52006PC0785

Proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 881/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji /* KUMM/2006/0785 finali - COD 2006/0274 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 13.12.2006

KUMM(2006) 785 finali

2006/0274 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 881/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Ir-raġunijiet għall-proposta u għanijietha Illum il-ġurnata, il-proċeduri nazzjonali għall-approvazzjoni tal-lokomotivi jitqiesu bħala wieħed mill-akbar ostakoli għall-ħolqien ta' impriżi ferrovjarji ġodda fil-qasam tal-ġarr ta' merkanzija, kif ukoll xkiel sinifikanti għall-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja Ewropea. Peress li l-ebda Stat Membru ma jista' jiddeċiedi waħdu li approvazzjoni maħruġa minnu għad-dħul fis-servizz tibqa' valida fit-territorju ta' Stati Membri oħra, tinħtieġ inizjattiva Komunitarja biex il-proċeduri nazzjonali jkunu armonizzati u simplifikati, u biex ikun hemm rikors aktar sistematiku għall-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. Tali twessigħ jimplika l-emendar tar-Regolament (KE) Nru 881/04 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (minn hawn 'il quddiem "l-Aġenzija"), kif ukoll tad-Direttivi dwar l-interoperabbiltà (96/48/KE, 2001/16/KE, 2004/50/KE) u dwar is-sikurezza (2004/49/KE). |

120 | Il-kuntest ġenerali Din il-proposta hija parti minn inizjattiva usa' bil-għan li ttejjeb elementi varji fil-qasam tekniku tal-qafas regolatorju għall-ferroviji, jiġifieri d-Direttivi dwar l-interoperabbiltà ferrovjarja, id-Direttiva dwar is-sikurezza ferrovjarja u r-Regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija. L-ewwel nett, wieħed mill-aspetti kruċjali li għad irid jittejjeb huwa marbut mal-proċedura għall-approvazzjoni tal-lokomotivi, sabiex titħaffef iċ-ċirkolazzjoni ħielsa tat-trejnijiet. Skond il-fabbrikanti u l-impriżi ferrovjarji, dawn il-proċeduri spiss ikunu twal u għaljin wisq; u skond huma, ċerti rekwiżiti stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti lanqas ikun diffiċli biex tiġġustifikahom mil-lat purament tekniku. It-tieni nett, fil-qafas tal-programm ta' simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni, il-Kummissjoni tipproponi li ssaħħaħ u tikkonsolida d-Direttivi dwar l-interoperabbiltà ferrovjarja. It-tielet nett, bis-saħħa ta' għaxar snin ta' esperjenza fit-twettiq tad-Direttivi dwar l-interoperabbiltà, huwa dmir il-Kummissjoni li tipproponi għadd ta' miżuri ta' titjib fil-qasam tekniku tal-qafas regolatorju. Din il-proposta għandha tinqara flimkien mal-proposti mehmużin rigward il-konsolidazzjoni jew ir-riformulazzjoni tad-Direttivi dwar l-interoperabbiltà ferrovjarja, u rigward l-emendar tad-Direttiva dwar is-sikurezza ferrovjarja. Il-proposta għandha l-għan li temenda r-Regolament (KE) Nru 881/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija. |

130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Il-proċedura għad-dħul fis-servizz ta' vetturi ferrovjarji (rolling stock) hija s-suġġett ta' l-Artikolu 14 tad-Direttivi dwar l-interoperabbiltà ferrovjarja u ta' l-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar is-sikurezza ferrovjarja. In-notifikar tar-regoli nazzjonali huwa s-suġġett ta' l-Artikolu 16 tad-Direttivi dwar l-interoperabbiltà ferrovjarja u ta' l-Artikolu 8 tad-Direttiva dwar is-sikurezza ferrovjarja. L-Aġenzija hija soġġetta għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament li kien waqqafha, u li issa huwa propost li jiġi emendat. |

140 | Il-konsistenza ma' politiki u miri oħra ta' l-Unjoni Din l-inizjattiva se tippermetti li t-trasport ferrovjarju jsir aktar kompetittiv. Billi tnaqqas l-ispejjeż tal-katina tat-trasport, tagħti kontribut għall-kompetittività ta' l-industrija sħiħa ta' l-Unjoni Ewropea. Settur ferrovjarju dinamiku jkompli jsaħħaħ il-pożizzjoni fuq quddiem nett ta' l-industrija ferrovjarja Ewropea fid-dinja, filwaqt li jissalvagwardja l-impjiegi fis-settur. Trasport ferrovjarju aktar kompetittiv jikkontribwixxi wkoll għall-impenji fondamentali ta' l-Unjoni Ewropea fl-oqsma ta' l-iżvlupp sostenibbli u tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Għaldaqstant, din l-inizjattiva hija parti integrali mill-istrateġija aġġornata għat-tkabbir u għall-impjieg. |

IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA' L-IMPATT |

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

211 | Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali tar-rispondenti Din l-inizjattiva twieldet wara talba qawwija mingħand il-partijiet interessati stess. L-ewwel sinjali tad-diffikultajiet involuti dehru fil-kuntest ta' studju dwar iċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza, li sar fl-2004. B'konsegwenza ta' dan l-istudju, il-Kummissjoni ħolqot Grupp ta' Ħidma, li ressaq l-ewwel rakkomandazzjonijiet tiegħu fl-aħħar ta' l-2005. F'April 2006, il-Kummissjoni fasslet dokument ta' konsultazzjoni li jidentifika għadd ta' alternattivi, u ppreżentatu f'laqgħa ta' ħidma lill-partijiet kollha kkonċernati (awtoritajiet nazzjonali b'kompetenza fil-qasam tas-sikurezza ferrovjarja, industriji, operaturi, amministraturi ta' l-infrastrutturi, organizzazzjonijiet Ewropej ta' standardizzazzjoni, eċċ.). Il-fehmiet miktubin tal-partijiet kollha involuti nġabru u ġew eżaminati fil-qafas ta' valutazzjoni ta' l-impatt, li saret konformi ma' l-istandards eżistenti. |

212 | Sommarju tat-tweġibiet u kif tqiesu Ġaladarba l-inizjattiva twieldet bis-saħħa ta' talba mingħand partijiet attivi fis-settur, it-tweġibiet kienu kollha favur inizjattiva tal-Kummissjoni. Dawn it-tweġibiet varjaw fil-pożizzjoni tagħhom rigward l-alternattivi differenti. Il-valutazzjoni ta' l-impatt tispeċifika l-alternattivi differenti u l-pożizzjonijiet tal-partijiet differenti fir-rigward tagħhom. Il-Kummissjoni qieset ta' l-opinjonijiet differenti, u b'hekk setgħet tfassal il-proposta tagħha, magħmula minn żewġ taqsimiet: min-naħa waħda, il-Kummissjoni tipproponi li jitvaraw xogħlijiet li jistgħu jinbdew minnufih, mingħajr ma wieħed jistenna sakemm isir l-emendar leġiżlattiv; min-naħa l-oħra, tipproponi li l-leġiżlazzjoni tiġi emendata biex tiżgura l-qafas ġuridiku li jassenja drittijiet u responsabbiltajiet liż-żewġ partijiet matul il-proċedura ta' awtorizzazzjoni tad-dħul fis-servizz għal vetturi ferrovjarji. |

Il-ġbir u l-użu ta' l-għarfien espert |

221 | Oqsma xjentifiċi / Oqsma ta’ għarfien espert ikkonċernati Proċeduri nazzjonali ta' approvazzjoni ta' vetturi ferrovjarji, regoli tekniċi u/jew ta' sikurezza ta' livell nazzjonali, l-ispejjeż u l-iskemi ta' żmien marbutin ma' dawn il-proċeduri, eċċ. |

222 | Il-metodoloġija użata Intużat il-gwida tal-Kummissjoni SEC(2005)791 tal-15 ta' Ġunju 2005, aġġornata fl-2006. |

223 | Organizzazzjonijiet / esperti ewlenin ikkonsultati Intuża l-għarfien espert ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji, sabiex saret evalwazzjoni tal-pożizzjonijiet differenti tal-partijiet interessati tas-settur, kif ukoll biex saret valutazzjoni ta' l-impatt ta' l-alternattivi differenti. |

2249 | Ġabra fil-qosor tal-fehmiet miġbura u użati Ma ssemmietx l-eżistenza ta’ riskji potenzjalment serji b’konsegwenzi irriversibbli. |

225 | Għal aktar tagħrif, ara l-valutazzjoni ta' l-impatt. |

226 | Il-mezzi użati biex l-għarfien espert isir disponibbli għall-pubbliku L-evalwazzjoni ta' l-impatt tinsab ippubblikata fl-internet. |

230 | Il-valutazzjoni ta’ l-impatt Xenarju ta' referenza: l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti b'mod esklussiv, intervenzjoni biss f'każ ta' ilment. Alternattivi mhux regolamentarji: li jiġu ppubblikati r-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta' ħidma dwar l-aċċettazzjoni reċiproka tal-vetturi ferrovjarji eżistenti, filwaqt li jintalab mill-Istati Membri li japplikaw dawn ir-rakkomandazzjonijiet; li jintalab mill-Aġenzija li tikklassifika r-regoli nazzjonali u tidentifika dawk li huma ekwivalenti; li jintalab mill-Aġenzija li tiżvolġi rwol ta' konsultazzjoni jew appell fil-proċeduri nazzjonali għad-dħul fis-servizz; li jitħaffu l-iżvilupp u l-aġġornament ta' l-istandards Ewropej; li tiġi vverifikata l-applikazzjoni xierqa tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku; u, jekk inhu meħtieġ, li jibdew il-proċeduri ta' ksur. Alternattivi regolamentarji: li tiġi emendata l-leġiżlazzjoni bil-għan: li jitneħħa l-obbligu li tinkiseb awtorizzazzjoni f'kull Stat Membru; li tiġi ċċarata l-proċedura li għandha tkun applikata għall-vetturi ferrovjarji eżistenti; li l-Aġenżija jingħatalha permess biex toħroġ awtorizzazzjonijiet ta' dħul fis-servizz; li l-Aġenzija jingħatalha permess biex tiżvolġi rwol ta' koordinazzjoni, ta' għoti ta' pariri u/jew ta' appell; li l-entitajiet kompetenti fl-ivverifikar tal-konformità jingħatalhom permess biex joħorġu awtorizzazzjonijiet ta' dħul fis-servizz; li l-amministraturi ta' l-infrastrutturi jingħatalhom permess biex joħorġu awtorizzazzjonijiet ta' dħul fis-servizz. |

231 | Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni ta' l-impatt fil-qafas tal-Programm leġiżlattiv u ta' ħidma tagħha. Ir-rapport jinsab fl-indirizz: http://ec.europa.eu/transport/rail/index_fr.html. |

L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

305 | Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Is-soluzzjoni proposta hi li tiġi stabbilita proċedura fil-livell Komunitarju, ta' żewġ stadji. Fl-ewwel stadju, jintalab mill-Aġenzija li telenka d-diversi proċeduri nazzjonali u regoli tekniċi eżistenti, u li tfassal u taġġorna l-lista tar-rekwiżiti li jistgħu jiġu vverifikati darba biss. Fl-istess ħin, sakemm isir l-emendar tal-leġiżlazzjoni, jintalab mill-Istati Membri li jimplimentaw b'mod volontarju r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma diġà ppubblikati mill-Kummissjoni. Fit-tieni stadju, isir obbligatorju r-rikors għall-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta' l-awtorizzazzjonijiet għad-dħul fis-servizz diġà maħruġin minn Stat Membru. Skond dan il-prinċipju, il-vetturi ferrovjarji li d-dħul fis-servizz tagħhom diġà ġie awtorizzat fi Stat Membru mhumiex se jeħtieġu ċertifikazzjoni addizzjonali fi Stat Membru ieħor, għajr fejn jidħlu r-rekwiżiti nazzjonali supplimentari li joħorġu, per eżempju, mill-karatteristiċi partikolari tan-netwerk lokali. Madankollu, jinħtieġ li jiġi aġġornat fl-istess ħin ir-Regolament ta' l-Aġenzija, sabiex il-kompiti l-ġodda assenjati lill-Aġenzija jkunu speċifikati. |

310 | Il-bażi legali L-Artikolu 71. |

320 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika safejn il-proposta ma tolqotx qasam fejn il-Komunità għandha l-kompetenza esklussiva. |

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba r-raġunijiet li ġejjin. |

321 | Din l-inizjattiva timmira li ssolvi l-problema rigward il-vetturi ferrovjarji li d-dħul fis-servizz tagħhom ikun ġie awtorizzat fi Stat Membru iżda ma jkunx awtomatikament aċċettat fi Stat Membru ieħor. Din il-problema fiha aspett tranżnazzjonali li ma jistax jissolva permezz ta' inizjattiva nazzjonali, ġaladarba l-ebda Stat Membru ma jista' jawtorizza d-dħul fis-servizz ta' vettura ferrovjarja mhux lokomotiva fit-territorju ta' Stat Membru ieħor. |

L-għanijiet tal-proposta jistgħu jintlaħqu aħjar permezz ta’ azzjoni Komunitarja minħabba r-raġunijiet li ġejjin. |

324 | Il-prinċipju tat-territorjalità ta' l-awtorizzazzjonijiet għad-dħul fis-servizz huwa mniżżel fid-Direttivi dwar l-interoperabbiltà ferrovjarja u dwar is-sikurezza ferrovjarja. L-ebda azzjoni meħuda biss fil-livell nazzjonali ma tista' tilħaq l-objettiv imfittex minn din il-proposta. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza tlaqqgħu f'netwerk organizzat mill-Aġenzija; l-Aġenzija hija għaldaqstant l-aktar organu Komunitarju xieraq biex tiżviluppa l-miżuri hawnhekk proposti. |

325 | Il-kompilazzjoni tat-tabella ta' referenza li tiġbor ir-regoli nazzjonali, l-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni, u d-deċiżjonijiet futuri tal-Kummissjoni rigward id-dikjarazzjoni ta' l-ekwivalenza ta' regoli nazzjonali ddeterminati, jikkostitwixxu l-aktar sinjali elokwenti ta' l-ilħiq ta' l-għanijiet imfittxa minn din il-proposta. |

326 |

327 | L-emendar ta' l-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar is-sikurezza ferrovjarja jippermetti li jkunu ppreċiżati liema parti minn awtorizzazzjoni għandha tkun soġġetta għar-rikonoxximent reċiproku, u liema parti hija marbuta strettament mal-kompatibbiltà tal-vettura kkonċernata ma' l-infrastruttura msemmija. Ġiet irrifjutata l-alternattiva li d-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni għad-dħul fis-servizz ikunu ċentralizzati; dan juri li l-proposta tillimita ruħha għal dak li l-Istati Membri ma jistgħux jiksbu permezz ta' inizjattivi fil-livell nazzjonali. |

Il-proposta hija b’hekk konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. |

331 | Din il-proposta hija parti minn pakkett li jinkludi: Komunikazzjoni proposta dwar l-emendar tar-Regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (KE 881/2004) proposta dwar il-konsolidament jew ir-riformulazzjoni tad-Direttivi dwar l-interoperabbiltà ferrovjarja (96/48/KE u 2001/16/KE) proposta dwar l-emendar tad-Direttiva dwar is-sikurezza ferrovjarja (2004/49/KE). Il-proposti tfasslu bil-għan li l-emendi meħtieġa kemm jista' jkun jitnaqqsu. |

332 | Din il-proposta ma għandha prattikament l-ebda impatt fuq il-baġit tal-funzjonament tal-Kummissjoni. L-impatt għall-Aġenzija huwa ta' inqas minn € 2.2 miljun għall-ewwel ħames snin, li imbagħad jinżel sa inqas minn € 0.5 miljun. Għall-awtoritajiet kompetenti u għall-industrija huma previsti biss benefiċċji, ġaladarba l-għan ewlieni huwa li tiġi ssimplifikata l-proċedura ta' l-awtorizzazzjoni għad-dħul fis-servizz billi jitneħħa l-ivverifikar żejjed u titnaqqas ir-regolamentazzjoni. |

L-għażla ta’ l-istrumenti |

341 | L-istrument propost: regolament. |

342 | Strumenti oħra ma kinux ikunu xierqa għar-raġunijiet li ġejjin: Kull ma jinħtieġ huwa l-emendar ta' Regolament. |

IMPLIKAZZJONI GħALL-BAġIT |

401 | L-impatt għall-Aġenzija huwa ta' inqas minn € 2.2 miljun għall-ewwel ħames snin, li imbagħad jinżel sa inqas minn € 0.5 miljun (ara d-dikjarazzjoni finanzjarja mehmuża). |

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |

510 | Simplifikazzjoni |

511 | Il-proposta ddaħħal simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi li japplikaw għal entitajiet u persuni privati. |

514 | Il-vetturi ferrovjarji li d-dħul fis-servizz tagħhom diġà ġie awtorizzat fi Stat Membru mhumiex se jeħtieġu ċertifikazzjoni addizzjonali fi Stat Membru ieħor, għajr fejn jidħlu r-rekwiżiti nazzjonali supplimentari li joħorġu, per eżempju, mill-karatteristiċi partikolari tan-netwerk lokali. |

517 | Il-proposta hi inkluża fil-Programm Leġiżlattiv u ta’ Ħidma tal-Kummissjoni taħt ir-referenza 2006/TREN/005. |

560 | Iż-Żona Ekonomika Ewropea Dan l-abbozz leġiżlattiv jolqot qasam kopert mill-Ftehim taż-ŻEE, u għalhekk huwa f'loku li jiġi estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea. |

570 | Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta, bil-Kapitolu jew bl-Artikolu 1. Iċ-ċertifikazzjoni tal-vetturi ferrovjarji eżistenti (artikolu ġdid 8a) Jintalab mill-Aġenzija li tħaffef il-proċedura ta' ċertifikazzjoni tal-vetturi ferrovjarji eżistenti, billi tiżviluppa strument ta' referenza li jippermetti li tiġi stabbilita l-korrispondenza tar-regoli nazzjonali applikabbli għal kull parametru vverifikat, u billi tipprovdi pariri tekniċi speċifiċi fil-qasam ta’ proġetti konkreti. 2. Ir-regoli nazzjonali (l-Artikolu 11). Jiġu nnotifikati regoli nazzjonali fil-qafas tad-Direttivi dwar l-interoperabbiltà ferrovjarja u tad-Direttiva dwar is-sikurezza ferrovjarja. B'hekk huwa xieraq li ż-żewġ settijiet ta' regoli jkunu kkomparati u kklassifikati, u li jkunu ppreżentati b'mod koerenti fil-websajt ta' l-Aġenzija. 3. L-entitajiet nnotifikati (l-Artikolu 13). Studju magħmul mill-Kummissjoni wera li l-kriterji li għandhom ikunu rrispettati fin-notifikazzjoni, min-naħa ta' l-Istati Membri, ta' l-entitajiet inkarigati tal-proċeduri ta' verifikazzjoni jistgħu jkunu interpretati b'mod wiesa' ħafna. Huwa importanti li wieħed jevalwa l-impatt ta' tali differenzi ta' interpretazzjoni, u li wieħed jivverifika li tali differenzi ma joħolqux xkiel għar-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-konformità u tad-dikjarazzjoni tal-verifika KE. 4. L-evalwazzjoni tan-natura interoperabbli ta' proġetti li jirċievu finanzjament Komunitarju (l-Artikolu 15). Fuq talba tal-Kummissjoni, huwa previst li l-Aġenzija tevalwa ċerti talbiet għal finanzjament Komunitarju fil-qasam tal-proġetti ta' infrastruttura, bil-għan li l-interoperabbiltà tkun ivverifikata. Huwa xieraq li jkun previst li l-Aġenzija tkun tista' tevalwa wkoll it-talbiet għal finanzjament marbutin ma' vetturi ferrovjarji, sabiex tkun tista' tagħti opinjoni fuq il-koerenza tas-sistema. 5. Ir-relazzjonijiet bejn l-impriżi ferrovjarji u s-sidien tal-vaguni (artikolu ġdid 16a) Id-dħul fis-seħħ tal-konvenzjoni l-ġdida COTIF 1999 ġab miegħu regoli ġodda fejn jidħlu l-kuntratti għall-użu tal-vetturi, u b'hekk temm il-ftehim l-antik RIV bejn l-impriżi ferrovjarji. Fl-arranġament il-ġdid, is-sidien tal-vaguni m'għadhomx obbligati li jirreġistraw il-vaguni tagħhom għand impriża ferrovjarja. Jinħtieġ li d-Direttiva dwar is-sikurezza ferrovjarja tiġi emendata sabiex tiddefinixxi sid ta' vagun/i u tispeċifika r-relazzjonijiet bejn is-sidien tal-vaguni u bejn l-impriżi ferrovjarji, fuq kollox fil-qasam tal-manutenzjoni. L-Aġenzija għandha tevalwa din ir-relazzjoni, u jekk ikun meħtieġ, għandha tagħti rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni. 6. Iċ-ċertifikazzjoni tas-sewwieqa tat-trejnijiet u tal-lokomotivi (l-Artikolu 17) Wara l-adozzjoni tat-tielet pakkett ferrovjarju, huwa xieraq li jkun hemm riferenza għad-Direttiva dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-personal tat-trejnijiet responsabbli tas-sikurezza. Din id-Direttiva tipprevedi bosta kompiti li għandha twettaq l-Aġenzija, mill-iżvilupp tal-mudelli ta' liċenzji u ċertifikati komplementarji, sa l-istudju ta' l-użu ta' l-ismart kard. 7. Il-kompiti ta' l-Aġenzija fil-qasam ta' l-ERMTS (artikolu ġdid 21a) Mill-adozzjoni tat-tieni pakkett ferrovjarju 'l quddiem, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-sistema ERTMS (European Railway Traffic Management System) saru flimkien ma' bosta inizjattivi, bħalma huma: l-iffirmar ta' protokoll ta' ftehim bejn il-Kummissjoni u bejn il-partijiet attivi differenti fis-settur; il-ħolqien ta' kumitat ta' direzzjoni għall-implimentazzjoni ta' dan il-ftehim ta' kooperazzjoni; l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' l-ERTMS[1]; il-ħatra ta' koordinatur Ewropew[2] għall-proġett prijoritarju ERTMS, ta' interess Komunitarju; id-definizzjoni tar-rwol ta' l-Aġenzija bħala l-awtorità tas-sistema, fil-qafas tal-programmi ta' ħidma annwali differenti; u l-adozzjoni tas-sistema TSI (Speċifikazzjonijiet Tekniċi ta' l-Interoperabbiltà) ta' kontroll u ta' sinjaletika fil-qasam tal-ferrovija konvenzjonali[3]. Fid-dawl ta' l-importanza dejjem tikber tal-kontribut mogħti mill-Aġenzija f'dan il-qasam, huwa xieraq li l-kompiti tagħha jkunu speċifikati f'dan ir-Regolament. 8. Kompiti speċifiċi (artikolu ġdid 21b) Minn issa 'l quddiem, l-Aġenzija ser ikollha għadd sinifikanti ta' esperti kkwalifikati fil-qasam ta' l-interoperabbiltà u tas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja Ewropea. Huwa xieraq li l-Aġenzija tkun awtorizzata biex twettaq kompiti speċifiċi fuq talba tal-Kummissjoni, anki meta l-kompitu mitlub ma jkunx previst espliċitament fir-Regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija jew fil-programm ta' ħidma annwali tagħha. B'danakollu, din l-awtorizzazzjoni tibqa' soġġetta għall-kompatibbiltà tal-kompitu speċifiku ma' l-għan ta' l-Aġenzija, mal-livell ta' disponibbiltà tal-baġit u mar-rispett tal-prijoritajiet l-oħra ta' l-Aġenzija. 9. Id-data ta' l-adozzjoni tal-programm ta' ħidma (l-Artikolu 25(2)) Huwa xieraq li d-data għall-adozzjoni tal-programm ta' ħidma annwali tinbidel, sabiex ikun hemm sinkronizzazzjoni aħjar mal-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet fuq il-baġit. 10. Tagħrif fuq ir-riżultati ta’ ħidmet l-Aġenzija (l-Artikolu 25, il-paragrafu 3) Fit-tfassil tal-programm ta' ħidma, jaqbel li jkunu indikati r-riżultati mixtieqa ta' kull attività, kif ukoll lil min jikkorrispondu. Jaqbel ukoll li wieħed jgħarraf lill-Kummissjoni bir-riżultati tekniċi ta' kull attività, b'mod ħafna aktar dettaljat milli fir-rapport ġenerali li jintbagħat lil kull istituzzjoni. 11. Il-kompożizzjoni tal-Bord amministrattiv (l-Artikolu 26, il-paragrafu 1) Għal raġunijiet prattiċi, jaqbel li jinħatru sostituti ukoll fil-każ ta' l-osservaturi. |

1. 2006/0274 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 881/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji

"Test b'rilevanza għaż-ŻEE"

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 71(1) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[4],

wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[5],

wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6],

wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[7],

billi:

(1) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 881/2004[8] waqqaf Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji, bil-missjoni li tikkontribwixxi fil-qasam tekniku għall-ħolqien ta' spazju ferrovjarju Ewropew mingħajr fruntieri. Fid-dawl ta' l-iżviluppi li saru fil-leġiżlazzjoni Komunitarja fl-oqsma ta' l-interoperabbiltà u tas-sikurezza ferrovjarja, u fid-dawl ta' l-evoluzzjoni tas-suq u l-esperjenza miksuba mill-funzjonament ta' l-Aġenzija u r-relazzjonijiet bejnha u bejn il-Kummissjoni, jaqbel li jsiru ċerti emendi fir-Regolament (KE) Nru 881/2004, u, b'mod partikolari, li jiżdiedu ċerti kompiti.

(2) L-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/49/KE tad-29 ta' April 2004 dwar is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità[9] ħoloq proċedura komuni għall-awtorizzazzjoni tad-dħul fis-servizz tal-vetturi ferrovjarji ( rolling stock ). Fl-ispirtu tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, jinħtieġ illi jitħaffef il-ksib ta' l-awtorizzazzjoni għad-dħul fis-servizz fi Stat Membru differenti għal dak li ħareġ l-ewwel awtorizzazzjoni, billi jiġu limitati l-elementi li tista' teżaminahom l-awtorità kompetenti. Għal dan il-għan, huwa xieraq illi r-regoli kollha tekniċi u ta' sikurezza eżistenti f'kull Stat Membru jiġu kklassifikati fi tliet gruppi, u li r-riżultati ta' din il-klassifikazzjoni jkunu ppreżentati f'dokument ta' riferenza. Għaldaqstant, jintalab mill-Aġenzija li tħaffef din il-klassifikazzjoni billi tistabbilixxi, għal kull parametru vverifikat, il-korrispondenza tar-regoli nazzjonali applikabbli, u billi tagħti pariri tekniċi speċifiċi fil-qafas ta' proġetti konkreti.

(3) Jiġu nnotifikati regoli nazzjonali lill-Kummissjoni fil-qafas tad-Direttiva .../../KE (*) [ id-Direttiva dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja ] u tad-Direttiva 2004/49/KE. Il-fruntiera bejn iż-żewġ settijiet ta' regoli mhijiex ċara, fis-sens illi r-regoli ta' sikurezza jolqtu parzjalment is-sottosistemi, li huma wkoll suġġetti għal regoli fil-qasam ta' l-interoperabbiltà. B'hekk huwa xieraq li ż-żewġ settijiet ta' regoli jkunu kkomparati u kklassifikati, u li jkunu ppreżentati b'mod koerenti fil-websajt ta' l-Aġenzija.

(4) Bis-saħħa ta' l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004, l-Aġenzija tista' tissorvelja l-kwalità tal-ħidmiet ta' l-entitajiet nnotifikati mill-Istati Membri. Madankollu, studju magħmul mill-Kummissjoni wera li l-kriterji li għandhom ikunu rrispettati fin-notifikazzjoni ta' dawn l-entitajiet jistgħu jkunu interpretati b'mod wiesa' ħafna. Bla ħsara għar-responsabbiltà ta' l-Istati Membri fl-għażla ta' l-entitajiet li ser ikunu nnotifikati u fil-kontrolli li jwettqu biex jivverifikaw li dawn il-kriterji jkunu tħarsu, huwa importanti li jiġi evalwat l-impatt ta' tali diverġenzi ta' interpretazzjoni, u li jiġi vverifikat li dawn ma joħolqux xkiel fejn jidħol ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati ta' konformità u tad-dikjarazzjoni tal-verifika KE. Għaldaqstant, jaqbel li tkun prevista l-possibbiltà li l-Aġenzija tiżvolġi rwol ta' koordinazzjoni f'dan il-qasam, per eżempju billi twettaq missjonijiet ta' ġbir ta' tagħrif.

(5) L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 jipprevedi li l-Aġenzija tevalwa, fuq talba tal-Kummissjoni, ċerti talbiet għal finanzjament Komunitarju għal proġetti ta' infrastruttura ferrovjarja, bil-għan li l-interoperabbiltà tkun ivverifikata. Huwa xieraq li jitwessa' l-kunċett ta' "proġetti ta' infrastruttura" sabiex tkun tista' tiġi evalwata wkoll il-koerenza tas-sistema, per eżempju fil-każ ta' proġetti ta' implimentazzjoni tas-sistema ERTMS (Sistema Ewropea għall-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju).

(6) Fid-dawl ta' l-iżviluppi li saru fil-livell internazzjonali, u partikolarment wara d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni l-ġdida COTIF 1999, jaqbel illi jintalab mill-Aġenżija li tevalwa r-relazzjonijiet bejn l-impriżi ferrovjarji u bejn is-sidien tal-vetturi ferrovjarji, fuq kollox fil-qasam tal-manutenzjoni, u li tagħti rakkomandazzjonijiet fejn meħtieġ. Dan il-kompitu għandu jkun parti mit-twessigħ tal-ħidmiet ta' l-Aġenzija fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni tal-garaxxijiet tal-manutenzjoni.

(7) Fid-dawl ta' l-adozzjoni tat-tielet pakkett ferrovjarju[10], huwa xieraq li jkun hemm riferenza għad-Direttiva ..../.../KE (*) [ id-Direttiva dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-personal tat-trejnijiet responsabbli tas-sikurezza ] li tinkludi bosta kompiti li għandhom jitwettqu mill-Aġenzija.

(8) Mill-adozzjoni tat-tieni pakkett ferrovjarju 'l quddiem, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-sistema ERTMS saru flimkien ma' għadd ta' inizjattivi, bħalma huma l-iffirmar ta' ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-partijiet differenti attivi fis-settur; il-ħolqien ta' kumitat ta' direzzjoni għall-implimentazzjoni ta' dan il-ftehim ta' kooperazzjoni; l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' l-ERTMS[11]; il-ħatra, bid-Deċiżjoni ...[12], ta' koordinatur Ewropew għall-proġett prijoritarju ERTMS, ta' interess Komunitarju; id-definizzjoni tar-rwol ta' l-Aġenzija bħala l-awtorità tas-sistema, fil-qafas tal-programmi ta' ħidma annwali differenti; u l-adozzjoni tas-sistema TSI ta' kontroll u ta' sinjaletika fil-qasam tal-ferrovija konvenzjonali[13]. Fid-dawl ta' l-importanza dejjem tikber tal-kontribut mogħti mill-Aġenzija f'dan il-qasam, huwa xieraq li l-kompiti tagħha jkunu speċifikati.

(9) Minn issa 'l quddiem, l-Aġenzija ser ikollha għadd sinifikanti ta' esperti kkwalifikati fil-qasam ta' l-interoperabbiltà u tas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja Ewropea. Huwa għalhekk xieraq li l-Aġenzija tkun tista' twettaq xogħlijiet speċifiċi fuq talba tal-Kummissjoni, bil-kundizzjoni li tali xogħlijiet jaqblu mal-missjoni ta' l-Aġenzija, mad-disponibbiltà tal-baġit u mar-rispett tal-prijoritajiet l-oħra ta' l-Aġenzija.

(10) Huwa xieraq li d-data għall-adozzjoni tal-programm ta' ħidma annwali tinbidel, sabiex ikun hemm sinkronizzazzjoni aħjar mal-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet fuq il-baġit. .

(11) Fit-tfassil tal-programm ta' ħidma ta' l-Aġenzija, jaqbel li jkun indikat l-għan ta' kull attività, kif ukoll lil min jikkorrispondi. Jaqbel ukoll li l-Kummissjoni titgħarraf bir-riżultati tekniċi ta' kull attività, b'mod ħafna aktar dettaljat milli fir-rapport ġenerali li jintbagħat lil kull istituzzjoni.

(12) Billi l-oġġettiv ewlieni ta' l-azzjoni proposta –jiġifieri t-twessigħ tal-missjoni ta' l-Aġenzija sabiex ikun previst is-sehem tagħha fis-simplifikazzjoni tal-proċedura Komunitarja għaċ-ċertifikazzjoni tal-vetturi ferrovjarji– ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri, u jista' għalhekk, minħabba l-iskala ta' l-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif iddikjarat fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex dan il-għan jinkiseb,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

2. Jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:

"Artikolu 8a

Il-klassifikazzjoni tar-regoli nazzjonali

1. L-Aġenzija se tħaffef l-aċċettazzjoni tal-vetturi ferrovjarji ( rolling stock ) imdaħħlin fis-servizz fi Stat Membru minn Stati Membri oħra, skond il-proċeduri previsti fil-paragrafi 2 sa 5.

2. L-Aġenżija se tfassal progressivament dokument ta' riferenza li jippermetti li tiġi stabbilita l-korrispondenza bejn ir-regoli nazzjonali kollha applikati mill-Istati Membri fil-qasam tad-dħul fis-servizz tal-vetturi ferrovjarji. Għal kull wieħed mill-parametri indikati fl-Anness VI tad-Direttiva 2004/49/KE, dan id-dokument ta' riferenza se jkun fih ir-regoli nazzjonali ta' kull Stat Membru, kif ukoll il-grupp li dawn ir-regoli jaqgħu taħtu, identifikat fl-istess Anness. Dawn ir-regoli jinkludu dawk innotifikati fil-qafas tal-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 16 tad-Direttiva ..../../KE (*) [ id-Direttiva dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja ], dawk innotifikati bl-adozzjoni tat-TSIs (każijiet speċifiċi, kwistjonijiet pendenti, derogi), u dawk innotifikati fil-qafas ta' l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/49/KE.

3. Bil-kollaborazzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali ta' sikurezza kif prevista fil-paragrafu 5 ta' l-Artikolu 6, u bil-għan illi jitnaqqsu progressivament ir-regoli nazzjonali tal-grupp B, l-Aġenzija se żżomm id-dokument ta' referenza aġġornat u tibagħtu lill-Kummissjoni. L-ewwel verżjoni tad-dokument tintbagħat lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

4. L-Aġenzija tista' tirċievi talbiet jew minn awtorità nazzjonali ta' sikurezza, fil-qafas tal-proċeduri ta' talba għall-awtorizzazzjoni ta' dħul fis-servizz ta' vetturi ferrovjarji, jew mill-Kummissjoni, bil-għan illi l-Aġenzija tagħti pariri tekniċi rigward:

a) l-ekwivalenza tar-regoli tekniċi f'parametru wieħed jew aktar;

b) talba għal tagħrif addizzjonali, għal analiżi tar-riskji jew provi, u/jew kull riżultat ta' tali talba;

c) ir-raġunijiet għal ċaħda ta' awtorizzazzjoni.

_____________________________________

ĠU ... "

3. Fl-Artikolu 11, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

« 4. L-Aġenzija tiddefinixxi, bi ftehim ma' l-Istati Membri u mal-Kummissjoni, il-modalitajiet prattiċi tal-komunikazzjoni tad-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1."

4. L-Artikolu 13 hu mibdul bit-test li ġej:

"Artikolu 13

L-entitajiet innotifikati

Bla ħsara għar-responsabbiltà ta' l-Istati Membri rigward l-entitajiet innotifikati maħturin minnhom, fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija tista' tivverifika jekk il-kriterji għan-notifikar ta' dawn l-entitajiet ikunux ġew rispettati, u tista' tevalwa l-kwalità ta' ħidmiethom. Dawn l-entitajiet jinsabu elenkati fl-Anness VII tad-Direttiva ..../../KE (*) [ id-Direttiva dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja ]. Jekk ikun meħtieġ, l-Aġenzija tibgħat opinjoni lill-Kummissjoni. "

5. L-Artikolu 15 huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 15

L-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha teżamina, mill-perspettiva ta' l-interoperabbiltà, kull proġett ta' tiġdid, riabilitazzjoni jew kostruzzjoni li jolqot lis-sistema ferrovjarja u li tressqet talba għall-finanzjament Komunitarju għalih. Fi żmien miftiehem mal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tagħti opinjoni rigward il-konformità tal-proġett mat-TSIs relattivi, skond l-importanza tal-proġett u r-riżorsi disponibbli. Din l-opinjoni għandha tqis bis-sħiħ id-derogi previsti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva ..../../KE (*) [ id-Direttiva dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja ]. "

6. Jiddaħħal l-Artikolu 16a illi ġej:

"Artikolu 16a

Ir-relazzjonijiet bejn is-sidien tal-vaguni u l-impriżi ferrovjarji

Fi żmien sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Aġenzija se tevalwa r-relazzjonijiet bejn is-sidien tal-vaguni u l-impriżi ferrovjarji fil-qasam tal-manutenzjoni, skond l-Artikolu 14b tad-Direttiva 2004/49/KE. Fl-istess perjodu, l-Aġenzija se tibgħat rapport lill-Kummissjoni li fih tagħti, jekk ikun meħtieġ, rakkomandazzjonijiet rigward l-implimentazzjoni ta' sistema volontarja jew obbligatorja ta' ċertifikazzjoni tas-sidien tal-vaguni.

L-evalwazzjoni ta' l-Aġenzija għandha tiffoka fuq l-aspetti li ġejjin:

a) il-kapaċità ta' sid il-vagun/i biex jiżgura l-manutenzjoni tat-tipi ta' vaguni li jieħu ħsiebhom, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-organizzazzjoni, il-personal u l-materjal;

b) jekk sid il-vagun/i għandux it-tagħrif meħtieġ għall-attivitajiet previsti ta' manutenzjoni (partikolarment l-arkivji u l-pjani ta' manutenzjoni);

c) jekk sid il-vagun/i għandux l-għodda meħtieġa għas-segwiment u s-sorveljanza ta' l-istat tal-vaguni. "

7. L-Artikolu 17 jinbidel kif ġej:

8. It-titlu u l-paragrafu 1 huma mibdulin b'dan li ġej:

"Artikolu 17

Iċ-ċertifikazzjoni tal-personal tat-trejnijiet u kompetenzi professjonali

1. L-Aġenzija se tfassal rakkomandazzjonijiet rigward l-istabbiliment ta' kriterji komuni għad-definizzjoni tal-kompetenzi professjonali u għall-evalwazzjoni tal-personal li jieħu sehem fit-tħaddim u fil-manutenzjoni tas-sistema ferrovjarja. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tqis il-kriterji u l-prijoritajiet tad-Direttiva ..../../KE [ id-Direttiva dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-personal tat-trejnijiet ][14] L-Aġenzija se tikkonsulta lir-rappreżentanti ta' l-imsieħba soċjali skond il-metodi previsti fl-Artikolu 4."

9. Jiddaħħal il-paragrafu 4 li ġej:

« 4. L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva ..../../KE [ id-Direttiva dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-personal tat-trejnijiet ] billi tiżvolġi l-funzjonijiet kollha assenjati lilha bis-saħħa tad-Direttiva msemmija.

10. L-Artikolu 18 huwa mibdul bit-test li ġej:

"Artikolu 18

Ir-reġistrazzjoni tal-vetturi ferrovjarji ( rolling stock )

L-Aġenzija se tfassal u tirrikkmanda lill-Kummissjoni mudell ta' formola għat-talba ta' reġistrazzjoni, kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-reġistru nazzjonali skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva ..../../KE [ id-Direttiva dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja ]"

11. L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

12. Fil-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt e) li ġej:

"e) ir-regoli tekniċi nnotifikati mill-Istati Membri fil-qafas ta' l-Artikolu 16, il-paragrafu 3, u ta' l-Artikolu 17, il-paragrafu 2, tad-Direttiva ..../../KE [ id-Direttiva dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja ]."

13. Jiżdied il-paragrafu li ġej:

" 5. Il- databases żviluppati fil-qafas ta' dan l-Artikolu u ta' l-Artikolu 11 għandhom ikunu elaborati b'mod koerenti, partikolarment fejn jidħlu r-regoli nazzjonali."

14. Il-Kapitolu 4 jiġi emednat kif ġej:

15. It-titolu tal-Kapitolu 4 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"KOMPITI SPEĊIFIĊI"

16. Jiddaħħlu l-Artikoli 21a u 21b li ġejjin:

Artikolu 21a

L-ERTMS - Sistema Ewropea għall-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju

1. L-Aġenzija tassumi r-rwol bħala l-awtorità tas-sistema, fil-qafas ta' l-iżvilupp u ta' l-implimentazzjoni tas-Sistema Ewropea għall-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju, magħrufa bħala l-"ERTMS". Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tiżvolġi l-kompiti deskritti fil-paragrafi 2 sa 5.

2. L-Aġenzija se timplimenta proċedura għall-ġestjoni tat-talbiet għal tibdil fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sistema ERTMS.

3. L-Aġenzija għandha tagħti appoġġ għall-ħidmiet il-Kummissjoni fil-qasam tal-migrazzjoni lejn l-ERTMS, kif ukoll fil-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ta' l-installazzjoni ta' l-ERTMS fil-kurituri tat-trasport trans-Ewropej.

4. B'kollaborazzjoni ma' l-entitajiet innotifikati u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, l-Aġenzija għandha tissorvelja l-applikazzjoni tal-proċeduri ta' verifika "KE" u tad-dħul fis-servizz fil-qafas ta' proġetti speċifiċi, partikolarment sabiex tkun evalwata l-kompatibbiltà teknika bejn l-infrastrutturi u l-vetturi ferrovjajri mgħammrin minn kostrutturi differenti. Fejn meħtieġ, l-Aġenzija tirrikkomanda lill-Kummissjoni l-miżuri li jkunu xierqa.

5. L-Aġenzija għandha tfassal strateġija għall-ġestjoni tal-verżjonijiet differenti ta' l-ERTMS, bil-għan li tiżgura l-kompatibbiltà teknika u operazzjonali bejn l-infrastrutturi u l-vetturi ferrovjarji mgħammrin ta' verżjonijiet differenti.

Artikolu 21b

Kompiti oħrajn

Bi ftehim mal-Kummissjoni jew fuq talba tagħha, l-Aġenzija għandha twettaq kull kompitu konkret li jikkontribwixxi lejn l-għanijiet deskritti fl-Artikolu 1, anki jekk il-kompitu ma jkunx espliċitament previst f'dan ir-Regolament jew fil-programm ta' ħidma previst fl-Artikolu 25, il-paragrafu 2, punt c)."

17. L-Artikolu 25 jinbidel kif ġej:

18. Fil-paragrafu 2, il-punt c) jiġi mibdul b'dan li ġej:

"c) taddotta, sat-30 ta' Novembru ta' kull sena, waqt li tieħu qies ta' l-opinjoni tal-Kummissjoni, il-programm ta' ħidma ta' l-Aġenzija għas-sena li ġejja u tibagħtu lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Dan il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat mingħajr ħsara għall-proċedura Komunitarja annwali tal-baġit. Fil-każ illi l-Kummissjoni tesprimi, fi żmien 15-il ġurnata mid-data ta' l-adozzjoni tal-programm ta' ħidma, in-nuqqas ta' qbil tagħha mal-programm imsemmi, il-Bord Amministrattiv għandu jeżamina mill-ġdid il-programm u jadottah, possibbilment emendat, f'perjodu ta' xahrejn, fit-tieni qari jew b'maġġoranza ta' żewġ terzi, inklużi r-rappreżentanti tal-Kummissjoni, jew b'unanimità tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri;"

19. Jiddaħħal il-paragrafu 3 li ġej:

« 3. Il-programm ta' ħidma ta' l-Aġenzija tidentifika l-għanijiet imfittxa għal kull attività. B'mod ġenerali, kull attività u/jew kull riżultat huwa suġġett għal rapport indirizzat lill-Kummissjoni. "

20. Fl-Artikolu 26, il-paragrafu 1 jinbidel bit-test li ġej:

« 1. Il-Bord Amministrattiv għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed maħtur minn kull Stat Membru u erba' rappreżentanti maħturin mill-Kummissjoni, kif ukoll sitt rappreżentanti mingħajr dritt għall-vot li jirrappreżentaw, fil-livell Ewropew, il-kategoriji li ġejjin:

a) l-impriżi ferrovjarji,

b) l-amministraturi ta' l-infrastruttura,

c) l-industrija ferrovjarja,

d) it-trejdjunjins,

e) il-passiġġieri,

f) il-klijenti tas-servizzi tat-trasport ta' merkanzija.

Għal kull waħda minn dawn il-kategoriji, il-Kummissjoni se taħtar rappreżentant u sostitut, fuq il-bażi ta' lista ta' erba' ismijiet ippreżentat mill-organizzazzjonijiet Ewropej rispettivi.

Il-membri tal-Bord Amministrattiv, kif ukoll is-sostituti tagħhom, se jinħatru fuq il-bażi ta' l-esperjenza u l-għarfien tagħhom."

21. Fl-Artikolu 36, il-paragrafu 1 jinbidel bit-test li ġej:

«1. L-Aġenzija hija miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi Ewropej u tal-pajjiżi marbutin mal-Politika Ewropea tal-Viċinat[15] li ffirmaw ftehimiet mal-Komunità Ewropea li jistipulaw l-adozzjoni u l-applikazzjoni, minn dawn il-pajjiżi, tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu, u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA:

Proposta relatata mal-modifika tar-Regolament 881/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji.

Din il-proposta hija parti minn pakkett li jikkonsisti fost affarijiet oħra minn:

- Komunikazzjoni

- proposta relatata mal-konsolidament/ir-riformulazzjoni tad-Direttivi dwar l-Interoperabbiltà ferrovjarja (96/48/KE u 2001/16/KE)

- proposta relatata mal-modifika tad-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja (2004/49/KE)

- sommarju tar-rapport ta’ l-analiżi ta’ l-impatt.

2. IL-QAFAS ABM / EBA (ġestjoni skond l-attività / l-istabbiliment tal-baġit skond l-attività)

Intestatura 06: Enerġija u trasport.

Kapitolu baġitarju 06 02: Trasport bl-art, bl-ajru u bil-baħar.

3. LINJI BAĠITARJI

3.1. Linji baġitarji (linji operattivi u linji ta’ assistenza teknika u amministrattiva relatati (ex-linji BA)) li jinkludu l-intestaturi tagħhom:

Linja tal-baġit 06 02 08 01 – Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji – Sussidju skond it-Titoli I u II (spejjeż amministrattivi)

Linja tal-baġit 06 02 08 02 – Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji – sussidju skond it-Titolu III (spejjeż ta’ l-operat)

3.2. Tul ta’ żmien ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju:

Peress li ċerti azzjonijiet huma kontinwi, it-tul taż-żmien huwa indefinit.

3.3. Karatteristiċi tal-baġit:

Linja baġitarja | Tip ta’ nefqa | Ġdid | Parteċipazzjoni tal-EFTA | Parteċipazzjoni minn pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

06.020801 | Mhux obbligatorja | AD[16] | LE | IVA | LE | Nru 3 Politiki interni (2000-2006) / Nru 1 Kompetittività għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta’ l-impjiegi (2007-2013) |

06.020802 | Mhux obbligatorja | AD | LE | IVA | LE | Nru 3 Politiki interni (2000-2006) / Nru 1 Kompetittività għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta’ l-impjiegi (2007-2013) |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi finanzjarji

4.1.1. Sommarju ta’ l-approprjazzjonjiet għall-impenji (AI) u l-approprjazzjonijiet għall-pagamenti (AP)

miljuni ta’ Euro (sa tliet punti deċimali)

Tip ta’ nefqa | Taqsima Nru | Sena n[17] | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n +5 u wara | Total |

Spejjeż ta’ l-operat[18] |

Approprjazzjonijiet għall-Impenji (AI) | 8.1. | a | 1.685 | 2.185 | 1.685 | 1.685 | 1.685 | 0.48 | n.a. |

Approprjazzjonijiet għall-pagamenti (AP) | b | 1.685 | 2.185 | 1.685 | 1.685 | 1.685 | 0.48 | n.a. |

Nefqa amministrattiva inkluża fl-ammont ta’ referenza[19] |

Assistenza teknika u amministrattiva – Nefqa Mhux Differenzjata (NMD) | 8.2.4. | c |

AMMONT TA’ REFERENZA TOTALI |

Approprjazzjonijiet għall-impenji | a + c | 1.685 | 2.185 | 1.685 | 1.685 | 1.685 | 0.48 | n.a. |

Approprjazzjonijiet għall-pagamenti | b + c | 1.685 | 2.185 | 1.685 | 1.685 | 1.685 | 0.48 | n.a. |

Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza[20] |

Riżorsi umani u nefqa relatata (NMD) | 8.2.5. | d | n.a. |

Spejjeż amministrattivi, għajr riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NMD) | 8.2.6. | e |

Total indikattiv ta’ kemm tiswa l-azzjoni |

TOTAL KE, inkluż in-nefqa għar-riżorsi umani | a + c + d + e | 1.685 | 2.185 | 1.685 | 1.685 | 1.685 | 0.48 | n.a. |

TOTAL AP, inkluż in-nefqa għar-riżorsi umani | b + c + d + e | 1.685 | 2.185 | 1.685 | 1.685 | 1.685 | 0.48 | n.a. |

Deattalji tal-kofinanzjament

Jekk il-proposta tipprevedi kofinanzjament minn Stati Membri jew entitajiet oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), jeħtieġ li tingħata stima tal-livell ta’ kofinanzjament fit-tabella hawn taħt (linji oħra jistgħu jkunu miżjuda jekk ikun previst li diversi entitajiet se jipprovdu kofinanzjament):

miljuni ta’ Euro (sa tliet punti deċimali)

L-entità tal-kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

…………………… | f |

TOTAL KE bil-kofinanzjament | a + c + d + e + f |

4.1.2. Kompatibilità ma’ l-ipprogrammar finanzjarju

X Proposta kompatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Din il-proposta teħtieġ programmar mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettivi finanzjarji.

( Din il-proposta tista’ tkun teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[21] (l-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettivi finanzjarji).

4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-dħul

X Proposta mingħajr impatt finanzjarju fuq id-dħul

( Impatt finanzjarju – L-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

miljuni ta’ Euro (sa l-ewwel punt deċimali)

Qabel l-azzjoni [Sena n - 1] | Sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Għadd totali ta’ riżorsi umani |

L-adozzjoni tal-proposta leġiżlattiva preżenti mhu se jkollha l-ebda effett fuq l-istaff tad-DĠ TREN li jimmonitorja l-ħidmiet ta’ l-Aġenzija.

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1. Twettiq meħtieġ għaż-żmien fil-qosor jew fit-tul

L-attivitajiet il-ġodda previsti għall-Aġenzija huma meħtieġa fil-futur qarib, kemm fil-qasam tar-rikonoxximent reċiproku tal-lokomotivi kif ukoll fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni tas-sewwieqa tat-trejnijiet

Rigward ir-rikonoxximent reċiproku tal-lokomotivi, l-Aġenzija hija mitluba tiffaċilita l-proċedura ta’ ċertifikazzjoni tal-vetturi ferrovjarji ( rolling stock ) eżistenti billi tiżviluppa strument ta’ referenza li jippermetti li tkun stabbilita, għal kull parametru vverifikat, korrispondenza mar-regoli nazzjonali applikabbli u billi tipprovdi pariri tekniċi f’waqthom fil-qasam tal-proġetti konkreti.

Wara l-adozzjoni tat-tielet pakkett ferrovjarju, l-Aġenzija[23] se tkun responsabbli minn diversi karigi li ġġib magħha d-Direttiva dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ l-istaff tal-ferroviji responsabbli mis-sikurezza[24], minn l-iżvilupp tal-mudelli ta’ liċenzji u dikjarazzjonijiet kumplimentari sa l-istudju li jikkonċerna l-użu ta’ l-ismart kards.

5.2. Valur miżjud ta’ l-azzjoni Komunitarja, kompatibilità tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra, u sinerġiji eventwali

Livell għoli ta’ valur miżjud permezz ta’ l-użu ta’ struttura u staff kwalifikat li diġà huma disponibbli parzjalment, kif ukoll permezz ta’ metodi li diġà ngħatat prova tagħhom (pereżempju, l-użu ta’ netwerk ta’ awtoritajiet nazzjonali għas-sikurezza li diġà twaqqaf u qed jopera).

5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi marbuta mal-proposta fi ħdan il-kuntest tal-ġestjoni skond l-attività (ABM)

Għan operattiv nru 1: rikonoxximent reċiproku tal-lokomotivi (għan ewlieni tal-pakkett preżenti) :

- Għan: li jiżdied l-għadd ta’ regoli nazzjonali li jkopru r-rikonoxximent reċiproku

- Riżultat: tnaqqis fid-dewmien tal-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-lokomotivi

- Indikatur: numru ta’ lokomotivi li bdew joperaw barra mill-Istat ta’ l-oriġini.

Għan operattiv nru 2; ħruġ ta’ ċertifikati lis-sewwieqa tat-trejnijiet (it-tielet pakkett ferrovjarju):

- Għan u riżultat: l-iżvilupp ta’ mudelli ta’ liċenzji u l-ispeċifikazzjonijiet tar-reġistri

- Indikatur: numru ta’ sewwieqa ċċertifikati f’konformità mad-Direttiva dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ l-istaff responsabbli mis-sewqan tat-trejnijiet

Għan operattiv nru 3: karigi/dmirijiet diversi

Irreferi għall-punt 8.2.2

5.4. Metodi ta’ implimentazzjoni (indikattivi)

X Ġestjoni ċċentralizzata

( direttament mill-Kummissjoni

X indirettament b’delega lil:

( Aġenziji Eżekuttivi,

X entitajiet maħluqa mill-Komunitajiet, kif previst fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju,

( entitajiet pubbliċi nazzjonali/entitajiet b’missjoni ta’ servizz pubbliku.

( Ġestjoni maqsuma jew deċentralizzata

( ma’ Stati Membri

( ma’ pajjiżi terzi

( Tmexxija konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (speċifika)

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta’ monitoraġġ

Kull sena, ix-xogħol ta’ l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji ( ERA ) jiġi mmonitorjat u evalwat fir-rapport ġenerali annwali (għas-sena ta’ qabel) u l-programm ta’ ħidma (għas-sena ta’ wara). Dawn iż-żewġ dokumenti huma adottati mill-Bord ta’ l-Aġenzija għall-Ġestjoni u mibgħuta lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti ta’ l-Awdituri u l-Istati Membri.

6.2. Evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

Fil-konsultazzjoni pre-leġiżlattiva, diversi għażliet ġew diskussi u evalwati mar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri kif ukoll ma’ l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw is-settur. L-Aġenzija ġiet ikkonsultata wkoll. Rapport iddettaljat ħafna dwar l-analiżi ta’ l-impatt jinsab disponibbli fuq is-sit tal-Kummissjoni u sommarju tiegħu jinsab mehmuż mal-proposta preżenti.

6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedja/ex post (tagħlimiet miksuba minn esperjenzi preċedenti simili)

F’Settembru 2006, saret verifika ta’ l-Aġenzija u xi miżuri korrettivi qed jiġu żviluppati hekk kif qed tiġi mħejjija din il-proposta.

6.2.3. Kundizzjonijiet u frekwenza ta’ l-evalwazzjonijiet fil-ġejjieni

Minbarra l-verifiki previsti mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Qorti ta’ l-Awdituri, l-Artikolu 43 tar-Regolament ta’ l-Aġenzija jipprevedi li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ l-Aġenzija (riżultati, metodi ta’ l-operat) ħames snin wara t-twaqqif tagħha, jiġifieri għall-ħabta tas-sena 2010.

7. MIżURI KONTRA L-FRODI

Id-Direttur Eżekuttiv jimplimenta l-baġit ta’ l-Aġenzija. Kull sena, huwa jippreżenta kontijiet iddettaljati għas-sena ta’ qabel li juru d-dħul u l-infiq tal-Kummissjoni, il-Qorti ta’ l-Awdituri u l-Bord ta’ l-Aġenzija għall-Ġestjoni. Barra minn hekk, l-awditur intern tal-Kummissjoni juża l-istess termini ta’ referenza kemm fir-rigward ta’ l-ERA kif ukoll fejn huma kkonċernati d-dipartimenti tal-Kummissjoni, u l-Aġenzija għandha sistema ta’ l-awditjar simili għal dik tal-Kummissjoni.

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), u l-ftehim interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 li jikkonċerna l-investigazzjonijiet immexxija mill-OLAF japplikaw mingħajr restrizzjoni għall-ERA.

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. Għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża finanzjarja tagħhom

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ Euro (sa tliet punti deċimali)

Sena n | Sena n + 1 | Sena n + 2 | Sena n + 3 | Sena n + 4 | Sena n + 5 |

Uffiċjali jew aġenti temporanji[27] (XX 01 01) | A*/AD |

B*, C*/AST |

Staff iffinanzjat[28] skond l-Art. XX 01 02 |

Staff ieħor iffinanzjat[29] skond l-Artikolu XX 01 04/05 |

TOTAL |

L-adozzjoni tal-proposta leġiżlattiva preżenti mhu se jkollha l-ebda effett fuq l-istaff tad-DĠ TREN li jimmonitorja l-ħidmiet ta’ l-Aġenzija.

8.2.1.b. Numru u tip ta’ riżorsi umani (ERA)

Skond il-pjan stabbilit kif imsemmi fl-abbozz preliminari tal-baġit 2007, hemm bżonn li għas-snin n sa n+4, jiżdiedu 7 postijiet AD8 addizzjonali, u għas-snin n+5 u ta’ wara, post wieħed AD8 addizzjonali. Dawn il-postijiet addizzjonali huma ġġustifikati minn hawn ‘il quddiem.

8.2.2. Deskrizzjoni tal-ħidmiet li joħorġu mill-azzjoni

Nota : Hawn taħt qed jiġu deskritti l-karigi ta’ l-Aġenzija u mhux il-karigi tad-DĠ TREN E2 li se jwettaq il-monitoraġġ tal-karigi ta’ l-Aġenzija.

Għan operattiv 1: rikonoxximent reċiproku tal-vetturi ferrovjarji ( rolling stock )

- Żvilupp ta’ strument ta’ referenza li jkun jikkonsisti mir-regoli nazzjonali kollha li japplikaw għall-vetturi ferrovjarji

- Klassifikazzjoni u paragun ta’ dawn ir-regoli

- Koordinazzjoni ta’ l-operat tan-netwerks ta’ l-awtoritajiet nazzjonali bil-għan li jitnaqqas l-għadd ta’ regoli nazzjonali

- Pubblikazzjoni tat-tabella ta’ korrelazzjoni tar-regoli nazzjonali

- Tħejjija ta’ Pariri Tekniċi meta mitluba mill-awtoritajiet nazzjonali għas-sikurezza u mill-Kummissjoni

- Tħejjija ta’ rakkomandazzjoni fid-dawl tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni bil-għan li jnaqqsu l-għadd ta’ regoli nazzjonali u li jżidu l-għadd ta’ regoli li jkopru r-rikonoxximent reċiproku

Dan l-għan operattiv jeħtieġ:

- 4 esperti addizzjonali fl-ewwel 5 snin, u wara wieħed fis-sena. Impjegat wieħed fil-livell A8 jiswa medja ta’ € 0.122 miljun għat-titolu I u € 0.013 miljun għat-titolu II.

- Barra minn hekk, wieħed irid jalloka € 100,000 fis-sena għall-ewwel ħames snin għall-grupp ta’ ħidma, u wara € 50,000 fis-sena (titolu III)

- Għat-traduzzjoni ta’ parti mir-regoli nazzjonali, wieħed irid jalloka € 540,000 fis-sena għall-ħames snin li ġejjin (titolu III)

- Hemm bżonn ukoll li jiġi żviluppat materjal/sistema ta’ l-informatika speċifiċi ta’ € 500,000 fit-tieni sena (titolu III).

Għan operattiv 2: ċertifikazzjoni tas-sewwieqa (it-tielet pakkett ferrovjarju)

- Rakkomandazzjonijiet għall-mudelli ta’ liċenzji u ċ-ċertifikazzjonijiet armonizzati

- Rakkomandazzjonijiet għall-kodiċi Komunitarji fil-kategoriji tal-liċenzji

- Abbozz ta’ speċifikazzjonijiet relattivi għar-reġistri tas-sewwieqa

- Kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri biex tkun assigurata l-interoperabbiltà tar-reġistri

- Rapport dwar l-aġenti l-oħra li qed iwettqu dmirijiet li huma kruċjali għas-sikurezza

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva

- Rapport dwar l-użu ta’ l-ismart cards

Dan l-għan jeħtieġ:

- żewġ esperti addizzjonali għall-ewwel ħames snin, u wara espert fis-sena (titoli I u II).

- Barra minn hekk, hemm bżonn allokazzjoni ta’ € 100,000 fis-sena għall-ewwel ħames snin (€ 50,000 għall-grupp ta’ ħidma, € 50,000 għall-istudji), u wara € 25,000 fis-sena għall-grupp ta’ ħidma (titolu III).

Għan operattiv 3: ħidmiet oħra

- Ħidmiet relatati ma’ l-ERTMS: l-awtorità tas-sistema, l-immaniġġjar ta’ l-ispeċifikazzjoni, l-immaniġġjar tal-koeżistenza tas-sistemi differenti fin-netwerk, l-appoġġ għall-koordinament u l-użu ta’ l-ERTMS matul il-kurituri

- Żvilupp ta’ kriterji Komunitarji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ sidien ta’ vaguni, bħala parti miċ-ċertifikazzjoni tal-garaxxijiet tal-manutenzjoni

- Elaborazzjoni tal-gwida dwar l-implimentazzjoni tar-reġistri dwar l-infrastrutturi u l-vetturi ferrovjarji

- Eċċ.

Għal dawn il-ħidmiet, hemm bżonn l-allokazzjoni ta’ espert fis-sena flimkien mar-riżorsi disponibbli (titoli I u II).

8.2.3. Oriġini tar-riżorsi umani (statutorji)

Nota: Dan jikkonċerna l-istaff tad-DĠ TREN R2 li se jimmonitorja l-attivitajiet kkonċernati ta’ l-Aġenzija.X Karigi attwalment allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jiġu ssotitwiti jew estiżi

( Karigi allokati minn qabel fi ħdan is-sena finanzjarja SPA/PDB għas-sena n

( Karigi li għandhom jintalbu għall-proċedura SPA/PDB li jmiss

( Karigi li għandhom jerġgħu jiġu allokati mill-ġdid bl-użu tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ikkonċernat (allokazzjoni mill-ġdid interna)

( Karigi meħtieġa għas-sena n iżda mhux previsti fl-eżerċizzju SPA/PDB tas-sena finanzjarja kkonċernata

8.2.4. Spejjeż amministrattivi oħra inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Spejjeż ta ġestjoni amministrattiva)

miljuni ta’ Euro (sa tliet punti deċimali)

Linja baġitarja (nru u intestatura) | Sena n | Sena n + 1 | Sena n + 2 | Sena n + 3 | Sena n + 4 | Sena n + 5 u wara | TOTAL |

1. Assistenza teknika u amministrattiva (inkluż l-ispejjeż relatati għall-istaff) |

Aġenziji Eżekuttivi[30] |

Assistenza teknika u amministrattiva oħra |

- intra muros |

- extra muros |

Total ta’ l-assistenza teknika u amministrattiva |

8.2.5. Spiża għar-riżorsi umani u nefqa relatata mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza

miljuni ta’ Euro (sa tliet punti deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n + 1 | Sena n + 2 | Sena n + 3 | Sena n + 4 | Sena n + 5 u wara |

Uffiċjali u aġenti temporanji[31] (XX 01 01) |

Staff iffinanzjat mill-Art. XX 01 02 (awżiljarji, esperti nazzjonali ssekondati, ,aġenti b’kuntratt, eċċ.) (indika l-linja baġitarja) |

Spiża totali għar-riżorsi umani u nefqa relatata (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu - Uffiċjali u aġenti temporanji |

Kalkolu - Staff iffinanzjat skond l-Artikolu XX 01 02 |

8.2.6. Nefqa amministrattiva oħra mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza miljuni ta’ Euro (sa tliet punti deċimali) |

Sena n | Sena n + 1 | Sena n + 2 | Sena n + 3 | Sena n + 4 | Sena n + 5 u wara | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet |

XX 01 02 11 01 – Laqgħat u konferenzi |

XX 01 02 11 03 - Kumitati[32] |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsulenzi |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informatika |

2. Total ta’ spejjeż oħra ta’ ġestjoni (XX 01 02 11) |

3. Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva (speċifika billi tindika l-linja baġitarja) |

Total tan-nefqa amministrattiva għajr ir-riżorsi umani u nfiq relatat (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu – Nefqa amministrattivi oħra mhux inkluża fl-ammont ta referenza |

Il-ħtiġijiet għar-riżorsi umani u amministrattivi jkunu koperti mill-allokazzjoni mogħtija lid-Direttorat Ġenerali ta’ tmexxija fil-qafas tal-proċedura ta’ allokazzjoni.[pic][pic][pic]

[1] ĠU …………

[2] ĠU …………

[3] ĠU …………

[4] ĠU C, ta' ... , p. ...

[5] ĠU C, ta' ... , p. ...

[6] ĠU C, ta' ... , p. ...

[7] ĠU C, ta' ... , p. ...

[8] ĠU L 164, tat-30.4.2004, p. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 220, ta' l-21.6.2004, p. 3.

[9] ĠU L 164, tat-30.4.2004, p. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 220, ta' l-21.6.2004, p. 16.

[10] ĠU ………..

[11] ĠU …………

[12] ĠU …………

[13] ĠU …………

[14] Ivverifika t-titlu u r-riferenza wara l-adozzjoni tat-tielet pakkett ferrovjarju.

[15] KUMM(2004) 373 finali, 12.5.2004.

[16] Approprjazzjonijiet differenzjati

[17] Is-sena n hija l-ewwel sena li fiha jidħlu fis-seħħ il-modifiki magħmula bid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva preżenti, jiġifieri l-ewwel sena mill-adozzjoni ta’ dawn il-modifiki miż-żewġ fergħat ta’ l-Awtorità baġitarja.

[18] Nefqa li ma taqax taħt il-kapitoli xx 01 tat-titolu xx ikkonċernat.

[19] Nefqa li ma taqax taħt l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[20] Nefqa fi ħdan il-Kapitolu xx 01, għajr l-Artikoli xx 01 04 u xx 01 05.

[21] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali

[22] Kolonni żejda għandhom jiżdiedu skond il-każ, jekk tul l-azzjoni aktar minn 6 snin.

[23] ĠU ..... u verifikazzjoni tat-titolu

[24] ĠU ………..

[25] Is-sena n hija l-ewwel sena li fiha jidħlu fis-seħħ il-modifiki magħmula bid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva preżenti, jiġifieri l-ewwel sena mill-adozzjoni ta’ dawn il-modifiki miż-żewġ fergħat ta’ l-Awtorità baġitarja.

[26] Kif deskritt fil-partijiet 5.3 u 8.2.2.

[27] In-nefqa MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[28] In-nefqa MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[29] In-nefqa hija inkluża fl-ammont ta’ referenza.

[30] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija(i) Eżekuttiva(i) kkonċernati.

[31] L-ispiża medja għall-uffiċjal A bbażata fuq n=2008 u 2% fis-sena

[32] Speċifika t-tip ta’ kumitat kif ukoll il-grupp li qiegħed fih.