[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 20.10.2006 KUMM(2006) 608 finali Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Komunità dwar id-Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt imwaqqaf bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli, fir-rigward ta’ l-emenda ta’ l-Appendiċi 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 10 ta’ l-Anness 11 (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (minn issa ’l quddiem: “il-Ftehim Agrikolu”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002. L-Appendiċi 6, il-Kapitolu 1, ta’ l-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu jirrikonoxxi l-ugwaljanza b’mod reċiproku fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib ta’ l-ispeċi bovina għall-konsum uman u fis-settur tal-prodotti sekondarji ta’ l-annimali li m’humiex għall-konsum uman. Il-Konfederazzjoni Żvizzera impenjat ruħha li ddaħħal fil-liġi nazzjonali tagħha, id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 2160/2003, 1003/2005 u tad-Direttiva (KE) Nru 2003/99 dwar is-sorveljanza u l-kontroll taż-żoonosi u ta’ aġenti żoonotiċi. Il-Konfederazzjoni Żvizzera impenjat ruħha biex iddaħħal fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha, id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 2073/2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi applikabbli għall-prodotti ta’ l-ikel, Nru 2074/2005 li jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-“pakkett dwar l-iġjene” u Nru 2075/2005 dwar il-kontrolli tat-trichinae ( trichinella spiralis ) . Jeħtieġ li jiġu aġġornati r-referenzi leġiżlattivi Komunitarji u Żvizzeri ta’ l-Appendiċi 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 10 ta’ l-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu. Ġie maħsub biex tiġi kkunsidrata l-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2006. L-Artikolu 19(1), ta’ l-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu jwaqqaf Kumitat Veterinarju Konġunt, magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet. Huwa inkarigat biex jeżamina kull kwistjoni dwar l-Anness imsemmi u l-implimentazzjoni tiegħu u biex jagħmel il-ħidmiet li hemm speċifikati fih. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt jiddisponi b’mod partikulari, minn poter ta’ deċiżjoni fil-każijiet li huma speċifikati fl-Anness 11. L-Artikolu 19(3), ta’ l-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu jawtorizza lill-Kumitat Veterinarju Konġunt biex jemenda l-Appendiċi ta’ l-Anness imsemmi, notevolment bil-ħsieb li dawn jiġu addattati u aġġornati. Il-Komunità għandha tieħu deċiżjoni dwar il-pożizzjoni li għandha tadotta fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-adozzjoni ta’ l-emendi meħtieġa għall-Appendiċi 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 10 ta’ l-Anness 11. F’konformità ma’ l-Artikolu 5(2), subparagrafu 1 tad-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom, il-pożizzjoni tal-Komunità hija deċiża mill-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni. Id-Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt tkun ippubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea. * * * Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Komunità dwar id-Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt imwaqqaf bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli, fir-rigward ta’ l-emenda ta’ l-Appendiċi 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 10 ta’ l-Anness 11 IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u notevolment l-Artikolu 300(2), it-tieni subparagrafu tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi: (1) L-Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu tad-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-ftehim ta’ kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika ta’ l-4 ta’ April 2002 relatata mal-konklużjoni ta’ seba’ ftehimiet mal-Konfederazzjoni Żvizzera jispeċifika li l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Komunità fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt hija ddeterminata mill-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni. (2) Il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera relatat mal-kummerċ ta’ prodotti agrikoli tal-21 ta’ Ġunju 1999 (minn issa ’l quddiem “il-Ftehim Agrikolu”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002. (3) L-Artikolu 19(1), ta’ l-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu waqqaf Kumitat Veterinarju Konġunt inkarigat biex jeżamina kull kwistjoni relatata ma’ l-Anness imsemmi u ma’ l-implimentazzjoni tiegħu u biex jagħmel il-ħidmiet li hemm speċifikati fih. F’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-istess Artikolu, il-Kumitat Veterinarju Konġunt jista’ jiddeċiedi li jemenda l-Appendiċi ta’ l-Anness 11, notevolment bil-ħsieb li jaddattahom u jaġġornahom. (4) Il-Komunità għandha tieħu deċiżjoni dwar il-pożizzjoni li għandha tadotta fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-adozzjoni ta’ l-emendi meħtieġa, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Komunità fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt imwaqqaf bl-Artikolu 19(1) ta’ l-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-emenda ta’ l-Appendiċi 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 10 ta’ l-Anness 11 hija bbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Veterinarju Konġunt mehmuż mad-Deċiżjoni preżenti. Artikolu 2 Id-Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt imwaqqaf bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli, fir-rigward ta’ l-emenda ta’ l-Appendiċi 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 10 ta’ l-Anness 11 tal-Ftehim tkun ippubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea meta din tiġi adottata. Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri kollha. Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS Proposta għal DEĊIŻJONI Nru 1/2006 TAL-KUMITAT VETERINARJU KONĠUNT IMWAQQAF BIL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR IL-KUMMERĊ TA’ PRODOTTI AGRIKOLI fir-rigward ta’ l-emenda ta’ l-Appendiċi 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 10 ta’ l-Anness 11 IL-KUMITAT, Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (minn issa ’l quddiem “il-Ftehim Agrikolu”), u notevolment l-Artikolu 19(3), ta’ l-Anness 11 tiegħu, Billi: (1) Il-Ftehim Agrikolu daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002. (2) L-Artikolu 19(1) ta’ l-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu jwaqqaf Kumitat Veterinarju Konġunt inkarigat biex jeżamina kull kwistjoni relatata ma’ l-Anness imsemmi u ma’ l-implimentazzjoni tiegħu u biex jagħmel il-ħidmiet li hemm speċifikati fih. F’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-istess Artikolu l-Kumitat Veterinarju Konġunt jista’ jiddeċiedi li jemenda l-Appendiċi ta’ l-Anness 11, notevolment bil-ħsieb li jaddattahom u li jaġġornahom. (3) L-Appendiċi 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 11 ta’ l-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu ġew emendati għall-ewwel darba bid-Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt imwaqqaf bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli tal-25 ta’ Novembru 2003 fir-rigward ta’ l-emenda ta’ l-Appendiċi 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 11 ta’ l-Anness 11 tal-Ftehim[1]. (4) L-Appendiċi 1, 2, 3, 4, 5 u 11 ta’ l-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu ġew emendati l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2/2004 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt imwaqqaf bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli tad-9 ta’ Diċembru 2004 fir-rigward ta’ l-emenda ta’ l-Appendiċi 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 11 ta’ l-Anness 11 tal-Ftehim[2]. (5) L-Appendiċi 6 ta’ l-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu ġie emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2005 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt imwaqqaf bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli tal-21 ta’ Diċembru 2005 fir-rigward ta’ l-emenda ta’ l-Appendiċi 6 ta’ l-Anness 11 tal-Ftehim[3]. (6) Il-Konfederazzjoni Żvizzera impenjat ruħha biex iddaħħal fil-liġi nazzjonali tagħha, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (KE) Nru 2003/99 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u ta’ l-aġenti żoonotiċi, temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE[4], tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar il-kontroll tas-salmonella u ta’ aġenti żoonotiċi speċifiċi oħrajn li jkun hemm ġewwa l-ikel[5] u tar-Regolament (KE) Nru 1003/2005 tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-iffissar ta’ għan Komunitarju għal tnaqqis tal-prevalenza ta’ ċerti serotipi ta’ salmonella fil-ġemgħat tat-tjur għat-trobbija ta’ Gallus gallus u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2160/2003[6] . (7) Il-Konfederazzjoni Żvizzera impenjat ruħha biex iddaħħal fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/78/KE tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 1997 tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi[7]. (8) Il-Konfederazzjoni Żvizzera impenjat ruħha biex iddaħħal fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi applikabbli għall-prodotti ta’ l-ikel[8], id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005 tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi l-miżuri ta’ applikazzjoni dwar ċerti prodotti li jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u dwar l-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali speċifikati fir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jidderoga r-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004[9], u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005 tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jiffissaw ir-regoli speċifiċi applikabbli għall-kontrolli uffiċjali dwar il-preżenza ta’ Trichinella fil-laħmijiet[10] . (9) Jeħtieġ li jiġi emendat it-test ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness 11 tal-Ftehim imsemmi biex jiġu kkunsidrati l-leġiżlazzjonijiet Komunitarji u Żvizzeri dwar iż-żoonosi u l-modalitajiet partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera. (10) Jeħtieġ li jiġi emendat it-test ta’ l-Appendiċi 1, 2, 3, 4, 5 u 10 ta’ l-Anness 11 tal-Ftehim imsemmi biex jiġi kkunsidrat it-tibdil li sar fil-liġijiet Komunitarji u Żvizzeri li kienu fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2006. (11) Il-miżuri sanitarji speċifikati mil-leġiżlazzjoni Żvizzera huma rrikonoxxuti bħala ekwivalenti għal finijiet kummerċjali għall-prodotti ta’ l-annimali li huma għall-konsum uman. Għalhekk jeħtieġ li jiġi emendat it-test ta’ l-Appendiċi 6 ta’ l-Anness 11 tal-Ftehim imsemmi. (12) Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Appendiċi 5 u 10 ta’ l-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu jerġgħu jiġu eżaminati mill-ġdid fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-Appendiċi 1, 2, 3, 4, 6 u 10 ta’ l-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli huma rispettivament ssostitwiti mill-Appendiċi li jidhru fl-Anness 1 ta’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 L-Appendiċi 5 ta’ l-Anness 11, il-Kapitolu 3, punt V, paragrafu A huwa emendat kif ġej: “Għall-kontrolli ta’ annimali ħajjin li ġejjin minn pajjiżi li m’humiex dawk li jidhru fl-Anness preżenti, l-awtoritajiet Żvizzeri jintrabtu li ta’ l-inqas jiġbru t-taxxi marbuta mal-kontrolli uffiċjali speċifikati fil-Kapitolu VI tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 mat-taxxi minimi fissi fl-Anness V tiegħu”. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni, b’żewġ kopji, tiġi ffirmata mill-presidenti konġunti jew persuni oħra bis-setgħa li jaġixxu f’isem il-partijiet. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Hija tidħol fis-seħħ mid-data ta’ l-aħħar firma. Iffirmata f’Berne, il- Iffirmata fi Brussell, il- F’isem il-Konfederazzjoni Żvizzera F’isem il-Kummissjoni Ewropea Il-Kap tad-Delegazzjoni Il-Kap tad-Delegazzjoni _____________ ANNESS 1 “Appendiċi 1 MIŻURI TA’ KONTROLL/NOTIFIKA TA’ MARD I. IL-MARDA TA’ L-ILSIEN U D-DWIEFER A. LEĠIŻLAZZJONIJIET Il-Komunità Ewropea | L-Iżvizzera | 1. Id-Direttiva 2003/85/KE tal-Kunsill, tad-29 ta’ Settembru 2003, li tistabbilixxi miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka id-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1) emendata mid-Deċiżjoni 2005/615/KE tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Awwissu 2005 li temenda l-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-laboratorji nazzjonali f’ċerti Stati Membri. | 1. Il-Liġi dwar il-mard epiżootiku (LFE) ta’ l-1 ta’ Lulju 1966, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Ġunju 2004 (RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikoli 1, 1a u 9a tagħha (miżura kontra l-mard epiżootiku li jittieħed ħafna, għanijiet tal-kontroll) u l-Artikolu 57 tagħha (dispożizzjonijiet għal implimentazzjoni ta’ natura teknika, kollaborazzjoni internazzjonali) 2. L-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku (OFE) tas-27 ta’ Ġunju 1995, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Novembru 2005 (RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 2 (mard epiżootiku li jittieħed ħafna), 49 (manipulazzjoni ta’ mikro-organiżmi patoġeniċi għall-annimal), 73 u 74 (tindif u diżinfezzjoni), 77 sa 98 (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżootiku li jittieħed ħafna), 99 sa 103 (miżuri speċifiċi dwar il-ġlieda kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer) 3. L-Ordinanza ta’ l-14 ta’ Ġunju 1999 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali ta’ l-Ekonomija Pubblika, emendata l-aħħar fl-10 ta’ Marzu 2006 (RS 172.216.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 8 tagħha (laboratorju ta’ referenza, reġistrazzjoni, kontroll u disponibilità ta’ tilqim kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer) | B. KONDIZZJONIJIET PARTIKULARI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI 1. Il-Kummissjoni u l-Uffiċċju Veterinarju Federali javżaw bl-intenzjoni li tiġi implimentata tilqima b’urġenza. Fil-każijiet ta’ urġenza estrema, in-notifika tolqot id-Deċiżjoni meħuda u l-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tagħha. Fi kwalunkwe każ, isiru konsultazzjonijiet fl-iqsar żmien possibbli fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt. 2. Skond l-Artikolu 97 ta’ l-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku, l-Iżvizzera għandha pjan ta’ twissija ppubblikat fuq is-sit ta’ l-Internet ta’ l-Uffiċċju Veterinarju Federali. 3. Il-laboratorju konġunt ta’ referenza għall-identifikazzjoni tal-vajrus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer huwa: The Institute for Animal Health Pirbright Laboratory, l-Ingilterra. L-Iżvizzera tħallas l-ispejjeż dovuti minnha għal operazzjonijiet li jsiru f’din il-kapaċità. Il-funzjonijiet u l-ħidmiet ta’ dan il-laboratorju huma dawk speċifikati fl-Anness XVI tad-Direttiva 2003/85/KE. II. ID-DENI KLASSIKU TAL-ĦNIEŻER A. LEĠIŻLAZZJONIJIET Il-Komunità Ewropea | L-Iżvizzera | Id-Direttiva 2001/89/KE tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta' l-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (ĠU L 316, ta’ l-1.12.2001, p. 5), emendata l-aħħar mill-Att dwar il-kondizzjonijiet ta’ adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka, u għall-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea – l-Anness II: Lista speċifikata fl-Artikolu 20 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni – 6. Agrikultura – B. Leġiżlazzjoni veterinarja u fitosanitarja – I. Leġiżlazzjoni veterinarja (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 381) | 1. Il-Liġi dwar il-mard epiżootiku (LFE) ta’ l-1 ta’ Lulju 1966, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Ġunju 2004 (RS 916.40), u b’mod partikulari, l-Artikoli 1, 1a, 9a tagħha (miżura kontra l-mard epiżootiku li jittieħed ħafna, għanijiet għall-ġlieda) u l-Artikolu 57 tagħha (dispożizzjonijiet għal implimentazzjoni ta’ natura teknika, kollaborazzjoni internazzjonali) 2. L-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku (OFE) tas-27 ta’ Ġunju 1995, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Novembru 2005 (RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 2 (mard epiżootiku li jittieħed ħafna), 40 sa 47 (tneħħija u użu ta’ l-iskart), 49 (manipulazzjoni ta’ mikro-organiżmi patoġeniċi għall-annimal), 73 u 74 (tindif u diżinfezzjoni), 77 sa 98 (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżootiku li jittieħed ħafna), 116 sa 121 (eżistenza tad-deni tal-majjal waqt it-tbiċċir, miżuri speċifiċi fir-rigward tal-ġlieda kontra d-deni tal-majjal) 3. L-Ordinanza ta’ l-14 ta’ Ġunju 1999 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali ta’ l-Ekonomija Pubblika, emendata l-aħħar fl-10 ta’ Marzu 2006 (RS 172.216.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 8 tagħha (laboratorju ta’ referenza) 4. L-Ordinanza tat-23 ta’ Ġunju 2004 dwar it-tneħħija ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali (OESPA), emendata l-aħħar fit-22 ta’ Ġunju 2005 (RS 916.441.22) | B. KONDIZZJONIJIET PARTIKULARI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI 1. Il-Kummissjoni u l-Uffiċċju Veterinarju Federali javżaw bl-intenzjoni li tiġi implimentata tilqima b’urġenza. Isiru konsultazzjonijiet fl-iqsar żmien possibbli fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt. 2. Jekk ikun hemm bżonn u skond l-Artikolu 117(5) ta’ l-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku, l-Uffiċċju Veterinarju Federali joħroġ dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ natura teknika f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ittimbrar u t-trattament tal-laħmijiet li ġejjin minn żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza. 3. Skond l-Artikolu 121 ta’ l-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku, l-Iżvizzera tintrabat li timplimenta pjan għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer li jinsab fil-ħanżir salvaġġ f’konformità ma’ l-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2001/89/KE. Isiru konsultazzjonijiet fl-iqsar żmien possibbli fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt. 4. Skond l-Artikolu 97 ta’ l-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku, l-Iżvizzera għandha pjan ta’ twissija ppubblikat fuq is-sit ta’ l-Internet ta’ Uffiċċju Veterinarju Federali. 5. L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, fuq il-bażi notevolment ta’ l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2001/89/KE u ta’ l-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżootiku. 6. Jekk ikun hemm bżonn, skond l-Artikolu 89(2) ta’ l-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku, l-Uffiċċju Veterinarju Federali joħroġ id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ natura teknika f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontroll seroloġiku tal-ħnieżer fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza f’konformità mal-Kapitolu IV ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni 2002/106/KE (ĠU L 39, tad-9.2.2002, p. 71.). 7. Il-laboratorju konġunt ta’ referenza għad-deni klassiku tal-ħnieżer huwa: Institut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule Hannover, 15 Bünteweg 17, D-30559, Hannover, il-Ġermanja. L-Iżvizzera tħallas l-ispejjeż dovuti minnha għal operazzjonijiet li jsiru f’din il-kapaċità. Il-funzjoni u l-ħidma ta’ dan il-laboratorju huma dawk speċifikati fl-Anness IV tad-Direttiva 2001/89/KE. III. ID-DENI AFRIKAN TAL-ĦNIEŻER A. LEĠIŻLAZZJONIJIET Il-Komunità Ewropea | L-Iżvizzera | Id-Direttiva 2002/60/KE tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda id-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, ta’ l-20.7.2002, p. 27) emendata l-aħħar mill-Att dwar il-kondizzjonijiet ta’ adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka, u għall-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea – l-Anness II: Lista speċifikata fl-Artikolu 20 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni – 6. Agrikoltura – B. Leġiżlazzjoni veterinarja u fitosanitarja – I. Leġiżlazzjoni veterinarja (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 381) | 1. Il-Liġi dwar il-mard epiżootiku (LFE) ta’ l-1 ta’ Lulju 1966, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Ġunju 2004 (RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikoli 1, 1a u 9a tagħha (miżura kontra l-mard epiżootiku li jittieħed ħafna, għanijiet għall-ġlieda) u l-Artikolu 57 tagħha (dispożizzjonijiet għal implimentazzjoni ta’ natura teknika, kollaborazzjoni internazzjonali) 2. L-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku (OFE) tas-27 ta’ Ġunju 1995, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Novembru 2005 (RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 2 (mard epiżootiku li jittieħed ħafna), 40 sa 47 (tneħħija u użu ta’ l-iskart), 49 (manipulazzjoni ta’ mikro-organiżmi patoġeniċi għall-annimal), 73 u 74 (tindif u diżinfezzjoni), 77 sa 98 (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżootiku li jittieħed ħafna), 116 sa 121 (eżistenza ta’ deni tal-ħnieżer waqt it-tbiċċir, miżuri speċifiċi dwar il-ġlieda kontra d-deni tal-ħnieżer) 3. L-Ordinanza ta’ l-14 ta’ Ġunju 1999 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali ta’ l-Ekonomija Pubblika, emendata l-aħħar fl-10 ta’ Marzu 2006 (RS 172.216.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 8 tagħha (laboratorju ta’ referenza) 4. L-Ordinanza tat-23 ta’ Ġunju 2004 dwar it-tneħħija ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali (OESPA), emendata l-aħħar fit-22 ta’ Ġunju 2005 (RS 916.441.22) | B. KONDIZZJONIJIET PARTIKULARI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI 1. Il-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għad-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa: Centro de Investigación en Sanidad Animal, 28130 Valdeolmos, Madrid, Spanja. L-Iżvizzera tħallas l-ispejjeż dovuti minnha għal operazzjonijiet li jsiru f’din il-kapaċità. Il-funzjoni u l-ħidma ta’ dan il-laboratorju huma dawk speċifikati fl-Anness V tad-Direttiva 2002/60/KE. 2. Skond l-Artikolu 97 ta’ l-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku, l-Iżvizzera għandha pjan ta’ twissija ppubblikat fuq is-sit ta’ l-Internet ta’ l-Uffiċċju Veterinarju Federali. 3. Jekk ikun hemm bżonn, skond l-Artikolu 89(2) ta’ l-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku, l-Uffiċċju Veterinarju Federali joħroġ id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ natura teknika f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2003/422/KE (ĠU L 143, tal-11.6.2003, p. 35) f’dak li għandu x’jaqsam mal-kondizzjonijiet tad-dijanjosi tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. 4. L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, fuq il-bażi notevolment ta’ l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2002/60/KE u ta’ l-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżootiku. IV. IL-MARDA TAŻ-ŻWIEMEL A. LEĠIŻLAZZJONIJIET Il-Komunità Ewropea | L-Iżvizzera | Id-Direttiva 92/35/KEE tal-Kunsill tad-29 ta’ April 1992, li tistabbilixxi r-regoli ta' kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel (ĠU L 157, ta’ l-10.6.1992, p. 19), emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 tal-Kunsill, ta’ l-14 ta’ April 2003, li jaddatta għad-Deċiżjoni 1999/468/KE id-disposizzjonijiet rigward il-kumitati li jassistu l-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni stabbiliti fi strumenti tal-Kunsill adottati skond il-proċedura ta' konsultazzjoni (maġġoranza kwalifikata)(ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1) | 1. Il-Liġi dwar il-mard epiżootiku (LFE) ta’ l-1 ta’ Lulju 1966, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Ġunju 2004 (RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikoli 1, 1a u 9a tagħha (miżura kontra l-mard epiżootiku li jittieħed ħafna, għanijiet għall-ġlieda) u l-Artikolu 57 tagħha (dispożizzjonijiet għal implimentazzjoni ta’ natura teknika, kollaborazzjoni internazzjonali) 2. L-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku (OFE) tas-27 ta’ Ġunju 1995, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Novembru 2005 (RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 2 (mard epiżootiku li jittieħed ħafna), 49 (manipulazzjoni ta’ mikro-organiżmi patoġeniċi għall-annimal), 73 u 74 (tindif u diżinfezzjoni), 77 sa 98 (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżootiku li jittieħed ħafna), 112 sa 115 (miżuri speċifiċi fir-rigward tal-ġlieda kontra l-marda taż-żwiemel) 3. L-Ordinanza ta’ l-14 ta’ Ġunju 1999 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali ta’ l-Ekonomija Pubblika, emendata l-aħħar fl-10 ta’ Marzu 2006 (RS 172.216.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 8 tagħha (laboratorju ta’ referenza) | B. KONDIZZJONIJIET PARTIKULARI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI 1. Fil-każ fejn fl-Iżvizzera tiżviluppa marda epiżootika li jkollha karattru serju ħafna, il-Kumitat Veterinarju Konġunt jiltaqa’ sabiex jipproċedi għal eżami tas-sitwazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri jintrabtu li jieħdu l-miżuri meħtieġa fid-dawl tar-riżultati ta’ dan l-eżami. 2. Il-laboratorju konġunt ta’ referenza għall-marda taż-żwiemel huwa: Laboratorio de Sanidad y Producción Animal, Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación, 28110 Algete, Madrid, Spanja. L-Iżvizzera tħallas l-ispejjeż dovuti minnha għal operazzjonijiet li jsiru f’din il-kapaċità. Il-funzjoni u l-ħidma ta’ dan il-laboratorju huma dawk speċifikati fl-Anness III tad-Direttiva 92/35/KEE. 3. L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, fuq il-bażi notevolment ta’ l-Artikolu 16 tad-Direttiva 92/35/KEE u ta’ l-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżootiku. 4. Skond l-Artikolu 97 ta’ l-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku, l-IŻvizzera għandha pjan ta’ twissija ppubblikat fuq is-sit ta’ l-Internet ta’ l-Uffiċċju Veterinarju Federali. V. L-INFLUWENZA TAT-TJUR A. LEĠIŻLAZZJONIJIET Il-Komunità Ewropea | L-Iżvizzera | 1. Id-Direttiva 92/40/KEE tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1992, li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza ta’ l-għasafar (ĠU L 167, tat-22.6.1992, p. 1), emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 tal-Kunsill, ta’ l-14 ta’ April 2003, li jaddatta għad-Deċiżjoni 1999/468/KE id-disposizzjonijiet rigward il-kumitati li jassistu l-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni stabbiliti fi strumenti tal-Kunsill adottati skond il-proċedura ta' konsultazzjoni (maġġoranza kwalifikata) (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1) 2. Id-Direttiva 2005/94/KE tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005 dwar il-miżuri Komunitarji għall-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur u li tirrevoka d-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 010, ta’ l-14.1.2006, p. 16) | 1. Il-Liġi dwar il-mard epiżootiku (LFE) ta’ l-1 ta’ Lulju 1966, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Ġunju 2004 (RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikoli 1, 1a u 9a tagħha (miżura kontra l-mard epiżootiku li jittieħed ħafna, għanijiet għall-ġlieda) u l-Artikolu 57 tagħha (dispożizzjonijiet għal implimentazzjoni ta’ natura teknika, kollaborazzjoni internazzjonali) 2. L-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku (OFE) tas-27 ta’ Ġunju 1995, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Novembru 2005 (RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 2, (mard epiżootiku li jittieħed ħafna), 49 (manipulazzjoni ta’ mikro-organiżmi patoġeniċi għall-annimal), 73 u 74 (tindif u diżinfezzjoni), 77 sa 98 (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżootiku li jittieħed ħafna), 122 sa 125 (miżuri speċifiċi fir-rigward ta’ l-influwenza tat-tjur) 3. L-Ordinanza ta’ l-14 ta’ Ġunju 1999 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali ta’ l-Ekonomija Pubblika, emendata l-aħħar fl-10 ta’ Marzu 2006 (RS 172.216.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 8 tagħha (laboratorju ta’ referenza) | B. KONDIZZJONIJIET PARTIKULARI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI 1. Il-laboratorju konġunt ta’ referenza għall-influwenza tat-tjur huwa: Central Veterinary Laboratory, New Haw, Weybridge, Surrey KT15 3NB, ir-Renju Unit. L-Iżvizzera tħallas l-ispejjeż dovuti minnha għal operazzjonijiet li jsiru f’din il-kapaċità. Il-funzjoni u l-ħidma ta’ dan il-laboratorju huma dawk speċifikati fl-Anness V tad-Direttiva 92/40/KEE u fl-Anness VII, il-punt 2 tad-Direttiva 2005/94/KE. 2. Skond l-Artikolu 97 ta’ l-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku, l-Iżvizzera għandha pjan ta’ twissija ppubblikat fuq is-sit ta’ l-Internet ta’ l-Uffiċċju Veterinarju Federali. 3. L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, fuq il-bażi notevolment ta’ l-Artikolu 18 tad-Direttiva 92/40/KEE, ta’ l-Artikolu 60 tad-Direttiva 2005/94/KE u ta’ l-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżootiku. VI. IL-MARDA TA’ NEWCASTLE A. LEĠIŻLAZZJONIJIET Il-Komunità Ewropea | L-Iżvizzera | Id-Direttiva 92/66/KEE tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Lulju 1992, li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda Newcastle (ĠU L 260, tal-5.9.1992, p. 1), emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 tal-Kunsill, ta’ l-14 ta’ April 2003, li jaddatta għad-Deċiżjoni 1999/468/KE id-disposizzjonijiet rigward il-kumitati li jassistu l-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni stabbiliti fi strumenti tal-Kunsill adottati skond il-proċedura ta' konsultazzjoni (maġġoranza kwalifikata)) (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1) | 1. Il-Liġi dwar il-mard epiżootiku (LFE) ta’ l-1 ta’ Lulju 1966, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Ġunju 2004 (RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikoli 1, 1a u 9a tagħha (miżura kontra l-mard epiżootiku li jittieħed ħafna, għanijiet għall-ġlieda) u l-Artikolu 57 tagħha (dispożizzjonijiet għal implimentazzjoni ta’ natura teknika, kollaborazzjoni internazzjonali) 2. L-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku (OFE) tas-27 ta’ Ġunju 1995, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Novembru 2005 (RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 2 tagħha (mard epiżootiku li jittieħed ħafna), 40 sa 47 (tneħħija u użu ta’ l-iskart), 49 (manipulazzjoni ta’ mikro-organiżmi patoġeniċi għall-annimal), 73 u 74 (tindif u diżinfezzjoni), 77 sa 98 (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżootiku li jittieħed ħafna), 122 sa 125 (miżuri speċifiċi fir-rigward tal-marda ta’ Newcastle) 3. L-Ordinanza ta’ l-14 ta’ Ġunju 1999 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali ta’ l-Ekonomija Pubblika, emendata l-aħħar fl-10 ta’ Marzu 2006 (RS 172.216.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 8 tagħha (laboratorju ta’ referenza) 4. Direttiva (direttiva teknika) ta’ l-Uffiċċju Veterinarju Federali ta’ l-20 ta’ Ġunju 1989 fir-rigward tal-ġlieda kontra l-paramyxovirus tal-ħamiem (Bull. Uff. Vet. Fed. 90(13) p.113 (tilqim eċċ.)) 5. L-Ordinanza tat-23 ta’ Ġunju 2004 dwar it-tneħħija ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali (OESPA), emendata l-aħħar fit-22 ta’ Ġunju 2005 (RS 916.441.22) | B. KONDIZZJONIJIET PARTIKULARI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI 1. Il-laboratorju konġunt ta’ referenza għall-marda ta’ Newcastle huwa: Central Veterinary Laboratory, New Haw, Weybridge, Surrey KT15 3NB, ir-Renju Unit. L-Iżvizzera tħallas l-ispejjeż dovuti minnha għal operazzjonijiet li jsiru f’din il-kapaċità. Il-funzjoni u l-ħidma ta’ dan il-laboratorju huma dawk speċifikati fl-Anness V tad-Direttiva 92/66/KEE. 2. Skond l-Artikolu 97 ta’ l-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku, l-IŻvizzera għandha pjan ta’ twissija ppubblikat fuq is-sit ta’ l-Internet ta’ l-Uffiċċju Veterinarju Federali. 3. It-tagħrif speċifikat fl-Artikoli 17 u 19 tad-Direttiva 92/66/KEE huwa r-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt. 4. L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, fuq il-bażi notevolment ta’ l-Artikolu 22 tad-Direttiva 92/66/KEE u ta’ l-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżootiku. VII. MARD TAL-ĦUT U TAL-MOLLUSKI A. LEĠIŻLAZZJONIJIET Il-Komunità Ewropea | L-Iżvizzera | 1. Id-Direttiva 93/53/KEE tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ġunju 1993, li tintroduċi miżuri minimi Komunitàrji għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-ħut(ĠU L 175, tad-19.7.1993, p. 23), emendata l-aħħar mill-Att dwar il-kondizzjonijiet ta’ adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka, u għall-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea – l-Anness II: Lista speċifikata fl-Artikolu 20 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni - 6. Agrikoltura - B. Leġiżlazzjoni veterinarja u fitosanitarja - I. Leġiżlazzjoni veterinarja (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 381) 2. Id-Direttiva 95/70/KE tal-Kunsill, tat-22 ta’ Diċembru 1995, li tintroduċi miżuri minimi Komunitarji għall-kontroll ta’ xi mard li jaffettwa l-molluski bivalvi(ĠU L 332, tat-30.12.1995, p. 33) emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 tal-Kunsill, ta’ l-14 ta’ April 2003, li jaddatta għad-Deċiżjoni 1999/468/KE id-disposizzjonijiet rigward il-kumitati li jassistu l-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni stabbiliti fi strumenti tal-Kunsill adottati skond il-proċedura ta' konsultazzjoni (maġġoranza kwalifikata) (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1). | 1. Il-Liġi dwar il-mard epiżootiku (LFE) ta’ l-1 ta’ Lulju 1966, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Ġunju 2004 (RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikoli 1, 1a u 10 tagħha (miżuri kontra l-mard epiżootiku) u l-Artikolu 57 tagħha (dispożizzjonijiet għal implimentazzjoni ta’ natura teknika, kollaborazzjoni internazzjonali) 2. L-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku (OFE) tas-27 ta’ Ġunju 1995, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Novembru 2005 (RS 916.401) u b’mod partikulari l-Artikoli 3 u 4 tagħha (mard epiżootiku speċifikat), l-Artikolu 61 (obbligi ta’ kuntratti għal dritt ta’ sajd u l-organi inkarigati biex jissorveljaw is-sajd), l-Artikoli 62 sa 76 (miżuri għall-ġlieda b’mod ġenerali), l-Artikoli 275 sa 290 (miżuri speċifiċi fir-rigward ta’ mard tal-ħut, laboratorju ta’ dijanjostika) | B. KONDIZZJONIJIET PARTIKULARI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI 1. Fil-preżent it-trobbija tas-salamun m’hijiex awtorizzata u l-ispeċi m’hijiex preżenti fl-Iżvizzera. L-Iżvizzera tikklassifika l-anemija infettuża tas-salamun bħala marda li għandha tinqered skond l-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku. 2. Fil-preżent it-trobbija tal-gajdri ċatti m’hijiex prattikata fl-Iżvizzera. Fil-każ li jfeġġu l-Bonamiosis jew il-Marteiliosis, l-Uffiċċju Veterinarju Federali jintrabat li jieħu l-miżuri ta’ emerġenza meħtieġa f’konformità mar-regoli Komunitarji fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 57 tal-liġi dwar il-mard epiżootiku. 3. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/53/KEE, l-informazzjoni tingħata f’idejn il-Kumitat Veterinarju Konġunt. 4. Il-laboratorju konġunt ta’ referenza għall-mard tal-ħut huwa: Statens Veterinære Serumlaboratorium, Landbrugsministeriet, Hangövej 2, 8200 Århus, id-Danimarka. L-Iżvizzera tħallas l-ispejjeż dovuti minnha għal operazzjonijiet li jsiru f’din il-kapaċità. Il-funzjoni u l-ħidma ta’ dan il-laboratorju huma dawk speċifikati fl- Anness C tad-Direttiva 93/53/KEE. 5. Skond l-Artikolu 97 ta’ l-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku, l-Iżvizzera għandha pjan ta’ twissija ppubblikat fuq is-sit ta’ l-Internet ta’ l-Uffiċċju Veterinarju Federali. 6. L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, fuq il-bażi notevolemt ta’ l-Artikolu 16 tad-Direttiva 93/53/KEE, ta’ l-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/70/KE u ta’ l-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżootiku. 7. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 95/70/KEE, l-informazzjoni tingħata lill-Kumitat Veterinarju Konġunt. 8. Il-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għall-mard tal-molluski huwa: Laboratoire IFREMER, BP 133, 17390 La Tremblade, Franza. L-Iżvizzera tħallas l-ispejjeż dovuti minnha għal operazzjonijiet li jsiru f’din il-kapaċità. Il-funzjoni u l-ħidma ta’ dan il-laboratorju huma dawk speċifikati fl-Anness B tad-Direttiva 95/70/KEE. VIII. ENĊEFALOPATIJI SPONĠIFORMI TRASMISSIBBLI A. LEĠIŻLAZZJONIJIET Il-Komunità Ewropea | L-Iżvizzera | Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu (ĠU L 147, tal-31.5.2001, p. 1), emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 688/2006 tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Mejju 2006 li temenda l-Annessi III u XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sorveljanza ta’ l-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli u ta’ materjali b’riskju speċifiku ta’ annimali bovini fl-Iżvezja (ĠU L 120, 5.5.2006, p. 10). | 1. L-Ordinanza tas-27 ta’ Mejju 1981 dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali (OPAn), emendata l-aħħar fit-12 ta’ April 2006 (RS 455.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 64f tagħha (Metodi ta’ sturdament) 2. L-Ordinanza ta’ … Ottubru 2006 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti ta’ annimali (OITE), (RS 916.443.11) 3. Il-liġi tad-9 ta’ Ottubru 1992 dwar il-prodotti ta’ l-ikel u oġġetti ta’ kuljum (LDA1), emendata l-aħħar fis-16 ta’ Diċembru 2005 (RS 817.0), u b’mod partikulari l-Artikolu 24 tagħha (Spezzjoni u ġbir ta’ kampjuni), u l-Artikolu 40 tagħha (Kontroll tal-prodotti ta’ l-ikel) 4. L-Ordinanza tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-DFI dwar il-prodotti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali (RS 817.022.108), u b’mod partikulari l-Artikoli 4 u 7 tagħha (partijiet tal-karkassa li l-użu tagħhom huwa pprojbit) 5. L-Ordinanza tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (OFE), emendata l-aħħar fit-23 ta’ Novembru 2005 (RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 6 (Definizzjonijiet u taqsir), 36 (Liċenzji), 61 (Obbligu ta’ rapport), 130 (Sorveljanza tal-bhejjem Żvizzeri), 175 sa 181 (Enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli), 297 (Implimentazzjoni interna fil-pajjiż), 301 (Ħidmiet tal-veterinarju tad-distrett awtonomu), 303 (Taħriġ u speċjalizzazzjoni tal-veterinarji uffiċjali) u 312 (Laboratorji ta’ dijanjostika) 6. L-Ordinanza ta’ l-10 ta’ Ġunju 1999 dwar il-Katalgu ta’ l-għalf għall-annimali (OLA1A), emendata l-aħħar fit-23 ta’ Novembru 2005 (RS 916.307.1) u b’mod partikulari l-Artikolu 28 tagħha (Trasport ta’ għalf għal annimali ta’ trobbija), l-Anness 1, il-parti 9 (Prodotti ta’ annimali ta’ l-art), il-parti 10 (Ħut, annimali oħrajn tal-baħar, il-prodotti u l-prodotti sekondarji tagħhom), u l-Anness 4 (lista ta’ sustanzi pprojbiti) 7. L-Ordinanza tat-23 ta’ Ġunju 2004 fir-rigward tat-tneħħija tal-prodotti sekondarji ta’ l-annimali (OESPA), emendata l-aħħar fit-22 ta’ Ġunju 2005 (RS 916.441.22) | B. KONDIZZJONIJIET PARTIKULARI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI 1. Il-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għall-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (BSE) huwa: The Veterinary Laboratories Agency, Woodham Lane New Haw, Addlestone, Surrey KT15 3NB, ir-Renju Unit. L-Iżvizzera tħallas l-ispejjeż dovuti minnha għal operazzjonijiet li jsiru f’din il-kapaċità. Il-funzjoni u l-ħidma ta’ dan il-laboratorju huma dawk speċifikati fl-Anness X, il-Kapitolu B tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. 2. Skond l-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżootiku, l-Iżvizzera għandha pjan ta’ twissija għall-implimentazzjoni tal-miżuri għal ġlieda kontra l-BSE. 3. Skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, fl-Istati Membri tal-Komunità, kull annimal issuspettat li jkun infettat minn enċefalopatija sponġiformi trasmissibbli jkun sottomess għal restrizzjoni uffiċjali ta’ moviment sakemm jinħarġu r-riżultati ta’ eżami kliniku u epidemjoloġiku li jkun sar mill-awtorità kompetenti, jew maqtul sabiex ikun eżaminat f’laboratorju taħt kontroll uffiċjali. Skond l-Artikoli 179b u 180a ta’ l-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku, l-IŻvizzera tipprojbixxi t-tbiċċir ta’ annimali suspettati li jkunu infettati minn enċefalopatija sponġiformi trasmissibbli. L-annimali suspettati jridu jinqatlu mingħajr ma jinxtered demm u jiġu maħruqa, moħħhom irid jiġi eżaminat fil-laboratorju ta’ referenza Żvizzeru għall-BSE. Skond l-Artikolu 10 ta’ l-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku, l-Iżvizzera tidentifika l-annimali bovini bl-għajnuna ta’ sistema permanenti ta’ identifikazzjoni li tippermetti li tinstab mill-ġdid id-dama u l-merħla ta’ l-oriġini tagħhom u li tavża li m’humiex wild ta’ dami suspetti jew ta’ baqar milquta b’enċefalopatija sponġiformi bovina. Skond l-Artikolu 179c ta’ l-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku, l-Iżvizzera toqtol lill-annimali milquta bil-BSE kif ukoll lill-annimali li huma l-wild ta’ baqar milquta b’enċefalopatija sponġiformi bovina li twieldu fis-sentejn ta’ qabel id-dijanjosi tagħhom. Mill-1 ta’ Lulju 1999, saret ukoll qatla skond il-koorti (kienet issir qatla skond il-merħla mill-14 ta’ Diċembru 1996 sat-30 ta’ Ġunju 1999). 4. Skond l-Artikolu 180b ta’ l-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku, l-Iżvizzera toqtol lill-annimali milquta bil- coenurus cerebralis ( scrapie ), id-dami tagħhom, il-wild dirett ta’ dami infettati kif ukoll in-nagħaġ l-oħra kollha u l-mogħoż l-ieħor kollu tal-merħla ħlief: - għan-nagħaġ li għandhom mill-inqas allel ARR u l-ebda allel VRQ; u - għall-annimali ta’ inqas minn xahrejn, li huma mrobbija għall-qatla biss. Ir-ras u l-organi tal-kavità addominali ta’ dawn l-annimali jitneħħew f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar it-tneħħija tal-prodotti sekondarji ta’ l-annimali (OESPA). B’eċċezzjoni, fil-każ ta’ razez b’numri dgħajfa, il-qatla tal-merħla tista’ tiġi rrevokata. F’dan il-każ, il-merħla titqiegħed taħt sorveljanza veterinarja uffiċjali għal matul sentejn u matulhom, darbtejn f’sena, isir eżami kliniku fuq l-annimali tal-merħla. Jekk matul dan il-perjodu xi annimali jinqatlu, l-irjus tagħhom inklużi t-tunsilli tagħhom ikunu soġġetti għal analiżi fil-laboratorju ta’ referenza għall-BSE. Dawn il-miżuri jiġu riveduti skond ir-riżultati tas-sorveljanza sanitarja ta’ l-annimali. B’mod partikulari, il-perjodu ta’ sorveljanza jittawwal f’każ ta’ evidenza ta’ każ ġdid ta’ mard fost il-merħla. Fil-każ ta’ konferma tal-BSE f’xi nagħġa jew mogħża, l-Iżvizzera tintrabat biex tapplika l-miżuri speċifikati fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. 5. Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, l-Istati Membri tal-Komunità jipprojbixxu l-użu ta’ proteini ta’ annimali mibdula fl-għalf ta’ l-annimali ta’ trobbija miżmuma, imsemmna jew imrobbija għall-produzzjoni ta’ prodotti ta’ l-ikel. L-Istati Membri tal-Komunità japplikaw projbizzjoni totali għall-użu tal-proteini li ġejjin minn annimali fl-għalf ta’ annimali li jixtarru. Skond l-Artikolu 18 ta’ l-Ordinanza dwar it-tneħħija ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali (OESPA), l-Iżvizzera ħarġet projbizzjoni totali għall-użu ta’ proteini ta’ annimali fl-għalf ta’ l-annimali ta’ trobbija li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2001. 6. Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u f’konformità mal-Kapitolu A ta’ l-Anness III, tar-Regolament imsemmi, l-Istati Membri tal-Komunità waqqfu programm annwali ta’ sorveljanza tal-BSE. Dan il-pjan jinkludi test rapidu tal-BSE fuq l-annimali bovini kollha li għandhom iktar minn 24 xahar maqtula b’urġenza, li mietu fir-razzett jew li nstabu morda waqt spezzjoni ante mortem u fuq l-annimali kollha ta’ aktar minn 30 xahar maqtula għall-konsum uman. It-testijiet rapidi tal-BSE użati mill-Iżvizzera huma mniżżla fl-Anness X, il-Kapitolu C tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. Skond l-Artikolu 179 ta’ l-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku, l-Iżvizzera b’mod obbligatorju tagħmel test rapidu tal-BSE fuq l-annimali bovini kollha li għandhom aktar minn 30 xahar maqtula b’urġenza, li mietu fir-razzett jew li nstabu morda wara spezzjoni ante mortem kif ukoll fuq kampjun ta’ annimali bovini ta’ aktar minn 30 xahar maqtula għall-konsum uman. Barra minn hekk, l-operaturi jmexxu programm volontarju ta’ sorveljanza ta’ annimali bovini ta’ aktar minn 20 xahar maqtula għall-konsum uman. 7. Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u f’konformità mal-Kapitolu A ta’ l-Anness III, tar-Regolament imsemmi, l-Istati Membri tal-Komunità jwaqqfu programm annwali ta’ sorveljanza tal- coenurus cerebralis . Skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 177 ta’ l-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku, l-Iżvizzera waqqfet programm ta’ sorveljanza tal-BSE fost in-nagħaġ u l-mogħoż li għandhom aktar minn 12-il xahar. L-annimali maqtula b’urġenza, li mietu fir-razzett jew li nstabu morda waqt spezzjoni ante mortem kif ukoll l-annimali maqtula għall-konsum uman ġew eżaminati matul il-perjodu mix-xahar ta’ Ġunju 2004 sax-xahar ta’ Lulju 2005. Meta l-kampjuni kollha nstabu negattivi għall-BSE, saret sorveljanza ta’ għażla ta’ annimali suspetti kliniċi, ta’ annimali maqtula b’urġenza u ta’ annimali li mietu fir-razzett. L-għarfien tax-xebh tal-liġijiet fil-qasam ta’ sorveljanza tal-BSE fost in-nagħaġ u l-mogħoż jiġi kkunsidrat mill-ġdid fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt. 8. It-tagħrif speċifikat fl-Artikolu 6 u fil-Kapitolu B ta’ l-Anness II u ta’ l-Anness IV (3.III) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huwa r-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt. 9. L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, fuq il-bażi notevolment ta’ l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u ta’ l-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżootiku. C. TAGĦRIF KOMPLIMENTARI 1. Mill-1 ta’ Jannar 2003 u skond l-Ordinanza ta’ l-20 ta’ Novembru 2002 dwar l-allokazzjoni ta’ kontributi biex jitħallsu l-ispejjeż għat-tneħħija ta’ l-iskart ta’ annimali fl-2003 (RS 916.406), l-Iżvizzera waqqfet inċentiv finanzjarju għall-benefiċċju ta’ l-irziezet fejn twieldu l-annimali bovini u tal-biċċeriji fejn jinqatlu l-annimali bovini, sakemm dawn jirrispettaw il-proċeduri ta’ dikjarazzjoni tal-movimenti ta’ annimali kif speċifikat mil-leġiżlazzjoni li hemm fis-seħħ. 2. Skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u f’konformità ma’ l-Anness XI, il-punt 1 tar-Regolament imsemmi, l-Istati Membri tal-Komunità jiġbru u jeqirdu l-materjali speċifiċi ta’ riskju (SRM). Il-lista ta’ SRM estratti mill-annimali bovini tinkludi l-kranju, ħlief għax-xedaq, inklużi l-moħħ u l-għajnejn, kif ukoll is-sinsla tad-dahar ta’ l-annimali bovini li għandhom aktar minn tnax-il xahar; il-kolonna vertebrali, ħlief għall-vertebri tad-denb, l-apofisi xewwieka u trasversali tal-vertebri ċervikali, tat-toraċi u tal-ġenbejn u l-krinjiera sagra medjana u l-ġwienaħ ta’ l-ossu sagru, iżda inklużi l-gangliji tas-sinsla tad-dahar u s-sinsla tad-dahar ta’ annimali bovini li għandhom aktar minn erbgħa u għoxrin xahar; it-tunsilli, l-intestini, mid-duwodenu sar-rektum u l-mindil ta’ l-annimali bovini ta’ kull età. Il-lista ta’ SRM estratti min-nagħaġ u l-mogħoż tinkludi l-kranju, inklużi l-moħħ u l-għajnejn, it-tunsilli u s-sinsla tad-dahar ta’ nagħaġ u mogħoż li għandhom iktar minn tnax-il xahar jew li għandhom sinna inċiżiva permanenti li spuntat fil-ħanek, kif ukoll il-milsa u l-ileu, tan-nagħaġ u l-mogħoż ta’ kull età. Skond l-Artikolu 179d ta’ l-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku u l-Artikolu 4 ta’ l-Ordinanza dwar il-prodotti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali, l-Iżvizzera waqqfet politika ta’ rtirar ta’ l-SRM mill-ktajjen ta’ l-ikel ta’ annimali u umani. Il-lista ta’ SRM estratti mill-annimali bovini tinkludi notevolment il-kolonna vertebrali ta’ l-annimali li għandhom iktar minn 30 xahar, it-tunsilli, l-intestini mid-duwodenu sar-rektum u l-mindil ta’ l-annimali ta’ kull età. Skond l-Artikolu 180c ta’ l-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku u l-Artikolu 4 ta’ l-Ordinanza dwar il-prodotti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali, l-Iżvizzera waqqfet politika ta’ rtirar ta’ l-SRM mill-ktajjen ta’ l-ikel ta’ l-annimali u umani. Il-lista ta’ SRM estratti min-nagħaġ u l-mogħoż tinkludi notevolment il-moħħ mhux estratt mill-kranju, is-sinsla tad-dahar bid- dura mater u t-tunsilli ta’ l-annimali li għandhom iktar minn 12-il xahar jew dawk li għandhom sinna inċiżiva permanenti li spuntat fil-ħanek, il-milsa u l-ileu ta’ l-annimali ta’ kull età. 3. Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi r-regoli sanitarji applikabbli għall-prodotti sekondarji ta’ l-annimali li m’humiex għall-konsum uman fl-Istati Membri tal-Komunità. Skond l-Artikolu 13 ta’ l-Ordinanza dwar it-tneħħija tal-prodotti sekondarji ta’ l-annimali, l-Iżvizzera taħraq il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali ta’ kategorija 1, inklużi l-materjali speċifiċi ta’ riskju u l-annimali li mietu fir-razzett. IX. DENI KATARRALI TAN-NAGĦAĠ A. LEĠIŻLAZZJONIJIET Il-Komunità Ewropea | L-Iżvizzera | Id-Direttiva 2000/75/KE tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue. | 1. Il-Liġi dwar il-mard epiżootiku (LFE) ta’ l-1 ta’ Lulju 1966, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Ġunju 2004 (RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikoli 1, 1a u 9a tagħha (miżura kontra l-mard epiżootiku li jittieħed ħafna, għanijiet għall-ġlieda) u l-Artikolu 57 tagħha (dispożizzjonijiet għal implimentazzjoni ta’ natura teknika, kollaborazzjoni internazzjonali) 2. L-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku (OFE) tas-27 ta’ Ġunju 1995, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Novembru 2005 (RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 2 (mard epiżootiku li jittieħed ħafna, 73 u 74 (tindif u diżinfezzjoni), 77 sa 98 (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżootiku li jittieħed ħafna), 126 sa 127 (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżootiku l-ieħor li jittieħed ħafna) 3. L-Ordinanza ta’ l-14 ta’ Ġunju 1999 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali ta’ l-Ekonomija Pubblika, emendata l-aħħar fl-10 ta’ Marzu 2006 (RS 172.216.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 8 tagħha (laboratorju ta’ referenza) | B. KONDIZZJONIJIET PARTIKULARI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI 1. Il-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għad-deni katarrali huwa: AFRC Institute for Animal Health Pirbright Laboratory Ash Road, Pirbright, Woking, Surrey GU24 ONF, ir-Renju Unit. L-Iżvizzera tħallas l-ispejjeż dovuti minnha għal operazzjonijiet li jsiru f’din il-kapaċità. Il-funzjoni u l-ħidma ta’ dan il-laboratorju huma dawk speċifikati fl-Anness II, il-Kapitolu B tad-Direttiva 2000/75/KE. 2. Skond l-Artikolu 97 ta’ l-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku, l-Iżvizzera għandha pjan ta’ twissija ppubblikat fuq is-sit ta’ l-Internet ta’ l-Uffiċċju Veterinarju Federali. 3. L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, fuq il-bażi notevolment ta’ l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2000/75/KE u ta’ l-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżootiku. X. ŻOONOSI A. LEĠIŻLAZZJONIJIET Il-Komunità Ewropea | L-Iżvizzera | 1. Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel(ĠU L 325, tat-12.12.2003, p. 1). 2. Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u ta’ l-aġenti żoonotiċi, temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE(ĠU L 325, tat-12.12.2003, p. 31). | 1. Il-Liġi dwar il-mard epiżootiku (LFE) ta’ 1 ta’ Lulju 1966, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Ġunju 2004 (RS 916.40) 2. L-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku (OFE) tas-27 ta’ Ġunju 1995, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Novembru 2005 (RS 916.401) 3. Il-Liġi federali tad-9 ta’ Ottubru 1992 dwar il-prodotti ta’ l-ikel u l-oġġetti ta’ kuljum (LDAI), emendata l-aħħar fis-16 ta’ Diċembru 2005 (RS 817.0) 4. L-Ordinanza tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar il-prodotti ta’ l-ikel u l-oġġetti ta’ kuljum (ODAlOUs) (RS 817.02) 5. L-Ordinanza tad-DFI tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-iġjene (OHyg) (RS 817.024.1) 6. Il-Liġi federali tat-18 ta’ Diċembru 1970 dwar il-ġlieda kontra l-mard trasmissibbli tal-bniedem (Liġi dwar l-epidemiji), emendata l-aħħar fil-21 ta’ Marzu 2003 (RS 818.101) 7. L-Ordinanza tat-13 ta’ Jannar 1999 dwar id-dikjarazzjoni tal-mard trasmissibbli tal-bniedem (Ordinanza dwar id-dikjarazzjoni), emendata l-aħħar fil-15 ta’ Diċembru 2003 (RS 818.141.1) | B. KONDIZZJONIJIET PARTIKULARI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI 1. Il-laboratorji Komunitarji ta’ referenza huma li ġejjin: - Il-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għall-analiżi u t-testijiet dwar iż-żoonosi (salmonella): Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM) 3720 BA Bilthoven L-Olanda - Il-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għall-kontroll tal-bijotossini tal-baħar: Agencia Española de Seguridad Alimentaria (AESA): E-36200 Vigo Spanja - Il-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għall-kontroll tal-kontaminazzjonijiet batterjoloġiċi u virali tal-molluski bivalvi: The laboratory of the Centre for Environment, Fisheries and Aquaculture Science (CEFAS) Weymouth Dorset DT4 8UB Ir-Renju Unit - Il-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għal- Listeria monocytogenes : AFSSA — Laboratoire d'études et de recherches sur la qualité des aliments et sur les procédés agroalimentaires (LERQAP) F-94700 Maisons-Alfort Franza - Il-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għall-istafilokokki ta’ koagulażi pożittiva, inkluż staphylococcus aureus : AFSSA — Laboratoire d'études et de recherches sur la qualité des aliments et sur les procédés agroalimentaires (LERQAP) F-94700 Maisons-Alfort Franza - Il-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għall- Escherichia coli , inkluża E. coli verutossiġenika (VTEC) : Istituto Superiore di Sanità (ISS) I-00161 Roma L-Italja - Il-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għall- Campylobacter : Statens Veterinärmedicinska Anstalt (SVA) S-751 89 Uppsala L-Iżvezja - Il-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għall-parassiti (b’mod partikulari t- Trichinella , l- Echinococcus u l- Anisakis ): Istituto Superiore di Sanità (ISS) I-00161 Roma L-Italja - Il-laboratorju Komunitarju ta’ referenza għar-reżistenza kontra l-mikrobi: Danmarks Fødevareforskning (DFVF) DK-1790 København V Id-Danimarka 2. L-Iżvizzera tħallas l-ispejjeż dovuti minnha għal operazzjonijiet li jsiru f’din il-kapaċità. Il-funzjonijiet u l-ħidmiet ta’ dawn il-laboratorji huma dawk speċifikati mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 relatati mal-kontrolli uffiċjali li jsiru biex tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-ikel għal annimali u l-prodotti ta’ l-ikel u mad-dispożizzjonijiet relatati mas-saħħa ta’ l-annimali u mal-benesseri ta’ l-annimali (ĠU L 165, tat-30.4.2004, p. 1). 3. Ta’ kull sena għall-aħħar tax-xahar ta’ Mejju, l-Iżvizzera tippreżenta lill-Kummissjoni rapport dwar it-tendenzi u l-oriġini taż-żoonosi, ta’ l-aġenti żoonotiċi u tar-reżistenza kontra l-mikrobi, li jinkludi l-fatti miġbura f’konformità ma’ l-Artikoli 4, 7 u 8 tad-Direttiva 2003/99/KE matul is-sena ta’ qabel. Dan ir-rapport jinkludi wkoll it-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 3(2), il-punt b tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003. Dan ir-rapport ikun ippreżentat mill-Kummissjoni lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel bil-ħsieb tal-pubblikazzjoni tar-rapport qasir dwar it-tendenzi u l-oriġini taż-żoonosi, ta’ l-aġenti żoonotiċi u tar-reżistenza kontra l-mikrobi fil-Komunità. XI. MARD IEĦOR A. LEĠIŻLAZZJONIJIET Il-Komunità Ewropea | L-Iżvizzera | Id-Direttiva 92/119/KEE tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 1992, li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta’ ċertu mard ta’ l-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer(ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 69), emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 tal-Kunsill, ta’ l-14 ta’ April 2003, li jaddatta għad-Deċiżjoni 1999/468/KE id-disposizzjonijiet rigward il-kumitati li jassistu l-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni stabbiliti fi strumenti tal-Kunsill adottati skond il-proċedura ta' konsultazzjoni (maġġoranza kwalifikata) (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1) | 1. Il-Liġi dwar il-mard epiżootiku (LFE) ta’ l-1 ta’ Lulju 1966, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Ġunju 2004 (RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikoli 1, 1a u 9a tagħha (miżuri kontra l-mard epiżootiku li jittieħed ħafna, għanijiet għall-ġlieda) u l-Artikolu 57 tagħha (dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni ta’ natura teknika, kollaborazzjoni internazzjonali) 2. L-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku (OFE) tas-27 ta’ Ġunju 1995, emendata l-aħħar fir-23 ta’ Novembru 2005 (RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 2 (mard epiżootiku li jittieħed ħafna), 49 (manipulazzjoni ta’ mikro-organiżmi patoġeniċi għall-annimal), 73 u 74 (tindif u diżinfezzjoni), 77 sa 98 (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżootiku li jittieħed ħafna), 103 sa 105 (miżuri speċifiċi fir-rigward tal-ġlieda kontra l-marda li ttella’ l-infafet fil-ħnieżer) 3. L-Ordinanza ta’ l-14 ta’ Ġunju 1999 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali ta’ l-Ekonomija Pubblika, emendata l-aħħar fl-10 ta’ Marzu 2006 (RS 172.216.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 8 tagħha (laboratorju ta’ referenza) | B. KONDIZZJONIJIET PARTIKULARI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI 1. Fil-każijiet speċifikati fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/119/KEE, it-tagħrif jingħata f’idejn il-Kumitat Veterinarju Konġunt. 2. Il-laboratorju konġunt ta’ referenza għall-marda li ttella’ l-infafet fil-ħnieżer huwa: AFRC Institute for Animal Health, Pirbright Laboratory, Ash Road, Pirbright, Woking Surrey, GU240NF, ir-Renju Unit. L-Iżvizzera tħallas l-ispejjeż dovuti minnha għal operazzjonijiet li jsiru f’din il-kapaċità. Il-funzjoni u l-ħidma ta’ dan il-laboratorju huma dawk speċifikati fl-Anness III tad-Direttiva 92/119/KEE. 3. Skond l-Artikolu 97 ta’ l-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku, l-IŻvizzera għandha pjan ta’ twissija. Dan il-pjan ta’ twissija huwa s-suġġett ta’ dispożizzjoni ta’ implimentazzjoni ta’ natura teknika Nru 95/65, maħruġa mill-Uffiċċju Veterinarju Federali. 4. L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, fuq il-bażi notevolment ta’ l-Artikolu 22 tad-Direttiva 92/119/KEE u ta’ l-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżootiku. XII. NOTIFIKA TA’ MARD A. LEĠIŻLAZZJONIJIET Il-Komunità Ewropea | L-Iżvizzera | Id-Direttiva 82/894/KEE tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1982, dwar in-notifika ta’ mard ta’ l-annimali fil-Komunità(ĠU L 378, tal-31.12.1982, p. 58), emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2004/216/KE tal-Kummissjoni ta’ l-1 ta’ Marzu 2004 li temenda d-Direttiva 82/894/KEE dwar in-notifika ta’ mard ta’ l-annimali fil-Komunità biex ikunu inklużi ċertu mard taż-żwiemel u ċertu mard tan-naħal fil-lista ta’ mard b’notifika obbligatorja (ĠU L 67, 5.3.2004, p. 27) | 1. Il-Liġi dwar il-mard epiżootiku (LFE) ta’ l-1 ta’ Lulju 1966, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Ġunju 2004 (RS 916.40) u b’mod partikulari l-Artikolu 11 tagħha (notifika u dikjarazzjoni ta’ mard) u l-Artikolu 57 tagħha (dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni ta’ natura teknika, kollaborazzjoni internazzjonali) 2. L-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku (OFE) tas-27 ta’ Ġunju 1995, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Novembru 2005 (RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 2 sa 5 (mard speċifikat), 59 sa 65 u 291 (obbligu li jitħabbar, notifika) 292 sa 299 (sorveljanza, implimentazzjoni, għajnuna amministrattiva) | B. KONDIZZJONIJIET PARTIKULARI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI Il-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni ma’ l-Uffiċċju Veterinarju Federali tintegra l-Iżvizzera mas-sistema ta’ notifika ta’ mard ta’ l-annimali, hekk kif speċifikat mid-Direttiva 82/894/KEE. Appendiċi 2 IS-SAĦĦA TA’ L-ANNIMALI: KUMMERĊ U TQEGĦID FIS-SUQ I. L-ANNIMALI BOVINI U ĦNIEŻER A. LEĠIŻLAZZJONIJIET Il-Komunità Ewropea | L-Iżvizzera | Id-Direttiva 64/432/KEE tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1964, dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (ĠU 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64), emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1/2005 tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2004 relatata mal-protezzjoni ta’ l-annimali waqt it-trasport u l-operazzjonijiet annessi u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/199/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 003, tal-5.1.2005, p. 1) | 1. L-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku (OFE) tas-27 ta’ Ġunju 1995, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Novembru 2005 (RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 27 sa 31 (swieq, fieri), 34 sa 37 (kummerċ), 73 u 74 (tindif u diżinfezzjoni), 116 sa 121 (deni klassiku tal-ħnieżer), 135 sa 141 (marda ta’ Aujeszky), 150 sa 157 (bruċellożi bovina), 158 sa 165 (tuberkulożi), 166 sa 169 (lewkosi bovina enżootika), 170 sa 174 (IBR/IPV), 175 sa 195 (enċefalopatiji sponġiformi), 186 sa 189 (infezzjonijiet ġenitali bovini), 207 sa 211 (bruċellożi tal-ħnieżer), 297 (ftehim tas-swieq, ċentri tal-ġbir, stazzjonijiet ta’ diżinfezzjoni) 2. L-Ordinanza ta’ l-... ta’ Ottubru 2006 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti ta’ l-annimali (OITE), (RS 916.443.11) | B. KONDIZZJONIJIET PARTIKULARI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI 1. Skond l-Artikolu 297, l-ewwel subparagrafu ta’ l-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku, l-Uffiċċju Veterinarju Federali jipproċedi għall-approvazzjoni taċ-ċentri tal-ġbir hekk kif inhuma definiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 64/432/KEE. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Anness preżenti, f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 11, 12 u 13 tad-Direttiva 64/432/KEE, l-Iżvizzera tħejji l-lista taċ-ċentri tal-ġbir approvati tagħha, tat-trasportaturi u tan-negozjanti. 2. It-tagħrif speċifikat fl-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 64/432/KEE jingħata f’idejn il-Kumitat Veterinarju Konġunt. 3. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, jiġi rikonoxxut li l-Iżvizzera tissodisfa l-kondizzjonijiet speċifikati fl-Anness A, il-parti II, il-paragrafu 7 tad-Direttiva 64/432/KEE f’dak li għandu x’jaqsam mal-bruċellożi bovina. Għall-finijiet taż-żamma ta’ l-istatus uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi tal-merħla bovina, l-Iżvizzera tintrabat li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin: a) Kull annimal ta’ l-ispeċi bovina ssuspettat li huwa infettat bil-bruċellożi jrid ikun notifikat lill-awtoritajiet kompetenti u jkun sottomess għat-testijiet uffiċjali ta’ riċerka għall-bruċellożi li jinkludu mill-inqas żewġ testijiet seroloġiċi bl-iffissar tal-komplement kif ukoll eżami mikrobijoloġiku ta’ kampjuni addattati meħuda f’każ ta’ aborti; b) Matul il-perjodu ta’ suspett li jinżamm sakemm it-testijiet speċifikati fil-punt (a) jagħtu riżultati negattivi, l-istatus uffiċċjalment ħielsa mill-bruċellożi jiġi sospiż fil-każ li l-merħla tinkludi l-annimal (jew l-annimali) suspett(i) ta’ l-ispeċi bovina; Tagħrif dettaljat dwar il-merħliet pożittivi kif ukoll rapport epidemjoloġiku jkunu ppreżentati lill-Kumitat Veterinarju Konġunt. Jekk waħda mill-kondizzjonijiet speċifikati fl-Anness A, il-parti II, il-paragrafu 7, l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva 64/432/KEE ma tkunx issodisfatta mill-Iżvizzera, l-Uffiċċju Veterinarju Federali immedjatament jinforma b’dan lill-Kummissjoni. Is-sitwazzjoni tiġi studjata fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt sabiex jirrevedi d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu. 4. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ikun rikonoxxut li l-Iżvizzera tissodisfa l-kondizzjonijiet speċifikati fl-Anness A, il-Parti I, il-paragrafu 4 tad-Direttiva 64/432/KEE f’dak li għandu x’jaqsam mat-tuberkulożi bovina. Għall-finijiet taż-żamma ta’ l-istatus uffiċċjalment ħielsa mit-tuberkulożi tal-merħla bovina, l-Iżvizzera tintrabat li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin: a) tiġi stabbilita sistema ta’ identifikazzjoni li tippermetti li wieħed jista’ jasal għall-merħliet ta’ oriġini ta’ kull annimal bovin; b) kull annimal maqtul irid ikun sottomess għal spezzjoni post mortem li ssir minn veterinarju uffiċjali; c) kull suspett ta’ tuberkulożi f’annimal ħaj, mejjet jew maqtul irid ikun notifikat lill-awtoritajiet kompetenti; d) f’kull każ, l-awtoritajiet kompetenti jipproċedu għall-investigazzjonijiet meħtieġa biex jinvalidaw jew jikkonfermaw is-suspett, inklużi għar-riċerki b’lura għall-merħliet ta’ l-oriġini u ta’ ġarr. Meta jinstabu feriti suspettati b’tuberkulożi waqt l-awtopsja jew fil-biċċerija, l-awtoritajiet kompetenti jissottomettu dawn il-feriti għal eżami f’laboratorju; e) l-istatus li l-merħliet ta’ l-oriġini u ta’ ġarr ta’ l-annimali bovini suspettati huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi huwa sospiż u din is-sospensjoni tinżamm sakemm l-eżamijiet kliniċi jew tal-laboratorju jew it-testijiet għat-tuberkulina jeliminaw l-eżistenza tat-tuberkulożi bovina; f) meta s-suspett ta’ tuberkulożi huwa kkonfermat mit-testijiet għat-tuberkulina, l-eżamijiet kliniċi jew tal-laboratorju, jiġi rtirat l-istatus ta’ merħla uffiċċjalment ħielsa mit-tuberkulożi tal-merħliet ta’ l-oriġini u ta’ ġarr; g) l-istatus uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi ma jiġix stabbilit sakemm l-annimali kollha maħsuba li huma infettati ma jiġux eliminati mill-merħla; il-postijiet u t-tagħmir ma jiġux diżinfettati; il-bqija ta’ l-annimali kollha, li għandhom iktar minn sitt ġimgħat, ma jkollhomx reazzjoni negattiva għal mhux inqas minn żewġ testijiet intradermali għat-tuberkulina uffiċjali f’konformità ma’ l-Anness B tad-Direttiva 64/432/KEE, fejn ta’ l-ewwel ikun sar mill-inqas sitt xhur wara li l-annimal infettat ikun ħalla l-merħla u t-tieni mill-inqas sitt xhur wara l-ewwel wieħed. Tagħrif dettaljat dwar il-merħliet infettati kif ukoll rapport epidemjoloġiku jkunu ppreżentati lill-Kumitat Veterinarju Konġunt. Jekk waħda mill-kondizzjonijiet speċifikata fl-Anness A, il-Parti I, il-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva 64/432/KEE ma tiġix issodisfatta mill-Iżvizzera, l-Uffiċċju Veterinarju Federali immedjatament jinforma b’dan lill-Kummissjoni. Is-sitwazzjoni tiġi studjata fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt sabiex jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preżenti. 5. Għall-finijiet ta’ l-Anness preżenti, jiġi rikonoxxut li l-Iżvizzera tissodisfa l-kondizzjonijiet speċifikati fl-Anness D, il-Kapitolu I(F) tad-Direttiva 64/432/KEE f’dak li għandu x’jaqsam mal-lewkosi bovina enżootika. Għall-finijiet taż-żamma ta’ l-istatus uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi bovina enżootika tal-merħla bovina, l-Iżvizzera tintrabat li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin: a) il-merħla Żvizzera tiġi ssorveljata permezz ta’ kontroll bi stħarriġ. In-numri ta’ l-għażla għall-kampjunament huwa determinat b’mod li tiġi kkonfermata, b’fiduċja ta’ 99%, li inqas minn 0.2% tal-merħliet huma nfettati bil-lewkosi bovina enżootika; b) kull annimal maqtul irid jiġi sottomess għal spezzjoni post mortem li ssir minn veterinarju uffiċjali; c) kull suspett waqt eżami kliniku, awtopsja jew kontroll tal-laħam irid jiġi notifikat lill-awtoritajiet kompetenti; d) f’każ ta’ suspett jew meta hemm evidenza ta’ lewkosi bovina enżootika, l-istatus uffiċjalment ħielsa huwa sospiż fil-merħla kkonċernata sakemm jintemm il-perjodu ta’ iżolament; e) l-iżolament jintemm jekk, wara t-tneħħija ta’ l-annimali infettati u, jekk jinqala’ l-każ, ta’ l-għoġiela tagħhom, żewġ eżamijiet seroloġiċi li jsiru f’intervall ta’ mill-inqas 90 ġurnata jagħtu riżultat negattiv. Jekk il-lewkosi bovina enżootika tidher f’0.2% tal-merħliet, l-Uffiċċju Veterinarju Federali immedjatament tinforma b’dan lill-Kummissjoni. Is-sitwazzjoni hija studjata fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt sabiex jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu. 6. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Anness preżenti, huwa rikonoxxut li l-Iżvizzera hija uffiċċjalment ħielsa mir-rinotrakeite bovina infettuża. Għall-finijiet taż-żamma ta’ dan l-istatus, l-Iżvizzera tintrabat li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin: a) il-merħla żvizzera hija ssorveljata permezz ta’ kontroll bi stħarriġ. In-numru ta’ l-għażla għall-kampjunament huwa determinat b’mod li jikkonferma, b’fiduċja ta’ 99%, li inqas minn 0.2% tal-merħliet huma infettati mir-rinotrakeite bovina infettuża; b) il-barrin ta’ trobbija li għandhom aktar minn 24 xahar ta’ kull sena jridu jiġu sottomessi għal eżami seroloġiku; c) kull suspett irid ikun notifikat lill-awtoritajiet kompetenti u jrid jiġi sottomess għat-testijiet uffiċjali għal riċerka tar-rinotrakeite bovina infettuża li jinkludu testijiet viroloġiċi jew seroloġiċi; d) f’każ ta’ suspett jew meta hemm evidenza ta’ rinotrakeite bovina infettuża, l-istatus uffiċjalment ħielsa huwa sospiż fil-merħla kkonċernata sakemm jintemm l-iżolament; e) l-iżolament jintemm, jekk eżami seroloġiku li jsir mhux aktar kmieni minn 30 ġurnata wara t-tneħħija ta’ l-annimali infettati, jagħti riżultat negattiv. Minħabba l-għarfien ta’ l-istatus ta’ l-IŻvizzera, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2004/558/KE (ĠU L 249, 23.7.2004, p.20) huma applikabbli mutatis mutandis . L-Uffiċċju Veterinarju Federali immedjatament jinforma lill-Kummissjoni b’kull emenda tal-kondizzjonijiet li saret għall-għarfien ta’ l-istatus. Is-sitwazzjoni hija studjata fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt, sabiex jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu. 7. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dan l-Anness, huwa rikonoxxut li l-Iżvizzera hija uffiċċjalment ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky. Għall-finijiet taż-żamma ta’ dan l-istatus, l-Iżvizzera tintrabat li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin: a) il-merħla Żvizzera hija asorveljata permezz ta’ kontroll bi stħarriġ. In-numru ta’ l-għażla għall-kampjunament huwa ddeterminat b’mod li jikkonferma, b’fiduċja ta’ 99%, li inqas minn 0.2% tal-merħliet huma infettati bil-marda ta’ Aujeszky; b) kull suspett irid ikun notifikat lill-awtoritajiet kompetenti u jrid jiġi sottomess għat-testijiet uffiċjali ta’ riċerka għall-marda ta’ Aujeszky li jinkludu testijiet viroloġiċi jew seroloġiċi; c) f’każ ta’ suspett jew meta hemm evidenza tal-marda ta’ Aujeszky, l-istatus uffiċċjalment ħielsa huwa sospiż fil-merħla kkonċernata sakemm jintemm l-iżolament; d) l-iżolament jintemm meta, wara t-tneħħija ta’ l-annimali infettati, żewġ eżamijiet seroloġiċi ta’ l-annimali kollha ta’ trobbija u ta’ numru rappreżentattiv ta’ annimali tas-smin li jsiru f’intervall ta’ mill-inqas 21 ġurnata jagħtu riżultat negattiv. Minħabba l-għarfien ta’ l-istatus ta’ l-Iżvizzera, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2001/618/KE (ĠU L 215, 9.8.2001, p. 48), emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2005/768/KE (ĠU L 290, 4.11.2005, p. 27), huma applikabbli mutatis mutandis . L-Uffiċċju Veterinarju Federali immedjatament jinforma lill-Kummissjoni b’kull emenda tal-kondizzjonijiet li saret għall-għarfien ta’ l-istatus. Is-sitwazzjoni hija studjata fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt, sabiex jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu. 8. Fir-rigward tal-gastro-enterite trasmissibbli tal-ħnieżer (TGE) u s-sindromu riproduttiv u respiratorju tal-ħnieżer (PRRS), il-kwistjoni ta’ garanziji eventwali addizzjonali tkun studjata malajr kemm jista’ jkun mill-Kumitat Veterinarju Konġunt. Il-Kummissjoni tinforma lill-Uffiċċju Veterinarju Federali bl-iżviluppi dwar din il-kwistjoni. 9. Fl-Iżvizzera, l-Istitut tal-Batterjoloġija Veterinarja ta’ l-Università ta’ Berne huwa inkarigat bil-kontroll uffiċjali tat-tuberkulini skond l-Anness B(4) tad-Direttiva 64/432/KEE. 10. Fl-Iżvizzera, l-Istitut tal-Batterjoloġija Veterinarja ta’ l-Università ta’ Berne huwa inkarigat bil-kontroll uffiċjali ta’ l-antiġeni (bruċellożi) skond l-Anness C(A) il-punt 4 tad-Direttiva 64/432/KEE. 11. L-annimali bovini u l-ħnieżer li jkunu għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità u l-Iżvizzera jrid ikollhom magħhom ċertifikati sanitarji konformi mal-mudelli li jidhru fl-Anness F tad-Direttiva 64/432/KEE. Il-modifiki li ġejjin huma applikabbli: għall-mudell 1: - fis-sezzjoni C, iċ-ċertifikazzjonijiet huma adattati hekk kif ġej: - fil-punt 4, relatat mal-garanziji addizzjonali, l-inċiżi jimtlew hekk kif ġej: "– marda: rinotrakeite bovina infettuża, - f’konformità mad-Deċiżjoni 2004/558/KE tal-Kummissjoni, li d-dispożizzjonijiet tagħha huma applikabbli mutatis mutandis ;"; għall-mudell 2: - fis-sezzjoni C, iċ-ċertifikazzjonijiet huma adattati hekk kif ġej: - fil-punt 4, relatat mal-garanziji addizzjonali, l-inċiżi jimtlew hekk kif ġej: "– marda: ta’ Aujeszky - f’konformità mad-Deċiżjoni 2001/618/KE tal-Kummissjoni, li d-dispożizzjonijiet tagħha huma applikabbli mutatis mutandis ;"; 12. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dan l-Anness, l-annimali bovini li jkunu għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità u l-Iżvizzera jrid ikollhom magħhom ċertifikati sanitarji komplementari li jkollhom id-dikjarazzjonijiet sanitarji li ġejjin: "– L-annimali bovini: - ikunu identifikati bl-għajnuna ta’ sistema permanenti ta’ identifikazzjoni li tippermetti li tinstab id-dama u l-merħla ta’ l-oriġini u li tiddikjara li m’humiex dixxendenti diretti ta’ femminili suspettati jew milquta b’enċefalopatija sponġiformi bovina li twieldu fis-sentejn ta’ qabel id-dijanjosi; - ma jkunux ġejjin minn merħliet fejn każ suspettat b’enċefalopatija sponġiformi bovina qiegħed ikun investigat; - jkunu twieldu wara l-1 ta’ Ġunju 2001." II. NAGĦAĠ U MOGĦOŻ A. LEĠIŻLAZZJONIJIET Il-Komunità Ewropea | L-Iżvizzera | Id-Direttiva 91/68/KEE tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 1991, dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 19), emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2005/932/KE tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2005 li temenda l-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-aġġornament ta’ mudelli ta’ ċertifikat sanitarju relatat ma’ l-annimali ta’ l-ispeċi tan-nagħaġ u tal-mogħoż (ĠU L 340, 23.12.2005) | 1. L-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku (OFE) tas-27 ta’ Ġunju 1995, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Novembru 2005 (RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 27 sa 31 (swieq, fieri), 34 sa 37 (kummerċ), 73 u 74 (tindif u diżinfezzjoni), 142 sa 149 (idrofobija), 158 sa 165 (tuberkulożi), 166 sa 169 (coenurus cerebralis), 190 sa 195 (bruċellożi tan-nagħaġ u tal-mogħoż), 196 sa 199 (agalactia infettuża), 200 sa 203 (artrite/enċefalite tal-mogħoż), 233 sa 235 (bruċellożi tal-muntun), 297 (approvazzjoni tas-swieq, ċentri tal-ġbir, stazzjonijiet ta’ diżinfezzjoni) 2. L-Ordinanza ta’ l- … Ottubru 2006 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti ta’ l-annimali (OITE), (RS 916.443.11) | B. KONDIZZJONIJIET PARTIKULARI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI 1. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu tad-Direttiva 91/68/KEE, l-informazzjoni tingħata f’idejn il-Kumitat Veterinarju Konġunt. 2. L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, fuq il-bażi notevolment ta’ l-Artikolu 11 tad-Direttiva 91/68/KEE u ta’ l-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżootiku. 3. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Anness preżenti, huwa rikonoxxut li l-Iżvizzera hija uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi tan-nagħaġ u tal-mogħoż. Għall-finijiet taż-żamma ta’ dan l-istatus, l-Iżvizzera tintrabat li timplimenta l-miżuri speċifikati fl-Anness A, il-Kapitolu I, il-punt II(2) tad-Direttiva 91/68/KEE. F’każ ta’ feġġa jew ta’ tifqigħa mill-ġdid tal-bruċellożi tan-nagħaġ u tal-mogħoż, l-Iżvizzera tinforma lill-Kumitat Veterinarju Konġunt, sabiex jitwaqqfu l-miżuri meħtieġa skond kif tiżviluppa s-sitwazzjoni. 4. In-nagħaġ u l-mogħoż li jkunu għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità u l-Iżvizzera jrid ikollhom magħhom ċertifikati sanitarji f’konformità mal-mudelli li jidhru fl-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE. III. ŻWIEMEL A. LEĠIŻLAZZJONIJIET Il-Komunità Ewropea | L-Iżvizzera | Id-Direttiva 90/426/KEE tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1990, dwar kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae (razza taż-żwiemel)(ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42), emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/68/KE tal-Kunsill tas-26 ta’ April 2004 li tistabbilixxi r-regoli ta’ politika sanitarja relatata ma’ l-importazzjoni u mal-ġarr, fil-Komunità, ta’ ċerti ungulati ħajjin, li temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE u li tirrevoka d-Direttiva 72/462/KEE (ĠU L 139, tat-30.4.2004, p. 320) | 1. L-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku (OFE) tas-27 ta’ Ġunju 1995, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Novembru 2005 (RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 112 sa 115 (marda taż-żwiemel), 204 sa 206 (dourine, enċefalomjelite, anemija infettuża, glanders), 240 sa 244 (metrite taż-żwiemel li tittieħed) 2. L-Ordinanza ta’ l- … Ottubru 2006 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti ta’ l-annimali (OITE), (RS 916.443.11) | B. KONDIZZJONIJIET PARTIKULARI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI 1. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 90/426/KEE, l-informazzjoni tingħata f’idejn il-Kumitat Veterinarju Konġunt. 2. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva 90/426/KEE, l-informazzjoni tingħata f’idejn il-Kumitat Veterinarju Konġunt. 3. L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, fuq il-bażi notevolment ta’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva 90/426/KEE u ta’ l-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżootiku. 4. Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Annessi B u C tad-Direttiva 90/426/KEE huma applikabbli mutatis mutandis għall-Iżvizzera. IV. TJUR U BAJD GĦAT-TFAQQIS A. LEĠIŻLAZZJONIJIET Il-Komunità Ewropea | L-Iżvizzera | Id-Direttiva 90/539/KEE tal-Kunsill tal-15 ta’ Ottubru 1990, dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd tat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (ĠU L 303, tal-31.10.1990, p. 6), emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 tal-Kunsill, ta’ l-14 ta’ April 2003, li jaddatta għad-Deċiżjoni 1999/468/KE id-disposizzjonijiet rigward il-kumitati li jassistu l-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni stabbiliti fi strumenti tal-Kunsill adottati skond il-proċedura ta' konsultazzjoni (maġġoranza kwalifikata) (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1) | 1. L-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku (OFE) tas-27 ta’ Ġunju 1995, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Novembru 2005 (RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 25 (trasport), 122 sa 125 (marda avjarja u marda ta’ Newcastle), 255 sa 261 (Salmonella Enteriditis), 262 sa 265 (larinġotrakeite infettuża avjarja) 2. L-Ordinanza ta’ l- … Ottubru 2006 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti ta’ l-annimali (OITE), (RS 916.443.11) | B. KONDIZZJONIJIET PARTIKULARI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI 1. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 90/539/KEE, l-Iżvizzera tissottometti lill-Kumitat Veterinarju Konġunt pjan li jippreċiża l-miżuri li bi ħsiebha timplimenta għall-approvazzjoni ta’ l-istabbilimenti tagħha. 2. Skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 90/539/KEE, il-laboratorju nazzjonali ta’ referenza għall-Iżvizzera huwa l-Istitut tal-Batterjoloġija Veterinarja ta’ l-Università ta’ Berne. 3. Fl-Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż, tad-Direttiva 90/539/KEE, il-kondizzjoni ta’ żjara hija applikabbli mutatis mutandis għall-Iżvizzera. 4. F’każ ta’ kunsinni ta’ bajd għat-tfaqqis lill-Komunità, l-awtoritajiet Żvizzeri jintrabtu li jirrispettaw ir-regoli ta’ mmarkar speċifikati mir-Regolament (KEE) Nru 1868/77 tal-Kummissjoni. L-akronimu użat għall-Iżvizzera huwa "CH". 5. Fl-Artikolu 9a) tad-Direttiva 90/539/KEE, il-kondizzjoni ta’ żjara hija applikabbli mutatis mutandis għall-Iżvizzera. 6. Fl-Artikolu 10a) tad-Direttiva 90/539/KEE, il-kondizzjoni ta’ żjara hija applikabbli mutatis mutandis għall-Iżvizzera. 7. Fl-Artikolu 11(2), l-ewwel inċiż tad-Direttiva 90/539/KEE, il-kondizzjoni ta’ żjara hija applikabbli mutatis mutandis għall-Iżvizzera. 8. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness preżenti, huwa rikonoxxut li l-Iżvizzera tissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 90/539/KEE fir-rigward tal-marda ta’ Newcastle, u għalhekk għandha l-istatus ta’ “ma jitlaqqamx kontra l-marda ta’ Newcastle”. L-Uffiċċju Veterinarju Federali immedjatament jinforma lill-Kummissjoni b’kull modifika tal-kondizzjonijiet li saru għall-għarfien ta’ l-istatus. Is-sitwazzjoni tiġi studjata fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt, sabiex jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preżenti. 9. Fl-Artikolu 15, ir-referenzi f’isem l-Istat Membru huma applikabbli mutatis mutandis għall-Iżvizzera. 10. It-tjur u l-bajd għat-tfaqqis li huma għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità u l-Iżvizzera jrid ikollhom magħhom ċertifikati sanitarji konformi mal-mudelli li jidhru fl-Anness IV tad-Direttiva 90/539/KEE. 11. F’każ ta’ kunsinni mill-Iżvizzera għall-Finlandja jew l-Iżvezja, l-awtoritajiet Żvizzeri jintrabtu li jipprovdu, fil-qasam tas-salmonella, il-garanziji speċifikati mil-liġi Komunitarja. V. ANNIMALI U PRODOTTI TA’ L-AKWAKULTURA A. LEĠIŻLAZZJONIJIET Il-Komunità Ewropea | L-Iżvizzera | Id-Direttiva 91/67/KEE tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 1991, li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fuq is-suq ta’ l-annimali u prodotti ta’ l-akwakultura(ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 1), emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 tal-Kunsill, ta’ l-14 ta’ April 2003, li jaddatta għad-Deċiżjoni 1999/468/KE id-disposizzjonijiet rigward il-kumitati li jassistu l-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni stabbiliti fi strumenti tal-Kunsill adottati skond il-proċedura ta' konsultazzjoni (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1) | 1. L-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku (OFE) tas-27 ta’ Ġunju 1995, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Novembru 2005 (RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 275 sa 290 (mard tal-ħut u tal-gambli ta’ l-ilma ħelu) u 297 (approvazzjoni ta’ l-istabbilimenti, taż-żoni u tal-laboratorji) 2. L-Ordinanza ta’ l- … Ottubru 2006 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti ta’ l-annimali (OITE), (RS 916.443.11) | B. KONDIZZJONIJIET PARTIKULARI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI 1. L-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/67/KEE tingħata f’idejn il-Kumitat Veterinarju Konġunt. 2. L-applikazzjoni eventwali ta’ l-Artikoli 5, 6 u 10 tad-Direttiva 91/67/KEE għall-Iżvizzera hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt. 3. L-applikazzjoni eventwali ta’ l-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 91/67/KEE għall-Iżvizzera hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt. 4. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 15 tad-Direttiva 91/67/KEE, l-awtoritajiet Żvizzeri jintrabtu li jimplimentaw il-pjanijiet għat-teħid ta’ kampjuni u l-metodi ta’ dijanjosi f’konformità mar-regoli Komunitarji. 5. L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, fuq il-bażi notevolment ta’ l-Artikolu 17 tad-Direttiva 91/67/KEE u ta’ l-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżootiku. 6. a) Meta jitqiegħdu fis-suq ħut ħaj, bajd u gameti li ġejjin minn żona approvata, il-mudell ta’ dokument ta’ trasport huwa mehmuż ma’ l-Anness E il-Kapitolu 1 tad-Direttiva 91/67/KEE. b) Meta jitqiegħdu fis-suq ħut ħaj, bajd u gameti li ġejjin minn trobbija approvata, il-mudell ta’ dokument ta’ trasport huwa mehmuż ma’ l-Anness E il-Kapitolu 2 tad-Direttiva 91/67/KEE. c) Meta jitqiegħdu fis-suq molluski li ġejjin minn żona littorali approvata, il-mudell ta’ dokument ta’ trasport huwa mehmuż ma’ l-Anness E il-Kapitolu 3 tad-Direttiva 91/67/KEE. d) Meta jitqiegħdu fis-suq molluski li ġejjin minn trobbija approvata, il-mudell ta’ dokument ta’ trasport huma mehmuż ma’ l-Anness E il-Kapitolu 4 tad-Direttiva 91/67/KEE. e) Meta jitqiegħdu fis-suq ħut, molluski jew krustaċeji ta’ trobbija, il-bajd u l-gameti tagħhom, li ma jappartjenux għall-ispeċi sensittivi, skond il-każ għall-IHN, VHS jew għall-Bonamiosis, il-Marteiliosis, il-mudell ta’ dokument ta’ trasport huwa mehmuż ma’ l-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/390/KE tal-Kummissjoni. f) Meta jitqiegħdu fis-suq ħut, molluski jew krustaċeji selvaġġi ħajjin, il-bajd jew il-gameti tagħhom, il-mudell ta’ dokument ta’ trasport huwa mehmuż ma’ l-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/390/KE tal-Kummissjoni. VI. EMBRIJONI BOVINI A. LEĠIŻLAZZJONIJIET Il-Komunità Ewropea | L-Iżvizzera | Id-Direttiva 89/556/KEE tal-Kunsill tal-25 ta’ Settembru 1989, dwar kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijoni ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi bovina(ĠU L 302, tad-19.10.1989, p. 1), emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/60/KE tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Frar 2006 li temenda l-Anness C tad-Direttiva 89/556/KEE tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudell ta’ ċertifikat sanitarju għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina (ĠU L 031, tat-3.2.2006, p. 24) | 1. L-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku (OFE) tas-27 ta’ Ġunju 1995, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Novembru 2005 (RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 56 sa 58 tagħha (trasferiment ta’ embrijoni) 2. L-Ordinanza ta’ l- … Ottubru 2006 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti ta’ l-annimali (OITE) (RS 916.443.11) | B. KONDIZZJONIJIET PARTIKULARI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI 1. L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, fuq il-bażi notevolment ta’ l-Artikolu 15 tad-Direttiva 89/556/KEE u ta’ l-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżootiku. 2. L-embrijoni bovini li jkunu għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera jrid ikollhom magħhom ċertifikati sanitarji konformi ma’ l-eżempju li jidher fl-Anness C tad-Direttiva 89/556/KEE. VII. SPERMA BOVINA A. LEĠIŻLAZZJONIJIET Il-Komunità Ewropea | L-Iżvizzera | Id-Direttiva 88/407/KEE tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 1988, li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ sperma ffriżata ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina(ĠU L 194, tat-22.7.1988, p. 10), emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/16/KE tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Jannar 2006 li temenda l-Anness B tad-Direttiva 88/407/KEE tal-Kunsill u l-Anness II tad-Deċiżjoni 2004/639/KE fir-rigward tal-kondizzjonijiet ta’ importazzjoni ta’ sperma ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina (ĠU L 011, tas-17.01.2006, p. 21) | 1. L-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku (OFE) tas-27 ta’ Ġunju 1995, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Novembru 2005 (RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 51 sa 55 tagħha (inseminazzjoni artifiċjali) 2. L-Ordinanza ta’ l- … Ottubru 2006 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti ta’ l-annimali (OITE), (RS 916.443.11) | B. KONDIZZJONIJIET PARTIKULARI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI 1. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 88/407/KEE, huwa nnotat li fl-Iżvizzera ċ-ċentri jinkludu biss annimali li jippreżentaw riżultat negattiv għall-SNT jew għall-ELISA. 2. L-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 88/407/KEE tingħata f’idejn il-Kumitat Veterinarju Konġunt. 3. L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, fuq il-bażi notevolment ta’ l-Artikolu 16 tad-Direttiva 88/407/KEE u ta’ l-Artikolu 57 tal-liġi dwar il-mard epiżootiku. 4. L-isperma bovina li tkun għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera trid ikollha magħha ċertifikati sanitarji konformi mal-mudell li jidher fl-Anness D tad-Direttiva 88/407/KEE. VIII. SPERMA TAL-ĦNIEŻER A. LEĠIŻLAZZJONIJIET Il-Komunità Ewropea | L-Iżvizzera | Id-Direttiva 90/429/KEE tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1990, li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ sperma ta’ bhejjem domestiċi ta’ l-ispeċi tal-majjali(ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 62) emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 tal-Kunsill, ta’ l-14 ta’ April 2003, li jaddatta għad-Deċiżjoni 1999/468/KE id-disposizzjonijiet rigward il-kumitati li jassistu l-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni stabbiliti fi strumenti tal-Kunsill adottati skond il-proċedura ta' konsultazzjoni (maġġoranza kwalifikata) (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1) | 1. L-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku (OFE) tas-27 ta’ Ġunju 1995, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Novembru 2005 (RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 51 sa 55 tagħha (inseminazzjoni artifiċjali) 2. L-Ordinanza ta’ l- … Ottubru 2006 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti ta’ l-annimali (OITE), (RS 916.443.11) | B. KONDIZZJONIJIET PARTIKULARI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI 1. L-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 90/429/KEE tingħata f’idejn il-Kumitat Veterinarju Konġunt. 2. L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, fuq il-bażi notevolment ta’ l-Artikolu 16 tad-Direttiva 90/429/KEE u ta’ l-Artikolu 57 tal-liġi dwar il-mard epiżootiku. 3. L-isperma tal-ħnieżer li tkun għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera jrid ikollha magħha ċertifikati sanitarji konformi mal-mudell li jidher fl-Anness D tad-Direttiva 90/429/KEE. IX. SPEĊI OĦRAJN A. LEĠIŻLAZZJONIJIET Il-Komunità Ewropea | L-Iżvizzera | Id-Direttiva 92/65/KEE tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A it-Taqsima (1) tad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 54), emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/68/KE tal-Kunsill tas-26 ta’ April 2004 li tistabbilixxi r-regoli ta’ politika sanitarja relatati ma’ l-importazzjoni u mal-ġarr, fil-Komunità, ta’ ċerti ungulati ħajjin, li temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE u li tirrevoka d-Direttiva 72/462/KEE (ĠU L 139, tat-30.4.2004, p. 320) Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa ta’ l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali ta’ l-annimali domestiċi u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE(ĠU L 146, tat-13.06.2003, p. 1), emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 590/2006 tal-Kummissjoni tat-12 ta’ April 2006 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi u territorji (ĠU L 104, tat-13.4.2006, p. 8) | 1. L-Ordinanza dwar il-mard epiżootiku (OFE) tas-27 ta’ Ġunju 1995, emendata l-aħħar fit-23 ta’ Novembru 2005 (RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 51 sa 55 tagħha (inseminazzjoni artifiċjali) u 56 sa 58 (trasferiment ta’ embrijoni) 2. L-Ordinanza ta’ l- … Ottubru 2006 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti ta’ l-annimali (OITE), (RS 916.443.11) | B. KONDIZZJONIJIET PARTIKULARI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI 1. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness preżenti, dan il-punt ikopri l-kummerċ ta’ annimali ħajjin li m’humiex sottomessi għad-dispożizzjonijiet mill-punt I sal-punt V, u ta’ sperma, ta’ bajd u ta’ embrijoni li m’humiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet mill-punt VI sal-punt VIII. 2. Il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera jintrabtu li l-kummerċ ta’ l-annimali ħajjin, ta’ sperma, ta’ bajd u ta’ embrijoni msemmi fil-punt 1 ma jkunx ipprojbit jew ristrett għal raġunijiet ta’ politika sanitarja ħlief għal dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan l-Anness preżenti, u notevolment tal-miżuri ta’ ħarsien li jittieħdu eventwalment skond l-Artikolu 20 tiegħu. 3. L-ungulati ta’ l-ispeċi oħra ħlief għal dawk imsemmija fil-punti I, II u III li jkunu għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera jrid ikollhom magħhom ċertifikati sanitarji konformi mal-mudell li jidher fl-ewwel parti ta’ l-Anness E, il-parti I tad-Direttiva 92/65/KEE kompluti biċ-ċertifikat li jidher fl-Artikolu 6, il-paragrafu A, il-punt 1e tad-Direttiva 92/65/KE. 4. Il-lagomorfi li jkunu għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera jrid ikollhom magħhom ċertifikati sanitarji konformi mal-mudell li jidher fl-ewwel parti ta’ l-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE, kompluti eventwalment biċ-ċertifikat li jidher fl-Artikolu 9(2), it-tieni subparagrafu tad-Direttiva 92/65/KEE. Dan iċ-ċertifikat jista’ jkun addattat mill-awtoritajiet Żvizzeri sabiex jinkludi in extenso l-esiġenzi ta’ l-Artikolu 9 tad-Direttiva 92/65/KEE. 5. L-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 9(2), ir-raba’ subparagrafu tad-Direttiva 92/65/KEE tingħata f’idejn il-Kumitat Veterinarju Konġunt. 6. a) Il-kunsinni mill-Komunità Ewropea ta’ klieb u ta’ qtates lejn l-Iżvizzera jkunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 92/65/KEE. b) Il-kunsinni ta’ klieb u ta’ qtates mill-Iżvizzera lejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea ħlief għar-Renju Unit, l-Irlanda, Malta u l-Iżvezja jkunu soġġetti għall-eżiġenzi speċifikati fl-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 92/65/KEE. c) Il-kunsinni ta’ klieb u ta’ qtates mill-Iżvizzera lejn ir-Renju Unit, l-Irlanda, Malta u l-Iżvezja jkunu soġġetti għall-eżiġenzi speċifikati fl-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 92/65/KEE. d) Is-sistema ta’ identifikazzjoni hija dik speċifikata mir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 (ĠU L 146, tat-13.6.2003, p. 1), emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 590/2006 tal-Kummissjoni tat-12 ta’ April 2006 (ĠU L 104, tat-13.4.2006, p. 8). Il-passaport li għandu jintuża huwa dak speċifikat mid-Deċiżjoni 2003/803/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 312, tas-27.11.2003, p. 1). Il-validità tat-tilqima kontra l-idrofobija, u jekk jinqala’ l-każ tat-tilqim mill-ġdid, hija rikonoxxuta skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-laboratorju ta’ manifattura f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 u tad-Deċiżjoni 2005/91/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 031, ta’ l-4.2.2005, p. 61). 7. L-isperma, il-bajd u l-embrijoni ta’ l-ispeċi tan-nagħaġ u l-mogħoż li jkunu għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera jrid ikollhom magħhom iċ-ċertifikati speċifikati mid-Deċiżjoni 95/388/KE emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2005/43/KE tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Diċembru 2004 (ĠU L 020, tat-22.1.2005, p. 34). 8. L-isperma ta’ l-ispeċi taż-żwiemel li tkun għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera jrid ikollha magħha ċ-ċertifikat speċifikat mid-Deċiżjoni 95/307/KE. 9. Il-bajd u l-embrijoni ta’ l-ispeċi taż-żwiemel li jkunu għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera jrid ikollhom magħhom iċ-ċertifikati speċifikati mid-Deċiżjoni 95/294/KE. 10. Il-bajd u l-embrijoni ta’ l-ispeċi tal-ħnieżer li jkunu għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera jrid ikollhom magħhom iċ-ċertifikati speċifikati mid-Deċiżjoni 95/483/KE. 11. Il-kolonji tan-naħal (doqqajs jew irġejjen flimkien ma’ l-attendenti) li jkunu għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera jrid ikollhom magħhom ċertifikati sanitarji konformi ma’ l-eżempju li jidher fit-tieni parti ta’ l-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE. 12. L-annimali, l-ispermi, l-embrijoni u l-bajd li ġejjin minn organiżmi, minn istituti jew minn ċentri approvati f’konformità ma’ l-Anness C tad-Direttiva 92/65/KEE li jkunu għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera jrid ikollhom magħhom ċertifikati sanitarji konformi ma’ l-eżempju li jidher fit-tielet parti ta’ l-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE. 13. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 24 tad-Direttiva 92/65/KEE, l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 2 tingħata f’idejn il-Kumitat Veterinarju Konġunt. Appendiċi 3 IMPORTAZZJONI TA’ ANNIMALI ĦAJJIN, TA’ L-ISPERMI, IL-BAJD U L-EMBRIJONI TAGĦHOM MINN PAJJIŻI TERZI I. KOMUNITÀ EWROPEA — LEĠIŻLAZZJONI A. Ungulati ħlief għaż-żwiemel Id-Direttiva 2004/68/KE tal-Kunsill tas-26 ta’ April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu, fil-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/LEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE(ĠU L 139, tat-30.04.2004, p. 320). B. Iż-żwiemel Id-Direttiva 90/426/KEE tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1990, dwar kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae (razza taż-żwiemel)(ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42), emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/68/KE tal-Kunsill tas-26 ta’ April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/LEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (ĠU L 139, tat-30.04.2004, p. 320) C. Tjur u bajd għat-tfaqqis Id-Direttiva 90/539/KEE tal-Kunsill tal-15 ta’ Ottubru 1990, dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd tat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (ĠU L 303, tal-31.10.1990, p. 6), emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 tal-Kunsill, ta’ l-14 ta’ April 2003, li jaddatta għad-Deċiżjoni 1999/468/KE id-disposizzjonijiet rigward il-kumitati li jassistu l-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni stabbiliti fi strumenti tal-Kunsill adottati skond il-proċedura ta' konsultazzjoni (maġġoranza kwalifikata)(ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1) D. Annimali ta’ l-akwakultura Id-Direttiva 91/67/KEE tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 1991, relatata mal-kondizzjonijiet ta’ politika sanitarja li jmexxu t-tqegħid fis-suq ta’ annimali u ta’ prodotti ta’ l-akwakultura (ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1), emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ April 2004, li jaddatta għad-Deċiżjoni 1999/468/KE id-disposizzjonijiet rigward il-kumitati li jassistu l-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni stabbiliti fi strumenti tal-Kunsill adottati skond il-proċedura ta' konsultazzjoni (maġġoranza kwalifikata) (ĠU L 122, tas-16.5.2003 p. 1) E. Embrijoni bovini Id-Direttiva 89/556/KEE tal-Kunsill tal-25 ta’ Settembru 1989, dwar kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijoni ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat (ĠU L 302, tad-19.10.1989, p. 1), emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/60/KE tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Frar 2006 li temenda l-Anness C tad-Direttiva 89/556/KEE tal-Kunsill fir-rigward ta’ l-eżempju ta’ ċertifikat sanitarju għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina (ĠU L 031, tat-3.2.2006, p. 24) F. L-isperma bovina Id-Direttiva 88/407/KEE tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 1988, li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ sperma ffriżata ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovini(ĠU L 194, tat-22.7.1988, p. 10), emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/16/KE tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Jannar 2006 li temenda l-Anness B tad-Direttiva 88/407/KEE tal-Kunsill u l-Anness II tad-Deċiżjoni 2004/639/KE fir-rigward tal-kondizzjonijiet ta’ importazzjoni ta’ sperma ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina (ĠU L 011, tas-17.1.2006, p. 21). G. Sperma tal-ħnieżer Id-Direttiva 90/429/KEE tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1990, li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi ta’ l-ispeċi tal-majjali(ĠU L 224 tat-18.8.1990, p. 62), emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ April 2004, li jaddatta għad-Deċiżjoni 1999/468/KE id-disposizzjonijiet rigward il-kumitati li jassistu l-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni stabbiliti fi strumenti tal-Kunsill adottati skond il-proċedura ta' konsultazzjoni (maġġoranza kwalifikata) (ĠU L 122, tas-16.5.2003 p. 1) H. Annimali ħajjin oħra 1. Id-Direttiva 92/65/KEE tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(1) ta’ Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268 ta’ l-14.9.1992, p. 54), emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/68/KE tal-Kunsill tas-26 ta’ April 2004 tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/LEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (ĠU L 139, tat-30.4.2004, p. 320) 2. Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa ta’ l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali ta’ l-annimali domestiċi u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (ĠU L 146, tat-13.06.2003, p. 1), emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 590/2006 tal-Kummissjoni tat-12 ta’ April 2006 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi u territorji (ĠU L 104, tat-13.4.2006, p. 8). II. L_IŻVIZZERA — LEĠIŻLAZZJONI L-Ordinanza ta’ l- ... Ottubru 2006 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti ta’ l-annimali (OITE), (RS 916.443.11). Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Anness preżenti, għall-Iżvizzera, iż-żu ta’ Zurich huwa approvat bħala ċentru approvat f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness C tad-Direttiva 92/65/KEE. III. REGOLI TA’ APPLIKAZZJONI L-Uffiċċju Veterinarju Federali japplika l-istess kondizzjonijiet ta’ importazzjoni bħal dawk li jaqgħu taħt il-punt I ta’ dan l-Appendiċi. Madankollu, l-Uffiċċju Veterinarju Federali jista’ jadotta miżuri aktar restrittivi u jesiġi garanziji supplementari. Isiru konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt sabiex jinstabu s-soluzzjonijiet addattati. Appendiċi 4 ŻOOTEKNIKA, INKLUŻA L-IMPORTAZZJONI MINN PAJJIŻI TERZI I. Il-KOMUNITÀ EWROPEA — LEĠIŻLAZZJONI A. Annimali bovini Id-Direttiva 77/504/KEE tal-Kunsill tal-25 ta’ Lulju 1977, dwar l-annimali tal-fart ta’ razza pura għat-tnissil (ĠU L 206, tat-12.8.1977, p. 8), emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 807/2003 tal-Kunsill (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36) B. Ħnieżer Id-Direttiva 88/661/KEE tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1988, dwar l-istandards żootekniċi applikabbli għal tnissil ta’ annimali ta’ l-ispeċi tal-majjal(ĠU L 382, tal-31.12.1988, p. 36), emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 tal-Kunsill (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1) C. Nagħaġ, mogħoż Id-Direttiva 89/361/KEE tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1989, li tikkonċerna n-nagħaġ u l-mogħoż tar-razza għat-tagħmir (ĠU L 153, tas-6.6.1989, p. 30) D. Żwiemel a) Id-Direttiva 90/427/KEE tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1990, dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw kummerċ intra-Komunitarju f’equidae (ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 55) b) Id-Direttiva 90/428/KEE tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 1990, dwar il-kummerċ fl-equidae maħsuba għall-kompetizzjonijiet u li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fiha (ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 60) E. Annimali ta’ razza pura Id-Direttiva 91/174/KEE tal-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 1991, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet żootekniċi u tar-razza għat-tqegħid fis-suq ta’ l-annimali ta’ razza pura u li temenda d-Direttivi 77/504/KEE u 90/425/KEE (ĠU L 85, tal-5.4.1991, p. 37) F. Importazzjoni minn pajjiżi terzi Id-Direttiva 94/28/KE tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 1994 tniżżel il-prinċipji dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi applikabbli għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' l-annimali, is-semen, l-ova u l-embrijoni tagħhom, u li temenda d-Direttiva 77/504/KEE dwar l-annimali ta' razza pura ta' l-ispeċi bovina (ĠU L 178, tat-12 7.1994, p. 66) II. L-IŻVIZZERA — LEĠIŻLAZZJONI L-Ordinanza tas-7 ta’ Diċembru 1998 dwar it-trobbija emendata l-aħħar fit-23 ta’ Novembru 2005 (RS 916.310). III. REGOLI TA’ APPLIKAZZJONI Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet relatati mal-kontrolli żootekniċi li jidhru fl-Appendiċi 5 u 6, l-awtoritajiet Żvizzeri jintrabtu li jiżguraw li, għall-importazzjonijiet tagħha, l-Iżvizzera tapplika l-istess dispożizzjonijiet bħal dawk li jaqgħu taħt id-Direttiva 94/28/KE tal-Kunsill. F’każ ta’ diffikultajiet fil-kummerċ, il-Kumitat Veterinarju Konġunt jitqabbad fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet. Appendiċi 6 PRODOTTI TA’ L-ANNIMALI – KAPITOLU I Setturi fejn l-ekwivalenza hija rikonoxxuta b’mod reċiproku “Prodotti ta’ l-annimali għall-konsum uman” Id-definizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 japplikaw mutatis mutandis . Esportazzjonijiet mill-Komunità Ewropea għall-Iżvizzera u esportazzjonijiet mill-Iżvizzera għall-Komunità Ewropea | Kondizzjonijiet kummerċjali | Ekwivalenza | Normi KE | Normi Żvizzeri | Saħħa ta’ l-annimal: | 1. Laħmijiet friski inklużi l-laħmijiet ikkapuljati, preparazzjonijiet ta’ laħmijiet, prodotti bbażati fuq il-laħmijiet, xaħmijiet mhux ipproċessati u xaħmijiet maħlula | Ungulati domestiċi Solipedi domestiċi | Id-Direttiva 64/432/KEE Id-Direttiva 2002/99/KE Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 (1) | Il-Liġi ta’ l-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LFE) (RS 916.40) L-Ordinanza tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (OFE) (RS 916.401) (1) | Iva (1) | 2. Laħmijiet ta’ tjur tal-kaċċa mrobbija, preparazzjonijiet ta’ laħmijiet, prodotti bbażati fuq il-laħmijiet | Mammali ta’ l-art ta’ trobbija ħlief għal dawk imsemmija hawn fuq | Id-Direttiva 64/432/KEE Id-Direttiva 92/118/KEE Id-Direttiva 2002/99/KE Ir-Regolament (KE) Nru999/2001 | Il-Liġi ta’ l-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LFE) (RS 916.40) L-Ordinanza tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (OFE) (RS 916.401) | Iva | Ratiti ta’ trobbija Lagomorfi | Id-Direttiva 92/118/KEE Id-Direttiva 2002/99/KE | Iva | 3. Laħmijiet ta’ tjur tal-kaċċa selvaġġi, preparazzjonijiet ta’ laħmijiet, prodotti bbażati fuq il-laħmijiet | Ungulati selvaġġi Lagomorfi Mammali ta’ l-art oħrajn Tjur tal-kaċċa selvaġġi bir-rix | Id-Direttiva 2002/99/KE Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 | Il-Liġi ta’ l-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LFE) (RS 916.40) L-Ordinanza tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (OFE) (RS 916.401) | Iva | 4. Laħmijiet friski ta’ tjur, preparazzjonijiet ta’ laħmijiet, prodotti bbażati fuq il-laħmijiet, xaħmijiet u xaħmijiet maħlula | Tjur | Id-Direttiva 92/118/KEE Id-Direttiva 2002/99/KE | Il-Liġi ta’ l-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LFE) (RS 916.40) L-Ordinanza tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (OFE) (RS 916.401) | Iva | 5. Kirxa, bżieżaq u intestini | Annimali bovini Nagħaġ u mogħoż Ħnieżer | Id-Direttiva 64/432/KEE Id-Direttiva 92/118/KEE Id-Direttiva 2002/99/KE Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 (1) | Il-Liġi ta’ l-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LFE) (RS 916.40) L-Ordinanza tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (OFE) (RS 916.401) (1) | Iva (1) | 6. Għadam u prodotti bbażati fuq l-għadam | Ungulati domestiċi Solipedi domestiċi Mammali ta’ l-art oħrajn imrobbija jew selvaġġi Tjur, ratiti u tjur tal-kaċċa selvaġġi bir-rix | Id-Direttiva 64/432/KEE Id-Direttiva 92/118/KEE Id-Direttiva 2002/99/KE Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 (1) | Il-Liġi ta’ l-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LFE) (RS 916.40) L-Ordinanza tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (OFE) (RS 916.401) (1) | Iva (1) | 7. Proteini pproċessati ta’ l-annimali, demm u prodotti tad-demm | Ungulati domestiċi Solipedi domestiċi Mammali ta’ l-art oħrajn imrobbija jew selvaġġi Tjur, ratiti u tjur tal-kaċċa selvaġġi bir-rix | Id-Direttiva 64/432/KEE Id-Direttiva 92/118/KEE Id-Direttiva 2002/99/KE Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 (1) | Il-Liġi ta’ l-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LFE) (RS 916.40) L-Ordinanza tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (OFE) (RS 916.401) (1) | Iva (1) | 8. Ġelatina u kollaġen | Id-Direttiva 2002/99/KE Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 (1) | Il-Liġi ta’ l-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LFE) (RS 916.40) L-Ordinanza tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (OFE) (RS 916.401) (1) | Iva (1) | 9. Ħalib u prodotti tal-ħalib | Id-Direttiva 64/432/KEE Id-Direttiva 2002/99/KE | Il-Liġi ta’ l-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LFE) (RS 916.40) L-Ordinanza tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (OFE) (RS 916.401) | Iva | 10. Bajd u prodotti tal-bajd | Id-Direttiva 90/539/KEE Id-Direttiva 2002/99/KE | Il-Liġi ta’ l-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LFE) (RS 916.40) L-Ordinanza tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (OFE) (RS 916.401) | Iva | 11. Prodotti tas-sajd, molluski bivalvi, ekinodermi tunikati u gasteropodi tal-baħar | Id-Direttiva 91/67/KEE Id-Direttiva 93/53/KEE Id-Direttiva 95/70/KE Id-Direttiva 2002/99/KE | Il-Liġi ta’ l-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LFE) (RS 916.40) L-Ordinanza tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (OFE) (RS 916.401) | Iva | 12. Għasel | Id-Direttiva 92/118/KEE Id-Direttiva 2002/99/KE | Il-Liġi ta’ l-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LFE) (RS 916.40) L-Ordinanza tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (OFE) (RS 916.401) | Iva | 13. Bebbux u saqajn taż-żrinġijiet | Id-Direttiva 92/118/KEE Id-Direttiva 2002/99/KE | Il-Liġi ta’ l-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżootiku (LFE) (RS 916.40) L-Ordinanza tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (OFE) (RS 916.401) | Iva | (1) L-għarfien tax-xebh tal-liġijiet fil-qasam tas-sorveljanza għall-BSE fin-nagħaġ u l-mogħoż ikun ikkunsidrat fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt. Esportazzjonijiet mill-Komunità Ewropea għall-Iżvizzera u esportazzjonijiet mill-Iżvizzera għall-Komunità Ewropea | Kondizzjonijiet kummerċjali | Ekwivalenza | Normi KE | Normi Żvizzeri | Is-saħħa pubblika | Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, tal-31.5.2001, p. 1), emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 688/2006 tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Mejju 2006 li jemenda l-Annessi III u XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sorveljanza ta’ l-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli u tal-materjali speċifiċi ta’ riskju ta’ annimali bovini fl-Isvezja (ĠU L 120, tal-5.5.2006, p. 10). Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 relatat ma’ l-iġjene tal-prodotti ta’ l-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, tat-30.4.2004, p. 55). Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, tat-30.4.2004, p. 206) . Ir-Regolament (KE) Nru 882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-benessri ta' l-annimali (ĠU L 165, tat-30.4.2004, p. 1) Ir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi applikabbli għall-prodotti ta’ l-ikel (ĠU L 338, tat-22.12.2005, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi l-miżuri ta’ applikazzjoni relatati ma’ ċerti prodotti mmexxija mir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ma’ l-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali speċifikati fir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga r-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 5 (ĠU L 338, tat-22.12.2005, p. 27) Ir-Regolament (KE) Nru 2075/2005 tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jiffissa r-regoli speċifiċi applikabbli għall-kontrolli uffiċjali dwar il-preżenza tat-Trichinella fil-laħmijiet (ĠU L 338, tat-22.12.2005, p. 60) | Il-Liġi Federali tad-9 ta’ Ottubru 1992 dwar il-prodotti ta’ l-ikel u l-oġġetti ta’ kuljum (Il-Liġi dwar il-prodotti ta’ l-ikel), emendata l-aħħar fis-16 ta’ Diċembru 2005 (RS 817.0) L-Ordinanza tas-27 ta’ Mejju 1982 dwar il-ħarsien ta’ l-annimali (OPAn), emendata l-aħħar fit-12 ta’ April 2006 (RS 455.1) L-Ordinanza ta’ l-1 ta’ Marzu 1995 dwar il-formazzjoni ta’ l-organi inkarigati bil-kontroll ta’ l-iġjene tal-laħmijiet (OFHV) emendata l-aħħar fit-23 ta’ Novembru 2005 (RS 817.191.54) L-Ordinanza tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (OFE), emendata l-aħħar fit-23 ta’ Novembru 2005 (RS 916.401) L-Ordinanza tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar il-produzzjoni primarja (RS 916.020) L-Ordinanza tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar il-qatla ta’ annimali u l-kontroll tal-laħmijiet (OAbCV) (RS 817.190) L-Ordinanza tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar il-prodotti ta’ l-ikel u l-oġġetti ta’ kuljum (ODAlOUs) (RS 817.02) L-Ordinanza tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-DFI dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti ta’ l-ikel (RS 817.025.21) L-Ordinanza tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-DFE dwar l-iġjene waqt il-produzzjoni primarja (RS 916.020.1) L-Ordinanza tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-DFI dwar l-iġjene (RS 817.024.1) L-Ordinanza tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-DFE dwar l-iġjene waqt il-qatla ta’ l-annimali (OHyAb) (RS 817.190.1) L-Ordinanza tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-DFI dwar il-prodotti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali (RS 817.022.108) | Iva b’kondizzjonijiet speċjali | Kondizzjonijiet speċjali (1) Il-prodotti ta’ l-annimali għall-konsum uman li jkunu għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità u l-Iżvizzera jiċċirkolaw bl-uniċi u bl-istess kondizzjonijiet bħal dawk tal-prodotti ta’ l-annimali għall-konsum uman li jkunu għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità. Jekk ikun hemm bżonn, dawn il-prodotti jkollhom magħhom ċertifikati sanitarji speċifikati għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità jew definiti minn dan l-Anness u disponibbli fis-sistema TRACES. (2) L-Iżvizzera tħejji l-lista ta’ l-istabbilimenti approvati tagħha, f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 31 (reġistrazzjoni/approvazzjoni ta’ stabbilimenti) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. (3) Għall-importazzjonijiet tagħha, l-Iżvizzera tapplika l-istess dispożizzjonijiet bħal dawk applikabbli fil-qasam fuq livell Komunitarju. (4) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Iżvizzera ma jużawx id-deroga ta’ l-eżami maħsub biex tinstab il-preżenza tat- Trichinella hekk kif speċifikat fl-Artikolu 3, il-punt 2 tar-Regolament (KE) Nru2075/2005. Fil-każ li jsir rikors għal din id-deroga, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Iżvizzera jintrabtu li jinnotifikaw bil-miktub lill-Kummissjoni l-lista tar-reġjuni fejn ir-riskju ta’ preżenza tat- Trichinella fil-ħnieżer domestiċi hija uffiċjalment rikonoxxuta bħala insinifikanti. L-Istati Membri tal-Komunità għandhom tliet xhur żmien minn din in-notifika biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni. Fin-nuqqas ta’ oġġezzjonijiet min-naħa tal-Kummissjoni jew ta’ Stat Membru, ir-reġjun ikun rikonoxxut bħala reġjun li jippreżenta riskju insinifikanti tal-preżenza tat- Trichinella u l-ħnieżer domestiċi li ġejjin minn dan ir-reġjun ikunu eżentati mill-eżami maħsub biex tinstab il-preżenza tat- Trichinella waqt il-qatla. Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3, il-punt 3 tar-Regolament (KE) Nru2075/2005 għalhekk japplikaw mutatis mutandis . (5) Il-metodi ta’ skoperta spjegati fl-Anness I, il-Kapitoli I u II tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005 huma użati fl-Iżvizzera fil-qafas ta’ eżamijiet maħsuba biex tinstab il-preżenza tat- Trichinella . Għall-kuntrarju, ma jsirx rikors għall-metodu ta’ eżami trikinoskopiku hekk kif spjegat fl-Anness I, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005. (6) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Iżvizzera jistgħu ma jagħmlux l-eżami maħsub biex tinstab il-preżenza tat- Trichinella fil-karkassi u l-laħmijiet ta’ ħnieżer domestiċi għas-smin u għall-biċċerija fl-istabbilimenti tal-qatla ta’ kapaċità baxxa. Din id-dispożizzjoni hija applikabbli sal-31 ta Diċembru 2009. Skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8, is-subparagrafu 3 bis, ta’ l-Ordinanza tad-DFE fir-rigward ta’ l-iġjene waqt il-qatla ta’ annimali (RS 817.190.1) u l-Artikolu 9, is-subparagrafu 7, ta’ l-Ordinanza tad-DFI dwar il-prodotti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali (RS 817.022.108), dawn il-karkassi u l-laħmijiet ta’ ħnieżer domestiċi għas-smin u għall-biċċerija kif ukoll il-preparazzjonijiet ta’ laħam, il-prodotti bbażati fuq il-laħam u l-prodotti pproċessati bbazati fuq il-laħam li ħarġu minnhom ikollhom timbru speċjali ta’ saħħa tajba konformi mal-mudell definit fl-Anness 9, it-tieni subparagrafu, ta’l-Ordinanza tad-DFE fir-rigward ta’ l-iġjene waqt il-qatla ta’ annimali (RS 817.190.1). Dawn il-prodotti ma jistgħux ikunu għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 9a u 14a ta’ l-Ordinanza tad-DFI dwar il-prodotti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali (RS 817.022.108). (7) Il-karkassi u l-laħmijiet ta’ ħnieżer domestiċi għas-smin u għall-biċċerija li huma għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità u l-IŻvizzera li ġejjin minn: - irziezet rikonoxxuti nieqsa mit- Trichinella mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri tal-Komunità; - reġjuni fejn ir-riskju ta’ preżenza tat- Trichinella fil-ħnieżer domestiċi huwa rikonoxxut bħala insinifikanti; li għalihom l-eżami maħsub biex tinstab il-preżenza tat- Trichinella ma jsirx skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005, jiċċirkolaw bl-uniċi u bl-istess kondizzjonijiet bħal dawk li huma għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità. (8) Skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2 ta’ l-Ordinanza dwar l-iġjene (RS 817.024.1), l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Iżvizzera jistgħu jipprevedu f’każijiet partikulari modifiki għall-Artikoli 8, 10 u 14 ta’ l-Ordinanza dwar l-iġjene (RS 817.024.1): a) biex jirrispondu għall-ħtiġijiet ta’ l-istabbilimenti li jinsabu fir-reġjuni tal-muntanji enumerati fl-Anness tal-Liġi Federali tal-21 ta’ Marzu 1997 dwar l-għajnuna għall-investimenti fir-reġjuni tal-muntanji. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Iżvizzera jintrabtu li jinnotifikaw bil-miktub lill-Kummissjoni b’dawn il-modifiki. Din in-notifika: - tagħti deskrizzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet li għalihom l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Iżvizzera jaħsbu li modifika hija meħtieġa u tindika n-natura tal-modifika prevista; - tiddeskrivi l-prodotti ta’ l-ikel u l-istabbilimenti kkonċernati; - tispjega r-raġunijiet għall-modifika (inkluż, jekk jinqala’ l-każ, billi tingħata sinteżi ta’ l-analiżi tar-riskji li saret u billi tindika kull miżura li trid tittieħed biex jiġi żgurat li l-modifika ma tikkompromettix l-għanijiet ta’ l-Ordinanza dwar l-iġjene (RS 817.024.1), - tikkomunika kull informazzjoni oħra rilevanti. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom tliet xhur żmien minn meta jirċievu n-notifika biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom bil-miktub. Jekk ikun hemm bżonn, jitlaqqa’ l-Kumitat Veterinarju Konġunt. b) għall-manifattura ta’ prodotti ta’ l-ikel li għandhom karatteristiċi tradizzjonali. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Iżvizzera jintrabtu li jinnotifikaw bil-miktub lill-Kummissjoni b’dawn il-modifiki sa mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara l-għotja, b’mod inidividwali jew ġenerali, tad-derogi msemmija. Kull notifika: - tiddeskrivi fil-qosor id-dispożizzjonijiet li ġew adattati; - tiddeskrivi l-prodotti ta’ l-ikel u l-istabbilimenti kkonċernati, u - tagħti kull informazzjoni rilevanti oħra. (9) Il-Kummissjoni tinforma lill-Iżvizzera bid-derogi u bil-modifiki applikati fl-Istati membri tal-Komunità skond l-Artikoli 13 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, 10 tar-Regolament (KE) Nru 852/2003, 13 tar-Regolament (KE) Nru 854/2003 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005. (10) Sakemm isir l-allinjament tal-liġi Komunitarja u tal-liġi Żvizzera fir-rigward tal-lista ta’ materjali speċifiċi ta’ riskju, l-Iżvizzera ntrabtet, b’direttiva teknika interna, li l-karkassi ta’ annimali bovini li għandhom iktar minn 24 xahar li għandhom għadam vertebrali kif ukoll il-prodotti li jkunu ħarġu minnhom ma jkunux għall-kummerċ ma’ l-Istati Membri tal-Komunità. “Prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux għall-konsum uman” Esportazzjonijiet mill-Komunità Ewropea għall-Iżvizzera u esportazzjonijiet mill-Iżvizzera għall-Komunità Ewropea | Kondizzjonijiet kummerċjali | Ekwivalenza | Normi KE | Normi Żvizzeri | Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 273, ta’ l-10.10.2002, p. 1) emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 208/2006 tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Frar 2006 li jemenda l-Annessi VI u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tan-normi ta’ tibdil applikabbli għall-fabbriki ta’ produzzjoni ta’ bijogass u ta’ kompost u l-esiġenzi applikabbli għad-demel likwidu (ĠU L 036, tat-8.2.2006 p. 25). | L-Ordinanza tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar il-qatla ta’ annimali u l-kontroll tal-laħmijiet (OAbCV) (RS 817.190) L-Ordinanza tad-DFE tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-iġjene waqt il-qatla ta’ annimali (OHyAb) (RS 817.190.1) L-Ordinanza tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżootiku (OFE), emendata l-aħħar fit-23 ta’ Novembru 2005 (RS 916.401). L-Ordinanza ta’ l- ... Ottubru 2006 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti ta’ l-annimali (OITE) L-Ordinanza tat-23 ta’ Ġunju 2004 dwar it-tneħħija tal-prodotti sekondarji ta’ l-annimali emendata l-aħħar fit-22 ta’ Ġunju 2005 (OESPA) (RS 916.441.22) | Iva | Kondizzjonijiet speċjali Għall-importazzjonijiet tagħha, l-Iżvizzera tapplika l-istess dispożizzjonijiet bħal dawk li jaqgħu taħt l-Annessi VII, VIII, X (ċertifikati) u XI (pajjiżi), f’konformità ma’ l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. Il-kummerċ ta’ materji tal-kategoriji 1 u 2 huwa pprojbit, ħlief għal ċerti użi tekniċi speċifikati mir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (miżuri transitorji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 878/2004 tal-Kummissjoni). Il-materji ta’ kategorija 3 li huma għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità u l-Iżvizzera jrid ikollhom magħhom dokumenti kummerċjali u ċertifikati sanitarji speċifikati mill-Kapitolu III ta’ l-Anness II, f’konformità ma’ l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. F’konformità mal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, l-Iżvizzera tħejji l-lista ta’ l-istabbilimenti korrispondenti tagħha. KAPITOLU II Setturi oħrajn li m’humiex dawk li tqajmu fil-Kapitolu I I. Esportazzjonijiet mill-Komunità għall-I żvizzera Dawn l-esportazzjonijiet iseħħu bil-kondizzjonijiet speċifikati għall-kummerċ intra-Komunitarju. Madankollu, fil-każijiet kollha, jingħata ċertifikat li juri r-rispett għal dawn il-kondizzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti biex imorru mal-kunsinni. Jekk ikun hemm bżonn, il-mudelli ta’ ċertifikati jkunu diskussi fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt. II. Esportazzjonijiet mill-Iżvizzera għall-Komunità Dawn l-esportazzjonijiet isiru bil-kondizzjonijiet rilevanti speċifikati mir-regoli Komunitarji. Il-mudelli ta’ ċertifikat ikunu diskussi fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt. Sakemm jiġu ddeterminati dawn il-mudelli, iċ-ċertifikati mitluba fil-preżent huma applikabbli. KAPITOLU III It-transizzjoni ta’ settur mill-Kapitolu II g ħall-Kapitolu I Hekk kif l-Iżvizzera tadotta leġiżlazzjoni li hija taħseb li hija ekwivalenti għal-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-kwistjoni tiġi sottomessa lill-Kumitat Veterinarju Konġunt. Fl-iqsar żmien possibbli, il-Kapitolu I ta’ dan l-Appendiċi jkun komplut skond ir-riżultati ta’ l-eżami li jkun sar. Appendiċi 10 KONTROLLI MAL-FRUNTIERI U ĦLASIJIET KAPITOLU I A. Kontrolli mal-fruntieri għas-setturi fejn l-ekwivalenza hija rikonoxxuta b’mod reċiproku Tipi ta’ kontrolli mal-fruntieri | Taxxi | 1. Kontrolli dokumentarji 2. Kontrolli fiżiċi | 100% 1% | B. Kontrolli mal-fruntieri għas-setturi ħlief għal dawk imsemmija fil-punt A Tipi ta’ kontrolli mal-fruntieri | Taxxi | 1. Kontrolli dokumentarji 2. Kontrolli fiżiċi | 100% 1 sa 10% | C. Miżuri speċifiċi Ta’ min jinnota l-Anness 3 tar-Rakkomandazzjoni Nru 1/94 tal-Kummissjoni Konġunta KEE-ŻVIZZERA, relatata ma’ l-iffaċilitar ta’ ċerti kontrolli u formalitajiet veterinarji ta’ prodotti li ġejjin minn annimali u ta’ annimali ħajjin. Il-kwistjoni terġa’ tkun soġġetta għal eżami mill-ġdid fl-iqsar żmien possibbli fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt. D. Ħlasijiet 1. Għas-setturi fejn l-ekwivalenza hija rikonoxxuta b’mod reċiproku, jinġabru l-ħlasijiet li ġejjin: 1,5 EURO/t b’minimu ta’ 30 EURO u massimu ta’ 350 EURO kull lott. 2. Għas-setturi ħlief għal dawk imsemmija fil-punt 1, jinġabru l-ħlasijiet li ġejjin: 3,5 EURO/t b’minimu ta’ 30 EURO u massimu ta’ 350 EURO kull lott. E. Regoli għall-prodotti ta’ l-annimali li jridu jaqsmu t-territorju ta’ l-Unjoni Ewropea jew ta’ l-Iżvizzera 1. Il-prodotti ta’ l-annimali li joriġinaw mill-Iżvizzera li jridu jaqsmu t-territorju ta’ l-Unjoni Ewropea jkunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ kontroll speċifikati, skond il-każ, fil-punti A u B hawn fuq. Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11, il-punti 2 c), d) u e) tad-Direttiva 97/78/KE ma japplikawx għall-prodotti li għalihom l-ekwivalenza hija rikonoxxuta b’mod reċiproku u li jkunu se jiġu esportati barra mit-territorju ta’ l-Unjoni Ewropea, sakemm il-kontrolli veterinarji li jsiru f’konformità mal-punt 2 ta’ hawn fuq ikunu favorevoli. 2. Il-prodotti ta’ l-annimali li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea li jridu jaqsmu t-territorju ta’ l-Iżvizzera jkunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ kontroll speċifikati, skond il-każ, fil-punti 2 u 3 ta’ hawn fuq. F. Is-sistema TRACES 1. LEĠIŻLAZZJONIJIET Il-Komunità Ewropea | L-Iżvizzera | Id-Deċiżjoni 2004/292/KE tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (ĠU L 094, tal-31.3.2004, p. 63) emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2005/515/KE tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Lulju 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2004/292/KE relatata ma’ l-applikazzjoni tas-sistema TRACES u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (ĠU L 187, tad-19.7.2005, p. 29) | L-Ordinanza ta’ l-… Ottubru 2006 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti ta’ l-annimali (OITE), (RS 916.443.11) | 2. KONDIZZJONIJIET PARTIKULARI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI Il-Kummissjoni b’kollaborazzjoni ma’ l-Uffiċċju Veterinarju Federali, tintegra lill-Iżvizzera fis-sistema informatika TRACES, f’konformità mad-Deċiżjoni 2004/292/KE tal-Kummissjoni. Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2004/222/KE relatati mar-reġistrazzjoni ta’ dokumenti veterinarji komuni ta’ dħul fis-sistema informatika TRACES ma japplikawx għall-prodotti li għalihom l-ekwivalenza hija rikonoxxuta b’mod reċiproku ħlief għal dawk imdaħħla taħt il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 8, 12(4) u 13 tad-Direttiva 97/78/KE u ta’ dawk li kien ġie deċiż li jkunu rrifjutati wara kontrolli mal-fruntieri. Għas-setturi fejn l-ekwivalenza hija rikonoxxuta b’mod reċiproku, il-prodotti ta’ l-annimali li jkunu għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità u l-Iżvizzera jiċċirkolaw bl-istess kondizzjonijiet bħall-prodotti li jkunu għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità. Jekk ikun hemm bżonn, dawn il-prodotti jkollhom magħhom ċertifikati sanitarji speċifikati għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità jew definiti minn dan l-Anness u disponibbli fis-sistema TRACES. Jekk ikun hemm bżonn, jiġu definiti miżuri transitorji fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt. KAPITOLU II Kontrolli relatati ma’ l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi 1. Leġiżlazzjoni Il-kontrolli relatati ma’ l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi jsiru f’konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija hawnhekk: Il-Komunità Ewropea | L-Iżvizzera | 1. Ir-Regolament (KE) Nru136/2004 tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi proċeduri għal kontrolli veterinarji f’postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 021, tat-28.1.2004, p. 11) 2. Ir-Regolament (KE) Nru 745/2004 tal-Kummissjoni tas-16 ta’ April 2004 li jistabbilixxi miżuri fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' prodotti li joriġinaw minn annimali għall-konsum personali (ĠU L 122, tas-26.4.2004, p. 1) 3. Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, tat-30.4.2004, p. 206) . 4. Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-benessri ta' l-annimali (ĠU L 165, tat-30.4.2004, p. 1) 5. Id-Direttiva 97/78/KE tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 024, tat-30.1.1998, p. 9) emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-benessri ta' l-annimali (ĠU L 165, tat-30.4.2004, p. 1) 6. Id-Direttiva 2002/99/KE tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (ĠU L 018, tat-23.1.2003, p. 11) | 1. L-Ordinanza ta’ l-... Ottubru 2006 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti ta’ l-annimali (OITE), (RS 916.443.11) 2. Il-Liġi tad-9 ta’ Ottubru 1992 dwar il-prodotti ta’ l-ikel (LDAl), emendata l-aħħar fit-18 ta’ Ġunju 2004 (RS 817.0) 3. L-Ordinanza tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar il-prodotti ta’ l-ikel u l-oġġetti ta’ kuljum (ODAlOUs, RS 817.02) 4. L-Ordinanza tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti ta’ l-ikel (RS 817.025.21) | 2. Kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva 97/78/KE, il-postijiet ta’ spezzjoni mal-fruntieri huma dawn li ġejjin: l-ajruport ta’ Bâle-Mulhouse, l-ajruport ta’ Ferney-Voltaire/Genève u l-ajruport ta’ Zurich. Modifiki ulterjuri jingħataw f’idejn il-Kumitat Veterinarju Konġunt. L-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq il-post hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, fuq il-bażi notevolment ta’ l-Artikolu 23 tad-Direttiva 97/78/KE u ta’ l-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżootiku. Is-sitwazzjoni partikulari tal-postijiet ta’ spezzjoni mal-fruntieri ta’ l-ajruport ta’ Bâle-Mulhouse u ta’ l-ajruport ta’ Ferney-Voltaire/Genève tkun studjata fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt sa mhux aktar tard minn żmien sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Appendiċi. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/78/KE, il-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni ma’ l-Uffiċċju Veterinarju Federali, tintegra lill-Iżvizzera fis-sistema informatika TRACES, f’konformità mad-Deċiżjoni 2004/292/KE tal-Kummissjoni. Fil-qafas ta’ l-attivitajiet imsemmija fid-Direttiva 97/78/KE, l-awtoritajiet Żvizzeri jintrabtu li jiġbru l-ħlasijiet jew it-taxxi marbutin mal-kontrolli uffiċjali tal-merkanziji f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VI tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tar-rati minimi ffissati fl-Anness V tiegħu. KAPITOLU III Kondizzjonijiet għal importazzjonijiet tal-prodotti ta’ l-annimali minn pajjiżi terzi 1. Il-Komunità Ewropea - Leġiżlazzjoni A. REGOLI TAS-SAĦĦA PUBBLIKA 1. Id-Direttiva 96/23/KE tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti ta' l-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, tat-23.5.1996, p. 10) emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-benessri ta' l-annimali (ĠU L 165, tat-30.4.2004, p. 1). 2. Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, tal-31.5.2001, p. 1), emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 688/2006 tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Mejju 2006 li jemenda l-Annessi III u XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sorveljanza ta’ l-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli u tal-materjali speċifiċi ta’ riskju ta’ l-annimali bovini fl-Iżvezja (ĠU L 120, tal-5.5.2006, p. 10). 3. Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (ĠU L 325, tat-12.12.2003, p. 1). 4. Id-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li tirrevoka ċerti direttivi rigward l-iġjene ta' l-ikel u l-kondizzjonijiet ta' saħħa għall-produzzjoni u sabiex ikunu mqiegħda fis-suq ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE u 92/118/KEE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 95/408/KE (ĠU L 157, tat-30.4.2004, p. 33). 5. Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, tat-30.04.2004) emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2004 li jġib dispożizzjonijiet transitorji ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (ĠU L 338, tat-22.12.2005, p. 83). 6. Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, tat-30.4.2004) emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jġib dispożizzjonijiet transitorji ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (ĠU L 338, tat-22.12.2005, p. 83). B. REGOLI TAS-SAĦĦA TA’ L-ANNIMALI 1. Id-Direttiva 91/67/KEE tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 1991, tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fuq is-suq ta’ l-annimali u prodotti ta’ l-akwakultura (ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 1), emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 tal-Kunsill, ta’ 14 ta’ April 2003, li jaddatta għad-Deċiżjoni 1999/468/KE id-dispożizzjonijiet rigward il-kumitati li jassistu l-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni stabbiliti fi strumenti tal-Kunsill adottati skond il-proċedura ta' konsultazzjoni (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1) 2. Id-Direttiva 93/53/KEE tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ġunju 1993, li tintroduċi miżuri minimi Komunitàrji għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-ħut (ĠU L 175, tad-19.7.1993, p. 23), emendata l-aħħar mill-Att dwar il-kondizzjonijiet ta’ adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka, u għall-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea – l-Anness II: Lista msemmija fl-Artikolu 20 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni - 6. Agrikoltura - B. Liġi veterinarja u fitosanitarja - I. Leġiżlazzjoni veterinarja (ĠU L 236, tat-23.9.2003, p. 381) 3. Id-Direttiva 92/118/KEE tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 1992, li tipprovdi għal rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f'regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A(I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 062, tal-15.3.1993, p. 49) emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li tirrevoka ċerti direttivi rigward iġjene ta' l-ikel u kondizzjonijiet ta' saħħa għall-produzzjoni u sabiex ikun mqiegħda fis-suq ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE u 92/118/KEE u Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 95/408/KE (ĠU L 157, tat-30.4.2004, p. 33). 4. Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, tal-31.5.2001, p. 1), emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 688/2006 tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Mejju 2006 li jemenda l-Annessi III u XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sorveljanza ta’ l-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli u tal-materjali speċifiċi ta’ riskju ta’ annimali bovini fl-Iżvezja (ĠU L 120, tal-5.5.2006, p. 10). 5. Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 273, ta’ l-10.10.2002, p. 1) emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 208/2006 tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Frar 2006 li jemenda l-Annessi VI u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tan-normi ta’ tibdil applikabbli għall-fabbriki ta’ produzzjoni ta’ bijogass u ta’ kompost u l-esiġenzi applikabbli għad-demel likwidu (ĠU L 036, tat-8.2.2006 p. 25). 6. Id-Direttiva 2002/99/KE tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (ĠU L 018, tat-23.1.2003, p. 11) 2. L_Iżvizzera - Leġiżlazzjoni L-Ordinanza ta’ l- … Ottubru 2006 dwar l-importazzjoni, il-ġarr u l-esportazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti ta’ l-annimali (OITE). 3. Regoli ta’ applikazzjoni L-Uffiċċju Veterinarju Federali japplika l-istess kondizzjonijiet ta’ importazzjoni bħal dawk li jaqgħu taħt il-Kapitolu 3, il-punt 1 ta’ dan l-Appendiċi. Madankollu, l-Uffiċċju Veterinarju Federali jista’ jadotta miżuri iktar restrittivi u jeżiġi garanziji supplementari. Isiru konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt sabiex jinstabu soluzzjonijiet addattati. KAPITOLU IV Dispożizzjonijiet finali Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Appendiċi preżenti jkunu riveduti fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. [1] ĠU L 23 28.1.2004, p. 27. [2] ĠU L 17 ta’ l-20.1.2005, p. 1. [3] ĠU L 347, 30.12.2005, p. 93. [4] ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31. [5] ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1. [6] ĠU L 170, 1.7.2005, p. 12. [7] ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. [8] ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1. [9] ĠU L 338, 22.12.2005, p. 27. [10] ĠU L 338, 22.12.2005, p. 60.