52006PC0866

Proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill Li temenda r-Regolament (KE) Nru 515/97 tal-Kunsill dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli /* KUMM/2006/0866 finali - COD 2006/0290 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 22.12.2006

KUMM(2006) 866 finali

2006/0290 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

Li temenda r-Regolament (KE) Nru 515/97 tal-Kunsill dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. MATERJA

Bl-iffaċilitar tal-kummerċ, li huwa element essenzjali tal-politika kummerċjali ta' Unjoni Ewropea mkabbra biex jinkisbu swieq ġodda, qed titfaċċa fl-istess ħin il-kriminalità ekonomika u finanzjarja internazzjonali li qed tolqot l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll il-miżuri ta' projbizzjoni, ta' restrizzjoni u ta' kontroll imposti fil-kuntest ta' ċerti oqsma ta' politika tal-Komunità.

Fost il-forom ta' frodi u attivitajiet illegali oħra li huma ta' ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Komunità, it-tranżazzjonijiet li jmorru kontra r-regolamenti doganali u agrikoli saru attività privileġġjata ta' l-organizzazzjonijiet ta' frodi meta jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-ammonti ta' flus involuti. Id-dazji doganali fuq l-importazzjoni, il- levies fuq l-agrikoltura kif ukoll il-VAT fuq l-importazzjoni, li huma imposti mill-Istati Membri meta jitwettqu l-formalitajiet doganali, jiġġeneraw kważi kwart mid-dħul fil-baġit Komunitarju. F'dan il-kuntest, it-tentazzjoni hija kbira għall-dawn l-organizzazzjonijiet ta' frodi li jevadu l-kontroll jew il-ħlas tad-dazji jew li jibbenefikaw b'mod li mhux xieraq mit-tnaqqis jew mis-sospensjoni tad-dazji.

Fuq in-naħa ta' l-infiq, l-organizzazzjonijiet ta' frodi huma interessati ħafna mill-baġit tal-Komunità għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli u tal-prodotti pproċessati, li l-awtoritajiet doganali jivverifikaw meta jwettqu l-formalitajiet doganali ta' l-esportazzjoni u l-prodotti joħorġu mit-territorju doganali tal-Komunità.

Barra minn dan, biex dawn l-organizzazzjonijiet ta' frodi jieħdu l-aqwa profitt, dawn jevadu l-miżuri ta' l- anti-dumping kif ukoll il-miżuri ta' projbizzjoni jew ta' restrizzjoni. Anke jekk l-evazjoni ta' dawn il-miżuri m'għandhiex impatt dirett fuq il-baġit tal-Komunità, din tista' twassal għal konsegwenzi li huma ta' ħsara għall-ekonomija, l-impjiegi u s-saħħa tal-konsumaturi u għalhekk ta' ħsara indiretta għall-baġit Komunitarju (eż: il-kriżi tal-BSE (il-'marda ta' ġenn il-baqar'))

Sabiex tieħu stampa aħjar ta' l-irregolaritajiet f'dawn l-oqsma u biex tkun issupplimentata t-taqsima "preventiva", marbuta ma' organizzazzjoni aħjar tal-kontrolli doganali, il-Komunità Ewropea adottat ir-Regolament (KE) Nru 515/97 tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli.

Dan ir-Regolament jifforma l-bażi legali tat-talbiet għall-għajnuna bejn dawn l-awtoritajiet biex jiġġieldu l-irregolaritajiet u l-frodi kontra l-leġiżlazzjoni Komunitarja msemmija qabel li għandhom impatt finanzjarju fuq il-baġit tal-Komunitajiet jew li għandhom impatt fuq il-politika kummerċjali Komunitarja.

Huwa wkoll fil-qafas ta' dan il-mekkaniżmu legali li setgħet tiġi żviluppata database bl-isem ta' Sistema ta' Informazzjoni Doganali (SID). Din is-sistema, li bdiet topera fl-24 ta' Marzu 2003, tippermetti lill-awtoritajiet amministrattivi kkonċernati li jwissu lill-imsieħba Ewropej tagħhom dwar ir-riskji ta' operazzjonijiet irregolari, permezz tat-trażmissjoni ta' informazzjonijiet għall-fini ta' l-osservazzjoni, ir-rappurtar, is-sorveljanza diskreta jew il-kontrolli speċifiċi.

2. DISPOŻIZZJONIJIET PRINĊIPALI

Minkejja r-riżultati tajbin miksuba fil-qasam tal-prevenzjoni tal-frodi kontra l-leġiżlazzjoni doganali u agrikola Komunitarja, illum il-ġurnata hemm ħafna raġunijiet biex ir-Regolament (KE) Nru 515/97 jiġi emendat.

( Il-bżonn ta' kooperazzjoni iktar operattiva:

It-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea li ċaqlaq u estenda l-fruntieri ta' l-art u marittimi ġab miegħu t-tendenza b'żewġt ixfafar li l-attivitajiet ta' frodi qiegħdin kemm jintensifikaw kif ukoll jiddiversifikaw ruħhom, u għalhekk għandu jiġi adottat il-mekkaniżmu legali eżistenti, inkella l-organizzazzjonijiet ta' frodi jieħdu vantaġġ minn din is-sitwazzjoni. Meta titqies in-natura tranżnazzjonali u diversifikata tal-kriminalità ekonomika u finanzjarja, l-uniku approċċ li jippermetti li jillimita kemm jista' jkun il-frodi f'dan il-qasam huwa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn dawn u l-Kummissjoni, waqt li tiġi enfasizzata iktar id-dimensjoni operattiva ta' din il-kooperazzjoni. Ġew identifikati bżonnijiet ġodda ta' koordinazzjoni u ta' appoġġ fuq il-livell Ewropew minn dawk involuti attivament fil-ġlieda kontra l-frodi, u għalhekk jeħtieġ li minn issa 'l quddiem ikun hemm bażi legali solida u adattata.

( Modifiki fil-kuntest legali u tal-bilanċ istituzzjonali:

Waqt l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 515/97, it-Trattat ma kellux Artikolu intiż speċjalment għall-kooperazzjoni doganali Komunitarja. L-obbligu ġenerali ta' l-Istati Membri li jikkooperaw taħt l-Artikolu 5 TKE u l-koordinazzjoni ta' l-azzjoni mill-Istati Membri għall-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Kominità taħt l-Artikolu 209A TKE ma jagħtux is-setgħa lill-Komunità li tadotta miżuri fil-qasam tal-kooperazzjoni doganali Komunitarja.

L-Artikolu 135 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar il-kooperazzjoni doganali u l-Artikolu 280 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità issa jikkonferixxu poteri lill-Komunità f'dawn il-materji. Dan il-poter għandu madankollu jkun eżerċitat b'konformità ma' l-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, jiġifieri jekk u sakemm l-azzjoni meħuda fuq il-livell tal-Komunità tippreżenta benefiċċji ċari, minħabba l-livell jew l-effetti tagħha, meta mqabbla ma' azzjoni meħuda fuq il-livell ta' Stat Membru. Il-proposta għal Regolament tissodissfa dawn il-kriterji.

L-abbozz ġdid ta' Regolament għandu l-għan ukoll li jipprovdi bażi legali għad- database għall-identifikazzjoni ta' dokumenti doganali (FIDE) tal-Komunità, u għal proġetti oħra żviluppati fuq il-bażi tal-bżonnijiet espressi mill-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea, fid-dawl tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi responsabbli għall-applikazzjoni tajba tal-leġiżlazzjoni doganali u agrikola.

Dan l-abbozz għandu wkoll jieħu f'kunsiderazzjoni ċertu numru ta' żviluppi istituzzjonali, partikolarment it-tisħiħ tal-kooperazzjoni ma' l-entitajiet u l-aġenziji ta' l-Unjoni Ewropea u ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali.

Sussidjarjetà

L-amministrazzjonijiet nazzjonali b'mod individwali ma jistgħux jimplimentaw infrastruttura teknika fuq il-livell tal-Komunità u jiżguraw koordinazzjoni Ewropea sħiħa u integrata ta' l-għajnuna amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali u agrikoli. Huwa għalhekk neċessarju li tinħoloq pjattaforma ta' servizzi biex titjieb il-kooperazzjoni operattiva bejn dawn l-amministrazzjonijiet. Ħlief għall-missjonijiet Komunitarji f'pajjiżi terzi, l-investigazzjonijiet amministrattivi għandhom jitwettqu biss mill-Istati Membri.

Proporzjonalità

L-għan ta' dan l-abbozz ta' Regolament ma jinbidilx. Bħar-Regolament (KE) Nru 515/97 li jemenda, l-għan ta' l-abbozz ta' Regolament hu li jkun hemm l-applikazzjoni tajba tal-leġiżlazzjoni doganali u agrikola tal-Komunità, fejn il-Kummissjoni għandha poteri definiti sew biex tieħu azzjoni, l-istess bħall-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra ta' l-Istati Membri.

3. KONTENUT TAL-PROPOSTA

3.1. Allinjament tad-definizzjoni tar-regolament doganali ma' dik tat-Tieni Konvenzjoni ta' Napli (Art.2(1) inċiż 1)

Id-definizzjoni tal-liġi doganali fir-Regolament (KE) Nru 515/97 ġiet allinjata ma' dik tal-Konvenzjoni stabbilita fuq il-bażi ta' l-Artikolu K 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-għajnuna reċiproka u l-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali (it-Tieni Konvenzjoni ta' Napli) b'mod li l-istrumenti Komunitarji jkunu iktar konsistenti ma' l-istrumenti taħt it-Titolu VI TUE f'dak li għandu x'jaqsam mal-prosekuzzjonijiet għar-reati li jmorru kontra r-regoli doganali tal-Komunità.

Mingħajr ħsara lid-dispożizzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 tas-7 ta' Ottubru 2003 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud[1], ir-regolamenti doganali għandhom jibqgħu japplikaw għad-dħul u għall-ħruġ tal-merkanziji fit-territorju doganali tal-Komunità, anke jekk dawn ikunu eżenti mid-dazji doganali jew jekk ikunu b'taxxa-zero. Meta jiġu applikati miżuri ta' projbizzjoni, restrizzjoni jew kontroll fil-fruntiera esterna tal-Komunità, partikolarment għas-sejba ta' alkoħol u sigaretti b'kuntrabandu jew ta' traffiku illiċitu ta' oġġetti b'użu doppju jew ta' prekursuri, l-awtoritajiet doganali għandhom jippruvaw jagħmlu skambju ta' informazzjoni li jippermetti li jivverifikaw malajr ma' Stat Membru ieħor jekk l-intrapriża mwaqqfa f'dan l-Istat Membru teżistix jew jekk għadhiex attiva permezz ta' l-identifikazzjoni tal-VAT. Barra minn dan, l-awtoritajiet doganali, li jaraw ukoll li jiżguraw il-formalitajiet u/jew il-ġbir tal-VAT u/jew it-taxxi tas-sisa meta jitwettqu l-formalitajiet doganali, għandhom jipprevjenu u jsibu, permezz ta' kooperazzjoni doganali effikaċi, l-esportazzjonijiet fittizji ta' prodotti destinati lill-pajjiżi terzi li fuqhom hemm ħafna taxxa.

L-uffiċċji ċentrali ta' kooperazzjoni u d-dipartimenti ta' kooperazzjoni responsabbli mill-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tal-VAT jiżguraw kooperazzjoni effikaċi mal-korrispondenti tagħhom fl-Istati Membri l-oħra. Madankollu, il-kooperazzjoni orizzontali bejn, minn naħa, dawn l-uffiċċji ċentrali ta' kooperazzjoni u d-dipartimenti ta' kooperazzjoni u, min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet kompetenti għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 515/97 mhijiex possibbli minħabba raġunijiet ta' organizzazzjoni jew ta' poteri materjali jew operattivi mogħtija lil kull Stat Membru kif ukoll minħabba raġunijiet marbuta man-netwerk ta' komunikazzjoni u n-nuqqas ta' xiftijiet (l-iljieli u tmiem il-ġimgħa). Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet doganali għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom ftit wisq informazzjoni dwar l-eżistenza u l-istatut tal-VAT ta' operatur ekonomiku biex ikunu jistgħu jintlaqħu t-talbiet urġenti ta' l-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri l-oħra.

3.2. Skambju awtomatiku tad- data (Art.15)

Il-mekkaniżmu attwali ta' l-iskambju spontanju każ b'każ ġie ssupplimentat b'mekkaniżmu ta' skambju awtomatiku u/jew strutturat ta' informazzjoni mingħajr talba minn qabel mill-Istat Membru li jirċievi. Dan il-mekkaniżmu huwa bħal dak implimentat fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003[2] tas-7 ta' Ottubru 2003 dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-VAT u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2073/2004[3] tas-16 ta' Novembru 2004 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxi tas-sisa.

3.3. Implimentazzjoni ta' pjattaforma ta' servizzi fis-settur doganali

3.3.1. Direttorju Ewropew tad- data (Art.18a)

Il-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri ta' rilaxx mid-dwana u l-monitoraġġ f'ħin reali bis-satelliti tal-mezzi ta' trasport joħloq dimaterjalizzazzjoni dejjem tikber ta' informazzjoni skambjata bejn l-awtoritajiet doganali u/jew l-operaturi ekonomiċi. Minn dan tirriżulta multiplikazzjoni ta' databases ġestiti minn fornituri pubbliċi jew privati tas-servizz, li l-attività tagħhom hija marbuta mal-qasam tal-loġistika u tat-trasport tal-merkanziji.

Fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi bl-għan partikolari li jinstabu l-konsenji ta' merkanziji li jistgħu jmorru kontra l-leġiżlazzjoni doganali jew agrikola u/jew il-mezzi ta' trasport, inklużi l-kontejners, użati għal dan il-għan, il-fornituri tas-servizzi ġeneralment jilqgħu l-idea li jagħtu aċċess lill-awtoritajiet kompetenti sakemm it-talbiet għall-aċċess ikunu limitati u ma joħolqux piż ta' xogħol supplimentari. B'konsegwenza ta' dan, l-idea li jingħata aċċess ġenerali uniku lill-Kummissjoni (OLAF) għal ċerti databases jew siti tista' tassigura lill-fornituri tas-servizz li mhux se jirċievu talbiet doppji u ripetuti mill-Istati Membri. B'konsegwenza ta' dan, is-soluzzjoni xierqa, anke mil-lat ekonomiku, hi li tingħata l-possibbiltà lill-Kummissjoni (OLAF) li tinnegozja mal-fornituri tas-servizz ir-reċiproċità tad- data f'direttorju uniku aċċessibbli għall-Istati Membri jew li l-aċċess għalih ikun kanalizzat permezz ta' siti ġestiti minn dawn il-fornituri.

L-għan ta' dan id-direttorju huwa li tinġabar id- data użata b'mod regolari fil-qafas tal-kummerċ internazzjonali għal raġunijiet ta' analiżi, biex jinkixfu, lil hinn mill-kontrolli fiżiċi fuq il-merkanziji, l-operazzjonijiet li jippreżentaw riskji ta' irregolarità fir-rigward tal-leġiżlazzjoni doganali u agrikola.

F'dan id-direttorju, il-Kummissjoni għandu jkollha l-poter li titrasferixxi l-kontenut tad- databases , b'mod sħiħ jew parzjali, bil-kunsens tad-detenturi tad-drittijiet fuq din l-informazzjoni, b'xejn jew bil-ħlas, u skond l-ambjent legali applikabbli fil-qasam tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. L-informazzjoni estratta b'dan il-mod tista' tkun indiċizzata u analizzata.

Id-direttorju Ewropew għandu jkun disponibbli għall-uffiċjali ta' koordinazzjoni ta' l-Istati Membri assenjati fl-unità ta' koordinazzjoni permanenti, kif ukoll għall-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) 515/97.

3.3.2. Struttura ta' koordinazzjoni għall-kooperazzjoni operattiva (Art.18b)

Il-ħolqien ta' l-Aġenzija għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Unjoni Ewropea msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004[4] kif ukoll l-estensjoni tal-mandat tal-Europol għall-ġlieda kontra forom serji ta' kriminalità internazzjonali (id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 2001) u l-attivitajiet operattivi ta' ċerti organizzazzjonijiet internazzjonali jew reġjonali jeħtieġu tisħiħ fil-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-entitajiet u l-aġenziji l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea.

L-għan ta' l-abbozz il-ġdid huwa li jippromwovi l-idea ta' l-iżvilupp mill-Kummissjoni ta' interface li tippermetti koodinazzjoni aħjar tal-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri kif ukoll bejn dawn u l-Kummissjoni u assoċjazzjoni operattiva eqreb ma' l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji Ewropej, reġjonali jew internazzjonali fil-limiti tal-poteri rispettivi ta' l-awtoritajiet konċernati.

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Ottubru 2003 dwar strateġija għall-kooperazzjoni doganali, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea rrikonoxxa li approċċ integrat lejn il-ġlieda kontra l-kriminalità, li tkopri kontribuzzjoni għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, fiż-żona ta' libertà, siġurtà u ġustizzja, għandha tikkonsisti, minbarra f'kooperazzjoni doganali, f'kooperazzjoni multilaterali eqreb u effikaċi fl-istess ħin bejn l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet li jinfurzaw il-liġi l-oħra kif ukoll l-istituzzjonijiet, l-entitajiet u l-aġenziji l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea, pereżempju l-Kummissjoni, il-Europol u l-Eurojust.

F'dan il-kuntest, ir-riżorsi u l-iżviluppi stabbiliti fuq il-livell Komunitarju jistgħu jerġgħu jintużaw fil-qafas tal-kooperazzjoni doganali prevista taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mingħajr ħsara lill-mandati tal-Europol u tal-Eurojust.

F'dawn iċ-ċirkostanzi, strument legali direttament applikabbli bħal Regolament jista' jagħti impetu partikolari lis-settur doganali mingħajr ma jingħataw poteri ġodda lill-istaff tal-Kummissjoni. Fil-fatt, l-Artikolu ġdid 18b tar-Regolament (KE) Nru 515/97 se joffri l-possibbiltà lill-Istati Membri biex jinvolvu lill-istaff tal-Kummissjoni (OLAF) bħala esperti u jużaw il-"pjattaforma tas-servizzi" tal-Kummissjoni għall-każijiet mibdija taħt ir-Regolament (KE) Nru 515/97 u li għalihom għandu jinħoloq grupp komuni konġunt.

3.4. Art.19 (pajjiżi terzi)

Fis-sitwazzjoni attwali, jekk Stat Membru jirċievi informazzjoni minn Stat Membru ieħor u din l-informazzjoni mbagħad tiġi kkomunikata lil pajjiż terz fil-qafas ta' ftehim jew protokoll ta' għajnuna amministrattiva reċiporka fil-qasam doganali, l-Istat Membru li jirċievi għandu jitlob il-qbil ta' l-Istat Membru li jforni fil-qafas ta' azzjoni konġunta anke jekk l-Istat Membru li jforni jkun diġà ta kunsens minn qabel li jippermetti lill-Istat Membru li jirċievi biex juża din l-informazzjoni.

Għalhekk huwa propost li l-proċedura attwali tkun issupplimentata b'miżura li tippermetti lill-Kummissjoni jew lil Stat Membru li jikkomunikaw lil pajjiż terz l-informazzjoni li toħroġ minn Stat Membru ieħor bil-kundizzjoni li dan ta' l-aħħar ikun ta l-kunsens tiegħu minn qabel. F'dan il-każ, ma jibqax neċessarju li jkun hemm skambju tal-kunsens fil-qafas ta' azzjoni konġunta. Din għandha tapplika biss fil-każ ta' skambju ta' informazzjoni trattata minn iktar minn żewġ Stati Membri.

3.5. Art.20 (2) (d)

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 20(2)(d) dwar il-ħlas ta' l-ispejjeż tal-missjonijiet Komunitarji li jsiru fil-pajjiżi terzi ġew inklużi ma' dispożizzjonijiet oħrajn f'Artikolu ġdid 42(a) rigward il-finanzjament.

3.6. Titolu V: Art. 32 sa 37 Aġġornament tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar il-kontroll tad- data personali taħt is-Sistema ta' Informazzjoni Doganali

L-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE ta' l-24 ta' Ottubru 1995 mill-Istati Membri tinħtieġ emenda tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar l-ipproċessar nazzjonali tad- data personali. L-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 45/2001, u t-twaqqif ta' awtorità indipendenti ta' superviżjoni, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad- Data , temenda bl-istess mod l-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 515/97 dwar l-ipproċessar ta' din id- data mill-istituzzjonijiet u l-organi Komunitarji.

Id-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament (KE) Nru 515/97 li jittrattaw kwistjonijiet dwar il-protezzjoni tad- data personali kienu adottati fl-ambjent legali ġdid applikabbli mid-dħul fis-seħħ tiegħu, partikolarment ir-regoli dwar il-protezzjoni tad- data applikabbli għall-istituzzjonijiet Komunitarji, skond l-Artikolu 286 tat-Trattat u tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 45/2001 tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id- data[5] kif ukoll ir-regoli applikabbli għall-Istati Membri fuq il-bażi tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/45/KE ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id- data[6] .

3.7. Użu tad- data tas-SID għall-finijiet ta' analiżi (Artikolu 27)

Meta jitqiesu l-għanijiet finali attwali tas-sistema ta' informazzjoni doganali, din ma tistax tilħaq l-għanijiet kollha li ngħataw lilha bir-Regolament, jiġifieri li tassisti fil-prevenzjoni, it-tiftix u l-prosekuzzjoni ta' l-operazzjonijiet li jmorru kontra l-leġiżlazzjoni doganali u agrikola. Fil-mekkaniżmu attwali, l-informazzjoni imdaħla fis-SID jippermettu biss li tissaħħaħ l-effikaċja tal-kontrolli. B'konsegwenza ta' dan, jintlaħaq biss l-għan tal-prevenzjoni tal-frodi. Min-naħa l-oħra, l-għanijiet ta' assistenza fit-tiftix u l-prosekuzzjoni ta' l-operazzjonijiet li jmorru kontra l-leġiżlazzjoni doganali u agrikola jeħtieġu l-iżvilupp ta' għanijiet u funzjonalitajiet ġodda li, fihom infushom, jeżiġu emenda tar-Regolament (KE) Nru 515/97.

Għal din ir-raġuni, l-Artikolu 27 għandu jiġi emendat biex l-analiżi, kemm jekk tkun strateġika jew operattiva, issir għan ġdid tas-sistema.

Biex twieġeb għall-estensjoni tal-funzjonalitajiet tas-sistema, inħolqot kategorija ġdida ta' informazzjoni disponibbli, rigward il-merkanziji miżmuma, maqbuda jew konfiskata.

3.8. Titolu V a, Art. 41 a sa 41 d - Ħolqien tad- Database għall-Identifikazzjoni ta' Dokumenti Doganali

Sabiex tintuża bl-aħjar mod l-effikaċja tal-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni, l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għal dokument li permezz tiegħu jkunu jistgħu jimmiraw aħjar lil min jirċievi t-talbiet għall-għajnuna amministrattiva. Dan huwa l-għan tal-FIDE, li jagħmel inventarju ta' l-investigazzjonijiet li saru jew li għaddejjin f'kull Stat Membru, u li jippermetti lil kwalunkwe awtorità kompetenti li tagħmel it-talba, biex issir taf liema servizz ikun għamel investigazzjonijiet dwar suġġett simili.

L-introduzzjoni tal-FIDE fl-abbozz ta' Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 515/97 tara li tikkumplimenta inizjattiva intergovernattiva simili, formalizzata fl-Att tal-Kunsill tat-8 ta' Mejju 2003 li jistabbilixxi Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija ta' l-informatika fil-qasam tad-dwana.

3.9. Titolu VI: Art.42 Protezzjoni tad- data

Mingħajr ħsara lill-miżuri speċifiċi ta' protezzjoni tal-persuni fir-rigward ta' l-ipproċessar tad- data personali li huma previsti fit-Titolu V (Art.23 sa 40) tar-Regolament (KE) 515/97 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-użu tad- databases SID u FIDE, tqies neċessarju li ssir referenza għar-Regolament (KE) 45/2001 u għad-Direttiva 95/46 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambju u l-ipproċessar tad- data , b'mod awtomatiku jew le, imsemmija taħt it-Titoli I sa IV tar-Regolament (KE) 515/97.

3.10. Titolu VI a: Art.42 a Finanzjament

L-Artikolu 23 (3), inċiż 2, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli[7], emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 807/2003, ta' l-14 ta' April 2003, li jadatta, għad-Deċiżjoni 1999/468/KE, id-disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kumitati li jassistu l-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni tagħha stabbiliti fi strumenti tal-Kunsill adottati skond il-proċedura ta' konsultazzjoni (unanimità)[8] kien meqjus bħala l-att bażiku għall-għanijiet ta' l-Artikolu 49 (1) tar-Regolament Finanzjarju rigward l-infiq operattiv relatat mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Kontra l-Frodi (AFIS).

Dan l-att ikopri l-finanzjament ta' l-attivitajiet ta' l-AFIS li jaqa' kemm taħt l-ewwel pilastru (ir-Regolament 515/97) u t-tielet pilastru (il-Konvenzjoni, imfassla fuq il-bażi ta' l-Artikolu K3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-użu tat-teknoloġija ta' l-informatika fil-qasam tad-dwani tas-26 ta' Lulju 1995 (il-Konvenzjoni SID[9])), meta dawn l-attivitajiet ikunu inseparabbli.

F'dan ir-rigward, kien hemm referenza għall-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 22(2) tal-Konvenzjoni SID kif ukoll għad-Dikjarazzjoni konġunta tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tat-13 ta' Lulju 1995 dwar l-Artikolu 22(2) tal-Konvenzjoni[10] u l-lista ta' l-infiq inseparabbli relatat ma' l-informatika stabbilita mill-Kummissjoni fid-dokument tagħha SEC(94) 813 tas-6 ta' Mejju 1994 dwar l-impatti baġitarji ta' l-użu ta' l-infrastruttura teknika tas-SID Komunitarja taħt il-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija ta' l-informatika fil-qasam tad-dwani.

Biex jinlaħqu b'mod ċar l-eżiġenzi fformulati fir-Regolament Finanzjarju, għandu jiżdied Artikolu li jiddetermina li r-Regolament (KE) 515/97 huwa att bażiku għall-eżekuzzjoni ta' l-infiq operattiv definit f'dan l-istess Artikolu.

3.11. Titolu VII: Art.43 Komitoloġija

L-Artikolu 43 iddedikat għall-"komitoloġija" kien adottat skond l-emendi proposti fl-Artikoli preċedenti. Barra minn dan, il-Medjatur Ewropew, magħżul mill-Kunsill skond l-Artikolu 286 KE biex jikkontrolla l-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji f'dak li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni tal-persuni fir-rigward ta' l-ipproċessar tad- data personali sakemm ma titgħażel l-awtorità maħluqa apposta għal dan il-għan issa ħadlu postu l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad- Data mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) 45/2001. B'konsegwenza ta' dan, l-Artikolu 43, § 5, ġie emendat f'dan is-sens.

2006/0290 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

Li temenda r-Regolament (KE) Nru 515/97 tal-Kunsill dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 135 u 280 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[11],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali[12],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[13],

waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 515/97[14] tal-Kunsill tejjeb il-mekkanżimu legali preċedenti billi ppermetta partikolarment il-ħażna ta' l-informazzjoni fid- database Komunitarja tas-Sistema ta' Informazzjoni Doganali (SID).

(2) Madankollu l-esperjenza miksuba mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 515/97 juri li l-użu tas-SID għall-għanijiet ta' osservazzjoni u ta' rappurtar, ta' sorveljanza diskreta u ta' kontrolli speċifiċi biss ma jippermettix li jintlaħaq għal kollox l-għan tas-sistema, li huwa li tassisti fil-prevenzjoni, it-tiftix u l-prosekuzzjoni ta' l-operazzjonijiet li jmorru kontra l-leġiżlazzjoni doganali u agrikola.

(3) Minbarra d-difetti attwali tar-Regolament (KE) Nru 515/97, it-tibdiliet introdotti bit-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea għal 25 Stat Membru jimponu l-bżonn li terġa' tiġi kkunsidrata l-kooperazzjoni doganali tal-Komunità f'qafas usa' u b'mekkaniżmi iktar moderni.

(4) L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE KEFA Euratom tat-28 ta' April 1999 li jwaqqaf l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)[15] u l-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija ta' l-informatika fil-qasam tad-dwana[16], stabbilit bl-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1995[17] emendaw il-qafas ġenerali għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni rigward il-prevenzjoni, it-tiftixa u l-prosekuzzjoni ta' reati kontra l-leġiżlazzjoni Komunitarja.

(5) Ir-riżultat ta' analiżi strateġika għandu jgħin lil dawk responsabbli fl-ogħla livell biex jiddefinixxu l-proġetti, l-għanijiet u l-oqsma ta' politika għall-ġlieda kontra l-frodi, biex ifasslu l-attivitajiet u jaqsmu r-riżorsi neċessarji biex jintlaħqu l-għanijiet operattivi stipulati.

(6) Ir-riżultat ta' analiżi operattiva dwar attivitajiet, riżorsi u intenzjonijiet ta' ċerti persuni jew intrapriżi li ma jirrispettawx il-leġiżlazzjoni għandu jgħin lis-servizzi ta' investigazzjoni biex jieħdu miżuri adattati f'każijiet preċiżi biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi.

(7) Fil-mekkaniżmu attwali, id- data personali mdaħħla minn Stat Membru tista' tiġi kkuppjata mis-SID għal ġo sistemi oħra ta' pproċessar biss bl-awtorizzazzjoni minn qabel ta' msieħeb tas-SID li jkun daħħal id- data fis-sistema u taħt il-kundizzjonijiet imposti minnu skond l-Artikolu 30(1). L-emenda tar-Regolament għandha l-għan li titbiegħed minn dan il-prinċipju ta' awtorizzazzjoni minn qabel fl-unika sitwazzjoni fejn id- data hija intiża biex tiġi pproċessata mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-ġestjoni tar-riskju biex ikunu orjentati l-kontrolli tal-moviment tal-merkanziji.

(8) Il-mekkaniżmu attwali għandu bżonn jiġi ssupplimentat b'qafas legali li jistabbilixxi Database għall-Identifikazzjoni ta' Dokumenti Doganali li tkopri dokumenti li saru diġà u li għaddejjin. Il-ħolqien ta' din id- database jagħmel parti mis-segwitu ta' l-inizjattiva meħuda fil-qafas tal-kooperazzjoni doganali inetgorvernattiva li wasslet għall-adozzjoni ta' l-Att tal-Kunsill tat-8 ta' Mejju 2003 li jistabbilixxi l-Protokoll li jemenda, f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħolqien ta' database għall-identifikazzjoni ta' dokumenti doganali, il-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija ta' l-informatika fil-qasam tad-dwani[18].

(9) Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll, mingħajr ħsara lid-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 tas-7 ta' Ottubru 2003 dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-VAT[19], għad-dispożizzjonijiet kollha tal-Komunità rigward id-dħul li jiġi mill-applikazzjoni ta' rata uniformi valida għall-Istati Membri kollha applikata għall-bażi tal-VAT armonizzata f'dak li jikkonċerna l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet, kif ukoll għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentawhom.

(10) Barra minn hekk, huwa neċessarju li tkun żgurata kumplimentarjetà ikbar ma' l-azzjonijiet fil-kuntest tal-kooperazzjoni doganali intergovernattiva u tal-kooperazzjoni mal-korpi u l-aġenziji l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea u l-organizzazzjonijiet internazzjonali jew reġjonali l-oħra. Azzjoni bħal din tagħmel parti mis-segwitu tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Ottubru 2003 dwar strateġija għall-kooperazzjoni doganali[20] u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 2001 li twessa' l-mandat tal-Europol għall-ġlieda kontra l-forom serji ta' kriminalità internazzjonali msemmija fl-Anness tal-Konvenzjoni Europol[21].

(11) Għandhom jinħolqu l-kundizzjonijiet neċessarji taħt ir-Regolament (KE) Nru 515/97, għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet doganali konġunti fil-kuntest tal-Komunità. Il-Kumitat previst fl-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 515/97 għandu jingħata l-poter li jiffissa l-mandat ta' l-operazzjonijiet doganali konġunti Komunitarji.

(12) Għandha tinħoloq infrastruttura permanenti fi ħdan il-Kummissjoni, li tippermetti li jsiru operazzjonijiet doganali konġunti matul is-sena kalendarja kollha u li tilqa', għaż-żmien neċessarju, għat-twettiq ta' operazzjoni partikolari waħda jew iktar, rappreżentanti ta' Stati Membri, kif ukoll, jekk ikun hemm bżonn, ta' uffiċjali ta' koordinazzjoni ta' pajjiżi terzi, ta' organizzazzjonijiet u aġenziji Ewropej jew internazzjonali, partikolarment il-Europol u l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwani (ODD) u l-Interpol.

(13) Għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jerġgħu jużaw din l-infrastruttura għall-operazzjonijiet doganali konġunti organizzati fil-qasam tal-kooperazzjoni doganali kif imsemmi fl-Artikoli 29 u 30 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mingħajr ħsara lir-rwol tal-Europol. F'dan il-każ, l-operazzjonijiet doganali konġunti għandhom ikunu eżerċitati taħt il-mandat iffissat mill-grupp ta' ħidma kompetenti tal-Kunsill rigward il-kooperazzjoni doganali taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(14) Barra minn dan, l-iżvilupp ta' swieq ġodda, l-internazzjonalizzazzjoni dejjem tikber tan-negozju u l-espansjoni rapida tiegħu, flimkien ma' l-aċċelerazzjoni tat-trasport tal-merkanziji, ifisser li l-amministrazzjonijiet doganali għandhom iżommu r-ritmu mal-moviment biex ma jagħmlux ħsara lill-iżvilupp ta' l-ekonomija Ewropea. Biex tasal għal dan, il-Kummissjoni diġà ppreżentat proposti fix-xahar ta' Novembru 2005 li jaraw li jtejbu l-proċeduri doganali u li joħolqu l-bażi legali għas-sistemi ta' l-informatika li għandhom jippermettu li jintlaħaq ir-rilaxx sħiħ mid-dwana b'mod elettroniku fit-territorju kollu ta' l-Unjoni Ewropea (COM(2005)608 u 609).

(15) L-għanijiet fit-tul huma li l-operaturi kollha jkunu jistgħu jipprovdu d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa minn qabel u li jikkompjuterizzaw kompletament ir-rabtiet tagħhom ma' l-awtoritajiet doganali. Sadattant is-sitwazzjoni attwali se tkompli teżisti b'livelli differenti ta' żvilupp tas-sistemi ta' l-informatika nazzjonali u huwa neċessarju li l-mekkaniżmi għall-ġlieda kontra l-frodi jkomplu jitjiebu minħabba li d-devjazzjonijiet tan-negozju għadhom possibbli.

(16) F'termini tal-prevenzjoni tal-frodi, jidher neċessarju, flimkien mar-riforma u l-immodernizzar tas-sistemi doganali, li tinstab ukoll informazzjoni mill-iktar kmieni possibbli. Barra minn hekk, biex jgħinu lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jidentifikaw il-konsenji ta' merkanziji, inklużi l-kontejners u/jew il-mezzi ta' trasport, li jistgħu jmorru kontra l-leġiżlazzjoni doganali u agrikola, ikun utli li tinġabar, f'direttorju ċentrali Ewropew tad- data, id- data li tiġi mill-fornituri prinċipali tas-servizz, pubbliċi jew privati, fid-dinja tan-negozju fis-settur tat-trasport internazzjonali tal-merkanziji u l-kontejners.

(17) Il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward ta' l-ipproċessar tad- data personali hija rregolata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id- data[22] u bid-Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill 2002/58/KE tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad- data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)[23], li jħassru d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/66/KE tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar l-ipproċessar tad- data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet[24], li huma applikabbli fis-sħiħ għas-servizzi tas-soċjetà ta' l-informazzjoni. Dawn id-Direttivi diġà jistabbilixxu qafas legali Komunitarju fil-qasam tad- data personali u għalhekk m'hemmx bżonn li din il-kwistjoni tiġi koperta f'dan ir-Regolament biex ikun żgurat it-tħaddim tajjeb tas-suq intern, u partikolarment il-moviment ħieles tad- data personali bejn l-Istati Membri. L-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu konformi mar-regoli dwar il-protezzjoni tad- data personali, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambju u l-ħażna ta' l-informazzjoni bil-ħsieb li jkunu appoġġjati l-azzjonijiet ta' prevenzjoni u ta' identifikazzjoni tal-frodi.

(18) Minħabba li d-Direttiva 95/46/KE kienet trasposta fl-Istati Membri meta ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 515/97 u peress li l-Kummissjoni waqqfet awtorità indipendenti biex ikun żgurat li l-libertajiet u d-drittijiet fundamentali tal-persuni jkunu mħarsa mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità fl-ipproċessar tad- data personali, skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-miżuri ta' kontroll għall-protezzjoni tad- data għandhom ikunu allineati u r-referenza għall-Medjatur Ewropew għandha tinbidel b'referenza għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad- Data , mingħajr ħsara lill-poteri tal-Medjatur.

(19) Għalhekk, ir-Reġolament (KE) 515/97 għandu jkun emendat kif xieraq.

(20) Minħabba li l-għanijiet ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri l-koordinazzjoni tal-ġlieda kontra l-frodi u kwalunkwe attività illegali oħra li hija ta' ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Komunità, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u li għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta' l-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fuq il-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat KE. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jeċċeddix dak li jkun meħtieġ sabiex jitwettqu dawn l-għanijiet.

(21) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti, partikolarment mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea[25]. B'mod partikolari, dan ir-Regolament jara li jiżgura r-rispett sħiħ tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali (Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea) .

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 515/97 huwa emendat kif ġej:

1) Fl-Artikolu 2 (2), l-ewwel inċiż għandu jinbidel b'dan li ġej:

- "leġiżlazzjoni doganali":

a) il-korp ta' disposizzjonijiet tal-Komunità u d-disposizzjonijiet ta' implimentazzjoni assoċjati magħhom li jirregolaw l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-transitu u l-preżenza ta' oġġetti nnegozjati bejn Stati Membri u pajjiżi terzi, u bejn Stati Membri fil-każ ta' oġġetti li ma jkollhomx status tal-Komunità fl-ambitu ta' l-Artikolu 23(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew oġġetti suġġetti għal kontrolli addizzjonali jew investigazzjonijiet għall-iskopijiet li jkun stabbilit l-istatus tal-Komunità tagħhom;

b) id-dispożizzjonijiet kollha tal-Komunità li jirregolaw id-dħul bl-applikazzjoni ta’ rata uniformi, valida għall-Istati Membri kollha, għall-bażijiet ta’ valutazzjoni tal-VAT armonizzati f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-importazzjoni u l-esportazzjoni nazzjonali, kif ukoll id-dispożizzjonijiet li jimplimentawhom.

2) Fl-Artikolu 2 (1), it-testi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fl-aħħar.

- "analiżi operattiva":

l-analiżi li tikkonċerna l-operazzjonijiet li jmorru kontra jew li jidhru li jmorru kontra l-leġiżlazzjoni doaganli u agrikola u li tinvolvi dawn il-fażijiet li ġejjin:

- il-ġabra ta' informazzjonijiet, inkluża d- data personali;

- l-evalwazzjoni ta' l-affidabilità tas-sors ta' l-informazzjoni u l-informazzjoni nnifisha;

- ir-riċerka, il-preżentazzjoni u l-interpretazzjoni metodika tar-rabtiet bejn dawn l-informazzjonijiet jew bejn dawn l-informazzjonijiet u data sinifikanti oħra;

- il-formulazzjoni ta' osservazzjonijiet, ipoteżi jew rakkomandazzjonijiet li jistgħu jkunu sfruttati direttament mill-awtoritajiet kompetenti u mill-Kummissjoni biex jinstabu operazzjonijiet oħrajn li jmorru kontra l-leġiżlazzjoni agrikola u/jew ikunu identifikati bi preċiżjoni l-persuni fiżiċi jew legali implikati f'dawn l-operazzjonijiet.

- "analiżi strateġika":

ir-riċerka u l-preżentazzjoni tat-tendenzi ġenerali fl-irregolaritajiet u l-frodi fi kwistjonijiet doganali u agrikoli permezz ta' evalwazzjoni tat-theddida, l-iskala u l-impatt ta' ċerti tipi ta' operazzjonijiet li jmorru kontra l-leġiżlazzjonijiet doganali u agrikola, bil-għan li sussegwentement jitwaqqfu prijoritajiet, ikun hemm stampa aħjar tal-fenomenu jew tat-theddida, biex l-azzjonijiet ta' prevenzjoni u identifikazzjoni tal-frodi jiġu riorjentati u biex tiġi riveduta l-organizzazzjoni tad-dipartimenti. Dan il-għan għandu jintlaħaq fuq il-bażi esklussiva ta' data anonimizzata.

3) Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 15:

"2. L-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru jistgħu wkoll jikkomunikaw l-informazzjoni li tikkonċerna l-operazzjonijiet li jmorru kontra jew li jidhru li jmorru kontra l-leġiżlazzjoni doganali u agrikola, progressivament jew f'intervalli regolari, f'format strutturat jew mhux strutturat."

4) L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej :

a) L-ewwel inċiż ta' paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

" - meta dawn ikollhom, jew jista' jkollhom, ramifikazzjonijiet fi Stati Membri oħra jew f'pajjiżi terzi, jew"

b) Il-paragrafu 7 li ġej huwa miżjud:

"7. Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità dwar l-istabbiliment ta' qafas komuni għall-ġestjoni tar-riskju, id- data skambjata bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri skond l-Artikoli 17 u 18 jistgħu jinħażnu u jintużaw għall-għan ta' analiżi strateġika u operattiva. Meta din id- data jkun fiha data personali, il-miżuri individwali għall-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward ta' l-ipproċessar tad- data personali msemmija fit-Titolu VI ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw."

5) L-Artikoli 18a u 18b għandhom ikunu miżjuda mat-Titolu III:

"Artikolu 18a

1. Biex l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) ikunu megħjuna jsibu l-moviment tal-merkanziji li huma l-oġġett ta' operazzjonijiet li jistgħu jmorru kontra l-leġiżlazzjoni doganali u agrikola u l-mezzi ta' trasport, inklużi l-kontejners, użati għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tiġġestixxi direttorju ta' data li tasal mill-fornituri tas-servizzi, pubbliċi jew privati, li l-attivitajiet tagħhom huma marbuta mal-katina loġistika internazzjonali jew fit-trasport tal-merkanzija.

2. Fil-qafas tal-ġestjoni ta' dan id-direttorju, il-Kummissjoni għandha l-poter:

a) li taċċessa jew testratta, bil-kunsens ta' min għandu d-drittijiet, il-kontenut tad- data kollu jew parti sostanzjali minnu, bi kwalunkwe mezz jew fi kwalunkwe forma, u li terġa' tuża d- data f'konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fl-Istati Membri jew fil-pajjiż fejn il-kwartieri ġenerali operattivi tal-fornituri tas-servizzi huma stabbiliti; f'każijiet iġġustifikati, it-termini u l-proċeduri għall-aċċess tad- data għandhom ikunu rregolati b'kuntratt bejn il-Kummissjoni li taġixxi f'isem il-Komunità u l-fornitur tas-servizz;

b) li tqabbell u tikkuntrasta data li hija aċċessibbli fid-direttorju jew estratta minnu, tindiċizzaha, tarrikkiha minn sorsi ta' data oħrajn u tanalizzaha f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001;

c) li tagħmel id- data f'dan id-direttorju aċċessibbli għall-awtoritajiet rilevanti msemmija fl-Artikolu 1(1), għall-unika skop li jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament u f'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

3. Id- data msemmija f'dan l-Artikolu tikkonċerna b'mod partikolari l-movimenti tal-kontejners u/jew tal-mezzi ta' trasport u merkanziji u persuni kkonċernati ma' dawn il-movimenti. Dawn jinkludu:

a) għall-moviment tal-kontejners, id- data li ġejja:

- numru tal-kontejner;

- statut tat-tagħbija tal-kontejner;

- data tal-moviment;

- tip ta' moviment (tagħbija, ħatt, trasbord, dħul, ħruġ, eċċ)

- isem id-dgħajsa jew reġistrazzjoni tal-mezzi ta' trasport

- numru tal-vjaġġ

- post

- dokument tal-vettura jew kwalunkwe dokument ieħor tat-trasport

b) għall-moviment tal-mezzi ta' trasport:

- isem id-dgħajsa jew reġistrazzjoni tal-mezzi ta' trasport

- dokument tal-vettura jew kwalunkwe dokument ieħor tat-trasport

- numru tal-kontejner

- toqol tat-tagħbija

- deskrizzjoni u/jew kodifikazzjoni tal-merkanziji

- numru ta' reżervazzjoni

- numru ta' siġilli

- post ta' l-ewwel tagħbija

- post tal-ħatt finali

- postijiet ta' trasbord

- data li fiha mistenni jsir il-ħatt finali

c) għall-persuni fiżiċi jew legali involuti fil-movimenti li għalihom japplikaw il-punti (a) u (b) hawn fuq, id- data personali msemmija f'dan l-Artikolu għandha tkun limitata strettament għall-kunjom, il-kunjom ta' xebba, l-ismijiet, il-psewdonomi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, is-sess u l-indirizz tal-proprjetarji, l-aġenziji tat-tbaħħir, id-destinatarji, l-aġenziji ta' tranżitu, it-trasportaturi u intermedjarji jew persuni oħra involuti fil-katina loġistika internazzjonali u t-trasport tal-merkanziji.

4. L-analisti magħżula biss fid-dipartimenti tal-Kummissjoni għandhom il-poter li jipproċessaw id- data personali previst taħt punti 2(b) u 2(c).

Id- data personali li mhix neċessarja biex jinkiseb l-għan għandha tkun imħassra immedjatament jew anonimizzata. Fi kwalunkwe każ, id- data tista' tinħażen għal mhux iktar minn sena.

Artikolu 18(b)

Kull meta għarfien espert, għajnuna teknika jew loġistika, attività ta' taħriġ jew ta' komunikazzjoni jew inkella kwalunkwe appoġġ operattiv ieħor ikun disponibbli għall-Istati Membri mill-Kummissjoni biex jinkisbu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jistaqsu lill-Kummissjoni biex tuża, sa fejn huwa possibbli, il-pjattaforma ta' servizzi tagħha, partikolarment fil-qafas tal-kooperazzjoni doganali prevista fit-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea."

6) L-Artikolu 19 għandu jinbidel bit-test li ġej:

" Artikolu 19

Sakemm il-pajjiż terz ikkonċernat jintrabat legalment li jipprovdi l-għajnuna neċessarja biex jagħqqad l-elementi kollha ta' prova tal-karattru irregolari ta' l-operazzjonijiet li jidhru li jmorru kontra l-leġiżlazzjoni agrikola u doganali jew biex jiddetermina l-firxa ta' l-operazzjonijiet li nstabu li jmorru kontra din il-leġiżlazzjoni, l-informazzjonijiet miksuba skond dan ir-Regolament jistgħu ikunu kkomunikati lilu:

- jew mill-Kummissjoni jew l-Istat Membru kkonċernat soġġetti, fejn ikun hemm bżonn, għall-ftehim minn qabel ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li jkunu pprovdew l-informazzjoni;

- jew mill-Kummissjoni jew l-Istat Membru kkonċernat fi ħdan il-qafas ta' azzjoni konġunta, jekk l-informazzjoni tkun ir-riżultat ta' analiżi tad- data provduta minn iktar minn Stat Membru wieħed, soġġetti għall-ftehim minn qabel ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li jipprovdu l-informazzjoni.

Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom isiru f'konformità mad-dispożizzjonijiet domestiċi applikabbli għat-trasferiment tad- data personali lill-pajjiżi terzi.

Fil-każijiet kollha, għandhom jittieħdu l-passi kollha fil-pajjiżi terzi kkonċernati biex tkun żgurata protezzjoni ekwilavlenti għal dik stipulata fl-Artikolu 45(1) u (2)."

7) Fl-Artikolu 20 (2), il-punt (d) għandu jitħassar;

8) L-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej :

a) Il-paragrafu 2 għandu jinbidel bit-test li ġej:

3.12. "2. L-għan tas-SID, skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, għandu jkun li tassisti f'operazzjonijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni u prosekuzzjoni li jmorru kontra l-leġiżlazzjoni doganali u agrikola, billi l-informazzjoni ssir disponibbli iktar malajr u għalhekk tiżdied l-effikaċja tal-proċeduri ta' kooperazzjoni u kontroll ta' l-awtoritajiet kompetenti msemmija f'dan ir-Regolament."

b) Fil-paragrafu 3, il-kliem "fl-Artikolu K.1 punt 8" għandhom jinbidlu b'dawn il-kliem: "fl-Artikoli 29 u 30"

c) Il-paragrafu 5 għandu jitħassar.

9) Fl-Artikolu 24, il-punti (g) u (h) li ġejjin għandhom jiżdiedu:

"(g) merkanżiji miżmuma, maqbuda jew konfiskati;

(h) flus kontanti kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill (KE) Nru 1889/2005[26] miżmumin, maqbudin jew konfiskati".

10) L-Artikolu 25 għandu jinbidel bit-test li ġej:

"Artikolu 25

1. Il-punti li għandhom jiġu inklużi fis-SID marbutin ma' kull waħda mill-kategoriji (a) sa (h) fl-Artikolu 24 għandhom jiġu ddeterminati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 43(2) safejn dan ikun neċessarju biex jintlaħaq l-għan tas-sistema. Id- data personali fl-ebda każ m'għandha tidher fil-kategorija (e).

Rigward il-kategoriji (a) sa (d), l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża bħala data personali għandha tkun limitata għal dan li ġej:

a) kunjon, kunjom ta' xebba, isem, psewdonomi;

b) data u post tat-twelid;

c) nazzjonalità;

d) sess;

e) numru, post u data tal-ħruġ tad-dokument ta' identità;

f) indirizz;

g) kull karatteristika partikolari jew permanenti;

h) raġuni għad-dħul tad- data ;

i) azzjoni proposta;

j) kodiċi ta' twissija li tindika li l-persuna diġà kienet instabet b'arma, li użat vjolenza jew li ħarbet lill-awtoritajiet;

k) numru ta' reġistrazzjoni tal-mezz ta' trasport.

2. Rigward il-kategorija msemmija fl-Artikolu 24 punt (f), l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża bħala data personali għandha tkun limitata biss għall-ismijiet u l-kunjomijiet ta' l-esperti.

3. Rigward il-kategorija msemmija fl-Artikolu 24, punti (g) u (h), l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża bħala data personali għandha tkun limitata għal dan li ġej:

a) kunjom, kunjom ta' xebba, isem, psewdonomi;

b) data u post tat-twelid;

c) nazzjonalità;

d) sess;

e) indirizz.

Fil-każijiet kollha, id- data personali li tikxef oriġini razjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija ma' trejdunjins kif ukoll data dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali m'għandhiex tiġu inkluża."

11) L-Artikolu 27 għandu jinbidel bit-test li ġej

" Artikolu 27

1. Id- data personali li hija inkluża fil-kategoriji msemmija fl-Artikolu 24 għandha tiġi inkluża fis-SID unikament għall-għanijiet ta' l-azzjonijiet proposti li ġejjin: osservazzjoni u rappurtar, sorveljanza diskreta, kontrolli speċifiċi jew analiżi operattiva.

2. Id- data personali li hija inkluża fil-kategoriji msemmija fl-Artikolu 24 tista' tiġi inkluża fis-SID biss jekk, prinċipalment fuq il-bażi ta' attivitajiet illegali minn qabel jew ta' informazzjoni pprovduta permezz ta' għajnuna spontanja, hemm evidenza reali li l-persuna kkonċernata wettqet, qed twettaq jew se twettaq operazzjonijiet li jmorru kontra l-leġiżlazzjoni doganali u agrikola li huma ta' interess individwali fuq il-livell tal-Komunità."

12) Fl-Artikolu 34, il-paragrafu 3 għandu jinbidel bit-test li ġej:

"Artikolu 34

3. Biex tkun żgurata l-applikazzjoni tajba tad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad- data personali ta' dan ir-Regolament, kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandhom iqisu s-SID bħala sistema ta' pproċessar tad- data personali li hija soġġetta:

- għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva (KE) Nru 95/46/KE;

- għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001/KE;

- u għad-dispożizzjonijiet iktar stretti previsti b'dan ir-Regolament."

13) L-Artikolu 35 għandu jinbidel bit-test li ġej:

"Artikolu 35

1. Soġġetti għall-Artikolu 30(1), l-imsieħba tas-SID għandhom ikunu mwaqqfa milli jużaw id- data personali mis-SID għal finijiet li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 23(2).

2. Id- data tista tiġi riprodotta biss għal raġunijiet tekniċi, bil-kundizzjonijiet li din il-kopja tkun neċessarja għat-tiftixa ta' informazzjoni mill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 29.

3. Id- data personali fis-SID imdaħħla minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni ma tistax tiġi kkuppjata f'sistemi ta' pproċessar tad- data li għalihom huma responsabbli l-Istati Membri jew il-Kummissjoni, ħlief f'sistemi ta' ġestjoni tar-riskju użati biex jidderieġu kontrolli doganali jew fis-sistema ta' analiżi operattiva użata biex tidderieġi azzjonijiet ta' koordinazzjoni fuq il-livell tal-Komunità.

F'dan il-każ, huma biss l-analisti magħżula mill-awtoritajiet nazzjonali ta' kull Stat Membru u dawk magħżula mid-dipartimenti tal-Kummissjoni għandu jkollhom il-poter li jipproċessaw id- data miksuba mis-SID fil-qafas ta' sistema ta' ġestjoni tar-riskji użata biex tidderieġi kontrolli doganali jew fil-qafas ta' sistema ta' analiżi operattiva u/jew strateġika li tippermetti li tidderieġi l-azzjonijiet ta' koordinazzjoni fuq il-livell tal-Komunità.

Kull Stat Membru għandu jibgħat lista lill-Kummissjoni tas-servizzi tal-ġestjoni tar-riskji li l-analisti tagħhom huma awtorizzati li jestrattaw u jipproċessaw data personali mdaħħla fis-SID. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kif xieraq. Din għandha tipprovdi wkoll lill-Istati Membri kollha bl-informazzjoni korrispondenti rigward id-dipartimenti tagħha responsabbli għall-operazzjonijiet u/jew l-analiżi strateġika.

Il-lista ta' l-awtoritjiet u tas-servizzi tal-Kummissjoni magħżula b'dan il-mod għandha tkun ippubblikata mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Id- data personali estratta mis-SID ma tistax tinħażen għal iktar minn sena waħda. Id- data personali li mhix neċessarja għat-tkomplija ta' l-analiżi għandha titħassar immedjatament jew tiġi anonimizzata."

14) Fl-Artikolu 36(2), l-aħħar sentenza għandha tinbidel bit-test li ġej:

"Fi kwalunkwe każ, l-aċċess huwa projbit lil kwalunkwe persuna li d- data tagħha hija jew mhijiex ipproċessata matul il-perjodu li fih jitwettqu l-azzjonijiet għall-għanijiet ta' l-osservazzjoni u ta' rappurtar jew ta' sorveljanza diskreta kif ukoll matul il-perjodu li fih tkun qed issir l-analiżi operattiva tad- data jew l-investigazzjoni."

15). L-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:

a) Il-paragrafu 2 għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

"2. Kwalunkwe persuna tista' titlob lil kwalunkwe awtorità ta' superviżjoni prevista fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE jew lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad- Data previst fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, skond jekk id- data kinitx inkluża fis-SID minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni, biex ikollha aċċess għad- data personali li tikkonċernaha biex tivverifika li d- data hija preċiża u biex issir taf għalxiex kienet qed tintuża. Dan id-dritt huwa rregolat rispettivament bil-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta' l-Istat Membru li fih issir it-talba u bir-Regolament (KE) Nru 45/2001. Jekk din id- data tkun ġiet imdaħħla minn Stat Mmebru ieħor jew mill-Kummissjoni, il-verifika ssir b'kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-awtorità ta' kontroll nazzjonali ta' dan l-Istat Membru jew mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad- Data ."

b) il-paragrafu 4 għandu jitħassar

16) Fl-Artikolu 38, il-paragrafu 1 għandu jinbidel bit-test li ġej:

"1. Il-miżuri xierqa kollha tekniċi u ta' organizzazzjoni neċessarji għaż-żamma tas-sigurtà għandhom jittieħdu:

a) mill-Istati Membri u l-Kummissjoni, sa fejn jinteressa lil kull wieħed minnhom, skond it-terminals tas-SID li jinsabu fuq it-territorju tagħhom u fl-uffiċċji tal-Kummissjoni;

b) mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 43, f'dak li għandu x'jaqsam mas-SID u t-terminals li jinsabu fl-istess bini bħas-SID u użati għal raġunijiet tekniċi u għal kontrolli msemmija f'paragrafu 3;

c) mill-Kummissjoni għall-elementi Komunitarji tan-netwerk komuni ta' komunikazzjoni."

17) dan it-Titolu V(a) għandu jiżdied:

"TITOLU Va

DATABASE GħALL-IDENTIFIKAZZJONI TA' DOKUMENTI DOGANALI

Kapitolu 1

Twaqqif ta' database għall-identifikazzjoni ta' dokumenti doganali

Artikolu 41a

1. Is-SID tinkludi wkoll database speċifika msejħa " database għall-identifikazzjoni ta' dokumenti doganali", minn issa 'l quddime "FIDE". Ħlief għad-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu, id-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament relatati mas-SID għandhom japplikaw ukoll għall-FIDE, u kwalunkwe referenza għas-SID għandha tinkludi din id- database .

2. L-għan tal-FIDE għandu jkun li jipprevjeni, jiffaċilita u jaċċelera t-tiftixa u l-prosekuzzjoni ta' operazzjonijiet li jmorru kontra l-leġiżlazzjoni doganali u agrikola.

3. L-għan tal-FIDE għandu jkun li jippermetti lill-Kummissjoni, meta tiftaħ dokument ta' koordinazzjoni fl-ambitu ta' l-Artikolu 18 jew meta tipprepara missjoni tal-Komunità f'pajjiż terz fl-ambitu ta' l-Artikolu 20, u lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru magħżulin fir-rigward ta' l-investigazzjonijiet skond l-Artikolu 29, meta jiftħu dokument ta' investigazzjoni jew jinvestigaw persuna jew intrapriża waħda jew iktar, biex jidentifikaw l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra jew id-dipartimenti tal-Kummissjoni li huma jew kienu qed jinvestigaw persuni jew intrapriżi kkonċernati, sabiex jilħqu l-għanijiet speċifikati f'paragrafu 2 permezz ta' informazzjoni dwar l-eżistenza ta' dokumenti ta' investigazzjoni.

4. Jekk l-Istat Membru jew il-Kummissjoni li jkunu qed ifittxu fil-FIDE ikollhom bżonn ta' informazzjoni usa' dwar id-dokumenti ta' investigazzjoni rreġistrati li jikkonċernaw persuni jew intrapriżi, dan/din għandu/ha jitlob/titlob għajnuna mill-Istat Membru li jforni, fuq il-bażi ta' dan ir-Regolament.

5. L-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri jistgħu jużaw il-FIDE fil-qafas tal-kooperazzjoni doganali previst fit-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-ġestjoni teknika ta' din id- database .

Kapitolu 2

Tħaddim u użu tal-FIDE

Artikolu 41b

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom idaħħlu d- data minn dokumenti ta' investigazzjoni fil-FIDE għal raġunijiet definiti fl-Artikolu 41a(3). Id- data għandha tkopri biss dawn il-kategoriji:

a) il-persuni u l-intrapriżi li huma jew kienu suġġett ta' investigazzjoni mis-servzzi rilevanti ta' Stat Membru, u

- li huma suspettati li qed iwettqu, wettqu, li qed jipparteċipaw jew li pparteċipaw f'operazzjoni li tmur kontra l-leġiżlazzjoni doganali jew agrikola; jew

- li huma s-suġġett ta' sejba relatata ma' waħda minn dawn l-operazzjonijiet; jew

- li kienu suġġett ta' penali amministrattiva jew ġudizzjarja minħabba waħda minn dawn l-operazzjonijiet.

b) il-qasam ikkonċernat mid-dokument ta' investigazzjoni;

c) l-isem, in-nazzjonalità u d-dettalji tad-dipartiment ta' pproċessar fl-Istat Membru u n-numru tad-dokument.

Id- data msemmija f'punti (a), (b) u (c) għandha tiddaħħal b'mod separat għal kull persuna jew kumpanija. Il-ħolqien ta' rabtiet bejn id- data mhuwiex awtorizzat.

2. Id- data personali msemmija f'paragrafu 1, punt (a), għandha tkun limitata għal dan:

a) għall-persuni: Il-kunjom, il-kunjom ta' xebba, l-isem u l-psewdonomu, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità u s-sess;

b) għall-intrapriżi: l-isem tan-negozju, l-isem użat mill-intrapriża fl-attività tagħha, il-bini ta' l-intrapriża u l-identifikatur tal-VAT.

3. Id- data hija mdaħħla għal perjodu ta' żmien limitat, skond l-Artikolu 41d.

Artikolu 41c

1. L-introduzzjoni u l-konsultazzjoni tad- data fil-FIDE għandhom ikunu riżervati esklussivament għall-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 41a.

2. Kwalunkwe konsultazzjoni tal-FIDE għandha bilfors ikollha d- data personali li ġejja:

a) għall-persuni: l-isem u/jew il-kunjom, u/jew il-kunjom ta' xebba, u/jew il-psewdonomu, u/jew id-data tat-twelid;

b) għall-intrapriżi: l-isem tan-negozju, l-isem użat mill-intrapriża fl-attività tagħha u/jew l-identifikatur tal-VAT.

Kapitolu 3

Ħażna tad- data

Artikolu 41d

1. Il-perjodu tal-ħażna tad- data għandu jiddependi fuq il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta' l-Istat Membru li jforniha. Dawn huma l-perjodi massimi, ikkalkolati mid-data li fiha tiddaħħal id- data fid-dokument ta' investigazzjoni, li m'għandhomx jinqabżu:

a) id- data dwar id-dokumenti ta' investigazzjoni li għaddejjin ma tistax tinħażen għal iktar minn tliet snin mingħajr ma tiġi osservata operazzjoni irregolari; id- data għandha titħassar minn qabel jekk tkun għaddiet sena mill-aħħar osservazzjoni;

b) id- data dwar id-dokumenti ta' investigazzjoni li tkun stabbiliet operazzjoni irregolari iżda li ma tkunx wasslet għal kundanna jew għal ordni ta' ħlas ta' multa penali jew għal penali amministrattiva ma tistax tinħażen għal iktar minn sitt snin;

c) id- data dwar dokumenti ta' investigazzjoni li wasslu għal kundanna jew għal ordni ta' ħlas jew għal penali amministrattiva ma tistax tinħażen għal iktar minn għaxar snin;

2. Matul l-istadji kollha ta' dokument ta' investigazzjoni kif imsemmi f'paragrafu 1(a), (b) u (c), hekk kif persuna li għaliha japplika l-Artikolu 41(b) tkun rilaxxata minn suspett taħt il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta' l-Istat Membru li jforni, id-data li tikkonċerna lil din il-persuna għandha titħassar immedjatament.

3. Il-FIDE iħassar id- data awtomatikament hekk kif jgħaddi l-perjodu massimu tal-ħażna skond il-paragrafu 1. Fi kwalunkwe każ, il-perjodi magħqudin imsemmija f'paragrafu 1 ma jistgħux jaqbżu l-għaxar snin."

18) it-Titolu VI għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Titolu VI

PROTEZZJONI TAD- DATA

Artikolu 42

1. Meta tkun qed tiġi pproċessata d- data personali taħt dan ir-Regolament, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw konformità stretta mad-dispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali fis-seħħ fil-qasam tal-protezzjoni tad- data , speċjalment dawk previsti bid-Direttiva 95/46/KE u bir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad- Data għandu jiġi kkonsultat qabel l-adozzjoni tal-miżuri ta' eżekuzzjoni previsti fil-qafas ta' dan ir-Regolament.

2. Id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-iskambji u l-ipproċessar awtomatiku tad- data japplikaw mutatis mutandis għall-iskambji u l-ipproċessar mhux awtomatiċi tad- data ."

19) it-Titolu VIa għandu jiżdied:

"TITOLU VIa

FINANZJAMENT

Artikolu 42a

1. Dan ir-Regolament huwa l-att bażiku li fuqu huwa bbażat il-finanzjamnet ta' l-ispejjeż li ġejjin:

a) L-ispejjeż kollha ta' installazzjoni u manteniment ta' l-infrastruttura teknika permanenti li jagħmlu disponibbli lill-Istati Membri l-mezzi ta' loġistika, riżorsi li jgħinuk taħdem fl-uffiċċju, u riżorsi ta' l-informatika biex tkun żgurata l-koordinazzjoni ta' l-operazzjonijiet doganali konġunti, speċjalment is-sorveljanzi speċjali msemmija fl-Artikolu 7;

b) Ir-rimborż ta' l-ispejjeż tat-trasport, ta' akkomodazzjoni u ta' għejxien ta' kuljum tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-missjonijiet Komunitarji msemmija fl-Artikolu 20, għall-operazzjonijiet doganali konġunti organizzati minn jew b'mod konġunt mal-Kummissjoni kif ukoll għas-sessjonijiet ta' taħriġ, għal-laqgħat ad hoc u għal-laqgħat perparatorji ta' investigazzjonijiet amministrattivi jew ta' azzjonijiet operattivi mmexxija mill-Istati Membri meta dawn ikunu organizzati minn jew f'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni.

Meta l-infrastruttura teknika permanenti msemmija taħt punt (a) tintuża għall-għanijiet tal-kooperazzjoni doganali prevista fit-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-ispejjeż tat-trasport, ta' l-akkomodazzjoni kif ukoll ta' l-għejxien ta' kuljum tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri għandhom jitħallsu mill-Istati Membri.

c) L-ispejjeż marbutin mal-kisba, l-istudju, l-iżvilupp u l-manteniment ta' l-infrastruttura ta' l-informatika (ħardwer) u tas-softwer u l-konnessjonijiet ta' netwerk maħsub għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi kif ukoll is-servizzi ta' produzzjoni, ta' appoġġ u ta' taħriġ;

d) L-ispejjeż marbutin mal-provvista ta' informazzjoni u l-ispejjeż fuq azzjonijiet relatati li jippermettu l-aċċess għall-informazzjoni, id- data u s-sorsi tad- data għall-għanijiet tal-prevenzjoni tal-frodi fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-interessi finanzjari u interessi oħra tal-Komunità.

e) L-ispejjeż marbuta ma' użu tas-sistema ta' informazzjoni doganali previsti minn strumenti adottati taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u partikolarment il-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija u l-informatika fil-qasam tad-dwana stabbilita b'att tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 1995[27] fejn dawn l-istrumenti jipprevedu li dawn l-ispejjeż jitħallsu mill-baġit Komunitarju.

2. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat previst fl-Artikolu 43, tista' tiddeċiedi li tistabbilixxi jew tikseb sistemi oħra ta' komunikazzjoni u ta' skambju ta' informazzjoni meqjusa neċessarji.

3. L-ispejjeż relatati mal-kisba, l-istudju, l-iżvilupp u l-manteniment ta' komponenti tal-Komunità tan-netwerk komuni ta' komunikazzjoni użat mis-sistemi msemmija f'paragrafi 1c) u 3, għandhom jitħallsu wkoll mill-baġit tal-Komunità. Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi l-kuntratti neċessarji biex tiżgura n-natura operattiva ta' dawn il-komponenti f'isem il-Komunità.

4. Mingħajr ħsara lill-ispejjeż relatati ma' l-operazzjoni tas-SID u l-ammonti provduti permezz ta' kumpens skond l-Artikolu 40, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jirrinunzjaw it-talbiet kollha għal rimborż ta' l-ispejjeż relatati mal-provista ta' informazzjoni jew ta' dokumenti u għall-implimentazzjoni ta' investigazzjoni amministrattiva jew ta' kwalunkwe azzjoni operattiva oħra skond dan ir-Regolament li jsiru fuq talba minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni, ħlief għall-ispejjeż ta' għejxien ta' kuljum (jekk ikun hemm) imħallsin lill-esperti."

20) l-Artikolu 43 huwa emendat kif ġej:

a) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel bit-test li ġej:

"4. Il-Kumitat għandu jeżamina l-kwistjonijiet kollha relatati ma' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li jistgħu jitqajmu mill-President tiegħu, jew bl-inizjattiva tiegħu jew fuq talba tar-rappreżentant ta' Stat Membru, li jikkonċerna partikolarment:

- it-tħaddim ġenerali tal-ftehim ta' l-għajnuna reċiproka skond dan ir-Regolament fuq pjan ġenerali,

- l-adozzjoni tal-modalitajiet prattiċi ta' trażmissjoni ta' l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 15 sa 17,

- l-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni skond l-Artikoli 17 sa 18 biex jittieħdu tagħlimiet minnha, tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa biex jieqfu l-operazzjonijiet li jmorru kontra l-leġiżlazzjoni doganali jew agrikola u, fejn xieraq, tissuġġerixxi emendi għad-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Komunità jew l-abbozzar ta' dispożizzjonijiet addizzjonali,

- l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet doganali konġunti, partikolarment is-sorveljanzi speċjali msemmija fl-Artikolu 7,

- il-pożizzjoni tal-Komunità fil-kumitati u l-gruppi ta' ħidma mwaqqfa minn jew taħt ftehimiet internazzjonali li jikkonċernaw l-għajnuna amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali,

- il-preparazzjoni ta' investigazzjonijiet immexxija mill-Istati Membri u koordinati mill-Kummissjoni kif ukoll il-missjonijiet Komunitarji previsti fl-Artikolu 20,

- il-miżuri meħuda biex jissalvagwardjaw il-kunfidenzjalità ta' l-informazzjoni, u partikolarment id- data personali, skambjata tħat dan ir-Regolament minbarra dik prevista taħt Titolu V,

- l-implimentazzjoni u t-tħaddim tajjeb tas-SID u l-miżuri tekniċi kollha u operattivi li jaraw li jiżguraw is-sigurtà tas-sistema

- il-bżonn li tinħażen id- data fis-SID,

- il-miżuri meħuda għas-salvagwardja tal-kunfidenzjalità ta' l-informazzjoni mdaħħla fis-SID taħt dan ir-Regolament, u partikolarment id- data personali, u għall-iżgurar tar-rispett ta' l-obbligi li jaqgħu taħt dawk responsabbli mill-ipproċessar,

- il-miżuri adottati skond l-Artikolu 38(2)";

b) fil-paragrafu 5, it-tielet sentenza, il-kliem "L-Ombudsman riferut fl-Artikolu 37(4)" għandhom jinbidlu bil-kliem: "il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad- Data previst fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001",

21) Fl-Artikolu 44 u fl-Artikolu 45(2), il-kliem "tat-Titolu V rigward is-SID" għandu jinbidel bil-kliem: "tat-Titoli V u Va".

22) Fl-Artikolu 53, il-paragrafu 2 għandu jitħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan għandu japplika mill-

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Mill-Parlament Ewropew Mill-Kunsill

Il-President Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM TAL-PROPOSTA

Proposta ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 515/97 tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 1997 dwar l-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex tkun assigurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi fl-oqsma tad-dwana u l-agrikoltura

2 QAFAS ABM / ABB (ġESTJONI/STABBILIMENT TAL-BAġIT SKOND L-ATTIVITAJIET)

Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernati u attività/jiet assoċjati magħha/hom:

24.02 Ġlieda kontra l-frodi

3 LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Linji tal-Baġit (linji operattivi u linji relatati ta’ assistenza teknika u amministrattiva (ex-linji B.A.)), fosthom l-intestaturi:

24.0203 AFIS

3.2. Tul ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju:

Mingħajr limitu mid-data tad-dħul fis-seħħ

3.3. Karatteristiċi baġitarji (żid ir-ringieli jekk ikun hemm bżonn):

Linja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Ġdid | Partiċipazzjoni AELE | Partiċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati | Volum PF |

24.0203 | Mhux obbligatorja | Approprjazzjonijiet Differenzjati | Xejn | Xejn | Xejn | Sub-intestatura 1a |

4. ĠABRA FIL-QOSOR TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi finanzjarji

4.1.1. Ġabra fil-qosor ta’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u ta’ l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ)

miljuni ta’ EUR (sat-3 punt deċimali)

Tip ta’ nefqa | Sezzjoni Nru | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012-2013 | Total |

Infiq operattiv[28] |

Approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) | 8.1 | a | 5,750 | 6,000 | 6,000 | 6,500 | 6,500 | 14,000 | 44,750 |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ) | b | 4,900 | 5,100 | 5,300 | 5,500 | 5,700 | 22,500 | 44,750 |

Spejjeż amministrattivi inklużi fl-ammont ta’ referenza[29] |

Assistenza teknika u amministrattiva (ATA) (Mhux obbligatorja) | 8.2.4 | c |

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

Approprjazzjonijiet għall-impenji | a+c | 5,750 | 6,000 | 6,000 | 6,500 | 6,500 | 14,000 | 44,750 |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet | b+c | 4,900 | 5,100 | 5,300 | 5,500 | 5,700 | 22,500 | 44,750 |

Spejjeż amministrattivi li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza[30] |

Riżorsi umani u spejjeż assoċjati (Mhux obbligatorji) | 8.2.5 | d | 0,659 | 0,659 | 0,659 | 0,659 | 0,659 | 1,318 | 4,613 |

Nefqa amministrattiva, għajr riżorsi umani u nfiq relatat, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (Mhux obbligatorja) | 8.2.6 | e | 0,850 | 0,850 | 0,850 | 0,850 | 0,850 | 1,700 | 5,950 |

Total indikattiv tan-nefqa ta’ l-azzjoni

TOTAL AI inkluża n-nefqa għar-riżorsi umani | a+c+d+e | 7,259 | 7,509 | 7,509 | 8,009 | 8,009 | 17,018 | 55,313 |

TOTAL AĦ inkluża n-nefqa għar-riżorsi umani | b+c+d+e | 6,409 | 6,609 | 6,809 | 7,009 | 7,209 | 21,268 | 55,313 |

Dettalji dwar ko-finanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi ko-finanzjament mill-Istati Membri, jew minn entitajiet oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), jeħtieġ li tingħata stima ta’ kemm hu dan il-ko-finanzjament fit-tabella ta' hawn taħt (tista’ żżid aktar linji jekk ikun meħtieġ jekk taħseb li se jkun hemm entitajiet differenti li jidħlu fil-ko-finanzjament):

miljuni ta’ EUR (sat-3 punt deċimali)

Entitajiet involuti fil-ko-finanzjament | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012-2013 | Total |

…………………… | f |

TOTAL AI inkluż il-ko-finanzjament | a+c+d+e+f |

4.1.2. Kompatibilità ma’ l-ipprogrammar finanzjarju

X Il-proposta hi kumpatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Din il-proposta se tkun tinvolvi programmazzjoni mill-ġdid tal-volum rilevanti tal-perspettivi finanzjarji.

( Din il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[31] (jiġifieri strument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettivi finanzjarji).

Impatt finanzjarju fuq id-dħul

X Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjonijiet finanzjarji fuq id-dħul

( Impatt finanzjarju - l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

Nota: kull dettall u osservazzjoni dwar il-metodu kif jinħadem l-effett fuq id-dħul għandhom jitniżżlu f’anness separat.

miljuni ta’ euro (sa punt deċimali wieħed)

[Sena n-1] | Sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Numru totali ta’ riżorsi umani | 6,1 | 6,1 | 6,1 | 6,1 | 6,1 | 6,1 |

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

Fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni jrid ikun hemm dettalji tal-kuntest tal-proposta. Din it-taqsima tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għandha tinkludi l-informazzjoni kumplimentari speċifika li ġejja:

5.1. Twettiq meħtieġ fi żmien qasir jew aktar fit-tul

L-arkitettura teknika ta' l-AFIS (apparat u programmi) jenħtieġ li tiġi aġġornata.

Sabiex jiġu kkompletati s-sistemi eżistenti għall-iskambju u l-ħażna tad- data , huwa meħtieġ l-iżvilupp u t-twettiq ta' customs files identification database (FIDE) li tippermetti lid-dipartimenti kompetenti sabiex jinfurmaw lil xulxin dwar il-fajls ta' l-investigazzjonijiet, sew dawk li jkunu għadhom għaddejjin u kif ukoll dawk magħluqa, mingħajr ma jagħtu dettalji oħra dwar il-kontenut jew l-eżitu tagħhom.

L-iżvilupp ta' interface komuni għall-utenti ta' l-applikazzjonijiet AFIS/SID u kif ukoll l-iżvilupp ta' moduli ta' komunikazzjoni ta' għajnuna reċiproka (komunikazzjoni e-MA), il-ġestjoni tad-drittijiet ta' l-utent (URT), il-kollaborazzjoni (OCU Virtwali), l-iskambji strutturati jew mhumiex (AFIS Mailing), il-funzjonalitajiet ta' l-importazzjoni/esportazzjoni tad-data u n-notifikazzjoni tal-qbid tal-merkanziji flimkien ma' l-analiżi tad- data dwar is-CIS.

L-iżvilupp ta' sistema ta' aċċess għall-informazzjoni, għad- data u għas-sorsi tad- data fil-qafas tal-ġlieda kontral l-frodi fil-kuntest tal-ħarsien ta' l-interessi finanzjarji u ta' l-interessi l-oħra tal-Komunità.

5.2. Valur-miżjud ta’ l-involviment tal-Komunità u kompatibilità tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u sinerġija possibbli

Valur miżjud ta' l-involviment tal-Komunità

Fil-qafas tal-ġlieda kontra l-frodi għad-dannu tal-baġit ta' l-Unjoni Ewropea u kontra traffiċi illeċiti oħra, in-nuqqas ta' kumpatabilità u interoparabilità ta' l-arkitetturi informatiċi ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kien jikkostitwixxi tfixkil għat-tħaddim tajjeb tal-mekkaniżmi tal-kooperazzjoni amministrattiva u ta' l-għajnuna reċiproka.

F'dan il-kuntest, huwa importanti li jinstab denominatur komuni bejn is-sistemi nazzjonali. Dan l-għan intlaħaq permezz tal-ħolqien ta' infrastruttura teknika unika, magħrufa bħala "Anti-Fraud Information System (AFIS)" li nħolqot sabiex isservi bħala bażi għal diversi applikazzjonijiet informatiċi tal-Komunità fil-ġlieda kontra l-frodi.

Dawn l-applikazzjonijiet informatiċi bbażati fuq ir-regolamenti Komunitarji tad-dwana u dawk agrikoli għalhekk joffru interface komuni mas-sistemi nazzjonali b'tali mod li jagħmluhom faċilment aċċessibbli mill-utenti ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri.

Permezz ta' dawn ir-regolamenti settorjali, din l-infrastruttura għandha l-għan li tgħin lill-awtoritajiet kompetenti sabiex iwaqqfu, ifittxu u jaqbdu operazzjonijiet li huma kontra r-regolamenti tad-dwana u dawk agrikoli billi jsaħħu, permezz ta' tixrid aktar mgħaġġel ta' l-informazzjoni, l-effikaċja tal-proċeduri ta' kooperazzjoni u ta' kontroll flimkien ma' qsim aħjar ta' l-informazzjoni bejn dawn l-awtoritajiet u kif ukoll bejnhom u l-Uffiċċju Ewropew għall-Ġlieda Kontra l-Frodi (OLAF).

Kompatibilità tal-proposta ma' l-istrumenti l-oħra finanzjarji u sinerġija possibbli

L-approprjazzjonijiet kollha inklużi fl-Artikolu 24.0203 "Sistema ta' l-informazzjoni ta' kontra l-frodi (AFIS)" tal-baġit ta' l-UE huma maħsuba sabiex jiffinanzjaw l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta' l-infrastruttura ta' l-AFIS, l-użu tagħha u s-servizzi ta' produzzjoni relatati.

5.3 Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest tal-ġestjoni skond l-attivitajiet (ABM)

L-għan jikkonsisti fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' infrastruttura ġdida AFIS li tinkludi fl-istess ħin teknoloġija ġdida bbażata fuq l-internet (apparat) u applikazzjonijiet ġodda (programmi).

Indikaturi ta' l- output :

- il-varar tal-portal il-ġdid ta' l-AFIS u l-għodda tal-ġestjoni assoċjati miegħu, pereżempju User Registration Tool (URT) (għan milħuq: iva jew le)

- l-iżvilupp u l-varar ta' l-applikazzjonijiet il-ġodda li ġejjin (għan milħuq: iva jew le):

- skambju mhux strutturat ta' l-informazzjoni (AFIS mailing)

- skambju strutturat ta' l-informazzjoni (MARINFO, YACHTINFO, CIGINFO, e-AM)

- għodda ta' kooperazzjoni (OCU virtwali : CONSUR, MARSUR, VIASUR)

- ħażna ta' l-informazzjoni (FIDE u CIS web) (għan milħuq: Iva jew le)

- il-varar tal-verżjonijiet aġġornati ta' dawn l-applikazzjonijiet ta' software li ġejjin (għan milħuq: iva jew le):

- Sistema ta' l-Informazzjoni Reċiproka (MIS)

- Reġistru tal-Komunikazzjoni Elettronika (ECR)

- l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-sistema ta' analiżi operattiva tal-frodi fis-settur tad-dwana (COAS) u l-estensjoni ta' l-għanijiet tas-sistema ta' l-informazzjoni tad-dwana għall-kontroll tal-flus likwidi li jidħlu fl-UE jew joħorġu minnha (għan milħuq: Iva jew le)

- l-iżgurar tal-manteniment korrettiv u evoluttiv ta' l-infrastruttura AFIS u ta' l-applikazzjonijiet tagħha (numru ta' inċidenti jew ta' talbiet ta' modifikazzjoni)

- L-evalwazzjoni tal-gruppi ta' utenti ta' banek tad- data esterni (numru ta' notifiki)

Indikaturi ta' l-impatt:

- it-titjib tal-kooperazzjoni fin-netwerk ta' l-utenti ta' l-AFIS (numru ta' messaġġi skambjati jew maħżuna)

- l-infrastrutturi l-ġodda jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' l-utenti fl-Istati Membri (jkun hemm applikazzjoni li tippermetti li jitkejjel il-livell ta' sodisfazzjon ta' l-utenti).

- Jintwera li jkun hemm valur miżjud bħala riżultat ta' metodoloġija bbażata fuq l-intelliġenza fuq il-livell ta' l-UE

5.4. Metodi ta’ implimentazzjoni (indikattivi)

Hawn taħt uri l-metodu/i[33] magħżul/a biex l-azzjoni tiġi implimentata.

( Ġestjoni ċentralizzata

X direttament mill-Kummissjoni

( indirettament b’delega lil:

( aġenziji eżekuttivi,

( entitajiet imwaqqfa mill-Komunitajiet, imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju,

( entitajiet pubbliċi nazzjonali/entitajiet b’missjoni ta’ servizz pubbliku.

( Tmexxija maqsuma jew deċentralizzata

( ma’ Stati Membri

( ma’ pajjiżi terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti:

6. KONTROLL U VALUTAZZJONI

6.1. Sistema ta’ kontroll

Kull tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-regolament preżenti, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tiegħu.

6.2. Valutazzjoni

6.2.1. Valutazzjoni ex-ante

Ir-rapport annwali ta' l-2004 tal-Kummissjoni dwar il-ħarsien ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet kien fil-biċċa l-kbira ddedikat għall-valutazzjoni tat-twettiq tal-miżuri ta' għajnuna amministrattiva reċiproka fil-qasam tad-dwana mill-Istati Membri u l-Kummissjoni matul il-perjodu 2002-2004. Il-modifika proposta għandha l-għan li tieħu din il-valutazzjoni f'kunsiderazzjoni.

6.2.2. Miżuri meħuda wara valutazzjoni intermedjarja/ex-post (lezzjonijiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat)

Jekk ikun meħtieġ, il-Kumitat se jadotta regolament skond il-proċedura tal-komitoloġija, sabiex jistabbilixxi l-proċeduri relevanti ta' l-implimentazzjoni.

6.2.3. Il-kundizzjonijiet u l-frekwenza tal-valutazzjonijiet futuri

Kull tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-regolament, il-Kummissjoni se tagħmel rapport lill-Qorti ta' l-Awdituri, lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni tal-miżuri previsti fir-regolament.

7. Miżuri Kontra l-Frodi

Sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji Komunitarji kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra, il-Kummissjoni tista' twettaq kontrolli u spezzjoniiet fuq il-post taħt dan il-Programm skond ir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96[34]. Jekk ikun xieraq, l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) iwettaq l-investigazzjonijiet, li għandhom ikunu rregolati bir-Regolament (KE) Nru 1073/1999[35] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Is-servizzi tal-Kummissjoni jagħmlu kontrolli regolari fuq id-dokumenti u fuq il-post.

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. Għanijiet tal-proposta skond kemm jiswew

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sat-3 punt deċimali)

Użu tan-netwerk ta' komunikazzjoni CCN/CSI għall-applikazzjonijiet informatiċi AFIS | 2,65 M€ | 3,05 M€ | 3,05 M€ | 3,05 M€ | 3,05 M€ | 3,4 M€ |

8.2. Spejjeż amministrattivi

8.2.1 Numru u tip ta’ riżorsi umani

Tipi ta’ postijiet | Persunal li għandu jingħata l-inkarigu li jmexxi l-azzjoni eżistenti u/jew riżorsi supplimentari (għadd ta’ postijiet/FTE) |

2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012-2013 |

Uffiċjali jew aġenti temporanji[38] (24 02 03) | A*/AD | 2,1A | 2,1A | 2,1A | 2,1A | 2,1A | 2,1A |

B*, C*/AST | 3B 1C | 3B 1C | 3B 1C | 3B 1C | 3B 1C | 3B 1C |

Persunal iffinanzjat[39] taħt l-Artikolu XX 01 02 |

Persunal ieħor iffinanzjat[40] taħt l-Artikolu XX 01 04/05 |

TOTAL | 6,1 | 6,1 | 6,1 | 6,1 | 6,1 | 6,1 |

8.2.2. Deskrizzjoni tal-ħidmiet li joħorġu mill-azzjoni

Ġestjoni tal-proġetti ta' l-informatika AFIS, partikolarment billi jitwettaq rwol ta' intermedjarju bejn l-utenti ("Business owner") u l-kuntratturi esterni

8.2.3. Sorsi tar-riżorsi umani (statutorji)

(Fejn jissemma' aktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ postijiet li joriġinaw minn kull sors)

( Postijiet li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbidlu jew jittawlu

( Postijiet allokati minn qabel fil-qafas ta' l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

( Postijiet li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

( Postijiet li għandhom jitqassmu mill-ġdid billi jintużaw riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ikkonċernat (trasferimenti interni)

( Postijiet meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux imbassra fl-eżerċizzju APS/PDB tas-sena msemmija

8.2.4. Spejjeż amministrattivi oħra inklużi fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Spejjeż ta’ ġestjoni amministrattiva)

miljuni ta’ EUR (sat-3 punt deċimali)

Linja tal-baġit (numru u intestatura) | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012-2013 | TOTAL |

1. Għajnuna teknika u amministrattiva (inkluża nefqa relatata li tikkonċerna l-persunal) |

Aġenziji eżekuttivi[41] |

Assistenza oħra teknika u amministrattiva |

intra muros |

extra muros |

Għajnuna totali teknika u amministrattiva |

8.2.5. Nefqa fuq riżorsi umani u nfiq assoċjat li mhux inkluż fl-ammont ta' referenza

miljuni ta’ EUR (sat-3 punt deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012-2013 |

Uffiċjali jew aġenti temporanji (XX 01 01) | 0,659 | 0,659 | 0,659 | 0,659 | 0,659 | 1,318 |

Persunal iffinanzjat bl-Artikolu XX 01 02 (awżiljarju, ENS, persunal bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

Nefqa totali fuq Riżorsi Umani u nfiq assoċjat (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | 0,659 | 0,659 | 0,659 | 0,659 | 0,659 | 1,318 |

Kalkolu - Uffiċjali u aġenti temporanji

Jekk ikun meħtieġ, għandha ssir referenza għall-punt 8.2.1

6,1 x108.000 = 658.800 €

Kalkolu - Persunal iffinanzjat taħt l-Artikolu XX 01 02

Jekk ikun meħtieġ, għandha ssir referenza għall-punt 8.2.1

8.2.6. Spejjeż amministrattivi oħra mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

miljuni ta’ EUR (sat-3 punt deċimali)

2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012-2013 | TOTAL |

XX 01 02 11 01 - Missjonijiet |

XX 01 02 11 02 - Laqgħat u Konferenzi |

24 01 06 0001 02 11 03 - Kumitati[42] | 0,120 | 0,120 | 0,120 | 0,120 | 0,120 | 0,240 | 0,840 |

XX 01 02 11 04 - Studji u konsulti |

XX 01 02 11 05 - Sistemi ta’ informatika |

2. Total ta’ l-ispejjeż l-oħra ta’ ġestjoni (XX 01 02 11) |

3. Spejjeż oħra ta' natura amministrattiva (speċifika u indika l-linja tal-baġit) 24 01 06 00 02 01 kontrolli, studji, analiżi u attivitajiet speċifiċi ta' l-OLAF | 0,600 | 0,600 | 0,600 | 0,600 | 0,600 | 1,200 | 4,200 |

Total ta’ l-ispejjeż amministrattivi, għajr ir-riżorsi umani u nfiq assoċjat (MHUX inkluż fl-ammont ta’ referenza) | 0,720 | 0,720 | 0,720 | 0,720 | 0,720 | 1,440 | 5,040 |

Kumitat ta' Għajnuna Reċiproka (R.515/97) msemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 (applikazzjoni ta' l-artikoli 5 u 6 tad-deċiżjoni 1999/468/KE)

Kalkolu - Spejjeż amministrattivi oħra mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

Fuq il-bażi ta' l-implimentazzjoni fl-2004 u l-2005 u l-pjanijiet għall-2006.[pic]

[1] ĠUL264/1, 15.10.2003

[2] ĠU L264/1-15.10.2003

[3] ĠU L359 4.12.2004

[4] ĠU L349, 25.11.2004

[5] ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

[6] ĠU L 281, 23.11.1995, p.31. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

[7] ĠU L 82, 22.3.1997

[8] ĠU L 122-16.5.2003

[9] ĠU C 316, 27.11.1995

[10] 7273/2/95 ENFOCUSTOM 17

[11] ĠU C [...], [...], p. [...].

[12] ĠU C [...], [...], p. [...].

[13] ĠU C [...], [...], p. [...].

[14] ĠU L 8, 22.3.1997, p. 1. Regolament emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 807/2003 ta' l-14 ta' April 2003 (ĠU L122, 16.5.2003)

[15] ĠU L 136, 31.5.1999, p. 20.

[16] ĠU C 316, 27.11.1995, p. 34.

[17] ĠU C 316, 27.11.1995, p. 33.

[18] ĠU C 139, 13.6.2003, p. 1.

[19] ĠU L 264, 15.10.2003, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) 885/2004 (ĠU L168, 1.5.2004)

[20] ĠU C247, 15.10.2003, p. 1

[21] ĠU C362, 18.12.2001, p. 1

[22] ĠU L281, 28.11.1995, p. 31

[23] ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

[24] ĠU L24, 30.01.1998, p. 1.

[25] ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1

[26] ĠU L 309, 25.11.2005, p. 9

[27] ĠU C316 tas-27.11.1995

[28] Spejjeż li ma jagħmlux parti mill-Kapitlu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[29] Spejjeż relevanti ta' l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[30] Nefqa taħt il-Kapitolu xx 01 għajr l-Artikoli xx 01 04 u xx 01 05.

[31] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[32] Jekk ikun hemm bżonn, jiġifieri jekk l-azzjoni ddum aktar minn 6 snin, għandhom jiżdiedu aktar kolonni.

[33] Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed jekk jogħġbok ipprovdi aktar dettalji fis-sezzjoni tal-“Kummenti Rilevanti” f’dan il-punt.

[34] ĠU L 136 31.5.1999, p. 1.

[35] ĠU L 292 15.11.1996, p. 2.

[36] Kif deskritt fil-parti 5.3.

[37] Ma' l-ispejjeż tiegħu jiżdiedu l-ispejjeż marbuta ma' l-użu tan-netwerk komuni tal-komunikazzjoni / interface komuni tas-sistemi (CCN/CSI) li diġà huma koperti mill-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li stabbiliet programm ta' azzjoni għad-dwana fil-Komunità (Dwana 2013) (COM(2006) 201 finali bid-data ta' l-17 ta' Mejju 2006)-proposta tal-Kummissjnissjissjkoprutiuttura l-miżuri pregall-Qbiex.

[38] Li n-nefqa għalih MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[39] Li n-nefqa għalih MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[40] Li n-nefqa għalih hija inkluża fl-ammont ta’ referenza

[41] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernata/i.

[42] Speċifika t-tip ta’ kumitat kif ukoll il-grupp li jkun jappartjeni għalih.