħloq programm waħdieni ta' R&D madwar l-Ewropa kollha li jkun ta' għajnuna għall-industrija ta' l-UE sabiex din tkun l-aqwa fid-dinja fit-teknoloġiji ta' kompjuters inkorporati. Din il-JTI ser tgħaqqad, għall-ewwel darba, massa kritika ta' riżorsi nazzjonali, ta' l-UE u privati f'qafas legali wieħed li jkun koerenti, flessibbli u effiċjenti; Barra minn hekk, ser tixpruna l-investiment ta' l-Ewropa fl-R&D billi tagħti inċentivi sabiex l-industrija u l-Istati Membri jżidu l-infiq tagħhom fl-R&D. Il-kuntest ġenerali Id-daqs tas-suq tal-katina kummerċjali tan-nanoelettronika (jiġifieri il-manifatturi, iżda wkoll għadd kbir ta' industrija relatati bħall-fornituri tat-tagħmir u l-materjali, id-disinjaturi, eċċ) jirrappreżentaw kważi 1% tal-PGD dinji b'rata medja qawwija a' tkabbir annwali (madwar 15%). Madankollu, l-industrija li teffettwa (bħat-telekomunikazzjonijiet, prodotti tal-konsumatur u edukazzjoni, servizzi multimedjali, trasport, saħħa, sigurtà/sikurezza, ambjent) jgħoddu għal piż kumplessiv li huwa bosta drabi ogħla (stmat għal ~€5 000 biljun). Inizjattiva effettiva fuq il-livell ta' l-UE se jkollha għalhekk impatt ta' daqs sinifikanti minħabba l-effett ta' xprun ta' din it-teknoloġija ta' bażi. Is-settur nanoelettrokiku huwa wkoll għajn sinifikanti li tiġġenera impjiegi bi kwalifiki għolja, u jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli. L-Ewropa għanda kapaċitajiet biex tkun minn ta' quddiem fid-dinja, iżda tibqa' t-theddida ta' l-Ażja u l-Istati Uniti jekk ma tiġix indirizzata b'investiment sinfikanti l-espansjoni tal-produzzjoni għall-iżvilupp ta' ġenerazzjonijiet futuri ta' ċirkwiti integrati. Fl-aħħar 10 snin, il-programmi ta' riċerka Ewropej u l-Eureka appoġġjaw sforzi kbar sabiex ir-riċerka u l-manifattura fl-Ewropa għall-mikro/nanoelettronika jinġiebu fuq l-istess livell mal-kompetuturi madwar id-dinja. Minħabba l-ispejjeż kbar involuti u l-iskarsezza tar-riżorsi disponibbli, strateġija koordinata fost l-atturi varji se tippermetti lill-industriji Ewropej jibqgħu fuq quddiemnett. Importanti li l-aħjar sinerġiji f'termi ta' għanijiet xjentifiċi u prioritajiet ta' finanzjament jiġu stabbiliti fuq livell ta' R&D Ewropew sabiex jintlaħqu effettivament l-għanijiet ta' l-isfruttament industrijali u l-akbar benefiċċju għaċ-ċittadini. | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Mhemm l-ebda dispożizzjoni eżistenti fil-qasam tal-proposta. | Il-konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra ta' l-Unjoni Is-Seba ' Programm Kwadru (PK7) huwa punt ta' tluq importanti għall-Ewropa. Huwa bbażat fuq il-qbil li l-Ewropa għandha tkabbar l-isforzi tagħha biex iżżid, u tagħmel aktar qligħ mill-investimenti tagħha fl-R&D, bil-għan li l-ekonomija tagħha ssir waħda kompetittiva, dinamika u bbażata fuq l-għarfien. B'mod partikolari, hemm bżonn ta' fokus strateġiku akbar, sabiex tinġabar massa kritika ta' riċerka f'oqsma ewlenin, għal koordinazzjoni aħjar fir-riċerka, u biex tinbena rabta aktar mill-qrib bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni. L-implimentazzjoni ta' din il-JTI ser tikkontribwixxi direttament għall-għan ta' kompetittività ta' Liżbona u għall-miri ta' Barċellona għall-infiq fuq ir-riċerka. Ir-riżultati tal-JTI ENIAC f'oqsma ta' applikazzjoni ewlenin sejrin ukoll jikkontribwixxu indirettament lejn politiki oħrajn ta' l-UE bħall-ambjent (monitoraġġ u ġestjoni), it-trasport (sikurezza), l-enerġija (ġestjoni u kontroll), u s-saħħa (metodoloġiji u strumenti). Il-JTI ENIAC se tindirizza mill-ewwel kull riskju potenzjali għas-saħħa pubblika, is-sigurtà, l-ambjent u l-konsumatur skond il-politiki Komunitarji f'dawn l-oqsma. Speċifikament, l-Azzjoni Ewropea "Nanoxjenzi u nanoteknoloġiji: pjan ta’ azzjoni għall-Ewropa għall-2005 - 2009” (COM(2005) 243) u l-ħidma tal-Kumitat Xjentifiku dwar Riskji għas-Saħħa li qed Jitfaċċaw u li għadhom kemm ġew Identifikati (SCENHER) jipprovdu l-qafas li fih tkun tista' taħdem il-JTI ENIAC. l-Impriża Komuni ENIAC hija responsabbli għall-ġestjoni ta' programm ta' riċerka, żvilupp u innovazzjoni ta' interess Ewropew, li se jitqies bħala Proġett ta' interess komuni Ewropew skond it-tifsira ta' l-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat. L-inizjattiva proposta tagħmel parti minn strateġija wiesgħa u ambizzjuża tal-Komunità biex tnaqqas id-distakk fl-innovazzjoni li jinkludi, fost l-oħrajn, il-proposta li jitwaqqaf Istitut Ewropew għat-Teknoloġija (EIT). | IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT | Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati | Metodi ta’ konsultazzjoni, setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta’ dawk li ħadu sehem fil-konsultazzjoni Seħħew konsultazzjonijiet estensivi mill-Kummissjoni mal-partijiet interassti tal-qasam tan-nanoelettronika wara l-ħolqien tal-Pjattaforma tat-Teknoloġija ENIAC f'Ġunju 2004 u l-bosta gruppi ta' ħidma tagħha, u ma' l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali rrappreżentati fil-"Grupp Mera"li ġabar rappreżentanti minn 21 Stat Membru u Pajjiżi Assoċjati. Dawn il-gruppi ltaqgħu regolarment fl-aħħar sentejn. It-temi rilevanti għal din l-Impriża Komuni bħall-Aġenda Strateġika ta' Riċerka, il-governanza u aspetti operattivi ġew ippreżentati u diskussi waqt avvenimenti pubbliċi importanti, bħall-konferenzi annwali ta' kull sitt xhur ta' l-ENIAC, il-Konferenza tat-Teknoloġiji tas-Soċjetà ta' l-Informatika IST 2006 (Ħelsinki) u l-preżentazzjoni pubblika SRA f'Settembru 2005 u 2006 Konsulent indipendenti ġie involut f'bosta laqgħat ad hoc mal-partijiet ikkonċernati sabiex jivvaluta l-impatt potenzjali ta' l-inzjattiva, prinċipalment f'termini ta' għanijiet politiċi u gwadanni fl-effiċenza. Għall-analiżi ekonomika, il-konsultazzjoni għafset l-aktar fuq informazzjoni dwar is-suq, partikolarment permezz ta' studju li ta stampa dettaljata ta' l-effettività ta' l-R&D sabiex tikber il-kompetittività ta' l-industrija Ewropea fil-qasam tan-nanoelettronika fil-konfront ta' xejriet u programmi madwar id-dinja, ippubblikati f'Diċembru 2005. F'Diċembru 2006, tqabbad konsulent indipendent biex jara x'jista' jkun l-impatt ekonomiku potenzjali ta' l-inzjattiva. | Sommarju tat-tweġibiet u kif ġew ikkunsidrati L-involviment kontinwu ta' bosta atturi fil-proċess ta' elaborazzjoni ta' l-inizjattiva fisser li setgħu jiġu vvalidati tal-kwotazzjonijiet kamjum u l-kummenti u s-suġġerimenti setgħu jinġabru kull ma jmur u jitqiesu waqt it-tfassil tal-proposta. | Il-ġbir u l-użu ta’ għarfien espert | Oqsma ta’ għarfien xjentifiku/espert involuti Esperti fl-R&D tan-nanoelettronika kienu involuti fl-abbozzar ta' l-Aġenda Strateġika ta' Riċerka. | Metodoloġija użata L-esperti ltaqgħu f'laqgħat ta' ħidma apposta u ppreżentaw xogħolhom f'konferenzi pubbliċi. | L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati Ġew ikkonsultati l-kumpaniji ewlenin Ewropej tas-semikundutturi u l-fornituri u utenti tagħhom, kif ukoll l-organizzazzjonijiet fl-Ewropa ta' l-aktar teknoloġija avvanzata fil-qasam tar-riċerka. | Sommarju tal-pariri miksuba u użati Ma ssemmietx l-eżistenza ta’ riskji potenzjalment serji u b’konsegwenzi irriversibbli. | Il-valutazzjoni ta' l-impatt Ir-Regolament propost kien soġġett għal Valutazzjoni ta' l-Impatt mill-Kummissjoni (mehmuż mal-proposta). Is-sejbiet ewlenin huma li l-JTI ENIAC se tippermetti li (a) jinqasmu l-ispejjeż dejjem jikbru ta' l-attivitajiet u l-infrastrutturi R&D sabiex iżommu l-Ewropa miexja mal-kompetizzjoni internazzjonali, (b) li tittieħed it-tmexxija fis-suq fid-diversifikar ta' l-applikazzjonijiet tat-teknoloġiji tas-semikundutturi u l-applikazzjoni tagħhom għal swieq innovattivi alternattivi, (ċ) li jiġu ġestiti żviluppi jew skoperti ġodda fid-disinn elettroniku, sabiex jingħalaq id-distakk dejjem jikber bejn dak li jista' jinkiseb fit-tekonoloġiji u dak li jista' jiġi ddisnjat u ttestjat ekonomikament, u (d) li l-SMEs Ewropej jiġu pprovduti b'għodod effettivi u effiċjenti sabiex jappaoġġawhom fil-proċess ta' innovazzjoni tagħhom. F'dan ir-rigward ukoll, hija tkabbar l-effett ta' lieva tal-Kontribuzzjoni Komunitarja għall-R&D (nazzjonali u privat) u tipprovdi qafas ta' R&D u innovazzjoni aktar effiċjenti u ta' min joqgħod fuqu li jneħħi l-inċertezza finanzjarja, jirrazzjonalizza l-proċeduri u jnaqqas iż-żmien sakemm isiru l-kuntratti. Dan, min-naħa tiegħu, ser iwessa' l-parteċipazzjoni u jżid l-għadd ta' msieħba ġodda fl-attivitajiet ta' R&D. Benefiċċju ieħor huwa li l-flus tal-pajjiż li jintefqu permezz tal-JTI ENIAC ser ikunu allokati permezz ta' proċeduri u pjanijiet ta' ħidma Ewropej komuni, li b'hekk ikun hemm impatt simili għal dak ta' ħruġ ta' flus fil-livell ta' l-UE u impatt ogħla minn dak ta' l-alternattiva bażilari. | ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA | Sommarju ta' l-azzjoni proposta Il-proposta tikkonsisti f'Regolament tal-Kunsill għat-twaqqif ta' l-Impriża Komuni ENIAC. | Il-bażi ġuridika Il-bażi ġuridika għall-proposta hija l-Artikolu 171 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. L-Impriża Komuni ser tkun entità Komunitarja u għalhekk, l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha hija soġġetta għall-kwittanza mill-Parlament Ewropew[2], iżda b'kunsiderazzjoni għall-ispeċifiċitajiet li jirriżultaw min-natura tal-JTIs bħala sħubijiet pubbliċi-privati u b'mod partikulari mill-kontribuzzjoni tas-settur pubbliku. | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjaretà japplika sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. | L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri għar-raġuni(jiet) li ġejja. | Quddiem l-isfidi l-kbar li qed iħabbtu wiċċhom magħha l-industrija u l-ekonomija Ewropea, ir-riċerka fl-Ewropa hija frammentata u mhijiex kapaċi tagħti rispons konvinċenti. Jeżistu ħafna programmi ta' kofinanzjament fuq livell nazzjonali. F'xi pajjiżi, l-attivitajiet ta' riċerka rilevanti tan-nanoelettronika huma mifruxa fuq bosta (xi kultant mhux konnessi ma' xulxin) programmi, u għal xi oħrajn mhuwiex possibbli tidentifika jekk hemmx attivitajiet rilevanti f'dan il-qasam. Bosta pajjiżi jipprovdu finanzjament addizzjonali permezz ta' l-iskema intergovernattiva Eureka. Is-sitwazzjoni attwalment frammentata fl-Ewropa hija ineffettiva u ineffiċjenti. Mingħajr programm iffukat u koerenti, l-isforzi Ewropej fir-riċerka nanoelettronika se jibqgħu jsiru b'mod imferrex u mhux strutturat. Il-progress jinżamm lura minn nuqqas ta' koordinazzjoni għal għanijiet R&D industrijali, duplikazzjoni ta' l-isforz, burokrazija mhux meħtieġa, u użu mhux daqshekk tajjeb ta' fondi limitati għar-riċerka. B'hekk, l-azzjoni mill-Istati Membri individwali mhix ideali biex tilħaq l-isfidi enormi tas-settur nanoelettroniku. L-ebda mekkaniżmu waħdieni eżistenti, fil-fatt, mhu se jkun jista' jiġbor fis-snin li ġejjin l-għarfien espert u l-mezzi finanzjarj kollha meħtieġa sabiex jieħu ikun quddiemnett fit-tellieqa kompetittiva dinjija. Sħubija pubbliku-privata b'saħħitha hija meħtieġa biex tixpruna l-mezzi finanzjarji u tekniċi indispensabbli sabiex titrażżan il-kumplessità tal-rata dejjem tikber ta' l-innovazzjoni f'dan is-settur. | L-azzjoni Komunitarja tkun tista’ tilħaq aħjar l-għanijiet tal-proposta għar-raġuni(jiet) li ġejja. | Il-bini ta' massa kritika, permezz ta' l-involviment f'inizjattiva b'kontribuzzjonijiet qawwija mill-industrija u l-Istati Membri. Il-JTI mistennija ssir ċentru ta' gravità għall-Ewropa u punt ewlieni għall-interazzjonijiet esterni. Il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi, permezz ta' effett sinifikanti ta' lieva ta' riżorsi ta' l-UE fil-konfront ta' fondi nazzjonali u mill-industrija. L-ittestjar ta' strument ġdid għar-riċerka industrijali li kapaċi jagħti kontribut konkret lil-istrateġija ta' Liżbona u lill-għanijiet ta' Barċellona billi jwassal il-fondi Komunitarji, nazzjonali u privati biex jaħdmu f'sinerġija. Jekk jirnexxi, dan l-istrument ġdid mistenni jintuża f'oqsma oħrajn li jkunu jeħtieġu sħubija privata-pubblika. "Il-Komunitarizzazzjoni" ta' parti mir-riċerka ffinanzjata nazzjonalment, biex b'hekk ikun hemm kontribut qawwi għall-iżvilupp taż-Żona Ewropea ta' Riċerka. Tnaqqis tar-riskju, bl-UE żżomm il-kontroll fuq il-kontribuzzjoni tagħha b'mod li tiżgura riskju finanzjarju minimu. Implimentazzjoni bi nfiq effettiv, bil-JTI li jkollha infrastruttura ammnistrattiva ħafifa mħallsa mill-industrija, fejn iżomm biss il-kapaċitajiet finanzjarji u għat-teħid tad-deċiżjonijiet. | Effett ta' ffukar: iffukar fuq aġendi R&D aktar effettivament mill-programmi nazzjonali kurrenti u raggruppamenti Eureka li jibdew mill-qiegħ. Din il-proposta ser tgħin biex tinbena Żona Ewropea ta' Riċerka (ERA) fin-nanoelettronika. Flessibbiltà akbar: li jiġi pprovdut mekkaniżmu biex jimmobilizza l-Istati Membri li lesti jaġixxu għal għanijiet komuni b'mod flessibbli skond ir-riżorsi disponibbli u jadattaw fil-pront għall-ħtiġijiet fil-qasam li qed jevolvu bil-ħeffa, u b'hekk jgħinu fil-bini ta' massa kritika għar-riċerka nanoelettronika fl-Ewropa. L-integrazzjoni ta' l-isforzi nazzjonali: li jiġu segwiti għanijiet li ġew iddefiniti fuq livell Ewropew fi ħdan l-SRA tal-Pjattaforma tat-Teknoloġija ENIAC, u li titwettaq għażla tal-proġetti skond proċess komuni u waħdieni Ewropew u skond kriterji ppubblikati minn qabel. Effett ta' stimolu: għoti ta' inċentivi lill-industrija u lill-Istati Membri, jiġi attirat aktar appoġġ nazzjonali u jiġi mħajjar finanzjament akbar għall-industrija. Dan se jikkontribwixxi direttament għall-għanijiet ta' Barċellona. L-effiċjenza tal-programm: jitlaqqgħu flimkien il-punti tajbin ta' programmi transnazzjonali (Eureka) Ewropej, filwaqt li jingħelbu l-punti dgħajfa tagħhom. B'mod partikolari, biex tiġi evitata l-inċertezza f'baġits nazzjonali (meta mqabbla ma' l-Eureka) u r-ripetizzjoni ta' proċeduri ta' evalwazzjoni u monitoraġġ. L-adozzjoni ta' proċeduri komuni għandha tippermetti żmien iqsar sal-kuntratt, filwaqt li tiġi evitata burokrazija żejda għall-parteċipanti. L-effiċjenza ekonomika: jitnaqqas iż-żmien sakemm il-proġett jinbeda, li jippermetti lill-industrija twettaq il-proġetti aktar malajr u b'hekk tqassar iż-żmien ta' kemm ir-riżultati tar-riċerka jdumu ma jitqiegħdu fis-suq. Żvilupp aktar rapidu tal-prodott, inqas opportuniatjiet tas-suq mitlufa u produttività għolja jistgħu jġibu benefiċċji enormi għall-kumpaniji f'sitwazzjonijiet fejn qed jonqsu sew l-opportunitajiet għall-azzjoni. L-impatt ekonomiku li jintlaħqu l-għanijiet teknoloġiċi (it-tmexxija fin-nanoteknoloġija); proċeduri aktar sempliċi u effiċjenti (inqas spejjeż amministrattivi għall-parteċipanti u konċentrazzjoni akbar tar-riżorsi tar-riċerka); u żmien iqsar sal kuntratt (kompetittività aħjar u żieda fl-impjiegi) | Approċċ sikur, integrat u responsabbli: l-għaqda tal-partijiet interessati kollha se ssaħħaħ il-fatt li l-iżviluppi se jilqgħu minn qabel għal kull theddida potenzjali sanitarja, ambjentali u għall-konsumatur Il-JTI ENIAC se tippermetti li mijiet ta' miljuni mill-fondi nazzjonali jinġiebu konformi ma' l-SRA maqbul u l-istrateġija proprja tal-Kummissjoni. Sejra wkoll tagħti leħen sod lill-Kummissjoni dwar kif u fejn jintefqu dawn il-flejjes nazzjonali, rwol li bħalissa m'għandhiex. Ix-xogħol li se jitwettaq taħt il-JTI m'għandux jitqies bħala trasferiment ta' l-attivitajiet Eureka għal taħt kappa oħra. Hija aktar partenerjat sħiħ tal-partijiet interessati kollha (il-KE, l-Istati Membri u l-industrija/r-riċerka) li huwa mmirat lejn il-kisba progressiva ta' integrazzjoni vera fuq livell Ewropew, filwaqt li fl-istess ħin ikun hemm stil ġdid ta' governanza li jwiegħed anqas burokrazija. | Għaldaqstant, il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba r-raġunijiet li ġejjin: | L-Impriża Komuni proposta hija l-unika għażla sempliċi li tissodisfa l-kriterji u l-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' l-azzjoni. Hija struttura li għandha tibqa' tajba għal ħafna snin, għandha personalità ġuridika u tipprovdi qafas ġuridiku ċar għall-kollaborazzjoni u l-parteċipazzjoni ta' dawk attivi fl-R&D, awtoritajiet nazzjonali u l-Komunità fi sħubija pubblika-privata. | Il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati kollha hija mill-aktar importanti. Peress li l-inizjattiva tiffoka fuq għanijiet industrijali ta' rilevanza importanti għall-kompetittività ekonomika, il-parteċipazzjoni industrijali hija meħtieġa sabiex torjenta t-tfassil tal-prijoritajiet ta' riċerka u l-politiki ta' innovazzjoni. L-involviment ta' Stati Membri huwa meħtieġ sabiex jimmobilizza l-finanzjament nazzjonali li huwa l-biċċa l-kbira ta' l-isforz fl-R&D pubbliku f'dan il-qasam. Finalment, il-Komunità għandha rwol importanti fit-tħaddim tal-proċess ta' integrazzjoni, billi żżomm bilanċ bejn l-interessi tas-sħab, u billi tikkontrolla kif xieraq l-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità. L-azzjoni proposta ser tikseb l-integrazzjoni meħtieġa fil-livell ta' l-UE filwaqt li tipprovdi flessibilità għall-parteċipazzjoni ta' l-Istati Membri. Hija ser tħalli li l-massimu possibbli tad-deċiżjonijiet jibqgħu jittieħdu f'livell nazzjonali, pereżempju l-impenji finanzjarji għas-sejħiet għal proposti u l-użu, kull meta jkun possibbli, ta' proċeduri nazzjonali għall-konklużjoni ta' ftehimiet ta' għoti ta' għajnuna, l-ipproċessar ta' talbiet għall-ispejjeż, il-pagamenti u l-verifiki. L-Impriża Konġunta ser tistabbilixxi struttura sempliċi għat-teħid ta' deċiżjonijiet u għall-operazzjonijiet finanzjarji u amministrattivi, bis-saħħa ta' l-użu ta' proċeduri eżistenti fil-livell nazzjonali. Tali implimentazzjoni mhix ta' tfixkil għall-amministrazzjonijiet nazzjonali, tutilizza mudelli ta' kuntratti li huma familjari għal dawk attivi fl-R&D u hija partikolarment effiċjenti f'termini ta' nfiq: l-ispejjeż għat-tħaddim mistenni li jkunu inqas minn 1.5% ta' l-ispejjeż globali ta' l-attivitajiet ta' R&D mibdija mill-Impriża Konġunta. | L-għażla ta’ l-istrumenti | Strumenti proposti: regolament. | Mezzi oħra ma jkunux tajbin minħabba r-raġunijiet li ġejjin: Il-ħolqien ta' impriża li fija tieħu sehem il-Komunità teħtieġ regolament tal-Kunsill. | IMPLIKAZZJONIJIET GħALL-BAġIT | Skond il-valutazzjoni finanzjarja, hi meħtieġa spiża massima Komunitarja ta' €450 miljun għall-perjodu inizjali ta' l-Impriża Komuni ENIAC (sa l-2017), spiża li madankollu trid tkun ġiet allokata qabel il-31 ta' Diċembru 2013 meta jasal fi tmiemu l-baġit ta' l-PK7. L-ewwel €42.5 miljun għandhom jiġu allokati fl-2008. | INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI | Simplifikazzjoni | Il-proposta tipprevdi s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni, tal-proċeduri amministrattivi għall-awtoritajiet pubbliċi (UE jew nazzjonali), u ta' proċeduri ammnistrattivi għall-privati. | Meta mqabbla ma' l-arranġamenti transnazzjonali attwali ta' finanzjament ta' l-Eureka, il-proċeduri ta' l-Impriża Komuni sejrin: o Ineħħu l-inċertezza baġitarji, permezz ta' impenji vinkolanti ta' l-Istati Membri skond ir-Regolament. o Ineħħu d-duplikazzjoni fl-evalwazzjoni/monitoraġġ, fejn bħalissa qed jiġu applikati proċeduri differenti fuq livell nazzjonali. o Jippermettu żmien iqsar sal-kuntratt. o Ineħħu burokrazija żejda u mhux meħtieġa għall-parteċipanti. | Dawn is-simplifikazzjonijiet se jkollhom impatt fuq il-partijiet interessati tar-riċerka b'dawn il-modi: o Se jitnaqqsu bil-kbir l-ispejjeż u l-ħin meħtieġ mill-applikanti għat-tħejjija tal-proposti meta mqabbel ma' l-arranġamenti kurrenti għall-applikazzjoniiet taħt Eureka. o Barra minn hekk, proporzjon ta' proposti jaqgħu minħabba li ma jġibux finanzajment nazzjonali u għalhekk jintilfu. Dan kieku jiġi evitat taħt l-iskem JTI. o Aktar iffrankar huwa mistenni permezz tal-proċeduri ta' rappurtar razzjonalizzati li sejrin japplikaw waqt it-twettiq tal-proġett. Taħt il-JTI, il-proġetti se jimxu fuq proċedura waħda u mhux fuq proċeduri nazzjonali differenti li japplikaw taħt Eureka. | 1. 2007/0122 (CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL Li jwaqqaf l-"Impriża Komuni ENIAC" IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 171 u 172 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[3], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[4], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5], Billi: (1) Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013)[6], minn hawn 'il quddiem is-"Seba' Programm Kwadru", tipprovdi għal kontribuzzjoni Komunitarja għat-twaqqif ta' sħubijiet pubbliċi-privati għal żmien twil f'forma ta' Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti (JTIs) biex ikunu implimentati permezz ta' Impriżi Komuni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat. Dawn il-JTIs għandhom l-għeruq tagħhom fix-xogħol tal-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, diġà mwaqqfin taħt is-Sitt Programm Kwadru, u jkopru aspetti magħżula ta' riċerka fil-qasam tagħhom. Għandhom jgħaqqdu flimkien investiment mis-settur privat u finanzjament pubbliku Ewropew, inkluż finanzjament mis-Seba' Programm Kwadru. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 971/2006/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku Kooperazzjoni li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013))[7], jissottolinea l-bżonn għal sħubijiet pubbliċi-privati pan-Ewropej ambizzjużi biex iħaffu l-iżvilupp ta' teknoloġiji maġġuri permezz ta' azzjonijiet ta' riċerka kbar fuq il-livell Komunitarju inklużi, b'mod partikolari, il-JTIs. (3) L-Aġenda ta' Liżbona dwar it-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi tisħaq dwar il-bżonn li jkunu żviluppati kundizzjonijiet favorevoli għall-investiment fl-għarfien u l-innovazzjoni fil-Komunità biex jiżdiedu l-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi. (4) Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-25 u s-26 ta' Novembru 2004, il-Kunsill ħeġġeġ lill-Kummissjoni biex telabora aktar il-kunċetti tal-Pjattaformi tat-Teknoloġija u l-JTIs. Issottolinea li dawn l-attivitajiet jistgħu jikkontribwixxu lejn il-koordinazzjoni ta' l-isforzi Komunitarji globali fir-riċerka, bil-ħsieb li jinkisbu sinerġiji ma' attivitajiet ta' skemi eżistenti bħalma huma l-EUREKA filwaqt li jitqies il-kontribut importanti tagħhom fir-Riċerka u l-Iżvilupp (R&D). (5) Kumpaniji Ewropej u organizzazzjonijiet oħra tar-riċerka u l-iżvilupp attivi fil-qasam tan-Nanoelettronika ħadu t-tmexxija għat-twaqqif ta' Pjattaforma Ewropea tat-Teknoloġija għan-Nanoelettronika (minn hawn 'il quddiem il-Pjattaforma tat-Teknoloġija ENIAC) taħt is-Sitt Programm Kwadru. Il-Pjattaforma tat-Teknoloġija ENIAC żviluppat Aġenda ta' Riċerka Strateġika bbażata fuq konsultazzjoni estensiva mal-partijiet pubbliċi u privati kkonċernati. L-Aġenda ta' Riċerka Strateġika identifikat il-prijoritajiet fil-qasam tan-Nanoelettronika u rrakkomandat direzzjonijiet għal JTI f'dan il-qasam. (6) Il-JTI dwar in-Nanoelettronika hija t-tweġiba għall-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tas-6 t'April 2005 dwar "Il-bini ta' l-ERA ta' l-għarfien għat-tkabbir"[8] u ta' l-20 ta' Lulju 2005 dwar "Azzjonijiet Komuni għat-Tkabbir u l-Impjiegi: Il-Programm Komunitarju ta' Liżbona"[9], li jappella għal approċċ ġdid u aktar ambizzjuż fir-rigward ta' sħubijiet pubbliċi-privati fuq skala kbira fl-oqsma ta' interess maġġuri għall-kompetittività Ewropea identifikata permezz ta' djalogu ma' l-industrija. (7) Il-JTI dwar in-Nanoelettronika tissodisfa l-bżonn għall-appoġġ għal Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni pervażivi kif identifikat fir-Rapport " Il-Ħolqien ta' Ewropa Innovattiva " ta' Jannar 2006. Dan ir-Rapport ifaħħar ukoll il-mudell Konġunt tat-Teknoloġija ENIAC talli għaqqad il-finanzjament nazzjonali u Komunitarju fi struttura ġuridika ċara u b'mod armonizzat u sinkronizzat. (8) Il-JTI dwar in-Nanoelettronika għandha toħloq sħubija pubblika privata sostenibbli u żżid u tqawwi l-investiment privat u pubbliku fis-settur tan-nanoelettronika fl-Ewropa, li għall-iskop ta' dan ir-Regolament jinkludi l-Istati Membri u l-Pajjiżi assoċjati mas-Seba' Programm Kwadru. Il-JTI dwar in-Nanoelettronika għandha ġġib ukoll koordinazzjoni effettiva u sinerġija tar-riżorsi u l-finanzjament mill-Programm Kwadru, l-industrija, l-programmi nazzjonali ta' l-R&D u l-iskemi intergovernattivi ta' l-R&D, u b'hekk tikkontribwixxi għat-tisħiħ tat-tkabbir, il-kompetittività u l-iżvilupp sostenibbli tal-ġejjieni fl-Ewropa. Fl-aħħarnett, l-għan tagħha għandu jkun li trawwem kollaborazzjoni bejn il-partijiet kollha kkonċernati bħalma huma l-industrija, l-awtoritajiet nazzjonali, iċ-ċentri akkademiċi u ta' riċerka li jiġbru flimkien u jiffokaw l-isforz fuq ir-riċerka. (9) Il-JTI dwar in-Nanoelettronika għandha tiddefinixxi aġenda ta' riċerka maqbula b'mod komuni (minn hawn 'il quddiem l-Aġenda ta' Riċerka), li ssegwi mill-qrib ir-rakkomandazzjonijiet ta' l-Aġenda Strateġika ta' Riċerka żviluppata mill-Pjattaforma tat-Teknoloġija ENIAC. Din l-Aġenda ta' Riċerka għandha tidentifika u tirrevedi b'mod regolari l-prijoritajiet tar-riċerka għall-iżvilupp u l-adozzjoni ta' teknoloġiji ewlenin għan-Nanoelettronika fiż-żoni kollha differenti ta' applikazzjoni sabiex tissaħħaħ il-kompetittività Ewropea u tippermetti l-qawmien ta' swieq ġodda u applikazzjonijiet fis-soċjetà. (10) Il-JTI dwar in-Nanoelettronika għandu jindirizza żewġ għanijiet li huma parti sostanzjali mill-Aġenda Strateġika ta' Riċeka tal-Pjattaforma tat-teknolġija ENIAC: it-titjib ta' aktar integrazzjoni u minjaturizzazzjoni ta' appararti, u t-tkabbir tal-funzjonalitajiet tagħhom. Għandha twassal għal materjali, tagħmir u proċessi ġodda, arkitetturi ġodda, proċessi innovattivi ta' manifattura, metodoloġiji ta' disruptive design u metodi ġodda ta' packaging u 'sistemizzazzjoni' Għandha tixpruna u tkun xprunata minn applikazzjonijiet ta' teknoloġija għolja fil-qasam tal-komunikazzjoni u tal-kompjuterizzazzjoni, it-trasport, is-saħħa u l-benessri, il-ġestjoni ta' l-ambjent u ta' l-enerġija, is-sikurezza u s-sigurtà, u d-divertiment. (11) L-ambizzjoni u l-ambitu ta' l-għanijiet mistqarra tal-JTI dwar in-Nanoelettronika, l-iskala tar-riżorsi finanzjarji u tekniċi li hemm bżonn li jkunu mobilizzati, u l-bżonn li tinkiseb koordinazzjoni effettiva u sinerġija tar-riżorsi u l-finanzjament, jitolbu azzjoni li trid tittieħed mill-Komunità. Għalhekk, jeħtieġ li titwaqqaf Impriża Komuni (minn hawn 'il quddiem "Impriża Komuni ENIAC") taħt l-Artikolu 71 tat-Trattat bħala entità ġuridika responsabbli għall-implimentazzjoni tal-JTI dwar in-Nanoelettronika. Biex tkun żgurata ġestjoni xierqa ta' l-attivitajiet ta' l-R&D mibdija fis-Seba' Programm Kwadru (2007-2013), l-Impriża Komuni ENIAC għandha titwaqqaf għal perjodu li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2017 li jista' jkun estiż. (12) L-Impriża Komuni ENIAC għandha tkun entità mwaqqfa mill-Komunitajiet u l-approvazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għandu jingħata mill-Parlament Ewropew[10], fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Iridu madankollu jitqiesu l-ispeċifiċitajiet li jirriżultaw min-natura tal-JTIs bħala sħubijiet privati-pubbliċi u b'mod partikolari mill-kontribut tas-settur privat għall-baġit. (13) L-Impriża Komuni ENIAC għandha tirrilaxxa l-impenji skond il-ftehimiet internazzjonali. Għal dan il-għan, għandha titqies bħala Organizzazzjoni internazzjonali fit-tifsira ta' l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwist ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali[11], u ta' l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi[12]. (14) L-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom jitwettqu billi jinġabru r-riżorsi mis-setturi pubbliċi u privati biex jappoġġaw l-attivitajiet ta' l-R&D fil-forma ta' proġetti. Għal dan l-iskop, l-Impriża Komuni ENIAC għandha tkun kapaċi torganizza sejħiet kompetittivi għall-proposti għall-proġetti biex jimplimentaw l-Aġenda ta' Riċerka. L-Attivitajiet R&D għandhom jirrispettaw l-prinċipji etiċi fundamentali applikabbli fis-Seba' Programm Kwadru. (15) L-Impriża Komuni ENIAC se tiżgura approċċ sikur, integrat u responsabbli għan-nanelettronika li jżomm ma' l-ogħla standards ta' sigurtà ġa stabbiliti fl-industrija nanoelettronika u skond il-politiki Komunitarji dwar is-saħħa pubblika, is-sigurtà, l-ambjent u l-konsumatur[13],[14] u l-Azzjoni Ewropea "In-nanoxjenza u n-nanoteknoloġiji: pjan ta' azzjoni għall-Ewropa 2005-2009”[15]. (16) Il-Membri Fundaturi ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom ikunu l-Komunità Ewropea, […Stati Membri ....] , u l-AENEAS, assoċjazzjoni li tirrappreżenta kumpaniji u Organizzazzjonijiet oħra ta' l-R&D attivi fil-qasam tan-Nanoelettronika fl-Ewropa. L-Impriża Komuni ENIAC għandha tkun miftuħa għal membri ġodda; (17) Ir-regoli għall-organizzazzjoni u l-operazzjoni ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom ikunu stabbiliti fl-Istatuti ta' l-Impriża Komuni ENIAC. (18) Ittra ta' impenn biex isir kontribut lejn it-twaqqif u l-implimentazzjoni ta' l-Impriża Komuni ENIAC kif definita fl-Istatuti tagħha ġiet iffirmata mill-AENEAS. (19) L-Attivitajiet R&D għandhom ikunu parzjalment appoġġati mill-kontribuzzjoni tal-Komunità lill-Impriża Komuni ENIAC. (20) Il-finanzjament pubbliku għall-Attivitajiet R&D wara sejħiet kompetittivi għal proposti ppubblikati mill-Impriża Komuni ENIAC għandu jikkonsisti minn kontribuzzjonijiet finanzjarji nazzjonali mill-Istati Membri ENIAC u kontribuzzjoni finanzjarja mill-Impriża Komuni ENIAC. Il-kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandha tingħata f'perċentwal ta' l-ispejjeż ta' l-R&D imġarrba mill-parteċipanti fil-proġetti. Dan il-perċentwal għandu jkun ugwali għall-parteċipanti kollha fil-proġetti fi kwalunkwe sejħa għall-proposti. (21) Fuq it-tul ta' żmien ta' l-Impriża Komuni ENIAC, l-Organizzazzjonijiet ta' l-R&D li jipparteċipaw fil-Proġetti għandhom jipprovdu riżorsi li huma ugwali jew jaqbżu l-finanzjament pubbliku totali għall-Attivitajiet R&D. (22) Il-bżonn li jkunu żgurati kundizzjonijiet stabbli ta' xogħol u trattament ugwali lill-impjegati, u sabiex jkunu attratti impjegati xjentifiċi u tekniċi speċjalizzati ta' l-ogħla kalibru, jeħtieġ l-applikazzjoni tar-Regolamenti għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, ("ir-Regolament tal-Persunal") lill-impjegati kollha impjegati rreklutati mill-Impriża Komuni ENIAC. (23) Fid-dawl tal-fatt li l-Impriża Komuni ENIAC mhix imfassla għal għan ekonomiku, hu neċessarju għat-twettiq tax-xogħlijiet tagħha li l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej japplika għall-Impriża Komuni ENIAC u l-impjegati tagħha. (24) Bħala organu b'personalità ġuridika, l-Impriża Komuni ENIAC għandha tkun responsabbli għall-azzjonijiet tagħha. Fejn hu rilevanti, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandha tkun kompetenti biex issolvi kwalunkwe tilwim li jinqala' mill-attivitajiet ta' l-Impriża Komuni. (25) Il-Kummissjoni u l-Impriża Komuni ENIAC għandhom jirrapportaw lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew b'mod regolari dwar il-progress tagħha. (26) L-Impriża Komuni ENIAC għandha jkollha, suġġett għal kunsensi minn qabel mal-Kummissjoni, regoli finanzjarji separati bbażati li jikkunsidraw il-bżonnijiet operattivi speċifiċi li jinqalgħu, b'mod partikolari, mill-bżonn li jingħaqdu flimkien il-finanzjament Komunitarju u nazzjonali biex ikunu appoġġati l-Attivitajiet R&D b'mod effiċjenti u fil-ħin. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[16] (27) Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex ikunu evitati irregolaritajiet u frodi u għandhom jittieħdu l-passi neċessarji biex jkunu rkuprati fondi, imħallsin b'mod ħażin jew użati b'mod skorrett skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej[17], ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-forsi u irregolaritajiet oħra[18], u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)[19]. (28) Il-politika dwar il-proprjetà intellettwali għandha tippromwovi l-ħolqien ta' l-għarfien u l-isfruttament tiegħu. (29) Il-Kummissjoni u l-AENEAS għandhom jieħdu l-miżuri preparatorji neċessarji kollha biex iwaqqfu l-Impriża Komuni ENIAC. (30) Ġaladarba l-għan ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri t-twaqqif ta' l-Impriża Komuni ENIAC, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba n-nuqqas ta' qafas ġuridiku u organizzattiv xieraq fuq il-livell Ewropew u allura jista' jintlaħaq aħjar fuq il-livell Komunitarju billi l-azzjoni Komunitarja biss tista' tistabbilixxi qafas ġuridiku u organizzattiv għall-R&D li jippermetti l-ġabra effettiva flimkien tar-riżorsi mill-imprendituri ta' l-R&D, il-Kummissjoni u l-gvernijiet nazzjonali, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif imniżżel f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dan il-għan. ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Twaqqif ta' Impriża Komuni 1. Għall-implimentazzjoni ta' l-Inizjattiva Komuni għat-Teknoloġija (JTI) dwar in-Nanoelettronika, Impriża Komuni fit-tifsira ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat) minn hawn 'il quddiem "l-Impriża Komuni ENIAC") titwaqqaf hawnhekk għall-perjodu li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2017. Dan il-perjodu jista' jkun estiż b'reviżjoni ta' dan ir-Regolament. 2. L-Impriża Komuni ENIAC għandu jkollha personalità ġuridika. Fl-Istati Membri, għandha tgawdi l-aktar kapaċità ġuridika estensiva, mogħtija lill-persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet ta' dawk l-Istati. Tista', b'mod partikolari takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u tkun parti fi proċeduri ġuridiċi.Għandha titqies bħala organizzazzjoni internazzjonali skond it-tifsira tal-Artikolu 22(c) tad-Direttiva 2004/17/KE u ta' l-Artikolu 15 (c) tad-Direttiva 2004/18/KE. 3. Is-sede ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandha tkun fi Brussell, il-Belġju. 4. L-Istatuti ta' l-Impriża Komuni ta' l-ENIAC huma stabbiliti fl-Anness. Artikolu 2Għanijiet L-Impriża Komuni ENIAC għandha tikkontribwixxi lejn l-implimentazzjoni dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) u t-Tema "It-Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni" tal-Programm Speċifiku Kooperazzjoni li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru (2007-2013) dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea (2007-2013). għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni. Għandha partikolarment: 2. tiddefinixxi u timplimenta l-Aġenda ta' Riċerka għall-iżvilupp ta' kompetenzi ewlenin għan-Nanoelettronika fl-oqsma kollha differenti ta' applikazzjoni sabiex tissaħħaħ il-kompetittività Ewropea u s-sostenibbiltà u tippermetti l-qawmien ta' swieq ġodda u applikazzjonijiet fis-soċjetà. 3. tappoġġa l-attivitajiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-Aġenda ta' Riċerka (minn hawn 'il quddiem Attivitajiet R&D), notevolment biex tagħti finanzjament lill-parteċipanti fi proġetti magħżula wara sejħiet kompetittivi għall-proposti; 4. tippromwovi sħubijiet pubbliku-privati bil-għan li jiġu mobilizzati u jinġabru flimkien l-isforzi Komunitarji, nazzjonali u privati, li jżid l-investimenti globali fl-R&D fil-qasam tan-Nanoelettronika, u trawwem kollaborazzjoni bejn is-setturi pubbliċi u privati; 5. tiżgura l-effiċjenza u d-durabbiltà tal-JTI dwar in-Nanoelettronika ; 6. tikseb sinerġija u koordinazzjoni ta' l-isforzi Ewropej dwar l-R&D fil-qasam tan-Nanoelettronika inkluż l-integrazzjoni progressiva ta' l-Impriża Komuni ENIAC ta' l-attivitajiet relatati fil-qasam implimentat fil-preżent permezz ta' skemi intergovernattivi ta' l-R&D (EUREKA). Artikolu 3Membri 1. Il-membri fundaturi ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom ikunu: 7. il-Komunità Ewropea, rappreżentata mill-Kummissjoni, 8. [ …Stati Membri… ]; 9. l-assoċjazzjoni AENEAS (minn hawn 'il quddiem "AENEAS"). 2. Provdut li jaqblu ma' l-għanijiet deskritti fl-Artikolu 2, l-entitajiet li ġejjin jistgħu jsiru membri ta' l-Impriża Komuni ENIAC: 10. Stati Membri oħra u Pajjiżi Assoċjati mas-Seba' Programm Kwadru; 11. kwalunkwe pajjiż li mhux membru, kandidat jew assoċjat ta' l-UE (minn hawn 'il quddiem "Pajjiż Terz") li qed isegwi politika jew programmi dwar l-R&D fil-qasam tan-Nanoelettronika ; 12. kwalunkwe entità ġuridika li kapaċi tagħti kontribuzzjoni finanzjarja sostanzjali għat-twettiq ta' l-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC. 3. Il-membri fundaturi u l-membri ġodda kif imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jissejħu minn hawn 'il quddiem "Membri". 4. L-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati li huma membri ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom jissejħu minn hawn 'il quddiem "l-Istati Membri ENIAC". Artikolu 4Għejun ta' finanzjament 1. L-attivitajiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom ikunu ffinanzjati b'mod konġunt permezz ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsin f'pagamenti parzjali u kontribuzzjonijiet in natura mill-Membri tagħha biex jappoġġaw l-ispejjeż operattivi u l-Attivitajiet R&D. 2. L-ispejjeż operattivi ta' l-Impriża Komuni ENIAC għall-perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017 għandhom ikunu appoġġati mill-kontribuzzjonijiet li ġejjin: 13. kontribuzzjoni finanzjarja mill-AENEAS sa EUR 20 miljun jew sa 1% ta' l-ispejjeż globali tal-Proġetti, liema figura tkun l-ogħla, iżda li ma taqbiżx EUR 30 miljun; 14. kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità sa EUR 10 miljun; 15. kontribuzzjonijiet in natura mill-Istati Membri ENIAC. 3. L-Attivitajiet R&D ta' l-Impriża Komuni ENIAC għall-perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017 għandhom ikunu appoġġati mill-kontribuzzjonijiet li ġejjin: 16. kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità sa EUR 440 miljun biex jiffinanzjaw il-Proġetti; 17. kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri ENIAC magħmula f'forma ta' impenji annwali biex jintefqu direttament fuq l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-iżvilupp li jipparteċipaw fil-Proġetti ta' l-R&D; 18. kontribuzzjonijiet in natura mill-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-iżvilupp biex jerfgħu s-sehem tagħhom ta' l-ispiża neċessarja biex jitwettqu l-Proġetti. 4. Il-kontribut massimu tal-Komunità għall-Impriża Komuni ENIAC għandu jkun ta' EUR 450 miljun imħallsa mill-approprjazzjonijiet tal-baġit allokali lit-Tema "Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni" mill-Programm Speċifiku "kooperazzjoni" li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru. 5. L-arranġamenti għall-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għandhom ikunu stabbiliti permezz ta' ftehim ġenerali u ftehimiet finanzjarji annwali li jridu jkunu konklużi bejn il-Kummissjoni, f'isem il-Komunità, u l-Impriża Komuni ENIAC. 6. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Membri ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom jitħallsu permezz ta' pagamenti parzjali. 7. Kwalunkwe Membru ġdid ta' l-Impriża Komuni ENIAC barra l-Istati Membri jew il-Pajjiżi Assoċjati għandhom jagħmlu kontribuzzjoni finanzjarja lill-Impriża Komuni ENIAC. Artikolu 5Entitajiet L-entitajiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom ikunu: 19. il-Bord tat-Tmexxija; 20. il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi; 21. il-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka; 22. id-Direttur Eżekuttiv; Artikolu 6Regolament Finanzjarju 1. L-Impriża Komuni ENIAC għandha tadotta regoli finanzjarji speċifiċi bbażati fuq il-prinċipji tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002. Tista' tiddevja minn dak ir-Regolament meta l-bżonnijiet operattivi speċifiċi ta' l-Impriża Komuni ENIAC hekk jitolbu u suġġett għall-konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni. 2. L-Impriża Komuni ENIAC għandha jkollha l-kapaċità ta' verifika interna proprja tagħha. Artikolu 7Finanzjament ta' l-Attivitajiet R&D 1. Il-finanzjament pubbliku għall-proġetti wara sejħiet kompetittivi għal proposti pubblikati mill-Impriża Komuni ENIAC għandu jikkonsisti f'kontribuzzjonijiet finanzjarji nazzjonali mill-Istati Membri ENIAC u/jew kontribuzzjoni finanzjarja mill-Impriża Komuni ENIAC. 2. Il-kontribuzzjoni Komunitarja lill-Impriża Komuni ENIAC għandha tintuża għall-finanzjament ta' l-Attivitajiet R&D wara sejħiet kompetittivi għall-proposti. L-entitajiet ġuridiċi li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli biex jirċievu dan il-finanzjament: 23. entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Istati Membri ENIAC li kkonkludew ftehim ta' għotja finanzjarja lil dan il-Proġett ma' l-awtorità nazzjonali korrispondenti wara l-proċeduri ta' kuntrattar mill-Impriża Komuni ENIAC. 24. entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati li mhumiex membri ta' l-Impriża Komuni ENIAC. F'dan il-każ, dawn l-Istati jistgħu jistabbilixxu arranġamenti amministrattivi ma' l-Impriża Komuni ENIAC biex jippermettu l-parteċipazzjoni tal-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-iżvilupp lokati fl-Istat tagħhom. 3. Is-sejħiet għall-proposti varati u ppubblikati mill-Impriża Komuni ENIAC għandhom jispeċifikaw il-baġit globali disponibbli għal kull sejħa. Dan il-baġit għandu jindika l-ammonti impenjati fuq il-livell nazzjonali minn kull Stat Membru ta' l-ENIAC u l-ammont stmat tal-kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-Impriża Komuni ENIAC. Is-sejħiet għandhom jistqarru l-kriterji ta' valutazzjoni f'relazzjoniji ma' l-għanijiet tas-sejħa. 4. Il-kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-Impriża Komuni ENIAC lill-baġit ta' kull sejħa għandha tkun ekwivalenti għal 55% ta' l-ammont totali impenjati mill-Istati Membri ENIAC, sakemm il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi ma jiddeċiedix mod ieħor fuq proposta tar-rappreżentant tal-Komunità. 5. Is-sejħiet, il-valutazzjoni u l-għażla tal-proposti għandhom jirrispettaw ir-regoli li ġejjin: 25. is-sejħiet għall-proposti varati mill-Impriża Komuni ENIAC għandhom jinfetħu għall-parteċipanti stabbiliti fl-Istati Membri ENIAC u fi kwalunkwe Stat Membru ieħor ta' l-Unjoni Ewropea jew il-Pajjiż Assoċjat. 26. konsorzji ta' parteċipanti fi proposti ta' proġetti ppreżentati bi tweġiba għal dawn is-Sejħiet għandhom jinkludu mill-nqas tliet entitajiet mhux affiljati stabbiliti f'mill-inqas tliet Stati Membri ENIAC. 27. il-valutazzjoni u l-proċess ta' għażla għandhom jiżguraw li l-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku ta' l-Impriża Komuni ENIAC isegwu l-prinċipji ta' livelli eċċellenti u kompetizzjoni. 28. wara l-valutazzjoni tal-proposti, il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jistabbilixxi klassifika ta' proposti abbażi tal-kriterji ta' valutazzjoni ċari u l-kontribuzzjoni kollettiva tagħhom lejn il-ksib ta' l-għanijiet tas-sejħa. 29. il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jiddeċiedi dwar l-għażla tal-proposti u l-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku lill-proposti magħżula sal-limitu tal-baġits disponibbli filwaqt li jikkunsidra kwalunkwe kriterji ta' eliġibilità nazzjonali. Din id-deċiżjoni għandha torbot lill-Istati Membri ENIAC kollha mingħajr ebda valutazzjoni jew proċessi ta' għażla ulterjuri. 6. Il-finanzjament tal-proġetti għandu jirrispetta r-regoli li ġejjin: 30. il-kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-Impriża Komuni ENIAC lill-parteċipanti fi proġetti għandha tingħata f'perċentwal ta' l-ispejjeż totali, definiti meta hu xieraq mill-awtoritajiet li qed jiffinanzjaw li qed joħorġu l-ftehimiet ta' l-għotja finanzjarja, li saru fl-implimentazzjoni tal-proġett. Dan il-perċentwal għandu jkun determinat fuq bażi annwali mill-Impriża Komuni ENIAC u jitla' sa 16.7%. Dan il-perċentwal għandu jkun ugwali għall-parteċipanti kollha fil-proġetti fi kwalunkwe sejħa għall-proposti. 31. L-Istati Membri ENIAC għandhom jistabbilixxu ftehimiet ta' għotja finanzjarja mal-parteċipanti fi proġetti skond ir-regoli nazzjonali tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-kriterji ta' l-eliġibilità u ħtiġijiet oħra finanzjarji u ġuridiċi neċessarji. Fejn applikabbli, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji nazzjonali mill-Istati Membri ENIAC għandhom jitħallsu direttament lill-parteċipanti fi proġetti skond il-ftehimiet ta' għotja finanzjarja nazzjonali. L-Istati Membri ENIAC għandhom jagħmlu l-aħjar sforzi biex jissinkronizzaw it-twaqqif tal-ftehimiet ta' għotja finanzjarja u jħallsu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom fil-ħin. Artikolu 8Ir-Regolamenti tal-Persunal 1. Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' l-Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea għall-iskopijiet biex ikunu applikati dawn ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol għandhom japplikaw għall-persunal ta' l-Impriża Komuni ENIAC u d-Direttur Eżekuttiv tagħha. 2. Fir-rigward tal-persunal, l-Impriża Komuni ENIAC għandha teżerċita l-poteri mogħtija lill-awtorità li tinnomina mir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fuq l-awtorità mogħtija l-poter li tikkonkludi l-kuntratti skond il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej. 3. Il-Bord tat-Tmexxija għandu, bi ftehim mal-Kummissjoni, jadotta l-miżuri neċessarji ta' implimentazzjoni skond l-arranġamenti pprovduti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' l-Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej. 4. Il-Bord tat-Tmexxija jista' jadotta d-dispożizzjonijiet li jippermettu esperti mill-Membri li jkunu sekondati fl-Impriża Komuni ENIAC. Artikolu 9Il-Privileġġi u l-Immunitajiet Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandhom jgħoddu għall-Impriża Komuni ENIAC u l-impjegati tagħha. Artikolu 10Ir-Responsabbiltà 1. Ir-responsabbiltà kuntrattwali ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandha tkun irregolata mil-liġi applikabbli għad-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti. 2. Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Impriża Komuni ENIAC għandha, skond il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet ta' l-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kull dannu kkawżat mill-persunal tagħha waqt it-twettiq ta' dmirijitehom. 3. Kull ħlas mill-Impriża Komuni ENIAC fir-rigward tar-responsabbiltà msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u l-ispejjeż u l-infiq mġarraba b'rabta magħhom għandhom jitqies u bħala nefqa ta' l-Impriża Komuni ENIAC u għandhom jiġu koperti mir-riżorsi ta' l-Impriża Komuni ENIAC. Artikolu 11Il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-liġi applikabbli 1. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha jkollha ġurisdizzjoni fir-rigward ta': 32. kull tilwima bejn il-Membri li għandha x'jaqsam mas-suġġett ta' dan ir-Regolament u/jew l-Istatuti msemmija fl-Artikolu 1; 33. kull klawżola ta' arbitraġġ li jkun hemm fi ftehimiet u kuntratti konklużi mill-Impriża Komuni ENIAC 34. azzjonijiet kontra l-Impriża Komuni ENIAC, inklużi deċiżjonijiet ta’ l-entitajiet tagħha, skond il-kundizzjonijiet ipprovduti fl-Artikoli 230 u 232 tat-Trattat; 35. tilwimiet marbuta ma' kumpens għal danni kkawżati mill-persunal ta' l-Impriża Komuni ENIAC fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. 2. Għal kwalunkwe materja mhux koperta minn dan ir-Regolament jew minn atti oħra tal-liġi Komunitarja, għandha tapplika l-liġi ta' l-Istat fejn hemm is-sede ta' l-Impriża Komuni ENIAC. Artikolu 12Rappurtar, evalwazzjoni u kwittanza 1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar il-progress milħuq mill-Impriża Komuni ENIAC. 2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċmebru 2010 u l-31 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tmexxi evalwazzjonijiet interim ta' l-Impriża Komuni ENIAC bl-assistenza ta' esperti indipendenti. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri l-kwalità u l-effiċjenza ta' l-Impriża Komuni ENIAC u l-progress lejn l-għanijiet stipulati. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' dan, flimkien ma' l-osservazzjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 3. Sal-31 ta' Marzu 2018, il-Kummissjoni għandha tmexxi evalwazzjoni finali ta' l-Impriża Komuni ENIAC bl-assistenza ta' esperti indipendenti. Għandhom jiġu ppreżentati r-riżultati ta' l-evalwazzjoni finali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 4. Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, skond proċedura li għandha tiġi pprovduta permezz tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC. Artikolu 13Il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-membri u miżuri kontra l-frodi 1. L-Impriża Komuni ENIAC għandha tiżgura li l-interessi finanzjarji tal-Membri tagħha jitħarsu b'mod xieraq billi twettaq jew tqabbad lil min iwettaq kontrolli interni u esterni xierqa. 2. Fil-każ ta' irregolaritajiet, il-membri għandhom jirriservaw id-dritt li jirkupraw ammonti minfuqa mhux kif suppost, inkluż bi tnaqqis jew sospensjoni ta' kontribuzzjonijiet sussegwenti għall-Impriża Komuni ENIAC. 3. Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u atti illegali oħra, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 1073/1999. 4. Il-Kummissjoni jew il-Qorti ta' l-Awdituri tista', skond kif meħtieġ, twettaq verifiki fuq il-post fost id-destinatarji tal-finanzjament ta' l-Impriża Komuni ENIAC u l-aġenti responsabbli għall-allokazzjoni tiegħu. Għal dak il-għan, l-Impriża Komuni ENIAC għandha tiżgura li l-ftehimiet ta' għoti u l-kuntratti jipprovdu għad-dritt tal-Kummissjoni u tal-Qorti ta' l-Awdituri li jwettqu l-kontrolli xierqa u, fil-każ li jinsabu irregolaritajiet, li jimponu penalitajiet disswassivi u proporzjonati. 5. L-Uffiċċju Ewropew għal Kontra l-Frodi (OLAF) għandu jgawdi mill-istess setgħat fir-rigward ta' l-Impriża Komuni ENIAC u l-persunal tiegħu bl-istess mod li jgawdih minnhom fir-rigward ta' dipartimenti tal-Kummissjoni. Malli tiġi stabbilita l-Impriża Komuni, għandha taċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fir-rigward ta' investigazzjonijiet interni mill-OLAF[20]. Il-Bord tat-Tmexxija għandu japprova dik l-adeżjoni u jadotta l-miżuri meħtieġa biex jiġu ffaċilitati investigazzjonijiet interni mmexxija mill-OLAF. Artikolu 14Kunfidenzjalità L-Impriża Komuni ENIAC għandha tassigura l-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva li l-kxif tagħha jista' jagħmel ħsara lill-interessi tal-membri tagħha. Artikolu 15Proprjetà Intelletwali L-Impriża Komuni ENIAC għandha tadotta regoli li jirregolaw it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka li jiżguraw li, fejn xieraq, tiġi protetta l-proprjetà intellettwali ġġenerata f'Attivitajiet R&D taħt dan ir-Regolament, u li r-riżultati tar-riċerka jintużaw u jinxterdu. Artikolu 16Azzjonijiet ta' tħejjija Il-Kummissjoni u l-AENEAS għandhom jieħdu l-miżuri ta' tħejjija meħtieġa kollha biex iwaqqfu l-Impriża Komuni ENIAC sakemm l-Entitajiet tagħha jkunu saru għal kollox operattivi. Artikolu 17Appoġġ mill-Istat ospitanti Ftehim ospitanti għandu jiġi konkluż bejn l-Impriża Komuni ENIAC u l-Belġju fir-rigward ta' postijiet għall-uffiċini, privileġġi u immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Belġju lill-Impriża Komuni ENIAC Artikolu 18 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament f’kull Stat Membru. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS STATUTI TA' L-IMPRIŻA KOMUNI ENIAC Artikolu 1Isem, post, tul ta' żmien, personalità ġuridika 1. Isem l-Impriża Komuni ENIAC għandu jkun "Impriża Komuni ENIAC ". 2. Għandha jkollha s-sede tagħha fi Brussell, il-Belġju. 3. L-Impriża Komuni ENIAC għandha tiġi stabbilita mill-pubblikazzjoni ta' dawn l-Istatuti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għal perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017. 4. Il-perjodu jista' jiġi estiż billi dawn l-Istatuti jiġu emendati skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 22, billi jitqies il-progress li sar lejn l-ilħiq ta' l-għanijiet ta' Impriża Komuni ENIAC u sakemm tkun żgurata s-sostenibbiltà finanzjarja. 5. L-Impriża Komuni ENIAC għandu jkollha personalità ġuridika. Fl-Istati Membri kollha tal-Komunità Ewropea, għandha tgawdi l-akbar kapaċità ġuridika estensiva akkordata lill-persuni ġuridiċi mil-liġijiet ta' dawk l-Istati. Tista', b'mod partikolari takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u tkun parti fi proċeduri ġuridiċi. Artikolu 2Ġħanijiet u kompiti 1. L-għan ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandu jkun li tikkontribwixxi lejn l-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) u t-Tema "It-Teknoloġiji ta' l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni" tal-Programm Speċifiku "Kooperazzjoni" li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013). Għandha partikolarment: 36. tiddefinixxi u timplimenta "Aġenda ta' Riċerka" għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ewlenin għan-Nanoelettronika fiż-żoni kollha differenti ta' applikazzjoni sabiex tissaħħaħ il-kompetittività Ewropea u s-sostenibbilità, u tippermetti l-ħolqien ta' swieq ġodda u applikazzjonijiet fis-soċjetà. L-attivitajiet għall-implimentazzjoni ta' l-Aġenda ta' Riċerka minn hawn 'il quddiem "l-Attivitajiet R&D"; 37. tappoġġa l-implimentazzjoni ta' l-Attivitajiet R&D notevolment biex tagħti finanzjament lil parteċipanti fi proġetti magħżula[21] wara sejħiet kompetittivi għall-proposti; 38. tippromwovi parternarjat pubbliku privat bil-għan li jkunu mobilizzati u jinġabru flimkien l-isforzi Komunitarji, nazzjonali u privati, li jżid l-investimenti globali fl-R&D fil-qasam tan-Nanoelettronika, u jrawwem kollaborazzjoni bejn is-setturi pubbliċi u privati; 39. tiżgura l-effiċjenza u d-durabbiltà tal-JTI dwar in-Nanoelettronika ; 40. tikseb sinerġija u koordinazzjoni ta' l-isforzi Ewropej dwar l-R&D fil-qasam tan-Nanoelettronika, inkluż l-integrazzjoni progressiva fl-Impriża Komuni ENIAC ta' l-attivitajiet relatati fil-qasam implimentati fil-preżent permezz ta' skemi intergovernattivi ta' l-R&D (Eureka). 2. Il-kompiti prinċipali ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom ikunu dawn li ġejjin: 41. tiżgura t-twaqqif u l-ġestjoni sostenibbli tal-JTI dwar in-Nanoelettronika ; 42. tiddefinixxi u tagħmel kull aġġustament meħtieġ għall-Pjan Strateġiku Multiannwali inkluż l-Aġenda ta' Riċerka msemmija fl-Artikolu 13; 43. tiddefinixxi u twettaq il-Pjanijiet Strateġiċi Multijannwali għall-eżekuzzjoni tal-Pjan Strateġiku Multiannwali msemmi fl-Artikolu 13; 44. toħroġ sejħiet għall-proposti, tevalwa l-proposti, u tagħti finanzjament lil Proġetti magħżula permezz ta' proċeduri miftuħa, trasparenti u effettivi, fi ħdan il-limiti tal-fondi disponibbli; 45. tiżviluppa kooperazzjoni mill-qrib u tiżgura koordinazzjoni ma' attivitajiet, entitajiet u partijiet ikkonċernati Ewropej, nazzjonali u transnazzjonali, bil-għan li trawwem ambjent fertili ta' innovazzjoni fl-Ewropa u sinerġiji u sfruttament aħjar tar-riżultati ta' żvilupp u ta' riċerka fil-qasam tan-Nanoelettronika 46. tissorvelja l-progress lejn l-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC, u tagħmel kull aġġustament meħtieġ fid-dawl ta' l-iżviluppi li jseħħu waqt l-implimentazzjoni tagħha; 47. tmexxi l-komunikazzjoni u t-tixrid ta' l-attivitajiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC soġġett għall-obbligi ta' kunfidenzjalità; 48. tippubblika informazzjoni dwar il-Proġetti, inkluż isem il-parteċipanti u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-Impriża Komuni ENIAC 49. twettaq kull attività oħra meħtieġa biex tilħaq l-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Artikolu 3Membri 1. Il-membri fundaturi ta' l-Impriża Komuni ENIAC (minn hawn 'il quddiem "Membri Fundaturi") għandhom ikunu: 50. il-Komunità Ewropea, rappreżentata mill-Kummissjoni, 51. [… Stati Membri …]; 52. l-assoċjazzjoni AENEAS (minn hawn'il quddiem imsejħa "AENEAS"), assoċjazzjoni rreġistrata taħt il-liġi Franċiża (Nru. ta' reġistrazzjoni ...) bl-uffiċju rreġistrat tagħha f'Pariġi (Franza), li tagġixxi bħala rappreżentant ta' kumpaniji u atturi R&D oħra li joperaw fil-qasam tan-Nanoelettronika fl-Ewropa. 2. Sakemm jaqblu ma' l-għanijiet deskritti fl-Artikolu 2(1), l-entitajiet li ġejjin jistgħu jsiru membri ta' l-Impriża Komuni ENIAC: 53. Stati Membri oħra u Pajjiżi Assoċjati mas-Seba' Programm Kwadru; 54. kwalunkwe pajjiż li mhux membru, kandidat jew assoċjat ta' l-UE (minn hawn 'il quddiem "Pajjiż Terz") li qed isegwi politika jew programmi dwar l-R&D fil-qasam tan-Nanoelettronika; 55. kwalunkwe entità ġuridika li kapaċi tagħti kontribuzzjoni finanzjarja sostanzjali lit-twettiq ta' l-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC. 3. Il-Membri Fundaturi u l-membri ġodda kif imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jissejħu minn hawn 'il quddiem "Membri". 4. L-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati li huma membri ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom minn hawn 'il quddiem "l-Istati Membri fl-ENIAC". Kull Stat Membru fl-ENIAC għandu jaħtar rappreżentant fil-entitajiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC u jaħtar l-entità jew l-entitajiet nazzjonali responsabbli għat-twettiq ta' l-obbligi tiegħu fir-rigward ta' l-implimnetazzjoni ta' l-attivitajiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC 5. L-Istati Membri ENIAC u l-Kummissjoni għandhom minn hawn 'il quddiem "l-awtoritajiet pubbliċi" ta' l-Impriża Komuni ENIAC. Artikolu 4Adeżjoni u bidliet għas-sħubija 1. Kull applikazzjoni ġdida għall-isħubija fl-Impriża Komuni ENIAC għandha tkun inidrizzata lill-Bord tat-Tmexxija skond l-Artikolu 6(2)(a). 2. L-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropa jew tal-Pajjiżi Assoċjati li mhumiex Membri Fundaturi ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom isiru Membri man-notifika lill-Bord tat-Tmexxija ta' l-aċċettazzjoni bil-miktub tagħhom ta' dawn l-Istatuti u ta' kull dispożizzjoni oħra li tirregola l-operat ta' l-Impriża Komuni ENIAC. 3. Kull applikazzjoni għall-isħubija fl-Impriża Komuni ENIAC minn Pajjiżi Terzi għandha tkun titqies mill-Bord tat-Tmexxija, li għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' tagħmel proposta sabiex temenda dan ir-Regolament dwar l-adeżjoni tal-Pajjiż Terz, soġġett għat-tlestija b'suċċess tan-negozjati ma' l-Impriża Komuni ENIAC. 4. Id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija dwar l-adeżjoni ta' kull entità ġuridika oħra jew rakkomandazzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija dwar l-adeżjoni ta' Pajjiżi Terzi għandha ssir billi jitqiesu r-rilevanza u l-valur miżjud potenzjali ta' l-applikant għall-kisba ta' l-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC . 5. Kull Membru jista' jirtira mill-Impriża Komuni ENIAC. L-irtirar għandu jsir effettiv u irrevokabbli sitt xhur wara n-notifika lil Stati Membri oħra li warajhom l-ex-Membru jiġi rrilaxxat minn kull obbligu għajr dawk li diġà kienu jeżistu qabel l-irtirar tiegħu. Artikolu 5L-entitajiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC L-entitajiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom ikunu: 56. il-Bord tat-Tmexxija; 57. il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi; 58. il-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka; 59. id-Direttur Eżekuttiv; Artikolu 6Il-Bord tat-Tmexxija 1. Il-kompożizzjoni u l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet 60. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jikkonsisti minn rappreżentanti tal-Membri ta' l-Impriża Komuni ENIAC u l-President tal-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka. 61. Kull Membru ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandu jaħtar ir-rappreżentanti tiegħu u delegat ewlieni li għandu jkollu d-drittijiet tal-vot tal-Membru fil-Bord tat-Tmexxija. Il-President tal-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka m'għandux ikollu drittijiet tal-vot. 62. Id-drittijiet tal-vot għall-AENEAS u l-awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu ndaqs u għandhom jammontaw għal mill-inqas 90% tal-voti totali. Id-distribuzzjoni inizjali tad-drittijiet tal-vot għandhom ikunu 50% għall-AENEAS u 50% għall-awtoritajiet pubbliċi. 63. Id-distribuzzjoni tal-voti għall-awtoritajiet pubbliċi għandha tiġi stabbilita annwalment fi proporzjoni mal-fondi li jkunu kommettew għall-Proġetti fl-aħħar sentejn finanzjarji. Il-Kummissjoni għandha jkollha minimu ta' 10% tal-voti. 64. Għall-ewwel sena finanzjarja, u kull sena finanzjarja sussegwenti li fiha żewġ Stati Membri ENIAC jew inqas ikunu kkomettew fondi pubbliċi għal Proġetti fis-snin finanzjarji preċedenti, il-Kummissjoni għandu jkollha terz tal-voti li jikkorrispondu għall-awtoritajiet pubbliċi. Iż-żewġ terzi li jibqa' għandhom jitqassmu ndaqs bejn l-istati Membri ENIAC. 65. Id-drittijiet tal-vot għal kull Stat Membru ġdid li mhuwiex Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea jew Pajjiż Assoċjat għandu jiġi ddeterminat mill-Bord tat-Tmexxija qabel l-Adeżjoni ta' dan il-membru għall-Impriża Komuni ENIAC. 66. Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu adottati b'maġġoranza ta' mill-inqas 75% tal-voti ħlief jekk iddikjarat espliċitament mod ieħor f'dawn l-Istatuti. Il-Komunità għandu jkollu dritt tal-veto fuq id-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-Bord fir-rigward ta' l-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha, il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura, kull emenda għal dawn l-Istatuti u r-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC. 67. Ir-rappreżentanti m'għandhomx ikunu personalment responsabbli għall-azzjonijiet imwettqa fil-kapaċità tagħhom bħala rappreżentanti fil-Bord tat-Tmexxija. 2. Rwol u kompiti Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu r-responsabbiltà kumplessiva għall-operazzjoniiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC u għandu jissorvelja l-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet tagħha. Il-Bord tat-Tmexxija għandu, b'mod partikolari: 68. jivvaluta applikazzjonijiet u jiddeċiedi jew jirrakkomanda bidliet fis-sħubija skond l-Artikolu 4; 69. jiddeċiedi dwar it-terminazzjoni tas-sħubija ta' kull Stat Membru li jkunu qed jonqos mill-obbligi tiegħu u ma jkunx irrimedja fi żmien perjodu raġonevoli stipulat mid-Direttur Eżekuttiv, minkejja d-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jiżguraw il-konformità mal-liġi Komunitarja; 70. japprova r-Regolamenti Finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC skond l-Artikolu 12 ta' dawn l-Istatuti; 71. jadotta emendi proposti għall-Istatuti skond l-Artikolu 22; 72. japprova l-Pjan Strateġiku Multijannwali inkluż l-Aġenda ta' Riċerka; 73. Jissorvelja l-attivitajiet kumplessi ta' l-Impriża Komuni ENIAC 74. jissorvelja l-progress ta' l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku Multijannwali; 75. japprova l-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni u l-Pjan Annwali tal-Baġit, inkluż il-pjan ta' l-istabbiliment tal-persunal 76. japprova r-Rapport Annwali ta' l-Attività u l-Kontijiet Annwali u l-karta tal-bilanċ; 77. jaħtar, ineħħi, jew jissostitwixxi d-Direttur Eżekuttiv, jagħti gwida lid-Direttur Eżekuttiv, u jissorvelja l-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv; 78. jieħu r-responsabbiltà għall-għoti xieraq tal-funzjoni mogħtija mill-Artikolu 185(3) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 lill-awditur intern tal-Kummissjoni; 79. jadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni meħtieġa għar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Impriża Komuni ENIAC skond l-Artikolu 17, 80. jistabbilixxi kumitati jew gruppi ta' ħidma biex iwettqu kompiti speċifi kif meħtieġ; 81. jadotta r-regoli ta' proċedura skond il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu; 82. jassenja kull kompitu mhux allokat speċifikament lil waħda mill-entitajiet l-oħrajn ta' l-Impriża Komuni ENIAC. 3. Regoli ta' proċedura 83. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena, normalment fis-sede ta' l-Impriża Komuni ENIAC. 84. Il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkun ippresedut mill-President tal-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka. 85. Ħlief jekk deċiż mod ieħor mill-Bord tat-Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat. 86. Sakemm il-Bord tat-Tmexxija jkun adotta r-regoli ta' proċedura tiegħu, il-laqgħat għandhom jissejħu mill-Kummissjoni. 87. Il-kworum tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkun ikkostitwit mill-Kummissjoni, l-AENEAS u mill-inqas tliet Stati Membri ENIAC. Artikolu 7Il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi; 1. Il-kompożizzjoni u l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet 88. Il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jikkonsisti mill-awtoritajiet pubbliċi ta' l-Impriża Komuni ENIAC. 89. Kull awtorità pubblika trid taħtar ir-rappreżentanti tagħha u delegat ewlieni li għandu jkollu d-drittijiet tal-vot fil-Bord ta' l-Awtortajiet Pubbliċi. 90. Terz mid-drittijiet tal-vot fil-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jkun assenjat lill-Komunità. iż-żewġ terzi li jibqgħu għandhom jiġu allokati lill-membri tal-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi fuq bażi annwali fi proporzjon mal-kontribut finanzjarju għall-attivitajiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC għal dik is-sena skond l-Artikolu 10(5) u b'limitu massimu għal kull membru partikolari ta' 50% tad-drittijiet tal-vot totali f'dan il-Bord. 91. Jekk inqas minn tliet Stati Membri ENIAC ikunu kkomunikaw lid-Direttur Eżekuttiv il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom skond l-Artikolu 10(5), il-Komunità għandha żżomm terz mill-voti u ż-żewġ terzi li jibqgħu għandhom jitqassmu ndaqs bejn l-Istati Membri ENIAC. 92. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mill-inqas 60% tal-voti. 93. Ir-rappreżentant tal-Komunità għandu dritt tal-veto fuq il-kwistjonijiet kolha dwar l-użu tal-kontribut tagħha lill-Impriża Komuni ENIAC, ħlief għal deċiżjonijiet dwar l-għażla tal-proposti għall-finanzjament. 2. Rwol u kompiti Il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu: 94. jiżgura li jiġu applikati sew il-prinċipji tat-trattament ġust u tat-trasparenza fl-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku lill-parteċipanti fil-Proġetti; 95. japprova l-Programm Annwali ta' Ħidma fuq proposti mill-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka, inkluż il-baġits disponibbli għas-sejħiet għall-proposti; 96. japprova r-regoli ta' proċedura għas-sejħiet għall-proposti, għall-evalwazzjoni u l-għażla tal-proposti u għall-monitoraġġ tal-Proġetti; 97. fuq proposta tar-rappreżentant tal-Komunità, jiddeċiedi dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-Impriża Komuni ENIAC għall-baġit tas-sejħiet għall-proposti; 98. japprova t-tnedija tas-sejħiet għall-proposti; 99. japprova l-għażla tal-proposti għall-proġetti biex jirċievu finanzjament pubbliku wara s-sejħiet għall-proposti; 100. fuq proposta tar-rappreżentant tal-Komunità, jiddeċiedi dwar il-perċentwal tal-kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-Impriża Komuni ENIAC imsemmija fl-Artikolu 15(5)(a) lill-parteċipanti fi Proġetti li joħorġu minn sejħiet għall-proposti fi kwalunkwe sena partikolari; 101. jadotta r-regoli ta' proċedura skond il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu; 3. Regoli ta' proċedura 102. Il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena, normalment fis-sede ta' l-Impriża Komuni ENIAC. 103. Il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jeleġġi l-President tiegħu. 104. Sakemm il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi jkun adotta r-regoli ta' proċedura tiegħu, il-laqgħat għandhom jissejħu mill-Kummissjoni. 105. Il-kworum tal-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jkun ikkostitwit mill-Kummissjoni, u mill-inqas tliet Stati Membri ENIAC. Artikolu 8 - Il-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka; 1. Kompożizzjoni 106. L-AENEAS għandha taħtar il-membri tal-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka. 107. Il-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka għandu jikkonsisti minn mhux inqas minn 25 membru. 2. Rwol u kompiti Il-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka għandu: 108. jelabora l-Pjan Strateġiku Multinannwali, inkluż il-kontenut u l-aġġornament ta' l-Aġenda ta' Riċerka, u jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni; 109. iħejji l-abbozz tal-Programm Annwali ta' Ħidma, inkluż proposti għall-kontenut tas-sejħiet li għandhom jitniedu mill-Impriża Komuni ENIAC; 110. jelabora proposti fir-rigward ta' l-istrateġija teknoloġika, ta' riċerka u ta' innovazzjoni ta' l-Impriża Komuni ENIAC; 111. jelabora proposti għall-attivitajiet fir-rigward tal-ħolqien ta' ambjenti miftuħa ta' innovazzjoni, jippromwovi l-parteċipazzjoni ta' l-SMEs, jiżviluppa standards b'mod trasparenti u b'mod miftuħ għall-parteċipazzjoni, il-kooperazzjoni internazzjonali, it-tixrid u r-relazzjonijiet pubbliċi; 112. jagħti pariri lill-entitajiet l-oħrajn dwar kull kwistjoni marbuta ma' l-ippjanar u l-operat ta' programmi ta' riċerka u żvilupp, irawwem sħubijiet u jħaddem riżorsi sabiex jilħaq l-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC. 113. jaħtar gruppi ta' ħidma fejn meħtieġ taħt il-koordinazjzoni kumplessiva ta' membru jew aktar ta' dan il-Kumitat sabiex iwettaq il-kompiti msemmija fuq; 114. jadotta r-regoli ta' proċedura skond il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu; 3. Regoli ta' proċedura 115. Il-Kumitat l-Industrija u ta' Riċerka għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena. 116. Il-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka għandu jeleġġi l-President tiegħu 117. Sakemm il-Bord ta' l-Insustrija u tar-Riċerka jkun adotta r-regoli ta' proċedura tiegħu, il-laqgħat għandhom jissejħu mill-AENEAS. Artikolu 9 – Id-Direttur Eżekuttiv 1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun il-kap eżekuttiv responsabbli għall-ġestjoni ta' kuljum ta' l-Impriża Komuni ENIAC u jkun ir-rappreżentant ġuridika tagħha. Għandu jwettaq il-kompiti tiegħu b'independenza u jkun responsabbli lejn il-Bord tat-Tmexxija. Id-Direttur għandu jeżerċita, fir-rigward ta' l-istaff tiegħu, is-setgħat stipulati fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill li jwaqqaf l-Impriża Komuni ENIAC. 2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, għal perjodu sa tliet snin. Wara evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord jista' jestendi l-mandat tiegħu darba għal perjodu ulterjuri ta' mhux inqas minn erba' snin. 3. Ir-rwol u l-kompiti tad-Direttur Eżekuttiv għandhom ikunu: 118. li jħejji l-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni u l-Pjan Annwali tal-Baġit, f'kollaborazzjoni mal-Kumitat ta' l-Industrija u r-Riċerka, u jippreżentahom lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni; 119. jissorvelja l-organizzazzjoni u l-eżekuzzjoni ta' kull attività meħtieġa għat-twettiq tal-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni fi ħdan il-qafas u r-regoli stipulati minn dawn l-Istatuti u deċiżjonijiet sussegwenti adottati mill-Bord tat-Tmexxija u l-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi; 120. iħejji l-Pjan Annwali ta' l-Attività u l-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ u jippreżentahom lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni; 121. jippreżenta proposti dwar l-operat intern ta' l-Impriża Komuni ENIAC lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni; 122. jippreżenta proposti dwar ir-regoli ta' proċedura għal sejħiet għall-proposti mnedija mill-Impriża Komuni ENIAC, inkluż l-evalwazzjoni tal-proposta għall-proġett u l-proċess ta' għażla assoċjati lill-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għall-approvazzjoni; 123. imexxi t-tnedija tas-sejħiet għall-offerti, il-proċess ta' l-evalwazzjoni l-għażla ta' proposti għall-proġetti u n-negozjar ta' ftehimiet ta' għoti għal proġetti magħżula, u s-sorveljanza perjodika u s-segwitu għall-Proġetti fi ħdan il-mandat mogħti mill-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi; 124. jikkonkludi ftehimiet ta' għoti għall-implimentazzjoni ta' l-Attivitajiet R&D kif imsemmija fl-Artikolu 14 u 15, u kuntratti ta' servizzi u provvista meħtieġa għall-operazzjonijiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC kif imsemmi fl-Artikolu 16; 125. jawtorizza l-ħlasijiet kollha dovuti mill-Impriża Komuni ENIAC; 126. jistabbilixxi u jimplimenta l-miżuri u l-azzjonijiet meħtieġa għall-valutazzjoni tal-progress ta' l-Impriża Komuni ENIAC lejn l-ilħiq ta' l-għanijiet tagħha, inkluż monitoraġġ u verifika indipendenti sabiex jiġu vvalutati l-effettività u r-rendiment ta' l-Impriża Komuni ENIAC; 127. jorganizza reviżjonijiet ta' proġetti u verifiki tekniċi għall-valutazzjoni tar-riżultati ta' riċerka u żvilupp, u jirrapporta lil-Bord tat-Tmexxija dwar ir-riżultati kumplessivi; 128. iwettaq verifiki finanzjarji, direttament jew permezz ta' l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, dwar parteċipanti fil-Proġetti kif meħtieġ, skond ir-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC; 129. jinnegozja l-kundizzjonijiet għall-adeżjoni tal-membri l-ġodda ta' l-Impriża Komuni ENIAC, f'isem u fi ħdan il-mandat tal-Bord tat-Tmexxija; 130. iwettaq kull azzjoni oħra meħtieġa għall-ilħiq b'suċċess ta' l-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC mhux ipprovduti fil-Pjan ta' Implimentazzjoni Annwali, fi ħdan kwalunkwe limiti u kundizzjonijiet stabbiliti mill-Bord tat-Tmexxija; 131. ilaqqa' l-Bord tat-Tmexxija u lill-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi u jattendi fejn xieraq il-laqgħat bħala osservatur; 132. jipprovdi lill-Bord tat-Tmexxija b'kull informazzjoni mitluba minnu; 133. jippreżenta lill-Bord tat-Tmexxija l-proposti tiegħu dwar l-istruttura organizzattiva tas-Segretarjat; 134. ikun għal kollox responsabbli minn deċiżjonijiet dwar ġestjoni tal-persunal fir-rigward tal-persunal ta' l-Impriża Komuni ENIAC; 135. iwettaq valutazzjoni tar-riskju u analiżi tal-ġestjoni tar-riskju u jipproponi lill-Bord tat-Tmexxija kull assigurazzjoni li tista' tkun meħtieġa għall-Impriża Komuni ENIAC sabiex tasal biex tilħaq l-obbligi tagħha. 4. Għandu jiġi stabbilit Segretarjat taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur Eżekuttiv biex jappoġġah fil-kompiti kollha tiegħu, inkluż: 136. appoġġ segretarjali għall-Entitajiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC 137. appoġġ operattiv għall-evalwazzjoni ta' proposti u l-monitoraġġ ta' Proġetti, inkluż appoġġ biex jiġu organizzati sejħiet għall-proposti u arranġamenti għal stħarriġ u analiżi ta' Proġetti u verifiki tekniċi; 138. it-twaqqif u l-ġestjoni ta' sistema interna xierqa ta' verifika u kontabilità; 139. kompiti finanzjarji, inkluż ħlasijiet ta' kontributi finanzjarji mill-Impriża Komuni ENIAC lill-parteċipanti fil-Proġetti; 140. appoġġ għal attivitajiet ta' komunikazzjoni bħal relazzjonijiet pubbliċi, attivitajiet ta' pubblikazzjoni u ta' tixrid u organizzazzjoni ta' avvenimenti; 141. il-ġestjoni ta' sejħiet għall-offerti għall-ħtiġijiet għal oġġetti/servizzi għall-Impriża Komuni ENIAC skond ir-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC. 5. Kompiti mhux finanzjarji tas-Segretarjat għandhom jitqabbdu mill-Impriża Komuni ENIAC lil fornituri esterni tas-servizzi. Kuntratti bħal dawn għandhom jiġu stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC. Artikolu 10 - Sorsi ta' finanzjament 1. Ir-riżorsi kollha ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom jiġu ddedikati għall-ilħuq ta' l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 2 ta' dawn l-Istatuti. 2. Ir-riżorsi ta' l-Impriża Komuni ENIAC mdaħħla fil-baġit tagħha għandhom ikunu komposti minn: 142. il-kontribuzzjonijiet tal-membri għall-ispejjeż operattivi ħlief għal dawk imsemmija fil-paragrafu 4(c); 143. kontribuzzjoni Komunitarja għall-finanzjament ta' l-Attivitajiet R&D; 144. kull dħul iġġenerat mill-Impriża Komuni ENIAC. 145. kull kontribuzzjoni jew dħul ieħor. Kull imgħax mill-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-Istati membri għandu jitqies bħala dħul ta' l-Impriża Komuni ENIAC. 3. Kull entità ġuridika li mhix membru tista' tagħti kontribuzzjonijiet in natura jew fi flus lir-riżorsi ta' l-Impriża Komuni ENIAC skond it-termini u l-kundizzjonijiet negozjati mid-Direttur Eżekuttiv f'isem u fi ħdan il-mandat mogħti mill-Bord tat-Tmexxija. 4. L-ispejjeż operattivi[22] ta' l-Impriża Komuni ENIAC għall-perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017 għandhom jiġġarbu mill-membri tagħha: 146. kontribuzzjoni finanzjarja mill-AENEAS sa EUR 20 miljun jew sa 1% ta' l-ispejjeż globali tal-Proġetti, liema figura tkun l-ogħla, iżda li ma taqbiżx EUR 30 miljun; 147. kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità sa EUR 10 miljun; 148. kontribuzzjonijiet in natura mill-Istati Membri ENIAC għall-ispejjeż operattivi permezz tal-faċilitazzjoni tal-Proġetti u l-għoti ta' fondi pubbliċi kif imsemmi fl-Artikoli 14 u 15; 149. il-kontribuzzjonijiet tal-Komunità u ta' l-AENEAS għandhom ikunu disponibbli skond id-dispożizzjonijiet tal-Pjan Annwali tal-Baġit rilevanti. Pagamenti parzjali għandhom jiġu pprovduti abbażi tal-ħtiġijiet finanzjarji ta' l-Impriża Komuni. 5. L-attivitajiet ta' l-R&D ta' l-Impriża Komuni ENIAC għall-perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017 għandhom ikunu appoġġati permezz ta': 150. kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità sa EUR 440 miljun biex jiffinanzjaw il-Proġetti; 151. kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri ENIAC li għandhom jammontaw għal mill-inqas 1.8 darba l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità. Dawn il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom jitħallsu lill-parteċipanti fil-proġetti skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 14 u 15. Kull sena, l-Istati Membri ENIAC għandhom jikkomunikaw lid-Direttur Eżekuttiv sa data stabbilita mill-Bord tat-Tmexxija l-impenji finanzjarji tagħhom irriżervati għal sejħiet għal proposti li għandhom jitniedu mill-Impriża Komuni ENIAC billi jqisu l-ambitu ta' l-Attivitajiet R&D appoġġati li huma indirizzati fis-Sejħiet; 152. kontribuzzjonijiet in natura mill-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-iżvilupp biex jerfgħu s-sehem tagħhom ta' l-ispiża neċessarja biex jitwettqu l-Proġetti. Il-kontribuzzjoni kumplessiva tul l-Impriża Komuni ENIAC għandha tkun daqs jew akbar mill-kontribuzzjoni ta' l-awtoritajiet pubbliċi. 6. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Membri ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom jitħallsu f'pagamenti parzjali skond id-dispożizzjonijiet tal-Pjan Annwali tal-Baġit. 7. Jekk xi Membru ta' l-Impriża Komuni ENIAC jonqos mill-impenni tiegħu fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja miftehma tiegħu lill-Impriża Komuni ENIAC, id-Direttur Eżekuttiv għandu jlaqqa' lill-Bord tat-Tmexxija biex jiddeċiedi jekk il-Membri li jkun fadal għandhomx jirrevokaw is-sħubija tal-Membru li qed jonqos jew jekk xi miżuri oħra għandhomx jittieħdu sakemm jintlaħqu l-obbligi. 8. L-Impriża Komuni ENIAC għandha jkollha pussess ta' l-assi kollha tagħha ġġenerati jew trasferiti lilha għat-twettiq ta' l-għanijiet tagħha kif deskritt fl-Artikolu 2, ħlief jekk speċifikat mod ieħor. Artikolu 11 – Sena finanzjarja Is-sena finanzjarja għandha tikkorrispondi mas-sena kalendarja. Artikolu 12 – Regolament Finanzjarju 1. Ir-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandu jiġi adottat mill-Bord tat-Tmexxija. 2. Ir-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju[23] strutturali u għandu jinkludi dispożizzjonijiet għall-ipjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ENIAC. Ir-Regolament Finanzjarju jista' jiddevja mir-Regolament Finanzjarju ta' Qafas meta l-bżonnijiet operattivi speċifiċi ta' l-Impriża Komuni ENIAC hekk jitolbu u soġġett għall-konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni. 3. Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandu jingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, skond proċedura li għandha tiġi pprovduta permezz tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC. Artikolu 13 – Pjanar u rappurtar 1. Il-Pjan Strateġiku Multijannwali għandu jispeċifika l-istrateġija u l-pjanijiet għall-ilħuq ta' l-għanijiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC, inkluż l-Aġenda ta' Riċerka. 2. Il-Programm ta' Ħidma Annwali għandu jiddeskrivi l-ambitu u l-baġit tas-sejħiet għall-proposti meħtieġa għall-implimnetazzjoni ta' l-Aġenda ta' Riċerka għal sena partikolari. 3. Il-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni għandu jispeċifika l-pjan għall-eżekuzzjoni ta' l-attivitajiet kollha ta' l-Impriża Komuni ENIAC għal sena partikolari, inkluż is-sejħiet ippjanati għall-proposti u l-azzjonijiet meħtieġa biex jiġu implimentati permezz ta' Sejħiet għall-offerti. Il-Pjan ta' Implimentazzjoni Annwali għandu jiġi ppreżentat mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija flimkien mal-Pjan Annwali tal-Baġit. 4. Il-Pjan Annwali tal-Baġit: kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Bord tat-Tmexxija abbozz preliminari tal-Pjan Annwali tal-Baġit li jkun fih tbassir tan-nefqa annwali għas-sentejn ta' wara u li jinkludi l-pjan ta' stabbiliment tal-persunal. F’dan it-tbassir, għandhom jitfasslu l-estimi tad-dħul u n-nefqa għall-ewwel minn dawn is-sentejn f'dettall kif meħtieġ għall-proċedura interna tal-baġit ta' kull Membru fir-rigward il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-Impriża Komuni ENIAC. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprovdi lill-Bord tat-Tmexxija bl-informazzjoni kollha supplimentari meħtieġa għal dan il-għan.Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jikkomunikaw lid-Direttur Eżekuttiv il-kummenti tagħhom dwar l-abbozz preliminari tal-Pjan Annwali tal-Baġit u b'mod partikolari dwar l-estimi tar-riżorsi u tan-nefqa għas-sena ta' wara. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji l-abbozz tal-Pjan Annwali tal-Baġit għas-sena ta' wara f'kollaborazzjoni mal-Kumitat ta' l-Industrija u tar-Riċerka, filwaqt li jqis il-kummenti li jkunu waslu mill-membri tal-Bord tat-Tmexxija. Qabel l-1 ta' Settembru ta' kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jressaq il-Pjan Annwali tal-baġit lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni.Il-Pjan Annwali tal-Baġit u l-Pjan Annwali ta' Implimentazzjoni għal sena partikolari għandu jiġi adottat mill-Bord tat-Tmexxija ta' l-Impriża Komuni ENIAC mill-31 ta' Ottubru tas-sena preċedenti. 5. Ir-Rapport Annwali ta' l-Attività għandu jippreżenta l-progress li jkun sar mill-Impriża Komuni ENIAC f'kull sena kalendarja, b'mod partikolari f'relazzjoni mal-Pjan Strateġiku Multijannwali u l-Pjan Multijannwali ta' Implimentazzjoni għal dik is-sena.Ir-Rapport Annwali ta' l-Attività għandu jiġi ppreżentat mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija flimkien mal-Kontijiet Annwali u l-karti tal-bilanċ. 6. Fi żmien xahrejn wara tmiem is-sena finanzjarja, il-kontijiet proviżorji ta' l-Impriża komuni għandhom jitressqu lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej ('il-Qorti ta' l-Awdituri'). Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha, sal-15 ta' Ġunju wara tmien kull sena finanzjarja, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji ta' l-Impriża Komuni. 7. Il-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja għandhom jintbagħtu s-sena ta' wara lill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni skond l-iskadenzi ffissati mir-Regolament Finanzjarju ta' Qafas sabiex l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni ikun jista' jikkonsolida dawn fil-kontijiet annwali ta' l-UE. Il-kontijiet annwali ta' l-Impriża Komuni għandhom jitħejjew u jiġu vverifikati skodn ir-Regoli ta' l-UE dwar il-Kontbailità kif adottati mill-Uffiċjal għall-Kontabilità tal-Kummissjoni. Artikolu 14 – Implimentazzjoni ta' l-Attivitajiet R&D 1. L-Impriża Komuni ENIAC għandha tappoġġa l-Attivitajiet R&D permezz ta' sejħiet kompetittivi għal proposti, evalwazzjoni u għażla indipendenti ta' proposti, allokazzjoni ta' finanzjament pubbliku lill-proposti magħżula, u l-finanzjament tal-Proġetti. 2. L-Impriża Komuni ENIAC għandha tikkonkludi ftehimiet ta' għoti mal-parteċipanti fil-Proġett għall-implimentazzjoni tal-Proġetti. Il-ftehimiet ta' l-għoti għandhom jirreferu għal u, fejn xieraq, jistrieħu fuq ftehimiet nazzjonali ta' l-għoti korrispondenti kif imsemmi fl-Artikolu 15(5)(b). 3. Sabiex tiġi megħjuna l-implimentazzjoni tal-Proġetti u l-għoti ta' fondi pubbliċi, l-Impriża Komuni ENIAC għandha tistabbilixxi arranġamenti amministrattivi ma' l-entitajiet nazzjonali nnominati mill-Istati Membri ENIAC għal dak il-għan, f'Konformità mar-Regolament Finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC. 4. L-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u l-Pajjiżi Assoċjati li mhumiex Membri ta' l-Impriża Komuni ENIAC jistgħu jikkonkludu ftehimiet simili ma' l-Impriża Komuni ENIAC. 5. L-Impriża Komuni ENIAC għandha tistabbilixxi l-proċeduri għas-sorveljanza u l-kontroll ta' l-Attvitajiet R&D, inkluż dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ u l-verifika teknika tal-Proġetti. L-Istati Membri ENIAC m'għandhomx jirrikjedu monitoraġġ u rapporti tekniċi ta' verifika addizzjonali għajr dawk meħtieġa mill-Impriża Komuni ENIAC. Artikolu 15 – Finanzjament ta' Proġetti 1. Il-finanzjament pubbliku għall-parteċipanti fil-Proġetti għandu jikkonsisti f'kontribuzzjonijiet finanzjarji nazzjonali mill-Istati Membri ENIAC u/jew kontribuzzjoni finanzjarja mill-Impriża Komuni ENIAC. Kull appoġġ pubbliku taħt din l-inzjattiva ta' programm huwa bla ħsara għar-regoli proċedurali u ta' għajnuna materjali ta' l-Istat meta applikabbli. 2. Is-sejħiet għall-proposti varati u ppubblikati mill-Impriża Komuni ENIAC għandhom jispeċifikaw il-baġit globali disponibbli għal kull Sejħa. Dan il-baġit għandu jindika l-ammonti impenjati fuq il-livell nazzjonali minn kull Stat Membru ENIAC u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-Impriża Komuni ENIAC. Is-Sejħiet għandhom jistqarru l-kriterji ta' valutazzjoni f'relazzjoniji ma' l-għanijiet tas-Sejħa. 3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-Impriża Komuni ENIAC lill-baġit ta' kull Sejħa għandha tkun ekwivalenti għal 55% ta' l-ammont totali impenjati mill-Istati Membri ENIAC, sakemm il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi ma jiddeċidix mod ieħor fuq proposta tar-rappreżentant tal-Komunità. 4. Sejħiet, evalwazzjoni u għażla tal-proposti 153. Is-sejħiet għall-proposti varati mill-Impriża Komuni ENIAC għandhom jinfetħu għall-parteċipanti stabbiliti fl-Istati Membri ENIAC u fi kwalunkwe Stat Membru ieħor ta' l-Unjoni Ewropea jew il-Pajjiż Assoċjat. 154. Konsorzji a' parteċipanti fi proposti ta' proġetti ppreżentati bi tweġiba għal dawn is-Sejħiet għandhom jinkludu mill-inas tliet entitajiet[24] mhux affiljati stabbiliti f'mill-anqas tliet Stati Membri ENIAC. 155. Il-valutazzjoni u l-proċess ta' l-għażla għandhom jiżguraw li l-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku ta' l-Impriża Komuni ENIAC isegwu l-prinċipji ta' livelli eċċellenti u kompetizzjoni[25]. 156. Wara l-valutazzjoni tal-proposti, il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jistabbilixxi klassifika ta' proposti abbażi tal-kriterji ta' valutazzjoni ċari u l-kontribuzzjoni kollettiva tagħhom lejn il-ksib ta' l-għanijiet tas-Sejħa. 157. Il-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jiddeċiedi dwar l-għażla tal-proposti u l-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku lill-proposti magħżula sal-limitu tal-baġits disponibbli filwaqt li jikkunsidraw kwalunkwe kriterji ta' eliġibilità nazzjonali. Din id-deċiżjoni għandha torbot lill-Istati Membri ENIAC kollha mingħajr kwalunkwe valutazzjoni jew proċessi ta' għażla ulterjuri. 5. Finanzjament ta' Proġetti 158. Il-kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-Impriża Komuni ENIAC lill-parteċipanti fi Proġetti għandha tingħata f'perċentwal ta' l-ispejjeż totali[26] mġarrba għall-implimentazzjoni tal-Proġett. Dan il-perċentwal għandu jkun determinat fuq bażi annwali mill-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi u jtla' sa 16.7%. Dan il-perċentwal għandu jkun ugwali għall-parteċipanti kollha fil-Proġetti fi kwalunkwe sejħa għall-proposti. 159. L-Istati Membri ENIAC għandhom jistabbilixxu ftehimiet ta' għotja finanzjarja mal-parteċipanti fi Proġetti skond ir-regoli nazzjonali tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-kriterji ta' l-eliġibilità u ħtiġijiet oħra finanzjarji u ġuridiċi neċessarji. Fejn applikabbli, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji nazzjonali mill-Istati Membri ENIAC għandhom jitħallsu direttament lill-parteċipanti fi Proġetti skond il-ftehimiet ta' għotja finanzjarja nazzjonali. L-Istati Membri ENIAC għandhom jagħmlu l-aħjar sforzi biex jissinkronizzaw it-twaqqif tal-ftehimiet ta' għotja finanzjarja u jħallsu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom fil-ħin. Artikolu 16 – Kuntratti ta' servizz u provvista L-Impriża Komuni ENIAC għandha tistabbilixxi l-proċeduri u l-mekkaniżmi xierqa għall-implimentazzjoni, is-superviżjoni u l-kontroll tal-kuntratti ta' servizz u ta' provvista konklużi fejn meħtieġ għall-operat ta' l-Impriża Komuni ENIAC. Artikolu 17 – Riżorsi tal-persunal 1. In-numru tal-persunal għandu jiġi ddeterminat fi pjan ta' stabbiliment li għandu jiġi stipulat fil-Pjan Annwali tal-Baġit. 2. Il-membri tal-persunal ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom ikunu aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali u għandhom ikollhom kuntratti b'terminu definit li jistgħu jiġu estiżi darba biss sa perjodu massimu totali ta' seba' snin. 3. In-nefqa fuq il-persunal għandha tiġġarrab mill-Impriża Komuni ENIAC. 4. Kull Membru ta' l-Impriża Komuni ENIAC jew ta' l-Istati ospitanti jista' jipproponi lid-Direttur Eżekuttiv li jissekonda membri tal-persunal tiegħu lis-Segretarjat ta' l-Impriża Komuni ENIAC. Artikolu 18 – Responsabbiltà, assigurazzjoni 1. Ir-responsabbiltà kuntrattwali ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandha tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti u mil-liġi applikabbli għall-ftehim jew il-kuntratt in kwistjoni. 2. Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Impriża Komuni ENIAC għandha, skond il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet ta' l-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kull dannu kkawżat mill-persunal tagħha waqt it-twettiq ta' dmirijitehom. 3. Kull ħlas mill-Impriża Komuni ENIAC fir-rigward tar-responsabbiltà msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u l-ispejjeż u l-infiq mġarraba b'rabta magħhom għandhom jitqies u bħala nefqa ta' l-Impriża Komuni ENIAC u għandhom jiġu koperti mir-riżorsi ta' l-Impriża Komuni ENIAC . 4. L-Impriża Komuni ENIAC għandha tkun unikament responsabbli għall-konformità ma' l-obbligazzjonijiet tagħha. 5. L-Impriża Komuni ENIAC għandha tkun unikament responsabbli għall-konformità ma' l-obbligazzjonijiet tal-Membri tagħha. M'għandhiex tkun responsabbli għan-nuqqas ta' Stat Membru ENIAC li jwettaq l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mis-sejħiet għall-proposti varati mill-Impriża Komuni ENIAC. 6. Il-Membri mhumiex responabbli għal ebda mill-obbligi finanzjarji ta' l-Impriża Komuni ENIAC. Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-Membri hija responsabbiltà interna lejn l-Impriża Komuni ENIAC biss, u hija limitata għall-impenn tagħhom li jikkontribwixxu għar-riżorsi kif stipulat fl-Artikolu 10(2). 7. Ir-responsabbiltà finanzjarja ta' l-Impriża Komuni ENIAC għad-djun tagħha hija limitata għall-kontribuzzjonijiet li għamlu l-Membri għall-ispejjeż operattivi kif stipulat fl-Artikolu 10(2). 8. L-Impriża Komuni ENIAC għandha tagħmel u żżomm assigurazzjoni xierqa. Artikolu 19 – Kunflitt ta' interess L-Impriża Komuni ENIAC għandha tevita kull kunflitt ta' interess fl-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet tagħha. Artikolu 20 – Protezzjoni ta' interessi finanzjarji 1. L-Impriża Komuni ENIAC għandha twettaq kontrolli fuq il-post u verifiki finanzjarji fost id-destinatarji tal-finanzjament pubbliku ta' l-Impriża Komuni ENIAC. Il-kontrolli u l-verifiki għandhom isiru jew direttament mill-Impriża Komuni ENIAC jew mill-Istati Membri ENIAC f'isimha. 2. Il-Kummissjoni jew il-Qorti ta' l-Awdituri tista', skond kif meħtieġ, twettaq kontrolli fuq il-post fost id-destinatarji tal-finanzjament ta' l-Impriża Komuni ENIAC u l-aġenti responsabbli mill-allokazzjoni tiegħu. Għal dak il-għan, l-Impriża Komuni ENIAC għandha tiżgura li l-ftehimiet ta' għoti u l-kuntratti jipprovdu għad-dritt tal-Kummissjoni u tal-Qorti ta' l-Awdituri li jwettqu l-kontrolli xierqa u, fil-każ li jinsabu irregolaritajiet, li jimponu penali disswassivi u proporzjonati. 3. L-Uffiċċju Ewropew għal Kontra l-Frodi (OLAF), imwaqqaf mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom għandu jgawdi mill-istess setgħat fir-rigward ta' l-Impriża Komuni u l-persunal tiegħu bl-istess mod li jgawdih minnhom fir-rigward ta' dipartimenti tal-Kummissjoni. Malli tiġi stabbilita l-Impriża Komuni, għandha taċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fir-rigward ta' investigazzjonijiet interni mill-OLAF. Il-Bord tat-Tmexxija għandu japprova dik l-adeżjoni u jadotta l-miżuri meħtieġa biex jiġu ffaċilitati investigazzjonijiet interni mmexxija mill-OLAF. Artikolu 21 - Stralċ 1. Fi tmiem il-perjodu pprovdut fl-Artikolu 1(3), l-Impriża Komuni ENIAC għandha tiġi stralċjata. 2. Il-proċedura ta' stralċ għandha tiskatta awtomatikament jekk il-Kummissjoni tirtira mill-Impriża Komuni ENIAC. 3. Għall-finijiet tat-tmexxija tal-proċedimenti involuti fil-likwidazzjoni ta' l-Impriża Komuni ENIAC, il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar likwidatur jew aktar, li għandu jikkonforma mad-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija. 4. Meta l-Impriża Komuni ENIAC tkun qed tiġi stralċjata, għandha tagħti lura lill-Istat ospitanti kull oġġett ta' appoġġ fiżiku li għamel disponibbli l-Istat Membru ospitanti skond il-ftehim ospitanti msemmi fl-Artikolu 24. 5. Meta kwalunkwe assi fiżiku jkun ġiet ttrattat kif ipprovdut fil-paragrafu 5, kull assi oħra ulterjuri għandhom jintużaw biex ikopru r-responsabbiltajiet ta' l-Impriża Komuni ENIAC u l-ispejjeż marbuta ma' l-istralċ tagħha. Kwalunkwe bilanċ jew żbilanċ għandu jitqassam fost jew jiġġarrab mill-Membri eżistenti fi żmien l-istralċ fi proporzjon mal-kontribuzzjoni annwali tagħhom għall-Impriża Komuni ENIAC. 6. Assi li jkun baqa' għandhom jitqassmu fost il-Membri eżistenti fi żmien l-istralċ fi proporzjon mal-kontribuzzjoni annwali tagħhom għall-Impriża Komuni ENIAC. 7. Proċedura ad hoc għandha titwaqqaf sabiex tiżgura l-ġestjoni xierqa ta' kull ftehim ta' l-għoti u kull kontratt ta' servizz u provvista li jkun ġie konkluż mill-Impriża Komuni ENIAC, b'tul ta' aktar mit-tul ta' Impriża Komuni ENIAC. Artikolu 22- Emendi għall-Istatuti 1. L-Istatuti preżenti ta' l-Impriża Komuni ENIAC għandhom jidħlu fis-seħħ wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Membri Fundaturi fl-ewwel laqgħa tal-Bord tat-Tmexxija. 2. Kull Membru ta' l-Impriża Komuni ENIAC jista' jressaq abbozz ta' proposta lill-Bord tat-Tmexxija għall-emendar ta' l-Istatuti. 3. Proposti għall-emendi għall-Istatuti għandhom jiġu approvati mill-Bord tat-Tmexxija skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 u jitressqu lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni. 4. Minkejja l-paragrfau 2, kull emenda proposta għall-Artikolu 1(3), Artikolu 4(3), Artikolu 10(4)(b), u Artikolu 10(50(a) għandha titqies bħala aspett essenzjali u għalhekk soġġetta għal reviżjoni ta' dan ir-Regolament. 5. Proposti għal emendi lill-Istatuti ta' l-AENEAS għandhom jiġu nnotifikati lill-Bord tat-Tmexxija ta' l-Impriża Komuni ENIAC mill-inqas 45 jum qabel l-adozzjoni tagħhom. Artikolu 23 – Politika ta' proprjetà intellettwali 1. L-għan tal-politika tal-proprjetà intellettwali kif stipulata f'dan l-Artikolu hija l-promozzjoni tal-ħolqien ta' l-għarfien u l-isfruttament tiegħu, l-allokazzjoni ġusta tad-drittijiet, li tiġi ppremjata l-innovazzjoni, u li tintlaħaq parteċipazzjoni wiesgħa ta' entitajiet privati u pubbliċi fil-Proġetti. 2. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu: 160. "Informazzjoni" għandha tfisser kull tpinġija, speċifikazzjoni, ritratt, kampjun, mudell, proċess, proċedura, istituzzjoni, softwer, rapport, rapporti dwar studji, jew kull informazzjoni teknika u/jew kummerċjali oħra, għarfien prattiku, dejta, jew dokumenti ta' kull tip, inkluż informazzjoni orali, li mhix materjal protett mid- "Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali" (IPR); 161. -" Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali " (IPR) għandha tfisser kull dritt tal-proprjetà intellettwali inkluż privattivi, mudelli ta' utilità u ċertifikati ta' utilità, drittijiet tad-disinn industrijali, drittijiet ta' l-awtur, sigrieti tan-negozju, drittijiet tad-database, topografiji ta' prodotti tas-semikundutturi, kif ukoll kull reġistrazzjoni, applikazzjoni, diviżjoni, kontinwazzjoni, rieżaminazzjoni, tiġdid jew ħruġ mill-ġdid ta' dawn kollha, esklużi marki kummerċjali u ismijiet kummerċjali; 162. " Informazzjoni Eżistenti " għandha tfisser kull informazzjoni li hija proprjetà ta' parteċipant fil-Proġett jew ikkontrollata minnu fid-data effettiva tal-Ftehim tal-Proġett korrispondenti, jew li fir-rigward tagħha s-sjieda jew il-kontroll jinkisbu minn parteċipant fi Proġett bħala riżultat ta' attivitajiet barra mill-qafas tal-Proġett; 163. " IPR Eżistenti " għandha tfisser kull IPR proprjetà ta' parteċipant fil-Proġett jew ikkontrollat minnu fid-data effettiva tal-Ftehim tal-Proġett korrispondenti, jew li fir-rigward tiegħu s-sjieda jew il-kontroll jinkisbu minn parteċipant fi Proġett bħala riżultat ta' attivitajiet barra mill-qafas tal-Proġett; 164. " Tagħrif Eżistenti " għandha tfisser Tagħrif Eżsitenti jew IPR Eżistenti; 165. " Tagħrif Miksub " għandha tfisser kull Tagħrif iġġenerat bħala riżultat ta' l-attivitajiet immexxija fil-qafas ta' Proġett ikkonċernat, kif speċifikat fil-Ftehim tal-Proġett korrispondenti; 166. " IPR Miksub " għandha tfisser kull IPR iġġenerat bħala riżultat ta' l-attivitajiet immexxija fil-qafas ta' Proġett ikkonċernat, kif speċifikat fil-Ftehim tal-Proġett korrispondenti; 167. " Tagħrif Miksub " għandha tfisser Tagħrif Miksub jew IPR Miksub; 168. " Dritt ta' l-Aċċess " tfisser liċenzji mhux esklussivi u drittijiet ta' l-utenti għat-Tagħrif Eżistenti jew Miksub, liema drittijiet m'għandhomx jinkludu d-dritt ta-subliċenzjar ħlief jekk maqbul mod ieħor fil-Ftehim tal-Proġett; 169. " Meħtieġ " għandha tfisser "teknikament essenzjali" għall-implimentazzjoni tal-Proġett u/jew fir-rigward tat-Tagħrif Eżistenti u, fejn huma kkonċernati d-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, għandha tfisser li dawk id-Drittijiet tal-Prorjetà Intellettwali jinkisru li kieku ma jingħatawx id-Drittijiet ta' l-Aċċess; 170. " Użu " għandha tfisser l-iżvilupp, il-ħolqien u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott jew proċess għall-ħolqien u l-għoti ta' servizz kif jista' jkun iddefinit aktar 'il quddiem fil-Ftehim tal-Proġett applikabbli; 171. " Tixrid " tfisser il-kxif ta' Tagħrif Miksub b'kull mezzi xieraq għajr dak li jirriżulta mill-formalitajiet għall-protezzjoni tiegħu, u inkluż il-pubblikazzjoni tat-Tagħrif Miksub fuq kwalunkwe mezz; 172. " Ftehim tal-Proġett " għandha tfisser ftehim bejn parteċipanti fi Proġett li jistipula t-termini u l-kundizzjonijet kollha jew parti minnhom li japplikaw bejniethom fir-rigward ta' Proġett speċifiku, bħala ftehim ta' konsorzju dwar proġett, liema ftehim għandu jinkludi mingħajr limitazzjoni Drittijiet ta' Aċċess skond dan l-Artikolu 173. " Kundizzjonijiet ta' Trasferiment " tfisser kundizzjonijiet finanzjarji li għandhom valur inqas minn ta' kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli, normalment l-ispiża biex id-Drittijiet ta' l-Aċċess ikunu disponibbli. 3. Bla ħsara għar-regoli Komunitarji dwar il-kompetizzjoni, l-arranġamenti dwar il-proprjetà intellettwali għandhom jitmexxew mill-prinċipji li ġejjin: 3.1. Sjieda 3.1.1. L-Impriża Komuni għandha tkun is-sid ta' kull assi tanġibbli jew intanġibbli maħluqa bir-riżorsi proprji tagħha jew trasferiti lilha għall-implimentazzjoni ta' l-Impriża Komuni ENIAC, ħlief jekk speċifikata mod ieħor. 3.1.2. Minkejja d-dispożizzjonijiet hawn fuq, l-Impriża Komuni ENIAC m'għandhiex iżomm għaliha Informazzjoni jew IPR maħluqa fi Proġetti. 3.1.3. Kull parteċipant fi Proġett jibqa' s-sid tat-Tagħrif Eżistenti tiegħu. Il-parteċipanti jistgħu jiddefinixxu t-Tagħrif Eżistenti meħtieġ għall-finijiet tal-Proġett ta' l-Impriża Komuni ENIAC fi fi ftehim ta' proġett bil-miktub u, fejn ikun xieraq, jistgħu jeskludu tagħrif eżistenti speċifiku. 3.1.4. Tagħrif miksub li jkun ġej minn xogħol imwettaq taħt Proġetti għandu jkun il-proprjetà tal-parteċipant(i) li jwettqu x-xogħol li jiġġenera dak it-Tagħrif Miksub skond l-arranġamenti deskritti fil-Ftehimiet tal-Proġett u ta' l-għotja u l-prinċipji mniżżla f'dan l-Artikolu. 3.2. Drittijiet ta’ l-aċċess 3.2.1. Parteċipanti fi proġett fl-istess Proġett għandhom jikkonkludu bejniethom Ftehim ta' Proġett li għandu jirregola, fost l-oħrajn, id-Drittijiet ta' l-Aċċess li għandhom jingħataw skond dan l-Artikolu. Il-parteċipanti fi proġett jistgħu jiddefinixxu t-Tagħrif Eżistenti meħtieġ għall-finijiet tal-proġett u, fejn ikun xieraq, jistgħu jeskludu Tagħrif Eżistenti speċifiku. 3.2.2. Drittijiet ta' l-Aċċess għat-Tagħrif Eżistenti jistgħu jingħataw lil parteċipanti oħra fl-istess Proġett jekk dan it-Tagħrif Eżistenti jkun meħtieġ minn dawn il-parteċipanti l-oħra biex iwettqu xogħolhom fil-Proġett, dejjem sakemm is-sid ikun intitolat biex jagħti dawn id-drittijiet. Id-Drittijiet ta' l-Aċċess għandhom jingħataw skond Kundizzjonijiet ta' Trasferiment li għandhom jiġu miftehma mill-parteċipanti fil-Proġett ikkonċernati, ħlief jekk maqbul mod ieħor mill-parteċpanti kollha fil-Ftehim dwar il-Proġett. 3.2.3. Drittijiet ta' l-Aċċess għat-Tagħrif Miksub jistgħu jingħataw lil parteċipanti oħra fl-istess Proġett jekk dan it-Tagħrif Miksub jkun meħtieġ minn dawn il-parteċipanti l-oħra biex iwettqu xogħolhom fil-Proġett, dejjem sakemm is-sid ikun intitolat biex jagħti dawn id-drittijiet. Dawn id-Drittijiet ta' l-Aċċess għandhom jingħataw fuq bażi ta' bla ħlas, mhux esklussiva u mhux trasferibbli 3.2.4. Il-parteċipanti fl-istess Proġett għandhom igawdu minn Drittijiet ta' l-Aċċess għat-Tagħrif Eżistenti jekk dan ikun meħtieġ għall-Użu tat-Tagħrif Miksub tagħhom ta' dak il-Proġett, dejjem sakemm sid it-Tagħrif Eżistenti jkun intitolat jagħti dawk id-drittijiet. Dawn id-Drittijiet ta' l-Aċċess għandhom jingħataw fuq bażi mhux esklussiva b'kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji. 3.2.5. Il-parteċipanti fl-istess Proġett għandhom igawdu mid-Drittijiet ta' l-Aċċess għat-Tagħrif Miksub jekk dan huwa meħtieġ għall-Użu tagħhom. Dawn id-Drittijiet ta' l-Aċċess għandhom jingħataw fuq bażi mhux esklussiva jew bla ħlas jew inkella b'kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji. 3.2.6. Soġġett għall-qbil tas-sidien kollha kkonċernati, id-Drittijiet ta' l-Aċċess għat-Tagħrif Miksub għall-għanijiet ta' aktar attivitajiet ta' riċerka għandhom jingħataw lil parti terza b'kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli li jkun hemm qbil dwarhom. 3.3. Protezzjoni, Użu u Tixrid 3.3.1. Meta t-Tagħrif Miksub ikun jista' jiġi sfruttat bi qliegħ, is-sid (i) għandu jipprovdi għall-protezzjoni xierqa u effettiva tiegħu, billi jqis sew l-interessi leġittimi ta' dan it-tagħrif, partikolarment l-interessi kummerċjali, u dawk tal-parteċipanti l-oħra fil-Proġett ikkonċernat u (ii) għandu jużah jew jiżgura li jintuża. 3.3.2. Kull parteċipant għandu jiżgura li t-Tagħrif Miksub li tiegħu huwa s-sid jixxerred malajr kemm jista’ jkun. 3.3.3. Kull attività ta' tixrid għandha tkun kompatibbli mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-obbligi tal-kunfidenzjalità, u l-interess leġittimu tas-sidien tat-Tagħrif Miksub. 3.3.4. Għandu jingħata avviż lil parteċipanti oħra minn qabel ta' kull attività ta' tixrid fir-rigward tat-Tagħrif Eżistenti, Miksub jew informazzjoni kunfidenzjali fil-pussess ta' parteċipanti oħra fl-istess Proġett jew dejta jew informazzjoni oħra li hija amalgamata mat-Tagħrif Eżistenti, Tagħrif Miksub jew informazzjoni kunfidenzjali ta' dawn il-parteċipanti oħra. Fi żmien 45 jum wara din in-notifika, kwalunkwe minn dawn il-parteċipanti jistgħu joġġezzjonaw bil-miktub jekk l-interessi leġittimi tagħhom f'rabta mat-Tagħrif Eżistenti jew Miksub jiġu pperikolati minn dan it-tixrid. Fit-tali każijiet, l-attività ta’ tixrid ma tistax issir sakemm ma jittiħdux il-passi xierqa għall-ħarsien ta’ dawk l-interessi leġittimi. 3.3.5. Kull pubblikazzjoni, applikazzjoni għal privattiva ppreżentata minn jew f'isem parteċipant, jew kull tixrid ieħor marbut mat-Tagħrif Miksub għandu jinkludi dikjarazzjoni li t-Tagħrif Miksub ġie ġġenerat bl-appoġġ finanzjarju ta' l-Impriża Komuni ENIAC. Kull attività ta' tixrid għandha tkun kompatibbli mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-obbligi tal-kunfidenzjalità, u l-interess leġittimu tas-sidien tat-Tagħrif Miksub. 3.4. Trasferiment 3.4.1. Meta parteċipant jittrasferixxi s-sjieda tat-Tagħrif Miksub, għandu jgħaddi l-obbligi tiegħu fir-rigward ta' dan it-Tagħrif Miksub lit-trasferatarju, inkluż l-obbligu biex dawn l-obbligi jgħaddu lil kwalunkwe trasferatarju sussegwneti. Dawn l-obbligi għandhom jinkludu dawk li jikkonċernaw l-għoti ta' Drittijiet ta' l-Aċċess, u t-tixrid u l-użu. 3.4.2. Soġġett għall-obbligi dwar il-kunfidenzjalità, meta parteċipant fi Proġett ikun meħtieġ jgħaddi l-obbligi tiegħu biex jipprovdi d-drittijiet ta' l-aċċess, għandu jagħti mill-inqas 45 jum avviż minn qabel lill-parteċipanti l-oħra dwar it-trasferiment ippjanat[27], flimkien ma' biżżejjed informazzjoni dwar dak li jkun maħsub li se jkun is-sid il-ġdid tat-Tagħrif Miksub, sabiex il-parteċipanti l-oħra jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet ta' l-aċċess tagħhom. Wara n-notifika, kull parteċipant ieħor jista' joġġezzjona fi żmien 30 jum jew f'limitu ta' żmien differenti maqbul bil-miktub, għal kull trasferiment ta' sjieda ppjanat fuq il-bażi li jeffettwa b'mod avvers id-drittijiet ta' l-aċċess tiegħu. Meta kwalunkwe mill-parteċipanti l-oħra juri li d-drittijiet ta' l-aċċess tiegħu jiġu effettwati b'mod avvers, it-trasferiment maħsub m'għandux iseħħ sakemm jintlaħaq qbil bejn il-parteċipanti kkonċernati. Artikolu 24- Ftehim ma' l-Istat Membru ospitanti Ftehim ospitanti għandu jiġi konkluż bejn l-Impriża Komuni ENIAC u l-Istat ospitanti. Artikolu 25 - Il-liġi applikabbli Għal kwalunkwe materja mhux koperta minn dan ir-Regolament jew minn atti oħra tal-liġi Komunitarja, għandha tapplika l-liġi ta' l-Istat fejn hemm is-sede ta' l-Impriża Komuni ENIAC. DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. L-ISEM TAL-PROPOSTA: Regolament tal-Kunsill li jwaqqaf l-"Impriża Komuni ENIAC" 2. IL-QAFAS ABM / ABB Il-Qasam/Oqsma ta' Politika kkonċernati u assoċjati ma' l-Attività/Attivitajiet: Riċerka u Żvilupp Teknoloġiku Is-Seba' Programm Kwadru 3. LINJI TAL-BAĠIT 3.1. Linji ta' Baġit li jinkludu l-intestaturi: 09 04 01 30 "Attivitajiet ta' Riċerka u Żvilupp tal-JTI ENIAC " 09 04 01 40 "Nefqa ta' appoġġ għall-JTI ENIAC " 3.2. Tul ta' żmien ta' l-azzjoni u ta' l-impatt finanzjarju: L-Impriża Komuni ENIAC hi mistennija li tkun stabbilita permezz ta' Regolament tal-Kunsill fil-ħarifa ta' l-2007 għal perjodu inizjali li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017. 3.3. Karatteristiċi tal-baġit: Linja tal-baġit | It-Tip ta' nefqa | Ġdida | Kontribut ta’ l-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja | 09.040130 | Mhux Obblig. | Diff | IVA | IVA | IVA | Nru [1A] | 09.040140 | Mhux Obblig. | Mhux diff | IVA | IVA | IVA | Nru [1A] | 4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI 4.1. Riżorsi Finanzjarji 4.1.1. Sommarju ta’ l-approprjazzonijiet ta’ impenn (AI) u l-approprjazzjonijiet ta’ ħlas (AĦ) EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) Tip ta' nefqa | Nru tat-taqsima | Sena 2007 | Sena 2008 | Sena 2009 | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 u wara | Total | Nefqa operattiva[28] | Approprjazzjonijiet ta’ Impenn (AI) | 8.1 | a | 0 | 41.5 | 55 | 68.5 | 85 | 190 | 440 | Approprjazzonijiet ta’ Ħlasijiet (AĦ)[29] | b | 0 | 13.85 | 32.2 | 55 | 73.65 | 265.3 | 440 | Nefqa amministrattiva[30] fil-limiti ta' l-ammont ta' referenza[31] | Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4 | c | 0 | 1.5 | 2 | 1.5 | 2 | 3 | 10 | AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA[32] | Approprjazzjonijiet ta’ Impenn | a+c | 0 | 43 | 57 | 70 | 87 | 193 | 450 | Approprjazzjonijiet ta’ Ħlas | b+c | 0 | 15.35 | 34.2 | 56.5 | 75.65 | 268.3 | 450 | Nefqa amministrattiva li mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza[33] | Riżorsi umani u nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5 | d | 0.088 | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 2.106 | 3.598 | Spejjeż amministrattivi, barra mir-riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6 | e | 0.005 | 0.017 | 0.017 | 0.037 | 0.037 | 0.222 | 0.335 | Spiża totali indikattiva ta’ l-azzjoni ... L-AI TOTALI inkluż l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 0.093 | 43.368 | 57.368 | 70.388 | 87.388 | 195.328 | 453.933 | L-AĦ TOTALI inkluż l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 0.093 | 15.718 | 34.568 | 56.888 | 76.038 | 270.628 | 453.933 | Dettalji tal-kofinanzjament L-AENEAS (assoċjazzjoni li tirrappreżenta atturi indutrijali u oħrajn R&D) se tikkontribwixxi għall-ispejjeż operattivi[34] (mhux R&D) ta' l-Impriża Komuni sa €20 miljun jew 1% ta' l-ispejjeż globali ta' l-R&D, lime ċifra tkun l-ogħla, iżda mhux aktar minn €30m. Fit-tabella ta' hawn taħt, dawn l-ispejjeż globali huma stmati li jitilgħu sa €3 biljun. Il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-ispejjeż ta' operazzjoni ser tkun sa €10 miljun (ara 8.2.4). EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) L-entità tal-kofinanzjament | Sena 2007 | Sena 2008 | Sena 2009 | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 u wara | Total | AENEAS | f | 0.2 | 2 | 3 | 4.5 | 5 | 15.3 | 30 | TOTAL AI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f | 0,.93 | 45.368 | 60.368 | 74.888 | 92.388 | 210.628 | 483.933 | Barra minn hekk, l-Istati Membri ta' l-Impriża Komuni ser jagħmlu – f'livell nazzjonali – impenji annwali ta' fondi li jridu jintefqu fi proġetti ta' R&D mnedija mill-Impriża Komuni. Dawn ir-riżorsi addizzjonali huma stmati li huma mill-inqas 1.8 darbiet in-nefqa operattiva ddikjarat fit-taqsima 4.1..1, i.e. mill-inqas €792m għat-tul ta' l-Impriża Konġunta. L-organizzazzjonijiet parteċipanti fil-proġetti ta' R&D li jkunu ntgħażlu permezz tas-Sejħiet għal Proposti mnedija mill-Impriża Komuni ser jikkontribwixxu in natura għal dawn il-proġetti; Il-valur ta' dawn il-kontribuzzjonijiet ser jiġi stmat u mistenni li jammonta għal madwar €1 232 miljun. 4.1.2. Il-kompatibbiltà ma' l-Ipprogrammar Finanzjarju x Il-proposta hija kompatibbli ma' l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti. 4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-Dħul x Il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet finanzjarji fuq id-dħul 4.2. Riżorsi Umani FTE (inkluż uffiċjali, staff temporanju u estern) – ara d-dettall taħt il-punt 8.2.1. Il-ħtiġijiet annwali | Sena 2007 | Sena 2008 | Sena 2009 | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 u wara (medja) | In-numru totali ta' riżorsi umani | 0.75 | 13 | 17 | 24 | 24 | 19.5 | 5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET 5.1. Ħtieġa li trid tintlaħaq f'terminu ta' żmien qasir jew twil It-twaqqif ta' l-Impriża Komuni ENIAC bħala sħubija pubblika-privata u l-kontribuzzjoni tal-Komunità għar-riżorsi tagħha. 5.2. Il-valur miżjud ta' l-involviment Komunitarju u l-koerenza tal-proposta ma' strumenti finanzjarji u sinerġiji possibbli. L-Impriża Komuni ENIAC ser topera programm integrat ta' R&D sabiex tilħaq għanijiet teknoloġiċi u industrijali ewlenin. Il-valur miżjud huwa sinifikanti għaliex: - Huwa ser joħloq qafas ġuridiku ġdid li fih, il-fondi nazzjonali u tal-Komunità jistgħu jingħaqdu għall-kofinanzjament ta' proġetti ta' R&D mas-settur privat. Din hija innovazzjoni istituzzjonali sinifikanti peress li kofinanzjament ta' dan it-tip huwa impossibbli kif inhuma l-affarijiet fil-preżent. - Hija għandha tikkoordina l-baġits nazzjonali u tal-Komunità skond l-għanijiet komuni ta' R&D u talloka dawn il-baġits skond proċeduri komuni fil-livell Ewropew. Dan ser ikun avvanz kbir għaż-Żona Ewropea tar-Riċerka. - Il-kwadru propost isaħħaħ sew l-effettività ta' l-R&D Ewropew meta mqabbel mal-proċess integorvernattiv kurrenti għall-finanzjament ta' proġetti minn għejun nazjzonali differenti (eż. fl-Eureka) u mill-Programm Kwadru. - Fl-aħħarnett, joħloq inċentivi għas-setturi pubbliċi u privati biex ikabbru l-investimenti tagħhom fl-R&D, u b'hekk javvanzaw lejn l-għan ta' barċellona ta' investiment ta' 3% tal-PGD Ewropew fl-RTD. L-infiq tal-Komunità għall-operat previst għal dan il-għan huwa parti żgħira mill-baġit globali tas-Seba' Programm Kwadru (450:50521 = 0.89%) u tat-tema ta' l-ICT f'dan ir-rigward (5.2%). 5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ġestjoni skond l-attivitajiet (ABM). L-implimentazzjoni ta' Inizjattiva ta' Teknoloġija Konġunta (JTI) f'dan il-qasam diġà hija inkluża fis-Seba' Programm Kwadru għall-RTD u fil-Programm Speċifiku "Kooperazzjoni" tiegħu. Barra minn hekk, il-Kunsill (Kompetittività) kemm-il darba rrikonoxxa il-potenzjal tal-kunċett ta' JTI [35] u dan l-aħħar talab lill-Kummisjoni biex tressaq proposti għat-twaqqif ta' Inizjattivi ta' Teknoloġija Konġunti li laħqu stadu avvanzat ta' tħejjija. [36] . Għanijiet ta' politika li huma marbuta ma' dan il-għan ta' operat huma 174. Li tinħoloq il-bażi ġuridika li tippermetti, għall-ewwel darba, li investimenti nazzjonali, ta' l-UE u privat jiġu magħqudin fi ħdan qafas koerenti. 175. Li jirranka l-investiment ta' R&D fl-Ewropa u li r-riċerka tiġi ttrasferita aktar malajr lejn l-innovazzjoni fi swieq kruċjali ewlenin billi jkunu pprovduti inċentivi sabiex l-Istati Membri u l-industrija jżidu l-infiq tagħhom fl-R&D. Dan huwa wieħed mill-punti ewlenin fl-Istrateġija ta' Politika Annwali tal-Kummissjoni għas-sena 2006[37] u jaqbel mat-3% Pjanijiet ta' Azzjoni u mal-konklużjonijiet relatati tal-Kunsilli Ewropej u l-laqgħat tal-Kunsill (kompetittività)[38]. L-ilħiq ta' l-għanijiet teknoloġiċi u ekonomiċi tal-JTI ser jikkontribwixxi biex tittejjeb il-kompetittività tal-industrija Ewropea u ser jinkisbu benefiċċji ekonomiuċi u soċjali sinifikanti. Għalhekk, dawn l-għanijiet huma konsistenti għal kollox ma' l-istrateġija ta' Liżbona, kif riveduta, dwar it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi. Aktar minn hekk, il-proposti leġiżlattivi preżenti jikkontribwixxu għall-Azzjoni 7 ta' l-inizjattiva strateġika i2010. Il-ħidma għat-twaqqif ta' l-Impriża Komuni ENIAC kienet koperta mill-AMP tad-DĠ INFSO taħt l-Għanijiet 8 u 10 (Kodiċi ta' l-Attività ABB 0904) Fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-prodotti, riżultati u impatti mistennija, qed jingħataw dawn id-dettalji: Il-kontribuzzjonijiet tal-Kummissjoni huma r-riżorsi elenkati fis-sezzjoni 4.1. Il-prodotti huma proġetti ta' R&D mnedija mill-Impriża Komuni. Huma mistennija r-riżultati li ġejjin: - Appoġġ għar-riżorsi u integrazzjoni ta' l-isforzi nazzjonali. Bl-għoti ta' inċentivi lill-industrija u lil Stati Membri, jiġi attirat aktar appoġġ nazzjonali u jiġi mħajjar finanzjament akbar għall-industrija. L-indikaturi: (i) in-numru ta' pajjiżi li jimpenjaw fondi għall-Impriża Komuni; (ii) impenji u ħlasijiet skond id-dispożizzjonijiet tas-sezzjoni 4.1.1; (iii) finanzjament nazzjonali mogħti u minfuq fi proġetti magħżula mill-Impriża Komuni; (iv) riżorsi investiti mill-industrija f'xogħol ta' R&D fi proġetti magħżula mill-Impriża Komuni. - Iffukar fuq aġendi ta' R&D komuni b'mod aktar effettiv minn dak possibbli fil-preżent. L- approċċ ħolistiku integrat se jkabbar l-għass ta' sħubijiet strateġiċi bejn l-atturi Ewropej, biex b'hekk jinħolqu ekosistemi ġodda tan-negozju.L-indikaturi: dan ir-riżultat se jinkiseb de facto meta l-Impriża Komuni ssir operattiva għal kollox - (v) l-għadd u l-livell tas-sħubijiet. - Effiċjenza kbira tal-programm billi titneħħa l-inċertezza fir-rigward tad-disponibbiltà tal-baġits nazzjonali, it-tneħħija tad-duplikazzjoni ta' l-evalwazzjoni u l-proċeduri ta' monitoraġġ, ġestjoni deċentralizzata flessibbli, l-irbit tar-riċerka pre-kompetittiva ma' l-innovazzjoni tas-suq. Dawn il-benefiċċji għandhom iwasslu għal programm li jkun popolari u attraenti għal entitajiet li huma attivi fl-R&D, speċjalment l-SMEs. L-indikaturi: (v) perjodu ta' żmien li jgħaddi bejn is-sottomissjoni tal-proposta u d-deċiżjoni dwar l-għażla tal-proġett mill-Impriża Komuni. (vii) numru ta' organizzazzjonijiet, inkluż SMEs parteċipanti f'Sejħiet għal proposti; (vii) spejjeż operattivi għat-tħaddima tar-riżultati tal-programm (ix) trasferiti fis-suq - Ser jinkisbu benefiċċji ekonomiċi u soċjali sinifikanti tali li l-proġetti ta' R&D mnedija mill-Impriża Komuni jagħmlu progress fil-ksib ta' l-għanijiet teknoloġiċi u ekonomiċi tagħha. Dan il-progress ser ikun soġġett perjodikament għal evalwazzjoni indipendenti. L-indikaturi: (x) privattivi rreġistrati li jirriżultaw minn proġetti; (xi) in-numru ta' pubblikazzjonijiet li jirriżultaw minn proġetti. 5.4. Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv) ...Ġestjoni Ċentralizzata Direttament mill-Kummissjoni Indirettament b’delega lil: Aġenziji Eżekuttivi X Korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet hekk kif jissemma fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju Entitajiet pubbliċi nazzjonali b’missjoni ta’ servizz pubbliku ...Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika) Kummenti rilevanti: L-Inizjattiva ta' Teknoloġija Konġunta ENIAC ser tkun korp Komunitarju, stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill skond l-Artikolu 171 tat-Trattat tal-KE. Il-membri tagħha ser ikunu l-AENEAS, il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jwettqu xi ħidmiet amministrattivi, pereżempju, verifiki finanzjarji u legali, u verifiki ta' parteċipanti fil-proġetti ta' R&D. 6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI 6.1. Is-sistema ta' sorveljanza L-Impriża Komuni ser tkun immonitorjata kif ipprovdut fl-Istatuti tagħha. 6.2. Evalwazzjoni 6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante Ara l-valutazzjoni ta' l-impatt mehmuża ma' din il-proposta. 6.2.2. Miżuri li ttieħdu wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (it-tagħlimiet meħuda fil-passat minn esperjenzi simili) Mhux applikabbli 6.2.3. It-termini u l-frekwenza ta' evalwazzjoni tal-ġejjieni L-evalwazzjonijiet indipendenti huma pprovduti fl-Istatuti (tnejn interim sa l-2010 u l-2015 u waħda ex-post sa Marzu 2018). 7. MIżURI KONTRA L-FRODI L-Impriża Komuni ENIAC għandha tadotta Regolament Finanzjarju bbażat fuq il-prinċipji tar-Regolament Kwadru Finanzjarju, billi jitlaq mir-Regolament kwadru Finanzjarju fejn il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi ta' l-Impriża Komuni ENIAC ikunu jeħtieġu hekk u soġġett għall-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ħarsien ta' l-interessi finanzjarji tal-Membri ta' l-Impriża Komuni u għal miżuri kontra l-frodi. 8. DETTALJI TAR-RIŻORSI 8.1. L-għanijiet tal-proposta f'termini ta' l-ispejjeż finanzarji tagħhom Approprjazzjonijiet għall-impenji f’EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) Sena 2007 | Sena 2008 | Sena 2009 | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 u wara (medja) | Uffiċjali jew staff temporanju[40] | A*/AD | 0.5 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | B*, C*/AST | 0.25 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | Persunal iffinanzjat[41] mill-Art. XX 01 02 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Persunal ieħor [42] (09 04 01 40) | 0 | 10 | 14 | 21 | 21 | 16.5 | TOTAL | 0.75 | 13 | 17 | 24 | 24 | 19.5 | 8.2.2. Deskrizzjoni ta' ħidmiet li joħorġu mill-azzjoni: Jirrappreżentaw lill-Kummissjoni fil-korpi ta l-Impriża Komuni, inkluż ix-xogħol ta' tħejjija u ta' tkomplija assoċjat. Dan jinkludi: (a) rappreżentazzjoni fil-Bord tat-Tmexxija (fil-livell ta' Direttur, 10%); (b) rappreżentazzjoni fil-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi (fil-livell ta' Kap ta' l-Unità, 20%); (c) tħejjija ta' laqgħat, sejħiet, għażla ta' proġetti, attendenza waqt l-evalwazzjonijiet, eċċ. (2 staff fil-livell AD, 75% tal-ħin kull wieħed); (d) verifika, inkluż fuq il-post (1 AD, 20%). L-"Istaff l-Ieħor" se jitqabbad mill-Impriża Komuni ENIAC. 8.2.3. Sorsi ta’ riżorsi umani (statutorji) X Karigi li għandhom jitqassmu mill-ġdid billi jintużaw riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizzi ta’ tmexxija (rijallokazzjoni interna): 2 AD u 1 AST. 8.2.4. Nefqa Amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta' referenza (09 04 01 40 "Nefqa ta' appoġġ għall-JTI ENIAC"): EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) Linja tal-baġit (numru u intestatura) | Sena 2007 | Sena 2008 | Sena 2009 | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 u wara | TOTAL | Total ta’ għajnuna teknika u amministrattiva | 0 | 1.5 | 2 | 1.5 | 2 | 3 | 10 | (*) L-ispejjeż ta' tmexxija ta' l-Impriża Komuni se jiġu kofinanzjati mill-AENEAS (ara t-tabella ta' finanzjament fuq) u minn kontribut Komunitarju sa €10m għat-tul tal-JU. L-ispejjeż indikattivi ta' din it-tabella jikkorrispondu biss mal-kontribuzzjoni tal-Komunità. 8.2.5. L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza: EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) Tip ta’ riżorsi umani | Sena 2007 | Sena 2008 | Sena 2009 | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 u wara | Uffiċjali u persunal temporanju | 0.088 | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 2.106 | Persunal iffinanzjat mill-Artikolu XX 01 02 (awżiljarju, ENS, staff b'kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja baġitarja) | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Nefqa totali fuq Riżorsi Umani u n-nefqiet assoċjati (li MHUMIEX fl-ammont ta’ referenza) | 0.088 | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 0.351 | 2.106 | Kalkolu – Uffiċjali u aġenti temporanji Ir-riżorsi umani indikati fit-taqsima 8.2.1 huma utilizzati bi spiża medja ta' €117 000 għal kull kariga FTE. Kalkolu – Staff iffinanzjat skond l-Art. XX 01 02 8.2.6. Nefqa amministrattiva oħra li mhix inkluża fl-ammont ta' referenza EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) | Sena 2007 | Sena 2008 | Sena 2009 | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 u wara | TOTAL | Missjonijiet | 0.005 | 0.017 | 0.017 | 0.017 | 0.017 | 0.102 | 0.175 | Laqgħat u Konferenzi | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Kumitati | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Studji u konsultazjonijiet | 0 | 0 | 0 | 0.020 | 0.020 | 0.12 | 0.16 | Sistemi ta' l-informazzjoni | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 2 Infiq ta' Ġestjoni Ieħor Totali | 0.005 | 0.017 | 0.017 | 0.037 | 0.037 | 0.222 | 0.335 | 3 Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika u inkludi referenza għal-linja tal-baġit) | Total ta’ Nefqa Amministrattiva għajr riżorsi umani u nefqiet assoċjati (li MHUMIEX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0.005 | 0.017 | 0.017 | 0.037 | 0.037 | 0.222 | 0.335 | Kalkolu – Nefqa oħra amministrattiva li mhix inkluża fl-ammont ta' referenza Missjonijiet: Huwa presunt illi nofs il-laqgħat ser isiru fi Brussell. It-total muri hawn fuq huwa bbażat fuq €1300 għal kull missjoni u: missjoni waħda kull sena minn żewġt uffiċjali biex jattendu laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija, tliet missjonijiet kull sena minn uffiċjal wieħed biex jattendi laqgħat ta' kumitati oħra maħluqin mill-Bord tat-Tmexxija, tliet missjonijiet kull sena minn żewġt uffiċjali biex jattendu laqgħat tal-Bord ta' l-Awtoritajiet Pubbliċi, u żewġ missjonijiet kull sena għal raġunijiet oħra. Studji u konsultazzjonijiet: Minn wara t-tielet sena hija ppjanata konsultazzjoni indipendenti waħda kull sena, sabiex jinkiseb tagħrif mill-komunità tar-riċerka dwar il-funzjonament ta' l-iskema. [1] ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1. [2] L-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25 tal-25 ta' Gunju 2002 dwar ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej, corrigendum fil-ĠU L 2, 7.1.2003.2004, p. 39. [3] ĠU […],[…], […]. [4] ĠU […],[…], […]. [5] ĠU […],[…], […]. [6] ĠU L 412, 30.12.2006, p.1. [7] ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86, u ĠU L 54, 22.02.2007, p. 30. [8] COM (2005) 118 finali. [9] COM (2005) 330 finali. [10] L-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25 tal-25 ta' Gunju 2002 dwar ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej, , ĠU L 357, 31.12.2002 p. 72; corrigendum fil-ĠU L 2, 7.1.2003, p. 39 [11] ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/97/KE (ĠU L 363, tal-20.12.2006, p. 107). [12] ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/97/KE (ĠU L 363, tal-20.12.2006, p. 107). [13] L-Artikoli 152 u 153 tat-Trattat rispettivament jirrikjedu li "livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa umana għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' l-istrateġiji u l-attivitajiet kollha Komunitarji" u li "Fid-definizzjoni u l-implementazzjoni ta’ politika u attivitajiet oħra tal-Komunità għandujingħata kont tal-ħtiġijet tal-ħarsien tal-konsumatur.”. [14] L-Artikolu 174 tat-Tratta għandu l-għan, fost l-oħrajn "is-salvagwardja, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità ta’ l-ambjent" u "il-promozzjoni ta’ miżuri fuq livell internazzjonali li jittrattaw problemi ambjentali kemmreġjonali kif ukoll globali. " [15] COM(2005)243 http://cordis.europa.eu/nanotechnology/actionplan.htm. [16] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72 [17] ĠU L 312, 23.12.1995, p.1 [18] ĠU L 295, 15.11.1996, p.2 [19] ĠU L 136, 31.05.1999, p.1 [20] ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15. [21] "Proġett" għandha tfisser proġett ta' riċerka u/jew żvilupp li jintgħażel mill-Impriża Komuni ENIAC wara sejħiet kompetittivi għal proposti u minn hemm 'il quddiem parzjalment iffinanzjati mill-Impriża Komuni ENIAC [22] L-ispejjeż operattivi huma l-ispejjeż neċessarji biex tiffunzjona l-Impriża Komuni ENIAC, eskluż il-finanzjament ta' l-Attivitajiet ta' l-R&D. [23] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72; corrigendum fil-ĠU L 2, 7.1.2003, p. 39 [24] Kif definit fir-Regoli ta' Parteċipazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru 1906/2006 tat-18 ta' Diċembru 2006. [25] B'mod partikolari, l-evalwazzjoni u l-għażla tal-proġetti għandha tkun konsistenti mal-kriterji stabbiliti fil-Qafas Komunitarju dwar l-Għajnuna mill-Istat għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni (ĠU C 323, 30.12.2006, p 1) u l-Linjigwida dwar l-applikabilità ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE għall-ftehimiet ta’ kooperazzjoni orizzontali (ĠU C 003, 06.01.2001, p.2-30). [26] "Spejjeż totali" kif iddefiniti fejn xieraq mill-awtoritajiet ta' finanzjament li joħorġu l-ftehimiet ta' l-għoti. [27] Il-parteċipanti jistgħu, bi ftehim bil-miktub, jiftehmu dwar limitu ta' żmien differenti jew iċedu d-dritt tagħhom għal avviż minn qabel fil-każ ta' trasferimenti ta' sjieda minn parteċipant lil parti terza identifikata. [28] Nefqa 09 04 01 30 "Attivitajiet ta' Riċerka u Żvilupp tal-JTI ENIAC " [29] L-Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet huma kkalkolati fuq il-bażi tal-medja tat-tul ta' żmien tal-proġetti (3 snin) u pagamenti fuq erba' snin bi 30% minnhom fl-ewwel sena (ħlas bil-quddiem), 10% fir-raba' sena, u 30% fit-tieni u t-tielet sena [30] Nefqa biex tkopri l-ispejjeż ta' l-operat tal-JTI. [31] Nefqa 09 04 01 40 "Nefqa ta' appoġġ għall-JTI ENIAC" [32] L-ammont ta' referenza huwa l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Kummissjoni lill-Impriża Komuni ENIAC kif imsemmi fl-istrument ġuridiku (€450 miljun). [33] L-ammont ta' referenza ma jinkludix l-infiq ammistrattiv mill-baġit tar-Riċerka li ma huwiex trasferit għall-Impriża Komuni ENIAC. [34] L-ispejjeż operattivi huma l-ispejjeż neċessarji biex tiffunzjona l-Impriża Komuni ENIAC, eskluż il-finanzjament ta' proġetti R&D varati wara Sejħiet għall-Proposti. [35] 9039/03, 12339/03, 12487/04 [36] 15717/06, 7224/07 [37] COM (2005) 73 finali. [38] 9039/03, 12339/03, 12487/04. [39] Kif imfisser fit-Taqsima 5.3. [40] Nefqa rilevanti MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza. [41] Nefqa rilevanti MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza. [42] In-nefqa hija inkluża fl-ammont ta’ referenza u l-kontribuzzjoni mill-AENEAS.