Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew in segwitu għat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE li tikkonċerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Deċizjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007-2013) /* KUMM/2006/0700 finali - COD 2005/0042B */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 14.11.2006 KUMM(2006) 700 finali 2006/0042B (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW in segwitu għat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE li tikkonċerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Deċizjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007-2013) 2006/0042B (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW in segwitu għat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE li tikkonċerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Deċizjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007-2013) (test b'rilevanza għaż-ŻEE) 1. SFOND Data ta' trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (dokument COM(2005)115 – 2005/0042B (COD) | 13.04.2005 | Data ta’ l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni: Data ta' l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew | 16.02.2006 14.02.2006 | Data ta’ l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | 23.03.2006 | Data tal-proposta riveduta mill-Kummissjoni (dokument COM(2006)235) | 24.05.2006 | Data tal-ftehim politiku fil-Kunsill | 25.09.2006 | Data ta’ l-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni: | 13.11.2006 | 2. L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI Il-programm jimmira li jikkontribwixxi għall-ħarsien tas-sikurezza u l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, u jippromwovi d-drittijiet tagħhom għall-informazzjoni u l-edukazzjoni. Huwa jippermetti lill-UE li tikkumplimenta, tappoġġja u tissorvelja l-politiki ta' l-Istati Membri, li tappoġġja lill-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, li tinforza l-leġiżlazzjoni tal-konsumatur ta' l-UE, u li tgħin lill-konsumaturi Ewropej biex isiru atturi attivi fis-suq intern. Il-programm għall-2007-2013 se jkollu żewġ għanijiet ewlenin: li jiżgura livelli għolja ta' ħarsien għall-konsumatur, permezz ta' rappreżentazzjoni effettiva ta' l-interessi tal-konsumatur, u li jiżgura li r-regoli għall-ħarsien tal-konsumatur qed jiġu applikati b'mod effettiv, jiġifieri permezz ta' infurzar, kooperazzjoni, tagħrif, edukazzjoni u rimedju. Dawn l-għanijiet għandhom jinkisbu permezz ta' taħlita ta' azzjonijiet u strumenti, skond il-prijoritajiet stipulati fil-pjanijiet ta' ħidma annwali. 3. KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI KOMUNI Fil-25 ta' Settembru 2006, il-Kunsill laħaq b'unanimità ftehim politiku dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007-2013). Dan kien prinċipalment imsejjes fuq il-proposta modifikata tal-Kummissjoni maħruġa fl-24 ta' Mejju 2006. Din il-proposta modifikata qieset it-telf sostanzjali fil-baġit tal-programm li rriżulta mill-ftehim interistituzzjonali dwar il-perspettivi finanzjarji; kif ukoll il-fehmiet formali espressi mill-Parlament Ewropew fl-ewwel qari. Hija introduċiet modifiki sostanzjali lill-proposta oriġinali u qasmitha bejn programm għas-saħħa pubblika u programm għall-politika tal-konsumatur. Matul id-diskussjoni tal-proposta modifikata xi wħud mill-membri tal-Kunsill kellhom riżervi dwar proġetti speċifiċi, dwar l-istabbiliment ta' programm Ewropew Master u l-għotjiet ta' boroż ta' studju; u l-Parlament Ewropew kellu wkoll riżervi dwar il-programm Ewropew Master kif ukoll dwar l-azzjonijiet deċentralizzati u l-konsumaturi vulnerabbli. Ir-riżervi kollha ta' l-Istati Membri fl-aħħar tneħħew bl-għan li jintlaħaq ftehim minħabba l-ħtieġa ta' adozzjoni bikrija tal-programm. Il-pożizzjoni komuni għaldaqstant tirrifletti r-riżultati ta' dawn il-kuntatti interistituzzjonali u hija appoġġjata mill-Kummissjoni. 4. KONKLUŻJONI Il-Kummissjoni tqis li l-pożizzjoni komuni adottata fi 13.11.2006 b'unanimità hija konformi ma' l-għanijiet essenzjali u ma' l-istrateġija fundamentali tal-proposta modifikata tagħha. Hija tiġbed l-attenzjoni li l-President tal-kumitat IMCO tal-PE ikkonferma li, jekk il-Kunsill jilħaq ftehim politiku fuq il-bażi tat-test ta' kompromess tal-Presidenza, il-President għandu mnejn jirrakkomanda l-kumitat biex jadotta l-pożizzjoni komuni mingħajr emendi. Il-Kummissjoni għalhekk tista' tappoġġja l-pożizzjoni komuni li tirrifletti l-ftehim li ntlaħaq bejn it-tliet istituzzjonijiet.