[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussell, 15.3.2007 KUMM(2007)96 finali . KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI L-Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju (RFID) fl-Ewropa: passi lejn qafas ta' politika {SEG(2007) 312} KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju (RFID) fl-Ewropa: Passi lejn qafas ta' politika WERREJ 1. Introduzzjoni 3 2. Għalfejn L-RFID hija importanti 3 2.1. Il-kontribuzzjoni soċjali ta' l-RFID 3 2.2. Innovazzjoni industrijali u potenzjal ta' tkabbir 4 3. Il-bżonn ta' ċertezza legali kemm għall-utenti kif ukoll għall-investituri 4 3.1. Il-konsultazzjoni pubblika 5 3.2. Protezzjoni tad- data , privatezza u sigurtà 5 3.3. Governanza tar-riżorsi fl- "internet ta' l-affarijiet" tal-ġejjieni 7 3.4. L-ispektrum tar-radju 8 3.5. Standards 8 3.6. Kwistjonijiet ambjentali u ta’ saħħa 8 4. azzjonijiet fuq Livell Ewropew 9 4.1. Sigurtà u privatezza RFID 10 4.2. L-ispektrum ta' frekwenzi tar-radju 10 4.3. Politika ta' Riċerka u Innovazzjoni 11 4.4. Standardizzazzjoni 11 4.5. Aktar azzjonijiet dwar kwistjonijiet teknoloġiċi u ta' tmexxija ta' l-RFID 12 5. Konklużjoni 12 INTRODUZZJONI L-Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju (RFID) hija teknoloġija li tippermetti identifikazzjoni awtomatika u data capture bl-użu tal-frekwenzi tar-radju. Il-kwalitajiet l-aktar importanti ta' din it-teknoloġija huma li jippermettu li jitqabbad identifikatur uniku u informazzjoni oħra – bl-użu ta' mikroċippa – ma' kwalunkwe oġġett, annimal kif ukoll persuna, u li din l-informazzoni tinqara permezz ta' apparat bla wajers. L-RFIDs mhumiex sempliċement "tikketti elettroniċi" jew " barcodes elettroniċi". Meta mqabbda ma' databases u netwerks ta' komunikazzjoni, bħall-internet, din it-teknoloġija tipprovdi sistema b'saħħitha ferm li twassal servizzi u applikazzjonijiet ġodda , potenzjalment f'kull ambjent. L-RFIDs verament jidhru li huma t-tieqa għal fażi ġdida ta' żvilupp fis-Soċjetà ta' l-Informazzjoni, li ġeneralment jirreferu għalihom bħala "l-internet ta' l-affarijiet" u fihom l-internet mhux biss jgħaqqad kompjuters ma' terminals ta' komunikazzjoni, iżda potenzjalment kull oġġett li naraw madwarna kuljum – kemm jekk ħwejjeġ, oġġetti għall-konsumatur, eċċ. Dan huwa l-prospett li xpruna l-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2006 sabiex jistaqsi lill-Kummmissjoni tistħarreġ l-isfidi tal-ġenerazzjoni li jmiss ta' l-internet u n-netwerks waqt il-Kunsill tar-Rebbiegħa ta' l-20081. L-RFID qed tingħata attenzjoni politika minħabba l-potenzjal li tiżviluppa f'mutur ġdid għat-tkabbir u l-impjiegi u hekk issir kontributur ewlieni għall-Istrateġija ta' Liżbona, jekk ix-xkiel għall-innovazzjoni jingħeleb. Il-prezz tal-produzzjoni tat-tikketti ta' l-RFID bħalissa qed jilħaq livell li jippermetti użu kummerċjali wiesa' u l-użu fis-settur pubbliku. B' użu aktar wiesa', isir essenzjali li l-implimentazzjoni ta' l-RFID isseħħ fi ħdan qafas legali li jagħti liċ-ċittadini salvagwardji effettivi tal-valuri fundamentali, is-saħħa, il-protezzjoni tad- data u l-privatezza. Huwa minħabba dawn ir-raġunijiet li l-Kummissjoni għamlet konsultazzjoni pubblika dwar l-RFID fl-2006, li enfasizzat l-aspettattiva tat-teknoloġija bbażata fuq ir-riżultati ta' dawk li ħaddnuha kmieni iżda wkoll it-tħassib taċ-ċittadini dwar l-applikazzjonijiet ta' l-RFID li jinvolvu l-identifikazzjoni u/jew it-traċċar tal-persuni. Din il-Komunikazzjoni hija bbażata fuq ir-riżultati ta' din il-konsultazzjoni u tipproponi passi ta' segwitu sabiex jingħeleb ix-xkiel għal użu wiesgħa għall-benefiċċju tas-soċjetà u ta' l-ekonomija filwaqt li jiġu inkorporati miżuri xierqa għall-ħarsien tal-privatezza, is-saħħa u l-ambjent. Għalfejn L-RFID hija importanti Il-kontribuzzjoni soċjali ta' l-RFID L-RFID għandha l-potenzjal li tibbenifika lill-Ewropej b'ħafna modi. Is-sigurtà (eż. minn fejn joriġina l-ikel, kura tas-saħħa, il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-mediċini ); konvenjenza (eż. kjuwijiet iqsar fis- supermarkets , ġestjoni aktar preċiża u affidabbli tal-bagalji fl-ajruporti, ħlas awtomatizzat); u aċċessibbiltà (eż. pazjenti li jsofru mid-demenzja u l marda ta' Alzheimer.) Hija diġa wżata f'setturi differenti b'impatt fuq il-ħajja ta' l-Ewropej. Fit-trasport, l-RFID mistennija tikkontribwixxi għal aktar effiċjenza u sigurtà, u tipprovdi servizzi ta' kwalità ġodda għaċ-ċaqliq tan-nies u ta' l-oġġetti2. Fil-qasam tal-kura tsa-saħħa, l-RFID għandha l-potenzjal iżżid il-kwalità tal-kura u s-sigurtà tal-pazjent, u li ttejjeb il-konformità u l-loġistika tal-medikazzjoni. Fil-bejgħ, l-RFID tista' tgħin sabiex jitnaqqsu n-nuqqasijiet fil-provvista, il-livelli ta' l-inventarji, u s-serq. F'ħafna industriji fosthom il-farmaċewtika, l-apparat mediku, id-divertiment, l-elettronika għall-konsumatur, oġġetti lussużi, partijiet tal-karozzi, jew bejgħ bl-imnut, fejn il-falsifikazzjoni hija sors sinifikanti ta' prodotti ta' kwalità mhux aċċettabli, l-użu ta' l-RFID jista' jippermetti li l-prodotti jinġabru b'aktar effikaċja u l-prodotti illeċiti jinżammu milli jidħlu fil-katina ta' forniment jew il-punt minn fejn dawn attwalment daħlu fil-katina It-tikkettar bl-RFID huwa mistenni li jtejjeb l-għażla u r-riċiklaġġ ta' partijiet tal-prodotti u tal-materjali. Dan jista' jwassal għall-protezzjoni aħjar ta' l-ambjent u titjib fl-iżvilupp sostenibbli. Innovazzjoni industrijali u potenzjal ta' tkabbir Użu ta' l-RFID aktar żviluppat u mifrux jista' jsaħħaħ aktar ir-rwol tat-teknoloġiji ta' l-informatika u tal-komunikazzjoni (ICT) għall-ixprunar ta' l-innovazzjoni u l-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku. Illum stess, l-Ewropa hija reġjun ewlieni fir-riċerka u l-iżvilupp relatati ma' l-RFID, mhux l-anqas grazzi għall-appoġġ li jagħtu l-programmi ta' riċerka Ewropej. Oqsma ta' riċerka ewlenin jikkonċernaw applikazzjonijiet innovattivi, sensers 'intelliġenti' u actuators li jaħdmu bl-RFID, kif ukoll netwerks intelliġenti. Qed isir sforz ukoll fin-nanoelettronika, li tforni l-intelliġenza, il-memorja, l-issensjar, u l-kapaċità tal-Frekwenzi tar-Radju għat-tikketti ta' l-RFID. Min-naħa ta' l-industrija, bosta intrapriżi Ewropej kbar, fosthom kumpaniji teknoloġiċi u fornituri ta' servizzi, qegħdin fuq quddiem sabiex iġibu soluzzjonijiet bl-RFID lejn is-suq, u ħafna intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) introduċew din it-teknoloġija b'suċċess. Madankollu, għalkemm is-suq għal sistemi RFID fl-UE qed jikber b'madwar 45% fis-sena, xorta għadu lura ħdejn is-60% tkabbir tas-suq globali3. "Vojt fit-tkabbir" bħal dan iżomm lura l-kontribuzzjoni tas-Soċjetà ta' l-Informazzjoni lejn it-tkabbir u l-impjiegi. Il-bżonn ta' ċertezza legali kemm għall-utenti kif ukoll għall-investituri L-RFID hija teknoloġikament u kummerċjalment lesta, iżda diversi fatturi qed iżommuha lura milli tiġi wżata. Mhux l-anqas, jinħtieġ qafas politika u ġuridiku ċar u prevedibbli sabiex din it-teknoloġija ġdida tkun aċċettabli għall-utenti. Dan il-qafas għandu jindirizza: implikazzjonijiet etiċi, il-bżonn tal-protezzjoni tal-privatezza u s-sigurtà; il-ġestjoni ta' databases ta' identità ta' l-RFID; disponibbilità ta' spektrum tar-radju; it-twaqqif ta' standards internazzjonali armonizzati; u tħassib l-implikazzjonijiet għas-saħħa u l-ambjent. Peress li l-RFID hija ovvjament transkonfinali, dan il-qafas għandu jiżgura konsistenza fis-Suq Intern. Il-konsultazzjoni pubblika Sabiex jintlaqgħu dawn l-isfidi, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni mal-pubbiku, li involviet ħames laqgħat ta' ħidma tematiċi għall-esperti u konsultazzjoni online li kienet miftuħa minn Lulju sa Settembru 2006 - li għaliha kkontribwew 2190 parteċipant. Il-fażi ta' konsultazzjoni għalqet f'Ottubru b'seminar miftuħ li ppreżenta r-riżultati preliminari tal-konsultazzjoni. Protezzjoni tad- data , privatezza u sigurtà Fid-diskussjoni pubblika dwar l-RFID, hemm tħassib serju li din it-teknoloġija qawwija u pervasiva tista' tipperikola l-privatezza. It-teknoloġija RFID tista' tintuża biex tiġbor informazzjoni li hija direttament jew indirettament relatata ma' persuna identifikabbli jew identifikata u għalhekk titqies bħala data personali. It-tikketti ta' l-RFID jistgħu jaħżnu data personali bħal ta' fuq il-passaporti jew rekords mediċi; it-teknoloġija RFID tista tintuża għall-insegwiment tal-movimenti tal-persuni jew biex tagħmel profil ta' l-aġir tal-persuni (eż. f'postijiet pubbliċi jew fuq il-post tax-xogħol). Tant hu hekk li l-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni saħqet dwar it-tħassib taċ-ċittadini dwar il-potenzjal li t-teknologija RFID tkun waħda intrużiva. Sabiex l-RFID tkun aċċettata mill-pubbliku in ġenerali għandu jkun hemm salvagwardji xierqa għall-privatezza. Dawk li ħadu sehem fil-konsultazzjoni online jistennew li dawn is-salvagwardji jiġu minn teknoloġiji li jsaħħu l-privatezza (70%) u t-tqajjim ta' kuxjenza dwar is-suġġett (67%); 55% dehrilhom li l-aqwa soluzzjoni tkun eġiżlazzjoni speċifika dwar l-RFID. Barra minn hekk, il-fehmiet huma bbilanċjati dwar jekk l-applikazzjonijiet soċjali humiex verament pożittivi, b'xi 40% tat-tweġibiet fuq kull naħa. Il-partijiet interessati qajmu l-ħsieb li jista' jkun hemm ksur tal-valuri fundamentali, tal-privatezza u ta' aktar sorveljanza, speċjalment fuq il-post tax-xogħol u li jista' jwassal għal xi diskriminazzjoni, vittimizzazzjoni ta' esklużjoni u l-possibilità ta' telf ta' impjieg. Huwa ċar li l-applikazzjoni ta' l-RFID għandha tkun aċċettata soċjalment u politikament, etikament ammissibbli u legalment permessibbli. L-RFID jista' biss iwassal il-kotra ta' benefiċċji ekonomiċi u soċjali tiegħu jewkk ikun hemm garanziji effettivi dwar il-protezzjoni tad- data u l-privatezza u d-dimensjonijiet ta' etika assoċjati qegħdin fil-qalba tad-dibattitu dwar l-aċċettazzjoni ta' l-RFID mill-pubbliku4. Il-protezzjoni tad- data personali hija prinċipju importanti għall-UE. L-Artikolu 6 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea jgħid li l-Unjoni hija stabbilita fuq il-prinċipji tal-libertà, tad-demokrazija, ir-rispett tad-drittjiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. L-Artikolu 30 jirrekjedi dispożizzjonijiet xierqa dwar il-protezzjoni tad-data personali għall-finijiet tal-ġbir, il-ħażna, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju ta' informazzjoni fil-qasam ta' kooperazzjoni mal-pulizija5. Il-protezzjoni tad- data personali hija imniżżla bħala waħda mill-libertajiet f'Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Il-qafas leġiżlattiv tal-Komunità dwar il-protezzjoni tad- data u l-privatezza fl-Ewropa tfassal sabiex ikun b'saħħtu biżżejjed sabiex jiffaċċja l-innovazzjoni. Il-protezzjoni tad- data personali hija koperta bid-Direttiva ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data6, jkunu xi jkunu l-mezzi u l-proċeduri użati għall-ipproċessar tad- data . Din id-Direttiva hija applikabbli għat-teknoloġiji kollha, fosthom l-RFID. Tiddefinixxi l-prinċipji tal-protezzjoni tad- data u tirrikjedi li l-kontrollur tad- data jimplimenta dawn il-prinċipji u jiżgura s-sigurtà ta' l-ipproċessar tad- data personali7. Id-Direttiva ġenerali dwar il-Protezzjoni tad- Data hija kkumplimentata mid-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika8 li tapplika dawn il-prinċipji għall-ipproċessar tad- data personali li għandhom x'jaqsmu ma' l-għoti ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika li jistgħu jintużaw mill-pubbliku f'netwerks ta' komunikazzjoni pubbliċi. Minħabba din il-limitazzjoni, ħafna applikazzjonijiet ta' l-RFID jaqgħu biss taħt id-Direttiva ġenerali dwar il-Protezzjoni tad- Data u mhumiex direttament koperti mid-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika. In segwitu għal dawn id-Direttivi, l-awtoritajiet pubbliċi fl-Istati Membri huma inkarigati li jaraw li d-dispożizzjonijiet adottati mill-Istati Membri qed jiġu applikati sew. Huma jridu jiżguraw li l-introduzzjoni ta' l-applikazzjonijiet ta' l-RFID jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data. Għalhekk jista' jkun hemm bżonn ta' gwida dettaljata dwar l-implimentazzjoni prattika ta' teknologiji ġodda, bħall-RFID. Għal dawn l-għanijiet iż-żewġ direttivi qed jipprevedu t-tfassil ta' kodiċijiet speċifiċi ta' kondotta. Dan il-proċess jimplika reviżjoni ta' dawn il-kodiċijiet fuq livell nazzjonali mill-awtorità kompetenti tal-protezzjoni tad-data, u reviżjoni fuq livell Ewropew bis-saħħa tal-"Grupp ta' Ħidma ta' l-Artikolu 29 "9 Dwar is-sigurtà, għandu jsir sforz flimkien mill-industrija, mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni sabiex ikun hemm aktar ftehim fil-fond ta' temi sistematiċi u tat-theddidiet għas-sigurtà li jistgħu jkunu assoċjati mat-tħaddim fuq skala kbira tat-teknoloġiji u s-sistemi ta' l-RFID. Aspett importanti tar-rispons għall-isfidi t'hawn fuq ser tkun l-ispeċifikazzjoni u l-adozzjoni tal-kriterji tad-disinn li jevitaw riskji għall-privatezza u s-sigurtà, mhux biss fil-livell teknoloġiku iżda wkoll f'dak organizzattiv u ta' negozju. F'dan ir-rigward, l-iżgurar tas-sigurtà, bil-protezzjoni kontra tfixkil kbir ta' proċessi ta' negozju li jaħdmu bl-RFID, itejjeb ukoll il-protezzjon tal-privatezza. Barra minn hekk, prattiċi tajbin għandhom jiġu żviluppati sabiex jieħdu ħsieb it-theddid ġdid kontra s-sigurtà u kontromiżuri relatati sabiex jgħinu fil-firxa ta l-użu tas-sistemi RFID. Madankollu, sistemi ta' informazzjoni RFID, u riskji relatati ta' sigurtà u ta' privatezza huma mira li dejjem tinbidel u għalhekk jeħtieġu monitotaġġ kontinwu, studju, gwida, regolamentazzjoni, u R&D. Ir-riskji speċifiċi tas-sigurtà u l-privatezza jiddependu ħafna min-natura ta' l-applikazzjonijiet ta' l-RFID: Metodu ta' qies wieħed għall kulħadd ma jkunx jista' jindirizza l-firxa kollha ta' applikazzjonijiet possibbli. Għalhekk, hemm bżonn ta' eżami mill-qrib ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji tar-riskji ta' sigurtà speċifika u ta' dawk relatati mal-privatezza qabel l-għażla ta' sistemi RFID u l-użu ta' applikazzjonijiet RFID. Meta wieħed iqis li żewġ terzi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju online indikaw li, s'issa, l-informazzjoni miġbura mhix biżżejjed sabiex tħalli l-pubbliku jiġġudika b'mod ibbilanċjat dwar ir-riskji ta' l-RFID, għandu jidher ukoll li kampanji ta' kuxjenza u informazzjoni għandhom ikunu parti essenzjali tar-rispons dwar il-politika. Governanza tar-ri żorsi fl- "internet ta' l-affarijiet" tal-ġejjieni It-temi ta' politika mqajma mill-RFID ġeneralment jidhru li jinkludu l-istandards, id-Drittijiet ta' Propjeta Intellettwali u sistemi ta' liċenzjar assoċjati, iżda hemm tħassib ukoll dwar it-trasparenza u n-newtralità tad- databases li se jirreġistraw l-identifikaturi uniċi li qegħdin fil-qalba tas-sistema RFID, il-ħażna u l-immaniġġjar tad- data miġbura, fosthom l-użu tagħha minn partijiet terzi. Din hija tema importanti fid-dawl tar-rwol ta' l-RFID bħala l-ħabbara ta' mewġa ġdida ta' żvilupp ta' l-internet li eventwalment se tqabbad flimkien biljuni ta' apparati intelliġenti u teknoloġiji tas-sensers sofistikati f'infrastruttura nnetwerkjata ta' komunikazzjoni globali. Bħala rispons għall-kwestjonarju online , it-tħassib ewlieni ta' 86% ta' dawk li wieġbu kienu dwar li s-sistema għar-reġistrar u t-tismija ta' l-identitajiet fl-"Internet ta' l-Affarijiet" tal-ġejjieni tkun interoperabbli, miftuħa u nondiskriminatorja. Din għandha tħares kontra kull falliment tas-sistema jew użu ħażin tas-sistema li jista' jqajjem tħarbit kbira. Ma għandhiex taqa' f'idejn interessi partikulari li jistgħu jużaw dawn id- databases u s-sistemi li jsemmu għall-finijiet tagħhom, kemm jekk jirrelataw mal-kummerċ, sigurtà jew aspetti politiċi tat-tmexxija. Barra minn hekk, is-sigurtà, l-etika u l-bżonnijiet ta' privatezza għandhom jiġu mħarsa għall-interessati kollha minn individwi sa kumpaniji, li l-informazzjoni sensittiva u kummerċjali tagħhom tinsab ġewwa l-proċessi ta' kummerċ li huma mħaddma bl-RFID. Prinċipji ta' definizzjonijiet ta' tmexxija u politika pubblika żviluppati fil-kuntest tas- Summit Dinji tas-Soċjetà ta' l-informazzoni (WSIS)10 ser ikun rilevanti għad diskussjoni dwar politika ġdida dwar dawn it-temi. L-ispektrum tar-radju Bħal kull tagħmir bla wajers, spektrum tar-radju li jista' jintuża huwa essenzjali għall-applikazzjonijiet ta' l-RFID. B'mod partikolari, l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet ta' l-użu ta' l-ispektrum hija importanti sabiex tippermetti mobilità faċli u prezzijiet irħas. Bħalissa, bosta meded ta' frekwenzi huma disponibbli għal sistemi RFID fuq bażi mingħajr liċenzja11, u ilhom hekk għal ħafna snin fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE. Dan l-aħħar, sabiex jiġi lliberat aktar mill-ispektrum minħabba d-domanda dejjem tikber għall-użu fl-RFID, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni12 għall-frekwenzi RFID fil-medda tal-UHF. Din se tistabilixxi bażi Ewropea armonizzata għall-applikazzjonijiet ta' l-RFID fis-suq uniku Ewropew. Fil-konsultazzjoni il-biċċa l-kbira ta' dawk li rrispondew (72%) sabu din l-allokazzjoni bħala adekwata fuq żmien ta' bejn tlieta u għaxar snin. Madankollu, hemm bżonn ta' ħarsien tad-domanda waqt li d-domanda għall-RFID tiżdied. Standards Il-pass mgħaġġel ta' l-iżvilupp fl-RFID jirrekjedi modifikazzjoni kontinwa, u adattazzjoni tat-teknoloġiji, tal-prodotti u tas-servizzi. L-istandards u l-proċess ta' żvilupp tagħhom jridu jżommu l-pass ma' dan is-suq li qed jiżviluppa tant mgħaġġel globalment. Għalhekk, l-adozzjoni limitata ta' l-istandards internazzjonali13 u l-armonizzazzjoni ta' l-istandards reġjonali huma essenzjali sabiex is-servizzi jibdew bla intoppi, bħal ma hija l-interoperabilità f'sistemi ta' informazzjoni li jaħdmu bl-RFID, mhux l-anqas biex jinkoraġġixxu suq ta' servizzi elettroniċi miftuħ madwar l-Ewropa. Fil-konsultazzjoni, deher li pożizzjoni attiva mill-Kummissjoni hija daqstant importanti sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp ta' metodu Ewropew għall-istandards ta' l-RFID. Kwistjonijiet ambjentali u ta’ saħħa Fil-konsultazzjoni qam tħassib dwar l-impatti fuq l-ambjent u s-saħħa minħabba l-użu wiesgħa ta' l-RFID.Dwar l-ambjent, l-RFID jilħqu l-kriterji tad-definizzjoni ta' tagħmir elettriku u elettronika pprovduta fid-Direttivi 2002/96/KE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) u Direttiva 2002/95/KE dwar ir-restrizzjoni ta' l-użu ta' sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku (RoHS). L-RFID jistgħu jitqiesu bħala li jaqgħu taħt Kategorija 3 "IT u tagħmir għat-telekomunikazzjoni". B'hekk, il-komponenti RFID huma koperti minn RoHS, li jfisser l-użu tas-sustanzi perikolużi Cd, Hg, Pb, CrVI, bifenili polibrominati (PBB) jew eteri difenili polibrominati (PBDE) huwa ristrett. Dwar is-saħħa, il-Kummissjoni ilha żmien twil attenta għall-effetti possibli fuq is-saħħa umana tal-kampi elettromanjetiċi (EMF) bl-għajnuna tal-Kumitati Xjentifiċi14 tagħha u għandha qafas legali għall-protezzjoni tal-ħaddiema u taċ-ċittadini. Dan il-qafas jirrakkomanda limiti għall-esponiment tal-pubbliku in ġenerali għall-EMF (forza elettromanjetika) (Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE15, li bħalissa qiegħda taħt reviżjoni) u timponi regoli stretti għall-espożizzjoni tal-ħaddiema (Direttiva 2004/40/KE16). Barra minn hekk, restrizzjonijiet għall-emissjonijiet ta' l-EMF minn prodotti fis-suq ta' l-UE ġew stabbiliti sabiex jiżguraw sigurtà kemm għal min juzahom kif ukoll għal min le(Direttiva 1999/5/KE17). Il-kampi elettromanjetiċi marbuta ma' l-applikazzjonijier RFID is-soltu ma jkollhom qawwa kbira. F'każi bħal dawn u taħt kundizzjonijiet operattivi normali, l-esponiment għall-pubbliku in ġenerali u għall-ħaddiema għall-EMF relatata ma' l-RFID mistenni li jkun ferm anqas mil-limiti standard attwali. Madankollu, il-bidu ta' lużu ta' l-RFID mistenni jseħħ flimkien ma' żieda ġeneralizzata fl-applikazzjonijiet bla wajer (TV Mowbajl, TV Diġitali, wireless broadband eċċ). Il-Kummissjoni sejra għalhekk tkompli timmonitorja l-ħarsien tal-qafas legali fuq livell ta' l-UE u/jew ta' l-Istat Membru, u tappoġġja attivament ir-riċerka u l-istħarriġ ta' l-evidenza xjentifika, speċjalment b'rabta ma' l-effetti kumulattivi ta' l-esponiment għall-EMF minn għejun differenti.18 azzjonijiet fuq Livell Ewropew It-twettiq tal-potenzjal tat-teknoloġija ta' l-RFID jirrikjedi li jiġu indirizzati għadd ta' kwistjonijiet interrelatati li għandhom x'jaqsmu mas-sigurtà u l-privatezza, it-tmexxija, l-ispektrum tar-radju u l-istandards. Matul is-sentejn li ġejjin, il-Kummissjoni se tkompli tanalizza l-għażliet sabiex tirrispondi għat-tħassib u tindirizza l-kwistjonijiet ewlenin, filwaqt li tqis id-diskussjonijiet ma' l-interessati rilevanti. F'xi oqsma, bħal ta' l-ispektrum tar-radju, ir-riċerka u l-innovazzjoni, u l-istandardizzazzjoni, il-Kummissjoni se tibqa' ssegwi inizjattivi attwali b'koperazzjoni u djalogu ma' l-interessati rilevanti. F'oqsma oħra, b'mod partikulari dawk tas-sigurtà, privatezza, u kwistjonijiet oħra ta' politika li jinqalgħu minħabba ċ-ċaqliqa mill-RFID għall-"Internet ta l-Affarijiet", filwaqt li huwa possibbli li tfassal xi passi minn issa sa l-aħħar ta l-2007, aktar dibattitu dettaljat bejn l-interessati konċernati huwa bżonnjuż sabiex l-analiżi ta' l-azzjonijiet li jmiss tkun aktar fil-fond. F'dan ir-rispett, il-Kummissjoni se tistabbilixxi malajr kemm jista' jkun u għal sentejn Grupp tal-Partijiet Interessati fl-RFID b'rappreżentanza ibbilanċjata ta' l-interessati. Dan il-grupp se jipprovdi pjattaforma miftuħa li tippermetti djalogu bejn organizzazzjonijiet tal-konsumatur, min jaħdem f'diversi oqsma tas-suq, u awtoritajiet Ewropej u nazzjonali, fosthom awtoritajiet li jipproteġu d- data , sabiex jifhem kompletament u jieħu azzjoni koordinata dwar it-tħassib li qam dwar il-kwistjonijiet imsemmija aktar qabel. Se jgħin ukoll lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha li tippromwovi kampanji ta' kuxjenza fuq livell ta' Stat Membru u taċ-ċittadin dwar l-opportunitatjiet u l-isfidi ta' l-RFID. Il-Kummissjoni sejra ssaħħaħ ukoll il-kuntatti internazzjonali tagħha ma' l-amministrazzjonijiet ta' pajjiżi terzi, partikolarment ma' l-Istati Uniti u l-Ażja, bil-għan li tilħaq interoperabilità globali abbażi ta' standards internazzjonali trasparenti u ġusti. Sigurtà u privatezza RFID Il-privatezza u s-sigurtà għandhom jinbnew fis-sistemi ta' l-informazzjoni ta' l-RFID qabel l-użu mifrux tagħhom ("sigurtà u privatezza mfassala apposta"), aktar milli jiġu ttrattati wara. Il-bżonnijiet taż-żewġ partijiet attivament involuti sabiex fit-twaqqif tas-sistema ta' l-informazzjoni ta' l-RFID (per eżempju organizzazzjonijiet kummerċjali, amministrazzjonijiet pubbliċi, sptarijiet) u l-utenti aħħarija li huma suġġetti għas-sistema (ċittadini, konsumaturi, pazjenti, impjegati) iridu jiġu kkunsidrati waqt id-disinn ta' din is-sistema. Peress li l-utenti aħħarija is-soltu ma jkunux involuti fl-istadju tad-disinn teknoloġiku, il-Kummissjoni se tgħin fl-iżvilupp ta' sett ta' linji gwida għall-applikazzjonijiet speċifiċi (kodiċi ta' imġiba, prattiċi tajbin) minn grupp ta' qofol ta' esperti li jirrappreżentaw il-partijiet kollha. Għal dan il għan, kull attività u inizzjattiva li għandha x'taqsam mas-sigurtà sejra ssir skond l-istrateġija għal Soċjetà ta' Informazzjoni ta' Sigurtà kif stipulata fil-COM(2006) 251. Sa tmiem l-2007, il-Kummissjoni se toħroġ Rakkomandazzjoni sabiex tistipula l-prinċipji li għandhom japplikaw l-awtoritajiet pubbliċi u partijiet interessati oħra fir-rigward ta' l-użu ta' l-RFID. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sejra wkoll tqis l-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet xierqa fil-proposta li jmiss sabiex tiġi emendata d-Direttiva dwar il-Privatezza elettronika19 u fl-istess waqt tqis il-pariri tal-Grupp ta' Interessati fl-RFID, L-Artikolu 29 Grupp ta’ Ħidma dwar il-Protezzjoni tad-Data u inizzjattivi relatati oħrajn bħall-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u t-Teknoloġiji Ġodda. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni sejra tivvaluta l-ħtieġa għal aktar passi leġiżlattivi għas-salvagwardja tal-ħarsien tad- data u l-privatezza. L-ispektrum ta' frekwenzi tar-radju Ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika juru li l-maġġoranza ta' dawk li rrispondew jemmnu li Deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-frekwenzi ta' l-RFID hija biżżejjed sabiex tipprovdi ambjent favorevoli waqt il-bidu tat-tħaddim ta' sistemi RFID li joperaw fil-medda tal-UHF. Madankollu, aktar rekwiżiti fit-tul għal spektrum usa qed jiġu studjati mill-industrija bħalissa. Jekk ikun jeħtieġ li jitwessa' l-ispektrum, il-Kummissjoni tista' tuża l-kompetenzi tagħha taħt id-Deċiżjoni dwar l-Ispektrum tal-Frekwenzi tar-Radju20 biex tidentifika spektrum addizzjonali armonizzat għall-RFIDs madwar il-Komunità. Politika ta' Riċerka u Innovazzjoni It-teknoloġija ta' l-RFID għadha qasam attiv ta' riċerka u żvilupp.Itnaqqis fil-prezz tat-tikketti passivi għal anqas minn ċenteżmu, bżonnjużi għal applikazzjoni tal-massa, jeħtieġu żewġ żoni ta' riċerka kumplimentari: li ċ-ċipep tas-silikon jiċċekknu aktar permezz ta' innovazzjonijiet fid-disinn u l-immuntar;riċerka dwar materjali organiċi mhux magħmula mis-silikon li jippromettu li jipproduċu tikketti ta' l-RFID li jistgħu jiġu stampati. Hemm bżonn ukoll ta' aktar riċerka dwar is-sigurtà (awtentiċità, encryption ) u memorji li jiġġeddu, akbarApplikazzjonijiet futuri se jkollhom bżonn ta' memorji akbar, magni krittografiċi aktar kumplessi, sensers integrati u teknika ta' power management 21 Il-programm ta’ ħidma ta' l-2007-08 tas-Seba’ Programm ta’ Qafas (2007-2013) bit-tema ta' l-ICT identifika erba' sfidi li jsemmu l-RFID f'numru ta' sitwazzjonijiet (kura tas-saħħa, sistemi intelliġenti ta' vetturi u ta' mobilità, mikro- u nanosistemi, elettronika organika, u netwerks futuri) kif ukoll il-Pjattaforma tal-Mobilità elettronika22. Fil-futur, il-Kummissjoni se tistimula riċerka dwar is-sigurtà tas-sistemi ta' l-RFID, fosthom protokolli ta' sigurtà u mekkaniżmi avvanzati ta' distribuzzjoni importanti, bil-ħsieb li tipprevjeni attakki diretti fuq it-tikketta, il-qarrej u l-komunikazzjoni bejn it-tikketta u l-qarrejBħala tweġiba għar-riżultati tal-konsultazzjoni Ewropea, il-Kummissjoni sejra tgħin ukoll aktar żvilupp ta' teknoloġiji li jsaħħu l-privatezza bħala mezz wieħed għat-tnaqqis tar-riskju tal-privatezza. Peress li d-dinamika tat-tħaddim ta' l-RFID fid-diversi oqsma ta' applikazzjoni hija differenti ħafna u l-esperjenza għadha nieqsa, l-għarfien tal-benefiċċji mistennija u tar-riskji possibbli huwa baxx, u x-xkiel għal kwalunkwe qasam ta' applikazzjoni huma ħafna. Fl-Ewropa, ħafna pajjiżi għandhom esperjenza limitata dwar l-implimentazzjoni ta' l-RFID. Sabiex din is-sitwazzjoni titjieb, hemm bżonn li jsiru evalwazzjonijiet sħaħ u fil-fond dwar l-implimentazzjoni ta' l-RFID permezz ta' proġetti pilota kbar f'oqsma ta' applikazzjoni speċifiċi, li jqisu l-kwistjonijiet tekniċi, organizzattivi, soċjali u legali, bħala prerekwiżit għall-adozzjoni wiesgħa ta' din it-teknoloġija. Standar dizzazzjoni Fuq livell Ewropew, il-grupp rilevanti tal-Kumitat Ewropew ta' l-Istandardizzazzjoni (CEN) jappoġġja l-iżvilupp ta' standards internazzjonali għal identifikazzjoni awtomatika u teknoloġiji ta' ġbir tad- data , u dejjem kien attur ewlieni fix-xogħol grupp ta' ħidma rilevanti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO). L-Istitut Ewropew ta' l-Istandards ta' Telekomunikazzjoni (ETSI) żviluppa standards speċifiċi għall-RFIDs li joperaw fuq frekwenzi UHF kif ukoll standards għal tagħmir ġeneriku b'medda qasira (SRD) għall-LF, HF u apparat majkrowejv li jista' jintuża għall-RFID. Il-Kummissjoni ssejjaħ lill-korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej, b'kooperazzjoni mal-fora u konsorzji ta' l-industrija rilevanti, sabiex jiżguraw li -l-istandards Ewropej u internazzjonali jilħqu r-rekwiżiti ta' l-istandards Ewropej (b'mod partikulari fejn jidħlu l-privatezza, is-sigurtà, l-IPR u kwistjonijiet ta' liċenzji) li jidentifikaw nuqqasijiet fl-istandardizzazzjoni u li jipprovdu l-qafas xieraq għall-iżvilupp fil-ġejjieni ta' l-istandards ta' l-RFID. F'dan ir-rispett, huwa kruċjali li l-inizjattivi li jfasslu l-istandards jistabilixxu regoli li jiżguraw proċeduri ġusti u trasparenti kif ukoll il-kxif minn kmieni tal-proprjetà intellettwali rilevanti. L-attivitajiet dwar l-istandardizzazzjoni se jkunu kkumplimentati bi djalogu internazzjonali bejn il-Kummissjoni u l-kontrapartijiet fl-Istati Uniti, fiċ-Ċina, l-Korea u l-Ġappun, bil ħsieb li jaċċertaw il-bżonn u x-xewqa għal kooperazzjoni dwar l-istandards għal xi setturi ta' applikazzjoni(eż. sigurtà tal-kontejners, falsifikazzjoni, trasport bl-ajru, oġġetti farmaċewtiċi). Aktar azzjonijiet dwar kwistjonijiet teknoloġiċi u ta' tmexxija ta' l-RFID Il-Grupp ta' Interessati fl-RFID se jiġi mistieden biex jibni viżjonijiet u jiżviluppa karti ta' pożizzjoni li jiddefinixxu linji gwida dwar l-RFID għall-utenti filwaqt li jieħdu in kunsiderazzjoni kwistjonijiet li huma aktar fit-tul kif ukoll aspetti ekonomiċi u soċjali tat-teknoloġiji ta' l-RFID. Il-Kummissjoni se tibqa' tissorvelja mill-qrib il-mixja lejn l-"Internet tal-Affarijiet" li tagħha l-RFID hija mistennija li tkun parti importanti. Fl-aħħar ta' l-2008, il-Kummissjoni se tippubblika Komunikazzjoni li tanalizza n-natura u l-effetti ta' dawn l-iżviluppi, b'attenzjoni partikulari għall-kwistjonijiet tal-privatezza, tal-fiduċja u tat-tmexxija. Se tistudja l-għażliet ta' politika, fosthom jekk hux neċessarju li tipproponi aktar passi leġislattivi sabiex tħares kemm il-protezzjoni tad-data u l-privatezza kif ukoll tindirizza l-għanijiet l-oħra tal-politika pubblika. Konklużjoni Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sabiex b'mod attiv iħaddnu l-programm ta' passi inizjali msemmija f'din il-komunikazzjoni.[pic][pic][pic] 1 Punt 30 tal-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew, l-14 u l-15 ta’ Diċembru 2006. 2 COM(2006) 314 finali "Inżommu lill-Ewropa miexja - Il-mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna" (http://ec.europa.eu/transport/transport_policy_review/doc/com_2006_0314_transport_policy_review_en.pdf). 3 Sors: "RFID chips: Future technology on everyone's lips", Deutsche Bank Research, 20 ta' Frar 2006. 4 L-implikazzjonijiet etiċi tal-protezzjoni tad-data ġew indirizzati f'diversi Opinjonijiet tal-Grupp Ewropew dwar l-Etika fix-Xjenza u Teknoloġiji ġodda (EĠE). Ara b'mod partikulari l-opinjoni ta' l-EGE dwar aspetti etiċi ta' implantazzjonijiet ta ICT fil-ġisem umanhttp://ec.europa.eu/european_group_ethics/docs/avis20_en.pdf. 5 Il-Kummissjoni ssottomettiet proposta għal deċiżjoni ta' qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tad- data personali ipproċessata fil-qafas ta' kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-qrati fl-oqsma kriminali (COM/2005/0475 finali) għall-Kunsill. 6 Id-Direttiva 95/46/KE dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. 7 Art. 17, Direttiva 95/46/KE. 8 Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar ta' data personali u l-ħarsien tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar privatezza u komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, tal-31.7.2002, p. 37). 9 Il-Grupp ta' Ħidma ta' l-Artikolu 29 adotta " Dokument ta' Ħidma 105 dwar temi ta' protezzjoni tad-data relatati mat-teknoloġija ta' l-RFID".(http://ec.europa.eu/justice_home/fsj/privacy/docs/wpdocs/2005/wp105_en.pdf). 10 Lejn Sħubija Globali fis-Soċjetà ta' l-informazzjoni: Tkomplija tal-fażi ta' Tuneż tas- Summit Dinji dwar is-Soċjetà ta' l-Informazzjoni(WSIS) - COM(2006) 181 finali. 11 'Awtorizzazzjoni Ġenerali', skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva ta' Awtorizzazzjoni (2002/20/KE). 12 Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/804/KE tat-23 ta' Novembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' l-ispektrum tar-radju għall-apparat ta' identifikazzjoni permezz tal-frekwenzi tar-radju (RFID) li jopera fil-medda ta' frekwenzi tal-UHF. 13 B'mod partikulari l-istandard ISO ( l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Istandardizzazzjoni) għat-tikketti ta' l-RFID għall-identifikazzjoni ta' l-oġġett ( ISO 1800) u r-regolament ISO għall-preparazzjoni ta' transponder attiv. 14 http://ec.europa.eu/health/ph_risk/committees/committees_en.htm 15 http://europa.eu.int/eur-lex/lex/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:31999H0519:EN:HTML 16 http://europa.eu.int/eur-lex/lex/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:32004L0040R(01):EN:HTML 17 http://europa.eu.int/eur-lex/pri/en/oj/dat/1999/l_091/l_09119990407en00100028.pdf 18 Stħarriġ bħal dan se jsir bl-għajnuna tal-Kumitati Xjentifiċi tal-Kummissjoni, b'mod partikulari l-SCENIHR.( http://ec.europa.eu/health/ph_risk/committees/04_scenihr/docs/scenihr_o_006.pdf ). 19 Il-Grupp ta' Ħidma ta' l-Artikolu 29stabbilixxa sottogrupp dwar l-RFID biex janalizza l-kunċett ta' 'data personali' u biex jara safejn l-RFIDs huma koperti mid-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad- Data . Jekk jitqies li dan ikun ta' ħtieġa, il-Grupp ta' Ħidma jista' jagħmel proposti dwar x'tip ta' emendi jkunu neċessarji fid-Direttiva, jew dwar miżuri oħra li jkunu meħtieġa biex isewwu l-lakuni fil-protezzjoni tad- data . 20 Id-Deċiżjoni 676/2002/KE dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tal-frekwenzi tar-radju fil-Komunità Ewropea. 21 Din, kumplimentata b'kapaċità aktar eżatta ta' lokazzjoni permezz ta' teknoloġiji ta' lokazzjoni terrestri, satellitari jew ibridi, tista' tipprovdi lill-Ewropa opportunità imprezzabbli li tiżviluppa applikazzjonijiet li jwasslu għal prodotti u servizzi ta' kwalità superjuri u unika. 22 Pjattaforma ta' Teknoloġija Ewropea ta' Mobilità elettronikawww.emobility.eu.org