Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar l-esperjenza miksuba dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 98/58/KE dwar il-protezzjoni ta' l-annimali miżmuma għal għanijiet agrikoli /* KUMM/2006/0838 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 19.12.2006 KUMM(2006) 838 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL dwar l-esperjenza miksuba dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 98/58/KE dwar il-protezzjoni ta' l-annimali miżmuma għal għanijiet agrikoli RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL dwar l-esperjenza miksuba dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 98/58/KE dwar il-protezzjoni ta' l-annimali miżmuma għal għanijiet agrikoli (Test b’relevanza għall–EEA) 1. SFOND L-infurzar xieraq tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità fil-qasam tal-benessri ta’ l-annimali jirrapreżenta prijorità importanti għaċ-ċittadini ta’ l-UE. F’dawn l-aħħar 25 sena, l-UE żviluppat sett sustanzjali ta’ leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali fuq l-irziezet u l-Istati Membri huma primarjament responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni. Il-Kummissjoni saħqet dwar il-bżonn li jkun hemm infurzar effiċjenti għal-leġiżlazzjoni eżistenti ta' l-UE f'dan il-qasam. Tabilħaqq, dan ir-rapport jagħmel parti mill-azzjonijiet ewlenin għall-2006 mill-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Protezzjoni tal-Benesseri ta’ l-Annimali[1] li jisħaq il-bżonn għall–implimentazzjoni aħjar. Id-Direttiva 98/58/KE [2] dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja tipprovdi ħtiġijiet ġenerali għal benesseri ta’ l-annimali li tieħu mill-approvazzjoni mill-Komunità[3] tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni ta’ l-annimali miżmuma għal għanijiet agrikoli (Kunsill tal-Konvenzjoni Ewropea). Din il-Konvenzjoni fiha rakkomandazzjonijiet sussegwenti dwar bosta kategoriji ta’ l-annimali li l-Istati Membri għandhom jimplimentaw. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni ta’ l-UE dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali ta’ l-irziezet hija ddettaljata aktar permezz ta’ direttivi speċifiċi dwar tiġieġ li jbid (Direttiva 199/74/KE[4]), għoġġiela (Direttiva 91/629/KEE[5]) u ħnieżer (Direttiva 91/630/KEE[6]). L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 98/58/KE jitlob li l-Kummissjoni tissottometti rapport lill-Kunsill dwar l-esperjenza miksuba mill-Istati Membri sa mill-implimentazzjoni tad-Direttiva, jekk meħtieġ akkumpanjat minn proposti. Qabel ma tiġi sottomessa kwalunkwe proposta lill-Kunsill, il-Kummissjoni taħseb li jinħtieġ li tiġi stabbilita stampa aktar eżatta tal-qagħda, b'mod partikolari permezz tat-titjib tas-sistema ta' rappurtar ta' l-Istati Membri. Dan ir-rapport se janalizza l-livell ta’ implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-leġiżlazzjoni Komunitarja msemmija hawn fuq u jinforma lill-Kunsill dwar Deċiżjoni tal-Kummissjoni li se tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/50/KE[7] dwar il-ħtiġijiet minimi għall-ispezzjoni ta ażjendi li fihom jnżammu annimali għat-trobbija. L-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni dwar l-infurzar tad-Deċiżjoni 2000/50/KE indikat li kien neċessarju li: - tittejjeb it-trasparenza tar-riżultati ta’ l-ispezzjoni mwettqa mill-Istati Membri f’dan il-qasam u, - jiġi adottat dan l-istrument għall-istrateġija l-ġdida ta’ superviżjoni tal-katina alimentari li daħlet mar-Regolament (KE) Nru 822/2004[8] dwar kontrolli uffiċjali tal-katina alimentari. Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jimplimentaw pjanijiet ta’ kontroll u rapporti annwali li jindikaw ir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet imwettqa f’diversi oqsma relatati mas-sigurtà ta’ l-ikel inkluż il-benesseri ta’ l-annimali. Dan ir-Regolament daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2006. Barra minn hekk sa mill-2003, ir-riforma tal-Politika Komuni ta’ l-Agrikoltura daħħlet il-kunċett ta’ konformità reċiproka. F’dan il-qafas, ħlasijiet diretti lill-bdiewa jingħataw biss jekk ikun hemm konformità ma’ ċerti regoli ta’ benesseri ta’ l-annimali[9]. Din il-kundizzjoni tapplika, għal dak li għandu x'jaqsam mar-regoli tal-benessri ta' l-annimal, mill-1 ta’ Jannar 2007. F’dan il-kuntest hemm motivazzjoni supplimentari għall-Kummissjoni sabiex tantiċipa l-iżvilupp ta’ l-għodda għal valutazzjoni ta’ l-infurzar tar-regoli ta’ l-UE dwar il-benesseri ta' l-annimali ta’ l-irziezet. 2. IR-RIŻULTATI EWLENIN 2.1 Sorsi ta' informazzjoni Illum f’kull Stat Membru, l-ispezzjonijiet tal-benesseri ta’ l-annimali jitwettqu fil-post u r-riżultati rrapurtati lill-awtorità ċentrali kompetenti, li minn naħa tagħha tibgħat id- data lill-Kummissjoni. Din id- data tikkostitwixxi r-rapporti ta’ l-Istati Membri mitluba mid-Deċiżjoni 2000/50/KE (ara t-Tabelli 4 sa 9 ta’ l-Anness). Barra minn hekk, dan ir-rapport huwa wkoll ibbażat fuq ir-rapporti ta’ spezzjoni ta’ esperti mill-Kummissjoni. Dawk l-esperti huma inkarigati li jikkontrollaw l-infurzar ġust tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità f’dan il-qasam (ara t-Tabelli 2 u 3 ta' l-Anness). 2.2 It-transpożizzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE, gwida u taħriġ ta’ l-uffiċjali Illum it-transpożizzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE fil-liġijiet nazzjonali hija sodisfaċenti f'bosta mill-Istati Membri li fihom saru żjarat minn esperti fil-Kummissjoni. Iżda r-realtà tat-transpożizzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE hija mħallta. Xi Stati Membri implimentaw standards ta’ benesseri li jmorru lil hinn mill-istandards tal-Komunità filwaqt li Stati Membri oħrajn ittardjaw l-applikazzjoni tad-direttivi ta’ l-UE. Barra minn hekk, f'ċerti każijiet, l-esperti mill-Kummissjoni identifikaw li f'ċerti Stati Membri taħriġ jew gwida insuffiċjenti ta' l-ispetturi uffiċjali kien l-akbar fattur li rriżulta fi spezzjonijiet mhux sodisfaċenti. 2.3 Titjib li għad hemm bżonn għall-ippjanar u l-eżekuzzjoni ta’ l-ispezzjonijiet Mill-2000 sa l-2003, l-esperti mill-Kummissjoni sabu li ftit kienu l-awtoritajiet kompetenti li waqqfu programmi speċifiċi nazzjonali li setgħu jipprovdu livell sodisfaċenti ta’ superviżjoni u infurzar. Madankollu mill-2004 sa l-2005 intlaħaq progress f’bosta Stati Membri biex jindirizzaw din id-defiċit. Ta’ spiss kienu jsiru kontrolli fuq l-irziezet minħabba għanijiet oħra (pereżempju programmi ta’ saħħa ta’ l-annimali, kontrolli tal-fdalijiet). L-istrateġija integrata għall-ispezzjoni ta’ l-irziezet fiha bosta vantaġġi, dment li l-aspetti kollha li jridu jiġu spezzjonati huma ppjanati u mwettqa b’effiċjenza ugwali. Madankollu, f’bosta istanti, il-benesseri ta’ l-annimali tħalla f'idejn inizjattivi lokali filwaqt li programmi oħra ħadu prijoritajiet ħafna aktar ogħla. F'ċerti każijiet, din il-qagħda wasslet li jitwettqu spezzjonijiet għall-benessri ta' l-annimali b'mod kemmxejn superfiċjali. Din il-problema ġiet parzjalment korretta minn numru ta’ awtoritajiet kompetenti li żviluppaw listi ta’ kontroll f’aktar dettall dwar il-benesseri ta’ l-annimali. Hemm ukoll titjib riċenti f’xi Stati Membri dwar is-selezzjoni ta’ l-irzieziet li għandhom jiġu spezzjonati. Jidher li ġejja mill-implimentazzjoni progressiva tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 kif ukoll mill-għarfien dejjem akbar ta' l-awtoritajiet tar-rabta imminenti bejn il-konformità mar-rekwiżiti tal-benessri u l-għotja ta' pagamenti diretti (Regolament dwar il-kundizzjonalità). Madankollu, għad fadal progress x'jintlaħaq fejn spezzjonijiet dwar il-benesseri ta' l-annimali mhumiex eżegwiti f'dettall sħiħ. 2.4 Sistema ta’ rrekordjar jew irrappurtar: Riżultati mħallta Id- data disponibbli llum lill-Kummissjoni turi li dettalji ta’ l-ispezzjoni u azzjonijiet sussegwenti ma kinux sistematikament irrekordjati f’xi Stati Membri u kultant ma kienx hemm sistema xierqa ta' rrappurtar li taħdem. Mill-banda l-oħra xi Stati Membri żviluppaw sistemi ta’ rrappurtar elettroniku li jippermettu konsolidazzjoni preċiża u ħafifa tad- data . L-esperjenza turi li l-użu xieraq ta' listi ta' kontroll li jinkludu l-ħtiġijiet kollha tad-Direttiva 98/58/KE hija essenzjali biex tkopri l-aspetti kollha tal-benesseri ta' razzett. Minkejja li riċentement intlaħaq progress f’xi Stati Membri, għad fadal wisq każijiet fejn il-listi ta' kontroll huma limitati għal ħtiġijiet leġiżlattivi speċifiċi ta' l-ispeċi jew xi kultant anke jkunu nieqsa. Dan il-fatt jillimita l-importanza tat-tagħrif miġbur. Barra minn hekk, biex tinkiseb stampa xierqa tas-sitwazzjoni fuq livell nazzjonali u fuq livell ta' l-UE d- data ta' l-ispezzjoni trid tinġabar taħt kategoriji armonizzati bħal dawk stipulati mid-Deċiżjoni 2000/50/KE. L-esperti mill-Kummissjoni rrapurtaw li t-tfassil tal-listi ta’ kontroll mhux dejjem jiżgura li l-kriterji kollha ġew mistħarrġa. 2.5 Diffikultajiet maġġuri fil-kisba u l-interpretazzjoni tad- data mill-Istati Membri (it-Tabelli 4 sa 9 ta’ l-Anness) Għall-perjodu 2000-2001 tliet Stati Membri biss bagħtu rapporti sodisfaċenti fil-ħin (jiġifieri qabel it-30 ta' April 2002) u wieħed biss għal perjodu ta' bejn l-2002-2003. Għaż-żewġ perjodi l-Kummissjoni kellha tfakkar lill-Istati Membri dwar l-obbligi tar-rappurtar tagħhom jew għaliex l-ebda rapport ma ġie pprovdut jew ma ġiex pprovdut skond il-format xieraq jew inkella għaliex id- data kien fiha inkonsistenzi maġġuri (ara t-Tabella 1 ta’ l-Anness). Id- data ta’ l-Istati Membri hija diffiċli li tiġi interpretata minħabba żewġ raġunijiet: (a) Inkonsistenza tad- data pprovduta mill-istess Stati Membri; (b) Il-probabilità ta’ metodoloġiji differenti fil-ġbir ta' data bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tendenza tikkonkludi li d-differenzi fid- data bejn l-Istati Membri tista’ tkun aktar minħabba d-differenzi fil-mod li n-numru ta’ spezzjonijiet huwa kkalkulat aktar milli l-eżekuzzjoni fiha nfisha. 2.6 Riżultati tekniċi mir-rapporti ta’ Stati Membri Il-ksur irrappurtat mill-Istati Membri fil-maġġoranza kellu x'jaqsam ma' erba' kategoriji kif iddefiniti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/50/KE: bini, libertà tal-moviment, żamma tar-reġistri u spezzjonijiet. Dwar il-kategorija “bini”, id-definizzjoni tinkludi t-tfassil mhux xieraq tal-bini u t-tagħmir kif ukoll l-użu inadegwat ta' faċilitajiet bħal ventilazzjoni jew programmi ta' dawl. Irziezet tal-ħnieżer huma ta’ spiss imsemmija f’din il-kategorija ta’ ksur - aktar minn speċi oħrajn. Il-kategorija ta’ “libertà ta’ moviment” tinkludi ffullar ta’ l-annimali. Din il-kategorija ta’ ksur hija rrappurtata b’mod indaqs għall-ispeċi kollha (għoġġiela, ħnieżer u tiġieġ li jbid). Il-kategoriji “spezzjoni” u “żamma tar-reġistri” għandha x’taqsam rispettivament ma’ l-eżaminazzjoni mhux xierqa ta’ l-annimali u t-traċċabilità insuffiċjenti ta’ trattamenti medikali u mortalitajiet osservati mill-bidwi. L-uffiċjali tal-Kummissjoni jwettqu regolarment żjarat fuq il-post sabiex jistimulaw l-isforzi ta' l-Istati Membri għal rata aħjar ta' konformità. Barra minn hekk, minn mindu daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 882/2004[10], l-Istati Membri jeħtieġu jaġġustaw il-pjan ta' kontroll nazzjonali taghħom sabiex jitqiesu r-riżultati tal-kontrolli uffiċjali tagħhom kif ukoll dak imwettaq mill-Komunità. 3. ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2006/778/KE[11] Minn dak li għadna kemm rajna, jidher li għalkemm l-Istati Membri jwettqu kontrolli dwar il-benessri ta' l-annimali, ir-rappurtar ma kien la konsistenti u lanqas trasparenti. Għaldaqstant, id-data disponibbli għall-Kummissjoni ma tantx kienet ta’ użu sabiex titjieb il-qagħda, b'mod partikolari għas-sostenn ta' l-inizjattivi previsti fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Komunità għall-Ħarsien u l-Benessri ta' l-Annimali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni sabiex ittejjeb is-sistema ta' rappurtaw ta' l-Istati Membri. Din id-Deċiżjoni, li se tapplika mill-1 ta' Jannar 2008, tindirizza għadd ta' kwistjonijiet identifikati f'dan ir-rapport. Se tikkontribwixxi biex tarmonizza l-metodoloġija għar-rappurtaw mill-Istati Membri dwar ir-riżultati ta' l-ispezzjoniiet tagħhom. Se tgħin ukoll lill-istati Membri sabiex jimmaniġġjaw aħjar ir-riżorsi tagħhom u jtejbu l-viżibbiltà ta' l-azzjoni tagħhom għall-pubbliku ġenerali. Barra minn hekk, tħaffef ix-xogħol tal-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-ħarsien tal-leġiżlazzjoni ta' l-UE u tikkontribwixxi fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjoni, b'mod partikolari billi tippermetti stima ta' l-impatt tal-politiki fil-ġejjieni. Dan hu l-każ għall-kategoriji ta' l-annimali koperti mir-rakkomandazzjonijiet tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien ta' l-Annimali Miżmuma għal Għanijiet Agrikoli. 4. KONKLUŻJONI U RAKKOMANDAZZJONIJIET Madankollu, il-Kummissjoni temmen li dan il-mandat[12] mogħti mill-Kunsill għall-implimentazzjoi tad-Direttiva 98/58/KE ma jistax jindirizza l-kwistjonijiet kollha mqajma hawnhekk u jintħieġu inizjattivi oħrajn. L-ewwel nett, hemm tħassib espress minn ċerti awtoritajiet kompetenti dwar burokrazija eċċessiva. Il-Kummissjoni hi ta' l-opinjoni wkoll li l-proċeduri jeħtieġu li jiġu simplifikati sabiex jingħata privileġġ lill-azzjonijiet u mhux lill-mili ta' karti. Fl-istess ħin, iċ-ċittadin jitlob għal aktar trasparenza u komunikazzjoni dwar l-azzjoniiet imwettqa mill-amministazzjoni pubblika. It-tieni nett, hemm integrazzjoni dejjem akbar tal-kwistjonijiet tal-benessri ta' l-annimali fi ħdan politiki Komunitarji oħrajn u b'mod partikolari fi ħdan il-Politika Agrikola Komuni (biedja organika, żvilupp rurali, kundizzjonalità) u l-Politika ta' Tiftix. Dan jimplika li l-iżvilupp ta' sistema ta' rappurtar aktar eżatta fuq livell Komunitarji mhux biss ser isservi għall-għanijiet tal-benessri ta' l-annimali iżda tikkontribwixxi wkoll fil-valutazzjoni ta' politiki oħrajn ta' l-UE u sabiex tindirizza aħjar il-bżonnijet ta' tiftix fil-ġejjieni. It-tielet nett, l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġu jtejbu l-livell ta' għarfien u tagħrif tekniku ta' l-uffiċjali tagħhom responsabbli mill-kontroll tar-rekwiżiti tal-benessri ta' l-annimal fl-irziezet. Sabiex jiġu indirizzati dawk il-kwistjonijiet, il-Komunità qiegħda tistudja l-possibbiltà li: ● tagħmel rapporti ta' l-Istati Membri dwar l-ispezzjonijiet tal-benessri ta' l-annimali disponibbli għall-pubbliku permezz ta' l-internet, suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001[13] rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; ● twettaq studju tal-possibbiltà ta' l-iżvilupp ta' programm ta' softwer li jgħin lill-Istati Membri fil-ġabra ta' tagħrif li għandu x'jaqsam ma' l-ispezzjoniiet tal-benessri ta' l-annimali fl-irziezet; ● tiżviluppa politika ta' taħriġ aktar komprensiv għall-uffiċjali ta' l-Istati Membri responsabbli mill-ispezzjonijiet fuq il-benessri ta' l-annimali fl-irziezet. ANNEX TABLE 1 – LEVEL OF COMPLIANCE[14] OF THE MEMBER STATES' REPORTS Type of compliance/ non compliance | 2000-2001 reports | 2002-2003 reports | Full compliance | DE, FI, LU | DE | In compliance but not on time | BE, FR, IE, UK | AT, BE, FI, IE, UK | In compliance after reminder | AT, DK, IT, NL, SE | DK, ES, FR, IT, SE, LU, NL | Not in compliance | ES, EL, PT | EL, PT | TABLE 2 – LIST OF INSPECTIONS CARRIED OUT BY EXPERTS FROM THE COMMISSION 2000-2003 Member States | Dates | Reference | Scope | Pigs | Calves | Laying hens | AT Austria | June 2000 | DG SANCO 1099/2000 | x | x | May 2000 | DG SANCO 1009/2000* | x | BE Belgium | September 2000 | DG SANCO 1103/2000 | x | x | May 1999 / Jan. 2000 | DG SANCO 1012/2000* | x | DE Germany | November 2001 | DG SANCO 3382/2001 | x | x | x | March 2000 | DG SANCO 1057/2000* | x | DK Denmark | May 2000 | DG SANCO 1098/2000 | x | x | ES Spain | September 2001 | DG SANCO 3344/2001 | x | x | x | EL Greece | June 2002 | DG SANCO 8522/2002 | x | x | x | March 2000 | DG SANCO 1133/2000* | x | FR France | October 2000 | DG SANCO 1263/2000 | x | x | FI Finland | June 2001 | DG SANCO 3312/2001 | x | x | x | June 2000 | DG SANCO 1160/2000* | x | IT Italy | October 2001 | DG SANCO 3385/2001 | x | x | x | IE Ireland | October 2001 | DG SANCO 3383/2001 | x | x | x | LU Luxembourg | November 2001 | DG SANCO 3343/2001 | x | x | x | January 2000 | DG SANCO 1013/2000* | x | PT Portugal | May 2000 | DG SANCO 1158/2000* | x | SE Sweden | March 2000 | DG SANCO 1101/2000 | x | x | April 2000 | DG SANCO 1135/2000* | x | UK United Kingdom | March 2000 | DG SANCO 1102/2000 | x | x | Pigs | Calves | Laying hens | DE Germany | March 2004 | DG(SANCO)7018/2004 | x | DK Denmark | January 2004 | DG(SANCO) 7208/2004 | x | EE Estonia | September 2005 | DG(SANCO)7714/2005 | x | ES Spain | February 2004 | DG(SANCO)7230/2004 | x | February/March 2005 | DG(SANCO)7548/2005 | x | FR France | March 2004 | DG(SANCO)7231/2004 | x | IT Italy | May 2004 | DG(SANCO)7010/2004 | x | May 2005 | DG(SANCO)7636/2005 | x | LV Latvia | May/June 2005 | DG(SANCO)7637/2005 | x | NL Netherlands | January- February 2005 | DG(SANCO)7512/2005 | x | PT Portugal | February 2005 | DG(SANCO)7544/2005 | x | PL Poland | June/July 2005 | DG(SANCO)7638/2005 | x | UK United Kingdom | January 2004 | DG(SANCO)7019/2004 | x | TABLE 5 – MEMBER STATES REPORTS ON LAYING HENS (2002-2003) LAYING HENS 2002+2003 | (a) Number of holdings(1) | (b) Number of inspections(2) | % inspection (b/a) | (c) Number of infringements per technical area | (d) Total number Infringements | % infringements (d/b) | TABLE 6 – MEMBER STATES REPORTS ON CALVES (2000-2001) CALVES 2000+2001 | (a) Number of holdings (1) | (b) Number of inspections(2) | % inspection (b/a) | (c) Number of infringements per technical area | (d) Total number Infringements | % infringements (d/b) | TABLE 7 – MEMBER STATES REPORTS ON CALVES (2002-2003) CALVES 2002+2003 | (a) Number of holdings(1) | (b) Number of inspections(2) | % inspection (b/a) | (c) Number of infringements per technical area | (d) Total number Infringements | % infringements (d/b) | TABLE 8 – MEMBER STATES REPORTS ON PIGS (2000-2001) PIGS 2000+2001 | (a) Number of holdings(1) | (b) Number of inspections(2) | % inspection (b/a) | (c) Number of infringements per technical area | (d) Total number Infringements | % infringements (d/b) | TABLE 9 – MEMBER STATES REPORTS ON PIGS (2002-2003) PIGS 2002+2003 | (a) Number of holdings(1) | (b) Number of inspections(2) | % inspection (b/a) | (c) Number of infringements per technical area | (d) Total number Infringements | % infringements (d/b) | [pic][pic][pic] [1] KOM(2006)13 u KOM(2006)14. [2] ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23. [3] Deċiżjoni 78/923/KE (ĠU L 323, tas-17.11.1978, p. 12). [4] ĠU L 203, 3.8.1998, p. 53. [5] ĠU L 340, 11.12.1991, p. 28. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/182/KE (ĠU L 76, 18.3.1997, p. 30). [6] ĠU L 340, 11.12.1991, p. 33. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/93/KE (ĠU L 316, 1.12.2001, p. 36). [7] ĠU L 19, 25.1.2000, p. 51. [8] Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf tal-bhejjem u l-ikel, saħħet l-annimali u r-regoli tal-benessri ta' l-annimali (ĠU L165, 30.4.2004, p. 1). [9] Ir-Regolament (KE) Nru. 1782/2003 (ĠU L 270, tas-21.10.2003, p. 1). [10] L-1 ta' Jannar 2006. [11] ĠU L 314, tas-15.11.2006, p. 39. [12] Il-proċedura ta' komitoloġija hija limitata prinċipalment għall-obbligazzjoniiet ta' rappurtar ta' l-Istati Membri 9l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 98/58/KE). [13] ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43. [14] Compliance with Decision 2000/50/EC concerning the minimum requirements for the inspection of holdings on which animals are kept for farming purposes.