52006PC0507

Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li temenda d-direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE u d-Direttivi 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE u 2006/48/KE, fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura u l-kriterji ta’ evalwazzjoni għall-valutazzjoni prudenzjali ta’ akkwisti u żidiet fl-ammont ta’ ishma fis-settur finanzjarju {SEG(2006) 1117} {SEG(2006) 1118} /* KUMM/2006/0507 finali - COD 2006/0166 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 12.9.2006

KUMM(2006) 507 finali

2006/0166 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE u d-Direttivi 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE u 2006/48/KE, fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura u l-kriterji ta’ evalwazzjoni għall-valutazzjoni prudenzjali ta’ akkwisti u żidiet fl-ammont ta’ ishma fis-settur finanzjarju

(preżentata mill-Kummissjoni) {SEG(2006) 1117}{SEG(2006) 1118}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.1. Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Din il-proposta għandha l-għan li ttejjeb konsiderevolment iċ-ċertezza legali, iċ-ċarezza u t-trasparenza tal-proċess ta’ approvazzjoni prudenzjali fir-rigward ta’ proposti għal akkwisti jew żidiet fis-sehem fis-settur bankarju, dak ta' l-assigurazzjonijiet u dak tat-titoli.

1.2. Il-kuntest ġenerali

Is-suq finanzjarju waħdieni ta’ l-UE jimxi id f'id ma' sorveljanza prudenzjali soda u l-stabilità finanzjarja. Sforzi kontinwi ta’ konverġenza, immexxija mill-UE, fil-qasam tar-rekwiżiti regolatorji, appoġġati minn regoli fundamentali komuni u mezzi pragmatiċi għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttivi Komunitarji għal suq waħdieni għas-servizzi finanzjarji, diġà kkontribwixxew sewwa biex jintlaħaq dan il-għan. Il-konsolidazzjoni minn pajjiż għall-ieħor hija r-riżultat ta’ deċiżjonijiet tan-negozju magħmula mill-parteċipanti fis-suq. Minkejja li l-konsolidazzzjoni mhijiex għan fiha nnfisha, tibqa’ mezz li jwassal għal iktar effiċjenza. Il-konsolidazzjoni mmexxija mis-suq tippermetti lill-istituzzjonijiet jilħqu l-potenzjal tagħhom u jikkompetu fuq livell internazzjonali. Aspett importanti tas-suq waħdieni huwa t-tneħħija ta’ kwalunkwe xkiel mhux ġustifikabbli li jfixkel it-tħaddim tajjeb tas-suq intern. Interferenza żejda minn regolaturi, awtoritajiet nazzjonali jew sopranazzjonali fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjoni tan-negozju li setgħet tirriżulta fil-konsolidazzjoni tista’ effettivament tfixkel il-funzjonament tajjeb tas-suq. F’sitwazzjoni estrema, użu abużiv tas-setgħat jista’ jwassal biex jiffrustra u jrendi imprattika inizjattiva li, li ma kienx għalhekk, kienet tkun ekonomikament ġustifikabbli.

Is-sistema attwali ta’ superviżjoni prudenzjali fl-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq il-prinċipju tar-responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri ta’ l-oriġini. Hemm ukoll rekwiżit fundamentali għall-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri ta’ l-oriġini u dawk ospitanti biex jikkollaboraw mill-qrib ma' xulxin sabiex jissorveljaw l-attivitajiet ta’ istituzzjonijiet li joperaw fi Stati Membri li mhumiex dawk fejn jinsabu l-kwartieri ġenerali tagħhom.

1.3. Dispożizzjonijiet eżistenti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja

Il-qafas ġuridiku eżistenti [1] jirregola s-sitwazzjoni meta akkwirent jixtieq jakkwista sehem jew iżid is-sehem li jkollu f'istituzzjoni finanzjarja jew kumpanija ta' l-investiment f'kuntest domestiku kif ukoll f'iktar minn pajjiż wieħed. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jopponu akkwist jekk, fid-dawl tal-ħtieġa għal ġestjoni tajba u prudenti ta’ l-istituzzjoni, ma jkunux sodisfatti fir-rigward ta’ l-adegwatezza ta’ l-akkwirent. Il-qafas ġuridiku attwali ma jipprovdix kriterji speċifiċi għall-evalwazzjoni ta’ l-adegwatezza ta' l-akkwirent u għalhekk ippermetta li l-awtoritajiet relevanti jkollhom liberta' konsiderevoli huma u jaċċettaw, jiskoraġġixxu jew jirrifjutaw akkwist propost. Barra minn hekk, id-Direttivi attwali ma jistipulawx fid-dettall il-proċedura li biha jiġu evalwati l-akkwisti.

1.4. Il-proposta

Din il-proposta ta’ emendar timmodifika konsiderevolment il-qafas eżistenti fir-rigward tal-proċedura kif ukoll tal-kriterji li għandhom jiġu eżaminati mill-awtoritajiet kompetenti huma u jevalwaw l-adegawatezza ta’ l-akkwirent propost.

Id-Direttivi emendati jistipulaw il-proċedura sħiħa li għandha tiġi applikata mill-awtoritajiet kompetenti huma u jevalwaw l-akkwisti għal raġunijiet prudenzjali. Ġie introdott proċess ċar u trasparenti għan-notifikar u t-teħid ta’ deċiżjonijiet għall-awtoritajiet kompetenti u l-kumpaniji. L-iskadenzi ma għadhomx daqshekk twal u kwalunkwe ‘waqfien ta’ l-arloġġ’ mill-awtoritajiet kompetenti ġie limitat għal darba u soġġett għal kundizzjonijiet ċari.

Il-kriterji prudenzjali għall-evalwazzjoni superviżorja ġew stipulati b’mod ċar ukoll u se jintarrfu minn qabel lil parteċipanti fis-suq. Dan għandu jiżgura iktar ċertezza u prevedibilità fir-rigward tal-kriterji li għandhom jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti huma u jevalwaw l-adegwatezza ta’ akkwist.

Id-Direttivi emendati jipprovdu għal lista magħluqa ta’ kriterji għall-evalwazzjoni ta’ l-adegwatezza ta’ akkwirent. Dan jimplika armonizzazzjoni sħiħa għall-iskopijiet ta’ evalwazzjoni ta’ l-adegwatezza madwar l-Unjoni Ewropea kollha. Dawn il-kriterji se jkunu r-reputazzjoni ta’ l-akkwirent propost, ir-reputazzjoni u l-esperjenza ta' kwalunkwe persuna li tista' tmexxi l-istituzzjoni jew il-kumpanija li tirriżulta, il-qagħda finanzjarja ta’ l-akkwirent, il-konformità kontinwa mad-Direttivi settorjali rilevanti u r-riskju ta' ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu.

2. IR-RIżULTATI TA’ KONSULTAZZJONIJIET MA’ PARTIJIET INTERESSATI

2.1. Konsultazzjonijiet

- Il-Grupp ta’ Ħidma EBC dwar il-Konsolidazzjoni minn Pajjiż għall-Ieħor iltaqa' fil-21 ta’ Marzu u l-5 ta’ Ottubru 2005. Dan il-grupp ta’ ħidma sussegwentement ġie estiż biex jinkludi s-settur ta’ l-assigurazzjoni u t-titoli;

- Saret laqgħa tal-Grupp ta’ Ħidma Konġunt EBC-EIOPC-ESC dwar il-Konsolidazzjoni minn Pajjiż għall-Ieħor fit-3 ta’ Frar 2006;

- Saret konsultazzjoni pubblika matul Marzu u April 2006 rigward l-arranġamenti superviżorji eżistenti fis-settur bankarju, dak ta’ l-assigurazzjoni u dak tat-titoli.

Id-dispożizzjonijiet eżistenti ġew imtejba fir-rigward tal-proċedura u l-kriterji għall-evalwazzjoni filwaqt li tqiesu d-diskussjonijiet fil-gruppi ta’ ħidma varji u r-risponsi li ħarġu mill-konsultazzjoni pubblika.

2.2. Il-ġbir u l-użu ta' l-għarfien espert

Il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (CEBS, Committee of European Banking Supervisors ) fi tmiem Jannar 2005 ingħata l-mandat mill-Kummissjoni biex jipprovdi pariri tekniċi dwar ir-reviżjoni ta’ l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/12/KE.

Il-pariri li ta s-CEBS, filwaqt li pprovdew xi preċiżazzjonijiet u suġġerimenti kostruttivi, enfasizzaw li l-‘Artikolu 16 għandu jħalli grad għoli ta’ flessibbiltà u diskrezzjoni lill-awtoritajiet kompetenti biex dan jaħdem sewwa’. Is-CEBS jindika wkoll li l-mandat tal-Kummissjoni ‘ma talabx lis-CEBS jikseb evidenza dwar jekk l-Artikolu 16 kienx sar abbuż minnu min-naħa ta' l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri jew kienx il-kawża diretta għall-pass (apparentement) aktar bilmod ta’ l-attivitajiet Fużjonijiet u Akkwisti (M&A, Mergers and Acquisitions ) fis-settur finanzjarju.’

Il-pariri tas-CEBS intużaw flimkien mal-konsultazzjonijiet imsemmija hawn fuq fl-iżvilupp ta’ din il-proposta. B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni ħadet approċċ li jillimita b’mod sinifikanti d-diskrezzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti huma u jagħmlu evalwazzjoni prudenzjali. Dan tqies li huwa kruċjali sabiex jinkisbu ċertezza, ċarezza u prevedibbiltà legali għall-parteċipanti tas-suq.

Bħala parti mill-proġett Solvency II li għaddej bħalissa fis-settur ta’ l-assigurazzjoni, f’Diċembru 2004 il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat tas-Superviżuri ta' l-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej (CEIOPS) biex jipprovdi pariri tekniċi fir-rigward tar-rekwiżiti xierqa tad-Direttivi dwar l-Assigurazzjoni, inkluż il-proċess ta’ approvazzjoni superviżorja fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 92/49/KEE u 2002/83/KE.

3. L-EVALWAZZJONI TA' L-IMPATT

L-għażliet eżaminati fl-Evalwazzjoni ta’ l-Impatt[2] jinkludu għażla fejn ‘ma jsir xejn’ kif ukoll għażliet regolatorji li jorbtu legalment u li ma jorbtux legalment. Wara eżaminazzjoni bir-reqqa ta’ l-alternattivi differenti, l-Evalwazzjoni ta’ l-Impatt tikkonkludi li soluzzjoni regolatorja li torbot bil-liġi tinħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ ċertezza, ċarezza u trasparenza legali għall-awtoritajiet kompetenti kif ukoll għall-parteċipanti fis-suq. Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet u jiġu żgurati l-konsistenza fis-setturi kif ukoll bejn is-setturi, fl-Evalwazzjoni ta’ l-Impatt ġie konkluż li huwa xieraq li l-mira tkun livell għoli ta’ armonizzazzjoni fir-rigward tal-proċedura kif ukoll tal-kriterji għall-evalwazzjoni prudenzjali. Livell iktar baxx ta’ armonizzazzjoni – li jagħti iktar flessibilità lill-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom – ma jissodisfax l-għanijiet espliċiti ta’ ċertezza, prevedibbiltà u konsistenza legali ikbar fir-rigward ta' l-evalwazzjonijiet superviżorji ta' akkwisti ta’ ishma u żidiet fis-sehem f'istituzzjonijiet finanzjarji u kumpaniji ta’ l-investiment.

Il-proposta ma tidhirx li twassal għal spejjeż amministrattivi addizzjonali.

4. DISPOżIZZJONIJIET GħAL SWIEQ IRREGOLATI

Wieħed mill-prinċipji li fuqu hija mibnija d-Direttiva dwar is-Swieq ta’ l-Istrumenti Finanzjarji (MiFID) huwa li, sa fejn jista' jkun, għandu jkun hemm dispożizzjonijiet paralleli għall-kumpaniji ta’ l-investiment u għas-swieq irregolati. Dan il-paralleliżmu jeżisti bejn l-Artikolu 10 (li japplika għal kumpaniji ta’ l-investiment) u l-Artikolu 38 (id-dispożizzjoni korrispondenti marbuta mas-swieq irregolati). Fid-dawl ta’ dan il-parallelizmu, u wkoll tal-potenzjal għal iktar konsolidazzjoni fil-qasam tal-boroż, il-Kummissjoni se tikkunsidra urġentement jekk huwiex neċessarju u possibbli li l-proċeduri u l-kriterji stabbiliti f’din il-proposta jiġu estiżi biex jinkludu s-swieq irregolati. L-għan ta’ din l-azzjoni jkun li tiżdied iċ-ċertezza legali għall-partijiet interessati kollha meta jkunu soġġetti għal skrutinju mill-awtoritajiet kompetenti u li jkun iffaċilitat il-funzjonament bla xkiel tas-Suq Intern (bil-prevenzjoni ta’ reazzjonijiet protezzjonisti fuq in-naħa ta’ l-Istati Membri). Hija u tqis jekk tkomplix fuq din it-triq, il-Kummissjoni se tqis il-karattru speċjali tan-negozju mwettaq mis-swieq irregolati, kif ukoll il-fehmiet tal-partijiet interessati u r-regolaturi. Il-Kummissjoni se tiddeċiedi dwar kemm tkun f'lokha intervenzjoni bħal din malajr kemm jista' jkun.

5. L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA

Il-bażi ġuridika tal-proposta, li hija Direttiva li temenda, tibqa’ l-bażi ġuridika tad-direttivi li qed jiġu emendati i.e. l-Artikoli 47(2) u 55 tat-Trattat tal-KE.

Skond il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità kif stipulati fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-KE, l-għanijiet ta’ l-azzjoni proposta, primarjament l-istabbiliment ta’ regoli proċedurali u kriterji għall-evalwazzjoni armonizzati madwar il-Komunità, ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentement mill-Istati Membri u, għalhekk, jistgħu jintlaħqu aħjar mill-Komunità. Din id-Direttiva tistipula r-rekwiżiti sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet u ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ għal dak l-iskop.

Fid-dawl tal-ħtieġa għal regoli konsistenti madwar il-Komunità, Direttiva li temenda, li tistipula l-proċedura u l-kriterji, tqieset bħala l-aktar strument xieraq.

6. IMPLIKAZZJONIJIET GħALL-BAġIT

L-inizjattiva ma għandha ebda implikazzjoni għall-baġit u lanqas ma huma meħtieġa riżorsi umani u amministrattivi addizzjonali.

2006/0166 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE u d-Direttivi 2002/83/KE, 2004/39/KE, 2005/68/KE u 2006/48/KE, fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura u l-kriterji ta’ evalwazzjoni għall-valutazzjoni prudenzjali ta’ akkwisti u żidiet fl-ammont ta’ ishma fis-settur finanzjarju

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 47(2) u 55 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[3],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja)[5], id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja[6], id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE[7], id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-rijassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE[8] u d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta' Ġunju 2006 mal-bidu u s-segwiment tan-negozju f’istituzzjonijiet tal-kreditu ( recast )[9] jirregolaw is-sitwazzjoni fejn akkwirent jipproponi li jakkwista jew iżid sehem kwalifikanti f’istituzzjoni tal-kreditu, impriża ta’ l-assigurazzjoni ( assurance jew insurance ), impriża tar-rijassigurazzjoni jew kumpanija ta’ l-investiment.

(2) Dak il-qafas ġuridiku, madankollu, ma jipprovdix kriterji dettaljati għal evalwazzjoni prudenzjali tal-proposta għal akkwist jew żieda fis-sehem u lanqas ma jipprovdi proċedura għall-applikazzjoni tagħhom. Dan irriżulta f'nuqqas ta' ċertezza, ċarezza u prevedibbiltà legali fir-rigward tal-proċess ta' evalwazzjoni kif ukoll tar-riżultati tiegħu.

(3) Ir-rwol ta’ l-awtoritajiet kompetenti, kemm f'każijiet domestiċi kif ukoll f'dawk li jinvolvu iktar minn pajjiż wieħed, għandu jkun li jwettqu evalwazzjoni prudenzjali ġewwa qafas ta' kriterji u proċeduri għall-evalwazzjoni ċari. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu speċifikati l-kriterji għall-evalwazzjoni superviżorja ta’ l-azzjonisti u ta’ min imexxi fir-rigward ta' proposta għal akkwist jew żieda ta’ sehem kwalifikanti u proċedura ċara għall-applikazzjoni tagħhom. Biex tkun żgurata l-koerenza, dawk il-kriterji għandhom ikunu konsistenti mal-kriterji applikati fir-rigward ta’ l-azzjonisti u ta’ min imexxi fil-proċedura inizjali ta’ awtorizzazzjoni.

(4) Għal swieq li huma dejjem iżjed integrati u fejn l-istrutturi tal-grupp jistgħu jestendu għal bosta Stati Membri, l-akkwist ta’ sehem kwalifikanti huwa soġġett għal skrutinju f’għadd ta’ Stati Membri u, l-armonizzazzjoni madwar il-Komunità tal-proċedura u l-evalwazzjonijiet prudenzjali mingħajr ma’ l-Istati Membri jimplimentaw regoli aktar stretti, hija kruċjali.

(5) Fir-rigward ta’ l-evalwazzjoni prudenzjali, il-kriterju li jikkonċerna r-‘reputazzjoni ta’ l-akkwirent propost’ jimplika d-determinazzjoni ta’ jekk jeżistux dubji dwar l-integrità u l-kompetenza professjonali ta’ l-akkwirent propost u jekk hemmx raġunijiet għal dawn id-dubji; pereżempju, dawn id-dubji jistgħu joħorġu minn imġiba professjonali fl-imgħoddi. L-evalwazzjoni tar-reputazzjoni hija ta' rilevanza partikolari jekk l-akkwirent propost ikun entità mhux regolata.

(6) Sabiex twettaq ir-rwol tagħha skond it-Trattat u sabiex tevalwa jekk il-kriterji għall-evalwazzjoni ta' l-adegwatezza jeħtiġux iktar kjarifiki, il-Kummissjoni għandha tkun intitolata titlob kopji tad-dokumenti li fuqhom l-awtoritajiet kompetenti bbażaw l-evalwazzjoni prudenzjali tagħhom.

(7) Il-kriterji ta’ l-evalwazzjoni jistgħu, fil-ġejjieni, jeħtieġu adattamenti biex iqisu l-iżviluppi fis-suq u l-ħtieġa għal applikazzjoni uniformi madwar il-Komunità. Għalhekk, jixraq li r-regoli jkunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni[10].

(8) Minħabba li l-miri ta' l-azzjoni li għandha tittieħed, jiġifieri li jiġu stabbiliti regoli proċedurali u kriterji ta’ evalwazzjoni armonizzati madwar il-Komunità, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba d-daqs u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat f'Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalita, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(9) Id-Direttivi 92/49/KEE, 2002/83/KEE, 2004/39/KE u 2005/68/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva Nru 92/49/KEE

Id-Direttiva 92/49/KEE hija emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 1, it-tieni subparagrafu tal-punt (g) huwa mibdul b'dan li ġej:

Għall-iskopijiet ta' din id-definizjoni, fil-kuntest ta' l-Artikoli 8 u 15 u tal-livelli l-oħra ta' investiment imsemmija fl-Artikolu 15, għandhom jitqiesu d-drittijiet tal-voti msemmiija fl-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* [];

_________

* ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.

2. L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 jinbidel b' dan li ġej:

“1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kull persuna naturali jew ġuridika - jew persuni bħal dawn li jaġixxu flimkien - li ħadet deċiżjoni jew biex takkwista, direttament jew indirettament, sehem kwalifikanti f'impriża ta’ l-assigurazzjoni ( insurance ) jew biex, direttament jew indirettament, iżżid iktar dan is-sehem kwalifikanti u bir-riżultat ta’ dan, il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jisboq l-20%, it-30% jew il-50% jew b’tali mod li l-impriża ta’ l-assigurazzjoni ssir sussidjarja tagħha - minn hawn ’il quddiem “l-akkwirent propost” - tinnotifika bil-miktub l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li fiha qed tipprova jew takkwista sehem kwalifikanti jew iżżid id-daqs ta’ sehem kwalifikanti bħal dan, bid-daqs tas-sehem maħsub u t-tagħrif rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 15b(4).

(b) Il-paragrafu 1a huwa mħassar;

(c ) Fil-paragrafu 2, iċ-ċifra “33%” tinbidel biċ-ċifra “30%”;

3. L-Artikoli 15a sa 15d li ġejjin jiżdiedu:

“Artikolu 15a

1. Malli jirċievu n-notifika rikjesta skond l-Artikolu 15(1), l-awtoritajiet kompetenti, minnufih u, fi kwalunkwe każ, fi żmien jumejn tax-xogħol, għandhom jgħarrfu bil-miktub lill-akkwirent propost li rċevewha.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom massimu ta’ tletin jum tax-xogħol mid-data ta' l-irċevuta bil-miktub, minn hawn 'il quddiem "il-perjodu ta' evalwazzjoni", biex jopponu l-proposta ta' l-akkwirent propost.

2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jitolbu iktar tagħrif fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data ta' l-irċevuta msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, sabiex iwettqu l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 15b(1).

Din it-talba għal iktar tagħrif għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika l-elementi addizzjonali ta’ tagħrif li jkunu meħtieġa.

It-tagħrif mitlub għandu jingħata lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol. Għall-perjodu bejn id-data tat-talba għat-tagħrif mill-awtoritajiet kompetenti u l-wasla ta’ tweġiba għaliha mill-akkwirent propost, il-perjodu ta’ evalwazzjoni għandu jiġi interrott. Dan il-waqfien ma għandux jisboq l-għaxart ijiem tax-xogħol. Kull talba oħra għal tagħrif mill-awtoritajiet kompetenti tista' ma tirriżultax f’waqfien tal-perjodu ta’ evalwazzjoni.

3. Jekk l-awtoritajiet kompetenti, mat-tlestija ta’ l-evalwazzjoni tagħhom, jiddeċiedu li jopponu l-proposta għal akkwist jew żieda fis-sehem, fi żmien jumejn tax-xogħol, u mhux iktar tard mill-perjodu msemmi fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 15 a (1), għandhom jinfurmaw l-akkwirent propost bil-miktub u jagħtu r-raġunijiet għad-deċiżjoni.

4. Jekk, fi żmien il-perjodu ta' evalwazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ma jopponux bil-miktub il-proposta għal akkwist jew żieda fis-sehem imsemmija fl-Artikolu 15(1), il-proposta għal akkwist jew żieda fis-sehem għandha titqies li ġiet approvata. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-akkwirent propost bid-data ta’ l-iskadenza tal-perjodu ta’ evalwazzjoni fil-waqt li tintbagħat l-irċevuta msemmija fil-paragrafu 1 u, jekk ikun applikabbli, fil-waqt tat-talba għal iktar tagħrif imsemmija fil-paragrafu 2.

5. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jestendu l-perjodu ta’ evalwazzjoni sa massimu ta’ ħamsin jum tax-xogħol jekk l-akkwirent propost ikun irregolat barra mill-Komunità u jkun jinsab f’pajjiż terz fejn ikun hemm impedimenti legali għat-trasferiment tat-tagħrif meħtieġ.

6. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiffissaw perjodu massimu għat-tlestija ta’ l-akkwist propost jew iż-żieda fl-investiment proposti.

Artikolu 15b

1. Fl-evalwazzjoni tan-notifika pprovduta fl-Artikolu 15(1) u t-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 15a(2), l-awtoritajiet kompetenti, wara li jikkunsidraw l-effett li x’aktarx ikollu l-akkwirent propost fuq l-impriża ta’ l-assigurazzjoni, għandhom jevalwaw l-adegwatezza ta’ l-akkwirent propost u l-qagħda finanzjarja ta’ l-akkwist propost fid-dawl tal-kriterji li ġejjin:

(a) ir-reputazzjoni ta’ l-akkwirent propost;

(b) ir-reputazzjoni u l-esperjenza ta’ kwalunkwe persuna li se tidderieġi n-negozju ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni b’riżultat ta’ l-akkwist propost;

(c ) il-qagħda finanzjarja ta’ l-akkwirent propost, partikolarment fir-rigward tat-tip ta' negozju li jsir u li huwa previst fl-impriża ta' l-assigurazzjoni fejn qed jintalab l-akkwist;

(d) jekk l-impriża ta’ l-assigurazzjoni hux se tkun kapaċi tissodisfa u tkompli tissodisfa l-obbligi tagħha skond din id-Direttiva u kwalunkwe regoli settorjali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(7) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/87/KE* wara li jsir l-akkwist propost;

(e) jekk ikunx hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li, f’rabta ma’ l-akkwist propost, sar, qed isir jew hemm attentati biex isir ħasil ta' flus jew finanzjament terroristiku skond it-tifsira tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/60/KE**, jew li l-akkwist propost jista' jżid ir-riskju ta' kondotta bħal din.

2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jopponu l-akkwist propost biss jekk isibu li l-kriterji stipulati fil-paragrafu 1 ma ġewx sodisfatti jew jekk it-tagħrif ipprovdut mill-akkwirent propost ma jkunx komplut.

3. L-Istati Membri la għandhom jimponu kundizzjonijiet minn qabel fir-rigward tal-livell ta’ sehem li għandu jiġi akkwistat u lanqas ma għandhom jeżaminaw l-akkwist f’termini tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq.

4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku lista li tispeċifika t-tagħrif meħtieġ biex issir l-evalwazzjoni skond il-paragrafu 1.

Il-livell ta’ tagħrif rikjest għandu jkun fi proporzjon u adattat skond in-natura ta’ l-akkwist propost jew iż-żieda fl-investiment proposta.

L-Istati Membri ma għandhomx jirrikjedu tagħrif li mhuwiex rilevanti għal evalwazzjoni prudenzjali.

5. Fejn żewġ proposti jew iktar għal akkwist jew żieda fis-sehem kwalifikanti fl-istess impriża ta’ l-assigurazzjoni jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti, din ta’ l-aħħar għandha tiżgura li l-akkwirenti proposti kollha jkunu ttrattati b’mod mhux diskriminatorju.

Artikolu 15c

Flimkien ma’ l-Artikolu 15(1) u l-Artikoli 15a u 15b u sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jikkonsultaw lil xulxin huma u jevalwaw l-akkwist skond l-Artikolu 15b(1) jekk l-akkwirent propost ikun wieħed minn dawn li ġejjin:

(1) istituzzjoni tal-kreditu, impriża ta’ l-assigurazzjoni ( assurance jew insurance ), impriża tar-rijassigurazzjoni, kumpanija ta’ l-investiment jew kumpanija tal-ġestjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1a(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE***, minn hawn 'il quddiem “kumpanija tal-ġestjoni UCITS”, awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

(2) l-impriża prinċipali ta’ istituzzjoni tal-kreditu, impriża ta’ l-assigurazzjoni ( insurance jew assurance ), impriża tar-rijassigurazzjoni, kumpanija ta’ l-investiment jew kumpanija tal-ġestjoni UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

(3) persuna naturali jew ġuridika li tikkontrolla istituzzjoni tal-kreditu, impriża ta’ l-assigurazzjoni (insurance jew assurance) , impriża tar-rijassigurazzjoni, kumpanija ta’ l-investiment jew kumpanija tal-ġestjoni UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib. Għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe tagħrif li huwa essenzjali jew rilevanti għall-eżerċizzju. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lil xulxin, meta jiġu mitluba jagħmlu dan, l-informazzjoni kollha rilevanti u għandhom jikkomunikaw kull informazzjoni essenzjali, fuq l-inizjattiva tagħhom stess.

Artikolu 15d

1. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jipprovdulha minnufih kopji tad-dokumenti li fuqhom ikunu bbażaw l-evalwazzjoni tagħhom fir-rigward ta’ l-Artikoli 15(1), 15a, 15b u 15c kif ukoll ir-raġunijiet mogħtija lill-akkwirent propost.

2. It-tagħrif mogħti lill-Kummissjoni għandu jkun kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali u għandu jintuża minnha biss għall-iskopijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk Stat Membru ssodisfax l-obbligi tiegħu skond din id-Direttiva.

Il-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-Kummissjoni, kif ukoll l-awdituri jew l-esperti li jaġixxu f’isem il-Kummissjoni, għandhom ikunu marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali.

3. Ebda tagħrif kunfidenzjali li l-Kummissjoni tista’ tirċievi bis-saħħa tal-paragrafu 1 ma jista’ jinkixef lil kwalunkwe persuna jew awtorità tkun minn tkun, ħlief f’għamla ta’ sommarju jew f’għamla kollettiva, b’mod li l-akkwirenti proposti jew l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni (insurance) individwali kkonċernati ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.

_________

* ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1

** ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

*** ĠU L 375, 31. 12. 1985, p.3.”

4. Għandu jiżdied l-inċiż li ġej fl-Artikolu 51:

“ – speċifikazzjonijiet u kjarifiki tal-kriterji stipulati fl-Artikolu 15b(1) sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-ġejjieni u biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva."

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2002/83/KE

Id-Direttiva 2002/83/KE hija emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 1 it-tieni subparagrafu tal-punt (j) jiġi mibdul b'dan li ġej:

Għall-iskopijiet ta' din id-definizjoni, fil-kuntest ta' l-Artikoli 8 u 15 u tal-livelli l-oħra ta' sehem ( holding ) imsemmija fl-Artikolu 15, għandhom jitqiesu d-drittijiet tal-voti msemmija fl-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/109/KE*;

* ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38”

2. L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kull persuna naturali jew ġuridika - jew persuni bħal dawn li jaġixxu flimkien - li ħadet deċiżjoni jew biex takkwista, direttament jew indirettament, sehem kwalifikanti f'impriża ta’ l-assigurazzjoni (insurance) jew biex, direttament jew indirettament, iżżid iktar dan is-sehem kwalifikanti - u bir-riżultat ta’ dan, il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jisboq l-20%, it-30% jew il-50% jew b’tali mod li l-impriża ta’ l-assigurazzjoni ssir sussidjarja tagħha - minn hawn ’il quddiem “l-akkwirent propost” - tinnotifika bil-miktub l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni li fiha qed tipprova jew takkwista sehem kwalifikanti jew iżżid id-daqs ta’ sehem kwalifikanti bħal dan, bid-daqs tas-sehem maħsub u t-tagħrif rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 15b(4).”

(b) Fil-paragrafu 2, iċ-ċifra “33%” tinbidel biċ-ċifra “30%”;

3. L-Artikoli 15a sa 15d li ġejjin jiżdiedu:

"Artikolu 15a

1. Malli jirċievu n-notifika rikjesta skond l-Artikolu 15(1), l-awtoritajiet kompetenti, minnufih, u f’kull każ fi żmien jumejn tax-xogħol, għandhom jgħarrfu bil-miktub lill-akkwirent propost li rċevewha.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom massimu ta’ tletin jum tax-xogħol mid-data ta' l-irċevuta bil-miktub, minn hawn 'il quddiem "il-perjodu ta' evalwazzjoni", biex jopponu l-proposta ta' l-akkwirent propost.

2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jitolbu iktar tagħrif fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data ta' l-irċevuta msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, sabiex iwettqu l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 15b(1).

Din it-talba għal iktar tagħrif għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika l-elementi addizzjonali ta’ tagħrif li jkunu meħtieġa.

It-tagħrif mitlub għandu jingħata lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol. Għall-perjodu bejn id-data tat-talba għat-tagħrif mill-awtoritajiet kompetenti u l-wasla ta’ tweġiba għaliha mill-akkwirent propost, il-perjodu ta’ evalwazzjoni għandu jiġi interrott. Dan il-waqfien ma għandux jisboq l-għaxart ijiem tax-xogħol. Kull talba oħra għal tagħrif mill-awtoritajiet kompetenti tista' ma tirriżultax f’interruzzjoni tal-perjodu ta’ evalwazzjoni.

3. Jekk l-awtoritajiet kompetenti, mat-tlestija ta’ l-evalwazzjoni tagħhom, jiddeċiedu li jopponu l-proposta għal akkwist jew żieda fis-sehem, fi żmien jumejn tax-xogħol, u mhux iktar tard mill-perjodu msemmi fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 15 a (1), għandhom jinfurmaw l-akkwirent propost bil-miktub u jagħtu r-raġunijiet għad-deċiżjoni.

4. Jekk, fi żmien il-perjodu ta' evalwazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ma jopponux bil-miktub il-proposta għal akkwist jew żieda fis-sehem msemmija fl-Artikolu 15(1), il-proposta għal akkwist jew żieda fis-sehem għandha titqies li ġiet approvata. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-akkwirent propost bid-data ta’ l-iskadenza tal-perjodu ta’ evalwazzjoni fil-waqt li tintbagħat l-irċevuta msemmija fil-paragrafu 1 u, jekk ikun applikabbli, fil-waqt tat-talba għal iktar tagħrif imsemmija fil-paragrafu 2.

5. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jestendu l-perjodu ta’ evalwazzjoni sa massimu ta’ ħamsin jum tax-xogħol jekk l-akkwirent propost ikun irregolat barra mill-Komunità u jkun jinsab f’pajjiż terz fejn ikun hemm impedimenti legali għat-trasferiment tat-tagħrif meħtieġ.

6. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiffissaw perjodu massimu għat-tlestija tal-proposta għal akkwist jew żieda fis-sehem.

Article 15b

1. Fl-evalwazzjoni tan-notifika pprovduta fl-Artikolu 15(1) u tat-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 15a(2), l-awtoritajiet kompetenti, wara li jikkunsidraw l-effett li x’aktarx ikollu l-akkwirent propost fuq l-impriża ta’ l-assigurazzjoni għandhom jevalwaw l-adegwatezza ta’ l-akkwirent propost u tal-qagħda finanzjarja ta’ l-akkwirent propost fid-dawl tal-kriterji li ġejjin:

(a) ir-reputazzjoni ta’ l-akkwirent propost;

(b) ir-reputazzjoni u l-esperjenza ta’ kwalunkwe persuna li se tidderieġi n-negozju ta’ l-impriża ta’ l-assigurazzjoni b’riżultat ta’ l-akkwist propost;

(c ) il-qagħda finanzjarja ta’ l-akkwirent propost, partikolarment fir-rigward tat-tip ta' negozju li jsir u li huwa previst fl-impriża ta' l-assigurazzjoni fejn qed jintalab li jsir l-akkwist;

(d) jekk l-impriża ta’ l-assigurazzjoni hux se tkun kapaċi tissodisfa u tkompli tissodisfa l-obbligi tagħha skond din id-Direttiva u kwalunkwe regoli settorjali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(7) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/87/KE* wara li jsir l-akkwist propost;

(e) jekk ikunx hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li, f’rabta ma’ l-akkwist propost, sar, qed isir jew hemm attentati li jsir ħasil ta' flus jew finanzjament terroristiku skond it-tifsira tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/60/KE**, jew li l-akkwist propost jista' jżid ir-riskju ta' kondotta bħal din.

2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jopponu l-akkwist propost biss jekk isibu li l-kriterji stipulati fil-paragrafu 1 ma ntlaħqux jew jekk it-tagħrif ipprovdut mill-akkwirent propost mhuwiex komplut.

3. L-Istati Membri la għandhom jimponu kundizzjonijiet minn qabel fir-rigward tal-livell ta’ sehem li għandu jiġi akkwistat u lanqas ma għandhom jeżaminaw l-akkwist f’termini tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq.

4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, lista li tispeċifika t-tagħrif meħtieġ biex issir l-evalwazzjoni skond il-paragrafu 1.

Il-livell ta’ tagħrif rikjest għandu jkun proporzjonali u adattat skond in-natura tal-proposta għal akkwist jew żieda fis-sehem.

L-Istati Membri ma għandhomx jirrikjedu tagħrif li mhuwiex rilevanti għal evalwazzjoni prudenzjali.

5. Fejn żewġ proposti jew iktar għal akkwist jew żieda fis-sehem kwalifikanti fl-istess impriża ta’ l-assigurazzjoni jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti, din ta’ l-aħħar għandha tiżgura li l-akkwirenti proposti kollha jkunu ttrattati b’mod mhux diskriminatorju.

Article 15c

Flimkien ma’ l-Artikolu 15(1) u l-Artikoli 15a u 15b u sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin huma u jevalwaw l-akkwist skond l-Artikolu 15b(1), jekk l-akkwirent propost ikun wieħed minn dawn li ġejjin:

(1) istituzzjoni tal-kreditu, impriża ta’ l-assigurazzjoni ( assurance jew insurance ), kumpanija ta’ l-investiment jew kumpanija tal-ġestjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1a(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE***, minn hawn 'il quddiem “kumpanija tal-ġestjoni UCITS”, awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

(2) l-impriża prinċipali ta’ istituzzjoni tal-kreditu, impriża ta’ l-assigurazzjoni (insurance jew assurance) , impriża tar-rijassigurazzjoni, kumpanija ta’ l-investiment jew kumpanija tal-ġestjoni UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

(3) persuna naturali jew ġuridika li tikkontrolla istituzzjoni tal-kreditu, impriża ta’ l-assigurazzjoni ( assurance jew insurance) , impriża tar-rijassigurazzjoni, kumpanija ta’ l-investiment jew kumpanija tal-ġestjoni UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib. Għandhom jipprovdu lil xulxin kwalunkwe tagħrif li huwa essenzjali jew rilevanti għall-eżerċizzju. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lil xulxin, meta jiġu mitluba jagħmlu dan, l-informazzjoni kollha rilevanti u għandhom jikkomunikaw kull informazzjoni essenzjali, fuq l-inizjattiva tagħhom stess.

Article 15d

1. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jipprovdulha minnufih kopji tad-dokumenti li fuqhom ikunu bbażaw l-evalwazzjoni tagħhom, fir-rigward ta’ l-Artikoli 15(1), 15a, 15b u 15c, kif ukoll ir-raġunijiet mogħtija lill-akkwirent propost.

2. It-tagħrif mogħti lill-Kummissjoni għandu jkun kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali u għandu jintuża minnha biss għall-iskopijiet tad-determinazzjoni dwar jekk Stat Membru ssodisfax l-obbligi tiegħu skond din id-Direttiva.

Il-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-Kummissjoni, kif ukoll l-awdituri jew l-esperti li jaġixxu f’isem il-Kummissjoni, għandhom ikunu marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali.

3. Ebda tagħrif kunfidenzjali li l-Kummissjoni tista’ tirċievi bis-saħħa tal-paragrafu 1 ma jista’ jinkixef lil kwalunkwe persuna jew awtorità tkun minn tkun, ħlief f’għamla ta’ sommarju jew f’għamla kollettiva, b’mod li l-akkwirenti proposti jew l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni individwali kkonċernati ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.

_________

* ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1.

** ĠU L 309, 25.11.2005 p. 15.

*** OJ L 375, 31.12.1985, p.3.”

4. Għandu jiżdied l-inċiż li ġej fl-Artikolu 64:

“ – speċifikazzjonijiet u kjarifiki tal-kriterji stipulati fl-Artikolu 15b(1) sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-ġejjieni u biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva."

Artikolu 3

Emendi għad-Direttiva 2004/39/KE

Id-Direttiva 2004/39/KE hija emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 4(1), il-punt (27) jinbidel b'dan li ġej:

“(27) "Sehem kwalifikanti" tfisser kull sehem dirett jew indirett f’kumpanija ta’ l-investiment li jirrappreżenta 10% jew iktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot, kif stipulat fl-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/109/KE*, jew li jagħmilha possibbli li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq il-ġestjoni tal-kumpanija ta’ l-investiment li fiha jinżamm dan is-sehem;

________

* ĠU L 390, 31.12.2004, p.38.”

2. Fl-Artikolu 10: il-paragrafi 3 u 4 huma mibdulin b'dan li ġej:

3. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kull persuna naturali jew ġuridika - jew persuni bħal dawn li jaġixxu flimkien - li ħadet deċiżjoni jew biex takkwista, direttament jew indirettament, sehem kwalifikanti f’kumpanija ta’ l-investiment jew biex, direttament jew indirettament, iżżid iktar dan is-sehem kwalifikanti, u bir-riżultat ta’ dan, il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jisboq l-20%, it-30% jew il-50% jew b’tali mod li l-kumpanija ta’ l-investiment issir sussidjara tagħha - minn hawn ’il quddiem “l-akkwirent propost” - tinnotifika bil-miktub l-awtoritajiet kompetenti tal-kumpanija ta’ l-investiment li fiha qed tipprova jew takkwista sehem kwalifikanti jew iżżid id-daqs ta’ sehem kwalifikanti bħal dan, bid-daqs tas-sehem maħsub u t-tagħrif rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 10b(4).

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika li tipproponi li tiddisponi, direttament jew indirettament, minn sehem kwalifikanti f’kumpanija ta’ l-investiment, li tinforma lill-awtoritajiet kompetenti bid-daqs tas-sehem li jirriżulta. Persuna bħal din għandha wkoll tinforma lill-awtoritajiet kompetenti jekk tipproponi li tnaqqas is-sehem kwalifikanti tagħha u b’riżultat ta’ dan il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum minnha jaqa’ taħt l-20%, it-30% jew il-50% jew il-kumpanija ta’ l-investiment ma tibqax sussidjarja tagħha.

4. L-evalwazzjoni ta’ l-akkwist skond l-Artikolu 10b(1) għandha tkun soġġetta għall-konsultazzjoni minn qabel ipprovduta fl-Artikolu 60, jekk l-akkwirent propost ikun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) istituzzjoni tal-kreditu, impriża ta’ l-assigurazzjoni ( assurance jew insurance ), kumpanija ta’ l-investiment jew kumpanija tal-ġestjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1a(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE*, minn hawn 'il quddiem “kumpanija tal-ġestjoni UCITS”, awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

(b) l-impriża prinċipali ta’ istituzzjoni tal-kreditu, impriża ta’ l-assigurazzjoni (insurance jew assurance) , impriża tar-rijassigurazzjoni, kumpanija ta’ l-investiment jew kumpanija tal-ġestjoni UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor

(c ) persuna naturali jew ġuridika li tikkontrolla istituzzjoni tal-kreditu, impriża ta’ l-assigurazzjoni (insurance jew assurance) , impriża tar-rijassigurazzjoni, kumpanija ta’ l-investiment jew kumpanija tal-ġestjoni UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

* ĠU L 375, 31.12.1985, p.3.”

3. Jiddaħħlu l-Artikoli 10a, 10b u 10c li ġejjin:

"Artikolu 10a

1. Għall-iskopijiet ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 10(3), l-awtoritajiet kompetenti, minnufih, u f’kull każ fi żmien jumejn tax-xogħol mill-wasla tan-notifika rikjesta skond dak is-subparagrafu, għandhom jgħarrfu bil-miktub il-wasla ta’ din in-notifika lill-akkwirent propost.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom massimu ta’ tletin jum tax-xogħol mid-data ta' l-irċevuta bil-miktub, minn hawn 'il quddiem "il-perjodu ta' evalwazzjoni", biex jopponu l-proposta ta' l-akkwirent propost.

2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jitolbu iktar tagħrif fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data ta' l-irċevuta msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, sabiex iwettqu l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 10b(1).

Din it-talba għal iktar tagħrif għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika l-partijiet addizzjonali ta’ tagħrif li jkunu meħtieġa.

It-tagħrif mitlub għandu jingħata lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol. Għall-perjodu bejn id-data tat-talba għat-tagħrif mill-awtoritajiet kompetenti u l-wasla ta’ tweġiba għaliha mill-akkwirent propost, il-perjodu ta’ evalwazzjoni għandu jiġi interrott. Dan il-waqfien ma għandux jisboq l-għaxart ijiem tax-xogħol. Kull talba oħra għal tagħrif mill-awtoritajiet kompetenti tista' ma tirriżultax f’interruzzjoni tal-perjodu ta’ evalwazzjoni.

3. Jekk l-awtoritajiet kompetenti, mat-tlestija ta’ l-evalwazzjoni tagħhom, jiddeċiedu li jopponu l-proposta għal akkwist jew żieda fis-sehem, fi żmien jumejn tax-xogħol, u mhux iktar tard mill-perjodu msemmi fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 10 a (1), għandhom jinfurmaw l-akkwirent propost bil-miktub u jagħtu r-raġunijiet għad-deċiżjoni.

4. Jekk, fi żmien il-perjodu ta' evalwazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ma jopponux bil-miktub il-proposta għal akkwist jew żieda fis-sehem imsemmija fl-Artikolu 10(3), il-proposta għal akkwist jew żieda fis-sehem għandha titqies li ġiet approvata. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-akkwirent propost bid-data ta’ l-iskadenza tal-perjodu ta’ evalwazzjoni fil-waqt li tintbagħat l-irċevuta msemmija fil-paragrafu 1 u, jekk ikun applikabbli, fil-waqt tat-talba għal iktar tagħrif imsemmija fil-paragrafu 2.

5. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jestendu l-perjodu ta’ evalwazzjoni sa massimu ta’ ħamsin jum tax-xogħol jekk l-akkwirent propost ikun irregolat barra mill-Komunità u jkun jinsab f’pajjiż terz fejn ikun hemm impedimenti legali għat-trasferiment tat-tagħrif meħtieġ.

6. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiffissaw perjodu massimu għat-tlestija tal-proposta għal akkwist propost jew żieda fis-sehem.

Artikolu 10b

1. Fl-evalwazzjoni tan-notifika pprovduta fl-Artikolu 10(3) u t-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 10a(2), l-awtoritajiet kompetenti, wara li jikkunsidraw l-effett li x’aktarx ikollu l-akkwirent propost fuq il-kumpanija ta’ l-investiment, għandhom jevalwaw l-adegwatezza ta’ l-akkwirent propost u l-qagħda finanzjarja ta’ l-akkwist propost fid-dawl tal-kriterji kollha li ġejjin:

(a) ir-reputazzjoni ta’ l-akkwirent propost;

(b) ir-reputazzjoni u l-esperjenza ta’ kwalunkwe persuna li se tidderieġi n-negozju tal-kumpanija ta’ l-investiment b’riżultat ta’ l-akkwist propost;

(c ) il-qagħda finanzjarja ta’ l-akkwirent propost, partikolarment fir-rigward tat-tip ta' negozju li jsir u li huwa previst fil-kumpanija ta' l-investiment fejn qed jintalab li jsir l-akkwist

(d) jekk il-kumpanija ta' l-investiment hux se tkun kapaċi tissodisfa u tkompli tissodisfa l-obbligi tagħha skond din id-Direttiva u kwalunkwe regoli settorjali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 2002/87/KE wara li jsir l-akkwist propost;

(e) jekk ikunx hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li, f’rabta ma’ l-akkwist propost, sar, qed isir jew hemm attentati biex isir ħasil ta' flus jew finanzjament terroristiku skond it-tifsira tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/60/KE*, jew li l-akkwist propost jista' jżid ir-riskju ta' kondotta bħal din.

Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-ġejjieni u biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni hija u taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2), tista’ tadotta miżuri implimentattivi li jispeċifikaw u jiċċaraw il-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jopponu l-akkwist propost biss jekk isibu li l-kriterji stipulati fil-paragrafu 1 ma ġewx sodisfatti jew jekk it-tagħrif ipprovdut mill-akkwirent propost ma jkunx komplut.

3. L-Istati Membri la għandhom jimponu kundizzjonijiet minn qabel fir-rigward tal-livell ta’ sehem li għandu jiġi akkwistat u lanqas ma għandhom jeżaminaw l-akkwist f’termini tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq.

4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, lista li tispeċifika t-tagħrif meħtieġ biex issir l-evalwazzjoni skond il-paragrafu 1.

Il-livell ta’ tagħrif rikjest għandu jkun fi proporzjon u adattat skond in-natura tal-proposta għal akkwist jew żieda fis-sehem.

L-Istati Membri ma għandhomx jirrikjedu tagħrif li mhuwiex rilevanti għal evalwazzjoni prudenzjali.

5. Fejn żewġ proposti jew iktar għal akkwist jew żieda fis-sehem kwalifikanti fl-istess kumpanija ta’ l-investiment jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti, din ta’ l-aħħar għandha tiżgura li l-akkwirenti proposti kollha jkunu ttrattati b’mod mhux diskriminatorju.

__________

* ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15."

Artikolu 10c

1. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jipprovdulha minnufih kopji tad-dokumenti li fuqhom ikunu bbażaw l-evalwazzjoni prudenzjali tagħhom fir-rigward ta’ l-Artikoli 10(3), 10(4) u 10b, kif ukoll ir-raġunijiet mogħtija lill-akkwirent propost.

2. It-tagħrif mogħti lill-Kummissjoni għandu jkun kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali u għandu jintuża minnha biss għall-iskopijiet tad-determinazzjoni dwar jekk Stat Membru ssodisfax l-obbligi tiegħu skond din id-Direttiva.

Il-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-Kummissjoni, kif ukoll l-awdituri jew l-esperti li jaġixxu f’isem il-Kummissjoni, għandhom ikunu marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali.

3. Ebda tagħrif kunfidenzjali li l-Kummissjoni tista’ tirċievi bis-saħħa tal-paragrafu 1 ma jista’ jinkixef lil kwalunkwe persuna jew awtorità tkun minn tkun, ħlief f’għamla ta’ sommarju jew f’għamla kollettiva, b’mod li l-akkwirenti proposti jew il-kumpaniji ta’ l-investiment individwali kkonċernati ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.

Artikolu 4

Emendi għad-Direttiva 2005/68/KE

Id-Direttiva 2005/68/KE hija emendata kif ġej:

1. It-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 2(2) għandu jinbidel b'dan li ġej:

Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1(j), fil-kuntest ta' l-Artikoli 12 u 19 u tal-livelli l-oħra ta' sehem imsemmija fl-Artikolu 19, għandhom jitqiesu d-drittijiet tal-voti msemmiija fl-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/109/KE*;

* ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.”

2. L-Artikolu 19 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 19

1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kull persuna naturali jew ġuridika - jew persuni bħal dawn li jaġixxu flimkien - li ħadet deċiżjoni jew biex takkwista, direttament jew indirettament, sehem kwalifikanti f'impriża tar-rijassigurazzjoni jew biex, direttament jew indirettament, iżżid iktar dan l-investiment kwalifikanti, u bir-riżultat ta’ dan, il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jisboq l-20%, it-30% jew il-50% jew b’tali mod li l-impriża tar-rijassigurazzjoni ssir sussidjarja tagħha, - minn hawn ’il quddiem “l-akkwirent propost” - tinnotifika bil-miktub l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-impriża tar-rijassigurazzjoni li fiha qed tipprova jew takkwista sehem kwalifikanti jew iżżid id-daqs ta’ sehem kwalifikanti bħal dan, bid-daqs tas-sehem maħsub u t-tagħrif rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 19a(4).

2. Malli jirċievu n-notifika rikjesta skond il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti, fi żmien jumejn tax-xogħol, għandhom jgħarrfu bil-miktub lill-akkwirent propost li rċevew l-ittra.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom massimu ta’ tletin jum tax-xogħol mid-data ta' l-irċevuta bil-miktub, minn hawn 'il quddiem "il-perjodu ta' evalwazzjoni", biex jopponu l-proposta ta' l-akkwirent propost.

3. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jitolbu iktar tagħrif fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data ta' l-irċevuta msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, sabiex iwettqu l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 19a(1).

Din it-talba għal iktar tagħrif għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika l-partijiet addizzjonali ta’ tagħrif li jkunu meħtieġa.

It-tagħrif mitlub għandu jingħata lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol. Għall-perjodu bejn id-data tat-talba għat-tagħrif mill-awtoritajiet kompetenti u l-wasla ta’ tweġiba għaliha mill-akkwirent propost, il-perjodu ta’ evalwazzjoni għandu jiġi interrott. Dan il-waqfien ma għandux jisboq l-għaxart ijiem tax-xogħol. Kull talba oħra għal tagħrif mill-awtoritajiet kompetenti tista' ma tirriżultax f’interruzzjoni tal-perjodu ta’ evalwazzjoni.

4. Jekk l-awtoritajiet kompetenti, mat-tlestija ta’ l-evalwazzjoni tagħhom, jiddeċiedu li jopponu l-proposta għal akkwist jew żieda fis-sehem, fi żmien jumejn tax-xogħol, u mhux iktar tard mill-perjodu msemmi fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 19 (2), għandhom jinfurmaw l-akkwirent propost bil-miktub u jagħtu r-raġunijiet wara d-deċiżjoni.

5. Jekk, fi żmien il-perjodu ta' evalwazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ma jopponux bil-miktub il-proposta għal akkwist jew żieda fis-sehem msemmija fil-paragrafu 1, il-proposta għal akkwist jew żieda fis-sehem għandha titqies li ġiet approvata. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-akkwirent propost bid-data ta’ l-iskadenza tal-perjodu ta’ evalwazzjoni fil-waqt li tintbagħat l-irċevuta msemmija fil-paragrafu 2 u, jekk ikun applikabbli, fil-waqt tat-talba għal iktar tagħrif imsemmija fil-paragrafu 3.

6. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jestendu l-perjodu ta’ evalwazzjoni sa massimu ta’ ħamsin jum tax-xogħol jekk l-akkwirent propost ikun irregolat barra mill-Komunità u jkun jinsab f’pajjiż terz fejn ikun hemm impedimenti legali għat-trasferiment tat-tagħrif meħtieġ. ”

7. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiffissaw perjodu massimu għat-tlestija tal-proposta għal akkwist jew żieda fis-sehem.”

3. Jiddaħħal l-Artikolu 19a li ġej:

"Artikolu 19a

1. Fl-evalwazzjoni tan-notifika pprovduta fl-Artikolu 19(1) u tat-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 19(3), l-awtoritajiet kompetenti, wara li jikkunsidraw l-effett li x’aktarx ikollu l-akkwirent propost fuq l-impriża tar-rijassigurazzjoni għandhom jevalwaw l-adegwatezza ta’ l-akkwirent propost u tal-qagħda finanzjarja ta’ l-akkwirent propost fid-dawl tal-kriterji li ġejjin:

(a) ir-reputazzjoni ta’ l-akkwirent propost;

(b) ir-reputazzjoni u l-esperjenza ta’ kwalunkwe persuna li se tidderieġi n-negozju ta’ l-impriża tar-rijassigurazzjoni b’riżultat ta’ l-akkwist propost;

(c ) il-qagħda finanzjarja ta’ l-akkwirent propost, partikolarment fir-rigward tat-tip ta' negozju li jsir u li huwa previst fl-impriża tar-rijassigurazzjoni fejn qed jintalab li jsir l-akkwist

(d) jekk l-impriża tar-rijassigurazzjoni hux se tkun kapaċi tissodisfa u tkompli tissodisfa l-obbligi tagħha skond din id-Direttiva u kwalunkwe regoli settorjali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 2002/87/KE wara li jsir l-akkwist propost;

(e) jekk ikunx hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li, f’rabta ma’ l-akkwist propost, sar, qed isir, jew hemm attentati biex isir, ħasil ta' flus jew finanzjament terroristiku skond it-tifsira tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/60/KE*, jew li l-akkwist propost jista' jżid ir-riskju ta' kondotta bħal din.

2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jopponu l-akkwist propost biss jekk isibu li l-kriterji stipulati fil-paragrafu 1 ma ġewx sodisfatti jew jekk it-tagħrif ipprovdut mill-akkwirent propost ma jkunx komplut.

3. L-Istati Membri la għandhom jimponu kundizzjonijiet minn qabel fir-rigward tal-livell ta’ sehem li għandu jiġi akkwistat u lanqas ma għandhom jeżaminaw l-akkwist f’termini tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq. .

4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, lista li tispeċifika t-tagħrif meħtieġ biex issir l-evalwazzjoni skond il-paragrafu 1.

Il-livell ta’ tagħrif rikjest għandu jkun fi proporzjon u adattat skond in-natura ta’ l-akkwist propost jew iż-żieda fl-investiment proposta.

L-Istati Membri ma għandhomx jirrikjedu tagħrif li mhuwiex rilevanti għal evalwazzjoni prudenzjali.

5. Fejn żewġ proposti jew iktar għal akkwist jew żieda fis-sehem kwalifikanti fl-istess impriża tar-rijassigurazzjoni jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti, din ta’ l-aħħar għandha tiżgura li l-akkwirenti proposti kollha jkunu ttrattati b’mod mhux diskriminatorju.

_________

* ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.”

4. L-Artikolu 20 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 20

Flimkien ma’ l-Artikolu 19 u 19a u sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin huma u jevalwaw l-akkwist skond l-Artikolu 19a(1) jekk l-akkwirent propost ikun wieħed minn dawn li ġejjin:

(1) istituzzjoni tal-kreditu, impriża ta’ l-assigurazzjoni ( assurance jew insurance ), kumpanija ta’ l-investiment jew kumpanija tal-ġestjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1a(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE*, minn hawn 'il quddiem “kumpanija tal-ġestjoni UCITS”, awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

(2) jew l-impriża prinċipali ta’ istituzzjoni tal-kreditu, impriża ta’ l-assigurazzjoni ( insurance jew assurance ), impriża tar-rijassigurazzjoni, kumpanija ta’ l-investiment jew kumpanija tal-ġestjoni UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

(3) jew persuna naturali jew ġuridika li tikkontrolla istituzzjoni tal-kreditu, impriża ta’ l-assigurazzjoni ( insurance jew assurance ), impriża tar-rijassigurazzjoni, kumpanija ta’ l-investiment jew kumpanija tal-ġestjoni UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib. Għandhom jipprovdu lil xulxin kwalunkwe tagħrif li huwa essenzjali jew rilevanti għall-eżerċizzju. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lil xulxin, meta jiġu mitluba jagħmlu dan, l-informazzjoni kollha rilevanti u għandhom jikkomunikaw, fuq l-inizjattiva tagħhom stess, kull informazzjoni essenzjali.

* ĠU L 375, 31.12.1985, p.3.”

5. L-Artikolu 20a ġej jiddaħħal

"Artikolu 20a

1. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jipprovdulha minnufih kopji tad-dokumenti li bbażaw l-evalwazzjoni tagħhom fuqhom, fir-rigward ta’ l-Artikoli 19, 19a, u 20, kif ukoll bir-raġunijiet mogħtija lill-akkwirent propost.

2. It-tagħrif mogħti lill-Kummissjoni għandu jkun kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali u għandu jintuża minnha biss għall-iskopijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk Stat Membru ssodisfax l-obbligi tiegħu skond din id-Direttiva.

Il-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-Kummissjoni, kif ukoll l-awdituri jew l-esperti li jaġixxu f’isem il-Kummissjoni, għandhom ikunu marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali.

3. Ebda tagħrif kunfidenzjali li l-Kummissjoni tista’ tirċievi bis-saħħa tal-paragrafu 1 ma jista’ jinkixef lil kwalunkwe persuna jew awtorità tkun minn tkun, ħlief f’għamla ta’ sommarju jew f’għamla kollettiva, b’mod li l-akkwirenti proposti jew l-impriżi tar-rijassigurazzjoni individwali kkonċernati ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.

6. Fl-Artikolu 21, iċ-ċifra “33%” tinbidel biċ-ċifra “30%”;

7. Fl-Artikolu 56 jiżdied il-punt (f) li ġej:

“(f) “ – speċifikazzjonijiet u kjarifiki tal-kriterji stipulati fl-Artikolu 19a(1) sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-ġejjieni u biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva."

Artikolu 5

Emenda għad-Direttiva 2006/48/KE

Id-Direttiva 2006/48/KE hija emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 12(1) it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

Fid-determinazzjoni ta’ jekk il-kriterji għal investiment kwalifikanti fil-kuntest ta’ dan l-Artikolu humiex sodisfatti, għandhom jitqiesu d-drittijiet tal-vot imsemmija fl-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/109/KE*

___________

* ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.”

2. L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-Paragrafi 1 u 2 jinbidlu b'dan li ġej:

"1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kull persuna naturali jew ġuridika - jew persuni bħal dawn li jaġixxu flimkien - li ħadet deċiżjoni jew biex takkwista, direttament jew indirettament, sehem kwalifikanti f’istituzzjoni tal-kreditu jew biex, direttament jew indirettament, iżżid iktar dan is-sehem kwalifikanti, u bir-riżultat ta’ dan, il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jisboq l-20%, it-30% jew il-50% jew b’tali mod li l-istituzzjoni tal-kreditu ssir sussidjarja tagħha, - minn hawn ’il quddiem “l-akkwirent propost” - tinnotifika bil-miktub l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-istituzzjoni tal-kreditu li fiha qed tipprova jew takkwista sehem kwalifikanti jew iżżid id-daqs ta’ sehem kwalifikanti bħal dan, bid-daqs tas-sehem maħsub u t-tagħrif rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 19a(1).

2. Malli jirċievu n-notifika rikjesta skond il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti, minnufih, u f'kull każ fi żmien jumejn tax-xogħol, għandhom jgħarrfu bil-miktub lill-akkwirent propost li rċevew l-ittra.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom massimu ta’ tletin jum tax-xogħol mid-data ta' l-irċevuta bil-miktub, minn hawn 'il quddiem "il-perjodu ta' evalwazzjoni", biex jopponu l-proposta ta' l-akkwirent propost.

(b) Il-paragrafi 3 u 7 li ġejjin jiżdiedu:

3. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jitolbu iktar tagħrif fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data ta' l-irċevuta msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, sabiex iwettqu l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 19a(1).

Din it-talba għal iktar tagħrif għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika l-partijiet addizzjonali ta’ tagħrif li jkunu meħtieġa.

It-tagħrif mitlub għandu jingħata lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol. Għall-perjodu bejn id-data tat-talba għat-tagħrif mill-awtoritajiet kompetenti u l-wasla ta’ tweġiba għaliha mill-akkwirent propost, il-perjodu ta’ evalwazzjoni għandu jiġi interrott. Dan il-waqfien ma għandux jisboq l-għaxart ijiem tax-xogħol. Kull talba oħra għal tagħrif mill-awtoritajiet kompetenti tista' ma tirriżultax f’interruzzjoni tal-perjodu ta’ evalwazzjoni.

4. Jekk l-awtoritajiet kompetenti, mat-tlestija ta’ l-evalwazzjoni tagħhom, jiddeċiedu li jopponu l-proposta għal akkwist jew żieda fis-sehem, fi żmien jumejn tax-xogħol, u mhux iktar tard mill-perjodu msemmi fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 19 (2), għandhom jinfurmaw l-akkwirent propost bil-miktub u jagħtu r-raġunijiet għad-deċiżjoni.

5. Jekk, fi żmien il-perjodu ta' evalwazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ma jopponux bil-miktub il-proposta għal akkwist propost jew żieda fis-sehem msemmija fl-Artikolu 19(1), il-proposta għal akkwist jew żieda fis-sehem għandha titqies li ġiet approvata. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-akkwirent propost bid-data ta’ l-iskadenza tal-perjodu ta’ evalwazzjoni fil-waqt li tintbagħat l-irċevuta msemmija fil-paragrafu 2 u, jekk ikun applikabbli, fil-waqt tat-talba għal iktar tagħrif imsemmija fil-paragrafu 3.

6. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fil-każijiet li ġejjin, jestendu l-perjodu ta’ evalwazzjoni għal ħamsin jum tax-xogħol:

(a) jekk l-akkwirent propost ikun irregolat barra mill-Komunità u jkun jinsab f’pajjiż terz fejn ikun hemm impedimenti legali għat-trasferiment tat-tagħrif meħtieġ;

(b) fil-każ ta' evalwazzjoni skond l-Artikolu 143.

7. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiffissaw perjodu massimu għat-tlestija tal-proposta għal akkwist jew żieda fis-sehem.

"

3. Jiddaħħlu l-Artikoli 19a, 19b u 19c li ġejjin:

"Artikolu 19a

1. Fl-evalwazzjoni tan-notifika pprovduta fl-Artikolu 19(1) u t-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 15a(2), l-awtoritajiet kompetenti, wara li jikkunsidraw l-effett li x’aktarx ikollu l-akkwirent propost fuq l-istituzzjoni tal-kreditu, għandhom jevalwaw l-adegwatezza ta’ l-akkwirent propost u l-qagħda finanzjarja ta’ l-akkwist propost fid-dawl tal-kriterji li ġejjin:

(a) ir-reputazzjoni ta’ l-akkwirent propost;

(b) ir-reputazzjoni u l-esperjenza ta’ kwalunkwe persuna li se tidderieġi n-negozju ta’ l-istituzzjoni tal-kreditu b’riżultat ta’ l-akkwist propost;

(c ) il-qagħda finanzjarja ta’ l-akkwirent propost, partikolarment fir-rigward tat-tip ta' negozju li jsir u li huwa previst fl-istituzzjoni tal-kreditu fejn qed isir l-akkwist

(d) jekk l-istituzzjoni tal-kreditu hux se tkun kapaċi tissodisfa u tkompli tissodisfa l-obbligi tagħha skond din id-Direttiva u kwalunkwe regoli settorjali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 2002/87/KE wara li jsir l-akkwist propost, inklużi partikolarment l-Artikoli 12(3) u 22 ta’ din id-Direttiva;

(e) jekk ikunx hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li, f’rabta ma’ l-akkwist propost, sar, qed isir, jew hemm attentati biex isir, ħasil ta' flus jew finanzjament terroristiku skond it-tifsira tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/60/KE*, jew li l-akkwist propost jista' jżid ir-riskju ta' kondotta bħal din.

2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jopponu l-akkwist propost biss jekk isibu li l-kriterji stipulati fil-paragrafu 1 ma ġewx sodisfatti jew jekk it-tagħrif ipprovdut mill-akkwirent propost ma jkunx komplut.

3. L-Istati Membri la għandhom jimponu kundizzjonijiet minn qabel fir-rigward tal-livell ta’ sehem li għandu jiġi akkwistat u lanqas ma għandhom jeżaminaw l-akkwist f’termini tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq.

4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, lista li tispeċifika t-tagħrif meħtieġ biex issir l-evalwazzjoni skond il-paragrafu 1.

Il-livell ta’ tagħrif rikjest għandu jkun fi proporzjon u adattat skond in-natura tal-proposta għal akkwist jew żieda fis-sehem.

L-Istati Membri ma għandhomx jirrikjedu tagħrif li mhuwiex rilevanti għal evalwazzjoni prudenzjali.

5. Fejn żewġ proposti jew iktar għal akkwist jew żieda fis-sehem kwalifikanti fl-istess istituzzjoni tal-kreditu jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti, dawn ta’ l-aħħar għandhom jiżguraw li l-akkwirenti proposti kollha jkunu ttrattati b’mod mhux diskriminatorju.

Article 19b

Barra mill-Artikoli 19 u 19a u sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-evalwazzjoni ta’ l-akkwist skond l-Artikolu 19a(1) għandha tkun soġġetta għall-Artikolu 129(3) jekk l-akkwirent propost ikun wieħed minn dawn li ġejjin:

(1) istituzzjoni tal-kreditu, impriża ta’ l-assigurazzjoni ( assurance jew insurance ), kumpanija ta’ l-investiment jew kumpanija tal-ġestjoni skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1a(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE**, minn hawn 'il quddiem “kumpanija tal-ġestjoni UCITS”, awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

(2) l-impriża prinċipali ta’ istituzzjoni tal-kreditu, impriża ta’ l-assigurazzjoni ( insurance jew assurance ), impriża tar-rijassigurazzjoni, kumpanija ta’ l-investiment jew kumpanija tal-ġestjoni UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

(3) persuna naturali jew ġuridika li tikkontrolla istituzzjoni tal-kreditu, impriża ta’ l-assigurazzjoni ( insurance jew assurance ), impriża tar-rijassigurazzjoni, kumpanija ta’ l-investiment jew kumpanija tal-ġestjoni UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 19c

1. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jipprovdulha minnufih kopji tad-dokumenti li bbażaw l-evalwazzjoni tagħhom fuqhom, fir-rigward ta’ l-Artikoli 19, 19a, u 19b, kif ukoll bir-raġunijiet mogħtija lill-akkwirent propost.

2. It-tagħrif mogħti lill-Kummissjoni għandu jkun kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali u għandu jintuża minnha biss għall-iskopijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk Stat Membru ssodisfax l-obbligi tiegħu skond din id-Direttiva.

Il-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-Kummissjoni, kif ukoll l-awdituri jew l-esperti li jaġixxu f’isem il-Kummissjoni, għandhom ikunu marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali.

3. Ebda tagħrif kunfidenzjali li l-Kummissjoni tista’ tirċievi bis-saħħa tal-paragrafu 1 ma jista’ jinkixef lil kwalunkwe persuna jew awtorità tkun minn tkun, ħlief f’għamla ta’ sommarju jew f’għamla kollettiva, b’mod li l-akkwirenti proposti jew istituzzjonijiet tal-kreditu individwali kkonċernati ma jkunux jistgħu jiġu identifikati. "

__________

* ĠU L 309, 25.11.2005, p.15.

** ĠU L 375, 31.12.1985, p.3.”

4. Fil-paragrafu 20, iċ-ċifra “33%” tinbidel biċ-ċifra “30%”;

5. Fl-Artikolu 129, għandu jiġi miżjud il-paragrafu 3 li ġej:

“3. Fil-każ ta’ evalwazzjoni skond l-Artikolu 19a(1), l-awtorità kompetenti li awtorizzat l-istituzzjoni tal-kreditu fejn qed jintalab li jsir l-akkwist, għandha tikkonsulta l-awtorità kompetenti ta’ l-akkwirent propost.

Deċiżjoni mill-awtorità kompetenti li awtorizzat lill-istituzzjoni tal-kreditu fejn qed jintalab li jsir l-akkwist, għandha tindika kwalukwe fehma jew riżerva fuq in-naħa ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-akkwirent.”

6. fl-Artikolu 150(2), huwa miżjud il-punt (f) li ġej:

“(f) “ – speċifikazzjonijiet u kjarifiki tal-kriterji stipulati fl-Artikolu 19a(1) sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-ġejjieni u biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva."

Artikolu 6 Traspożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-[…][11]. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 7 Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Artikolu 8 Id-Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President

[1] L-Artikolu 19 tad-Direttiva 2006/48/KE, l-Artikolu 15 tad-Direttiva 92/49/KEE, l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/83/KE, l-Artikoli 20-23 tad-Direttiva 2005/68/KE u l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/39/KE.

[2] Annessa.

[3] ĠU C, , p. .

[4] ĠU C, , p. .

[5] ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/1/KE (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9).

[6] ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/68/KE (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1).

[7] ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/31/KE (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 60).

[8] ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1.

[9] ĠU L 177, 30.6.2006, p.1.

[10] ĠU L 184, 17.7.1999, p.23.

[11] Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.