52006PC0252

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda l-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE /* KUMM/2006/0252 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 31.5.2006

KUMM(2006) 252 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda l-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

L-Artikolu 7(5) tar-Regolament (KE) 850/2004 dwar pollutanti organiċi persistenti jipprovdi li l-limiti ta’ konċentrazzjoni fl-Anness V għandhom jiġu stabbiliti għall-għanijiet tal-paragrafu 4(b) qabel il-31 ta’ Diċembru 2005, konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 17(2). Skond l-Artikolu 17(1), il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Deċiżjoni 75/442/KEE fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-iskart skond dan ir-Regolament.

Skond dan, il-Kummissjoni ressqet abbozz ta’ Regolament għall-vot fil-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE dwar l-iskart fil-25 ta’ Jannar 2005. Ma kienx hemm maġġoranza kkwalifikata favur l-abbozz tar-Regolament.

Għalhekk, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE qed titressaq Proposta għal Regolament tal-Kunsill lill-Kunsill. Jekk il-Kunsill ma jkunx ħa azzjoni fi żmien tliet xhur mid-data ta' riferiment tal-proposta, il-miżuri proposti jiġu adottati mill-Kummissjoni.

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda l-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE[?], u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(5), l-Artikolu 7(6), u l-Artikolu 14(3), tiegħu,

Billi:

(1) Il-Kummissjoni mexxiet studju dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet marbuta ma’ l-iskart tar-Regolament Nru (KE) 850/2004. L-istudju stabbilixxa limiti ta’ konċentrazzjoni għall-iskopijiet tal-parti 2 ta’ l-anness V tar-Regolament (KE) 850/2004. Lil hinn minn dak, ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ma jistgħux jiġu esklużi. Għalhekk l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 għandu jiġi emendat kif xieraq;

(2) Għat-toxaphene, taħlita ta’ ‘l fuq minn 670 sustanza, mhijix disponibbli l-ebda metodoloġija analitika miftiehma u rilevanti biex tiġi ddeterminata l-konċentrazzjoni totali. Madankollu, l-istudju msemmi hawn fuq ma identifikax xi stocks li jkkkonsistu minn, jew fihom, jew huma kkontaminati bit-taxophene fl-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, l-istudju juri li, kull meta ġew lokalizzati xi pestiċidi organiċi persistenti li jniġġsu fl-iskart, il-konċentrazzjonijiet tagħhom normalment kien għoli meta mqabbel mal-limiti tal-konċentrazzjoni proposta. Għalhekk, għalissa, il-metodoloġiji analitiċi disponibbli għad-determinazzjoni tat-toxaphene jista’ jkunu ikkunsidrati bħala tajbin għall-għan ta’ dan ir-Regolament.

(3) Il-limitu ta’ konċentrazzjoni għal PCDF/PCDD huwa espress fil-konċentrazzjoni tossika ekwivalenti (“TEQ”), li tuża l-fatturi ta’ ekwivalenza tat-tossiċità (“TEFS”) ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ta’ l-1998. Id-dejta disponibbli dwar id- dioxin-like PCB mhuwiex biżżejjed biex jinkludi dawn it-taħlitiet fit-TEQ.

(4) Il-Hexachlorocyclohexane (HCH) huwa l-isem tat-taħlita teknika ta’ l-isonomi varji. Li jiġu analizzati b’mod komplet ikun sforz inadegwat. L-alpha-, beta- u l-gamma-HCH biss huma ta’ rilevanza tossikoloġika. Għalhekk il-limitu ta’ konċentrazzjoni jirreferi għalihom b’mod esklussiv. Ħafna taħlitiet analitiċi standard disponibbli kummerċjalment għall-analiżi ta’ din il-klassi ta’ komposti jistgħu jidentifkaw biss dawn l-isomeri.

(5) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma l-aktar xierqa biex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni.

(6) Il-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 850/2004 ma ta l-ebda opinjoni dwar il-miżuri stipulati fl-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni wara l-konsultazzjoni tiegħu, fil-25 ta' Jannar 2006, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2) ta' dak ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V mar-Regolament (KE) Nru 850/2004 huwa emendat skond l-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

It-tabella fil-Parti 2 ta’ l-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 hija mibdula b'dan li ġej:

Skartijiet kif klassifikati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE | Il-limiti massimi ta' konċentrazzjoni elenkati fl-Anness IV[?] | Operazzjoni |

10 | SKART MINN PROċESSI TERMALI | Aldrin: 5000 mg/kg; Chlordane: 5000 mg/kg; Dieldrin: 5000 mg/kg; Endrin: 5000 mg/kg Heptachlor: 5000 mg/kg; Hexachlorobenzene: 5000 mg/kg; Mirex: 5000 mg/kg; Toxaphene: 5000 mg/kg; Polychlorinated Biphenyls (PCB)[?]: 50 mg/kg DDT (1,1,1-trichloro | Ħżin permanenti biss fi: formazzjonijiet ta’ blat iebes, sikur u fil-fond taħt l-art minjieri tal-melħ jew sit tal-landfill għall-iskart perikoluż (sakemm l-iskart kien issolidifikat jew parzjalment stabilizzat meta jaqbel teknikament kif meħtieġ għall-klassifkazzjoni ta’ l-iskart fis-sottokapitolu 19 03 tad-Deċiżjoni 2000/532/KE) |

10 01 | Skartijiet minn impjanti ta’ l-enerġija u impjanti oħra ta’ kombustjoni (minbarra 19) |

10 01 14 (*)4 | Bottom ash, slag u boiler dust mill-ko-inċinerazzjoni li fihom sustanzi perikolużi |

10 01 16 (*) | Fly ash mill-ko-inċinerazzjoni li fiha sustanzi perikolużi |

10 02 | Skart mill-industrija tal-ħadid u l-azzar |

-2,2-bis(4-chlorophenyl) ethane): 5000 mg/kg; Chlordecone: 5000 mg/kg; Polychlorinated dibenzo-p-dioxins and dibenzofurans (PCDD/PCDF)[?] 5 mg/kg; the sum of alpha-, beta- and gamma- HCH: 5000 mg/kg; Hexabromobiphenyl: 5000 mg/kg | fejn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE[?] u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE[?] tħarsu u fejn intwera li l-operazzjoni magħżula hija preferibbli mil-lat ambjentali. |

Skart kif ikklassifikat fil-KummissjoniDeċiżjoni nru. 2000/532/KE. | Il-limiti massimi ta' konċentrazzjoni tas-sustanzi elenkati fl-Anness IV | Operazzjoni |

10 02 07 (*) | Skart solidu minn trattament ta’ gass li fih sustanzi perikolużi |

10 03 | Skart minn proċessi termali tal-metallurgy ta’ l-aluminju |

10 03 04 (*) | Fdalijiet mill-produzzjoni primarja |

10 03 08 (*) | Fdalijiet tal-melħ mill-produzzjoni sekondarja |

10 03 09 (*) | Drosses suwed mill-produzzjoni sekondarja |

10 03 19 (*) | Trab tal-flue-gas li fih sustanzi perikolużi |

10 03 21 (*) | Partikolati oħra u trab (inkluż it-trab ball-mill) li fih sustanzi perikolużi |

10 03 29 (*) | Skart mit-trattament tal-fdalijiet tal-melħ u l-irmoxk iswed li fih sustanzi perikolużi |

10 04 | Skart minn proċessi termali tal-metallurgy taċ-ċomb |

10 04 01 (*) | Fdalijiet minn produzzjoni primarja u sekondarja |

10 04 02 (*) | Irmoxk minn produzzjoni primarja u sekondarja |

10 04 04 (*) | Trab flue-gas |

10 04 05 (*) | Partikolati oħra u trab |

10 04 06 (*) | Skart solidu minn trattament tal-gass |

10 05 | Skart minn proċessi termali tal-metallurgy taż-żingu |

10 05 03 (*) | Trab flue-gas |

10 05 05 (*) | Skart solidu minn trattament tal-gass |

10 06 | Skart minn proċessi termali tal-metallurgy tar-ram |

10 06 03 (*) | Trab flue-gas |

10 06 06 (*) | Skart solidu minn trattament tal-gass |

10 08 | Skart minn proċessi termali tal-metallurgy mhux tal-ħadid |

10 08 08 (*) | Fdalijiet tal-melħ minn produzzjoni primarja u sekondarja |

10 08 15 (*) | Trab tal-flue-gas li fih sustanzi perikolużi |

10 09 | Skart mill-casting ta’ biċċiet tal-ħadid |

10 09 09 (*) | Trab tal-flue-gas li fih sustanzi perikolużi |

16 | SKART MHUX SPEċIFIKAT MOD IEħOR FIL-LISTA |

16 11 | Waste linings u refractories |

16 11 01 (*) | Linings ibbażati fuq il-karbonju u refactories minn proċessi metallurġiċi li fihom sustanzi perikolużi |

16 11 03 (*) | Linings oħra u refractories minn minn proċessi metallurġiċi li fihom sustanzi perikolużi |

Skartijiet kif klassifikati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE | Il-limiti massimi ta' konċentrazzjoni tas-sustanzi elenkati fl-Anness IV | Operazzjoni |

17 | SKART MILL-KOSTRUZZJONI U D-DEMOLIZZJONI (INKLUżA L-ħAMRIJA MAQLUHA MINN POSTIJIET IKKONTAMINATI) |

17 01 | konkrit, briks, madum u ċeramika |

17 01 06 (*) | Taħlitiet, jew frazzjonijiet separati ta’ konkrit, briks, madum u ċeramika li fihom is-sutanzi perikolużi. |

17 05 | Ħamrija li tinkludi ħamrija maqluha minn postijiet ikkontaminati, ġebel u dredging spoil |

17 05 03 (*) | Frazzjoni inorganika ta’ ħamrija u ġebel li fihom sustanzi inorganiċi |

17 09 | Skart ieħor ta’ kostruzzjoni u demolizzjoni |

17 09 02 (*) | Skart ta' kostruzzjoni jew demolizzjoni li fihom il-PCB, minbarra tagħmir li fih il-PCB. |

17 09 03 (*) | Skart ieħor ta’ kostruzzjoni u demolizzjoni li fih sustanzi perikolużi |

19 | SKART MINN FAĊILITAJIET TA’ SKART, IMPJANTI GĦAT-TRATTAMENT TA’ L-ISKART TA’ L-ILMA BARRA L-POST U L-PREPARAZZJONI TA’ L-IMLA MAĦSUB GĦALL-KONSUM TAL-BNIEDEM U ILMA GĦALL-UŻU INDUSTRIJALI |

19 01 | Skart minn ħruq u l-pyrolysis ta’ l-iskart |

19 01 07 (*) | Skart solidu minn trattament tal-gass |

19 01 11 (*) | Bottom ash u slag li fihom sustanzi perikolużi |

19 01 13 (*) | Fly ash li fiha sustanza perikoluża |

19 01 15 (*) | Trab tal-boiler li fih sustanzi perikolużi |

19 04 | Skart vitrifikat u skart mill-vitrifikazzjoni |

19 04 02(*) | Fly ash u trattament ieħor ta’ l-iskart tal-flue-gas |

19 04 03 (*) | Fażi solida mhux vitrifikata |

[1] ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7 il-verżjoni kkoreġuta fil-ĠU 229, 29.6.2004, p.5.

[2] Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar il-landfills ta’ l-iskart (ĠU 182, 16.7.1999), p. 1) Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

[3] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE tad-19 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi l-kriterji u l-proċeduri għall-aċċettazzjoni ta' l-iskart u l-landfills skond l-Artikolu 16 u l-Anness II tad-Direttiva 1999/31/KE (ĠU L 11, 16.1.2003. p.27).

4 Kwalunkwe skart mmarkat b'asterisk (*) huwa ikkunsidrta bħala skart ta' periklu skond id-Direttiva 91/689KEE fuq skart perikoluż (GU L 337,31. 12 .1991, p. 20. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 94/31/KE , ĠU L 168, 2. 7. 1991, p. 28), u hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

[i] Il-limiti japplikaw esklussivament għas-sit tal-landfill għall-iskart perikoluż.

6 Fejn ikun applikabbli, għandu jiġi applikat il-metodu ta’ kalkolazzjoni stipulat fl-istandards Ewropej EN 12766-1 and EN 12766-2.

7 Il-limitu jiġi kkalkulat bħala PCDD u PCDF skond il-fatturi ta’ ekwivalenza tossika (TEFs) li ġejjin:

PCDD | TEF |

2,3,7,8-TeCDD | 1 |

1,2,3,7,8-PeCDD | 1 |

1,2,3,4,7,8-HxCDD | 0.1 |

1,2,3,6,7,8-HxCDD | 0.1 |

1,2,3,7,8,9-HxCDD | 0.1 |

1,2,3,4,6,7,8-HpCDD | 0.01 |

OCDD | 0.0001 |

PCDF |

2,3,7,8-TeCDF | 0.1 |

1,2,3,7,8-PeCDF | 0.05 |

2,3,4,7,8-PeCDF | 0.5 |

1,2,3,4,7,8-HxCDF | 0.1 |

1,2,3,6,7,8-HxCDF | 0.1 |

1,2,3,7,8,9-HxCDF | 0.1 |

2,3,4,6,7,8-HxCDF | 0.1 |

1,2,3,4,6,7,8-HpCDF | 0.01 |

1,2,3,4,7,8,9-HpCDF | 0.01 |

OCDF | 0.0001 |