Rapport mill-Kummissjoni - Il-kwalità tal-petrol u tad-diżil użat għat-trasport fit-triq fl-Unjoni Ewropea - It-tielet rapport annwali (Sena ta' rappurtar 2004) /* KUMM/2006/0186 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 28.4.2006 KUMM(2006) 186 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI Il-kwalità tal-petrol u tad-diżil użat għat-trasport fit-triq fl-Unjoni Ewropea: It-tielet rapport annwali (Sena ta' rappurtar 2004) 1. SOMMARJU EżEKUTTIV Id-Direttiva 98/70/KE[1] tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għal raġunijiet ta' saħħa u ambjent għal karburanti li se jintużaw għall-vetturi mgħammra b'magni b' positive-ignition u magni li jaqbdu bil-kompressjoni. Id-Direttiva 2003/17/KE[2], li temenda d-Direttiva 98/70/KE, tesiġi iktar tnaqqis fil-kontenut ta’ kubrit fil-petrol u fid-diżil. Vjolazzjonijiet sinifikanti ta' l-ispeċifikazzjoni tal-karburant jistgħu jwasslu għal żieda fl-emissjonijiet u, saħansitra, jistgħu wkoll jagħmlu ħsara lill-magna u lis-sistemi tat-trattament ulterjuri ta’ l-egżost. Sabiex tkun żgurata konformità ma' l-istandards tal-kwalità tal-karburant meħtieġa skond din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jintroduċu sistemi ta' sorveljanza tal-kwalità tal-karburant. L-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/70/KE, kif emendat bl-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 2003/17/KE, jirrikjedi li l-Kummissjoni tippubblika rapport kull sena dwar il-kwalità tal-karburant fid-diversi Stati Membri. It-tielet Rapport tal-Kummissjoni jiddeskrivi fil-qosor is-sottomissjonijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-kwalità tal-petrol u d-diżil kif ukoll il-volumi mibjugħa għas-sena 2004[3]. L-Istati Membri kollha, minbarra Franza, ressqu r-rapporti nazzjonali għall-2004. Is-sorveljanza tal-kwalità tal-karburant fl-2004 turi li, ġeneralment, l-ispeċifikazzjonijiet għall-petrol u d-diżil stabbiliti fid-Direttiva 98/70/KE huma mħarsa u ftit kienu l-vjolazzjonijiet li ġew identifikati. Għall-petrol, il-parametri ewlenin ta' tħassib reġgħu kienu n-numru ottan ta’ riċerka ( research octane number RON, 34+ kampjun), il-pressjoni tal-fwar fis-sajf (DVPE, 43+ kampjun) u d-distillazzjoni – evaporazzjoni mal-100°Ċ (17+ kampjun). Għad-diżil, il-parametri ta’ tħassib kienu l-kontenut ta’ kubrit (22 kampjun), il-punt 95% ta’ distillazzjoni (24 kampjun), in-numru cetane (7+ kampjuni) u d-densità (5+ kampjuni). Għalkemm bosta Stati Membri rraportaw kampjuni mhux konformi, kienu ħafna inqas il-kampjuni li qabżu l-valuri tal-limitu (u l-limiti ta’ tolleranza għall-metodi ta’ ttestjar) meta mqabbla mas-snin ta’ qabel. Madankollu, kemm ir-Repubblika Ċeka kif ukoll il-Polonja rrapurtaw għadd sinifikanti ta’ kampjuni li qabżu l-valuri tal-limitu. Il-Kummissjoni ma identifikatx xi riperkussjonijiet negattivi fuq l-emissjonijiet tal-vettura jew fuq il-funzjonament tal-magna relatati ma’ dan il-qbiż, iżda tkompli tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jaġixxu sabiex jiżguraw konformità sħiħa. Bosta diġà qed jaġixxu, u d-dettalji ta’ l-azzjoni meħuda fir-rigward ta' nuqqas ta' konformità huma inklużi, fejn ipprovduti, fil-kapitli dwar il-pajjiżi individwali tar-rapport iddettaljat għall-2004[4]. Il-Kummissjoni se tkompli tinsisti li l-Istati Membri jiżguraw konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-kwalità tal-karburant stabbiliti fid-Direttiva. Huwa importanti, għat-tnaqqis tat-tniġġis ta' l-arja u għall-introduzzjoni ta' teknoloġija ġdida tal-magni, li wieħed jinnota li kien hemm żieda sinifikanti fil-proporzjoni ta’ <10 ppm u <50 ppm ta' karburanti bil-kubrit mill-2001 sa l-2004 għall-UE15. Il-kontenut ta’ kubrit ta’ l-UE10 huwa ogħla b’mod sinifikanti u dan iwassal għal żieda żgħira fil-medja ta’ kubrit bejn l-2003 u l-2004 għall-UE kollha. B’mod globali, xejra ġenerali lejn kontenut ta’ kubrit iktar baxx fil-petrol u d-diżil jista’ jiġi indentifikat kif deskritt fit-Tabella 1. Tabella 1: Xejra annwali fil-kontenut medju ta’ kubrit fil-petrol u d-diżil għall-UE Il-kontenut medju ta’ kubrit għall-UE 15, ppm | UE25 | UE10 | UE15* | [pic] | [pic] | Fuel Type | % | Fuel Type | % | 1 | Petrol bla ċomb min. RON=91 | 0.7% | 2 | Petrol bla ċomb min. RON=91 (<50 ppm S) | 0.1% | 13 | Diżil | 45.9% | 3 | Petrol bla ċomb min. RON=91 (<10 ppm S) | 7.8% | 4 | Petrol bla ċomb min. RON=95 | 40.4% | 5 | Petrol bla ċomb min. RON=95 (<50 ppm S) | 22.7% | 6 | Petrol bla ċomb min. RON=95 (<10 ppm S) | 19.3% | 14 | Diżil (<50 ppm kubrit) | 29.2% | 7 | Petrol bla ċomb 95=<RON<98 | 3.7% | 8 | Petrol bla ċomb 95=<RON<98 (<50 ppm S) | 0.8% | 9 | Petrol bla ċomb 95=<RON<98 (<10 ppm S) | 0.0% | 10 | Petrol bla ċomb RON>=98 | 2.4% | 15 | Diżil (<10 ppm kubrit) | 24.9% | 11 | Petrol bla ċomb RON>=98 (<50 ppm S) | 1.2% | 12 | Petrol bla ċomb RON>=98 (<10 ppm S) | 0.9% | Bl-istess mod għas-snin 2001 – 2003, l-ikbar bejgħ totali ta' karburanti (tas-sottomissjonijiet milqugħa) fl-2004 sar fil-Ġermanja, fl-Italja, fi Spanja u fir-Renju Unit (Grafika 3). Filwaqt li l-bejgħ ta’ diżil huwa dominanti f’bosta Stati Membri, il-bejgħ relattiv ta’ petrol u dak ta’ diżil ivarjaw. Bħal fis-snin 2001 - 2003, għad hemm ukoll xi ftit varjazzjoni fin-numri tal-gradi ta’ karburant irrapurtati li kienu disponibbli fl-UE (Grafika 4) fl-2004, b’iktar gradi ta’ petrol disponibbli minkejja l-kwantitajiet ikbar ta' diżil mibjugħa. Id-distinzjoni bejn gradi ta’ petrol hija primarjament riżultat ta' livelli differenti ta' ottan (kategorija RON) iktar milli tal-livelli differenti ta' kubrit. Seba’ Stati Membri ta’ l-UE15 (tnejn iktar mis-sena 2001) iddefinixxew gradi nazzjonali tal-karburant għall-karburanti b’kubrit baxx (<50 ppm) u mingħajr kubrit (<10 ppm) fl-2004. Ir-rappurtar ta’ bejgħ ta’ karburant reġa’ tjieb fl-2004. L-ebda Stat Membru ta' l-UE10 ma kellu gradi nazzjonali ta’ karburant b’kubrit baxx separati fl-2004. Grafika 2: Ir-rata ta’ ġbir ta’ kampjuni għas-Sorveljanza tal-Kwalità tal-Karburant fl-UE fl-2004 (għadd medju ta’ kampjuni għal kull grad ta’ karburant) Numru Medju ta’ Kampjuni / Grad tal-Karburant | [pic] | Petrol | Diżil | Grafika 3: Bejgħ Nazzjonali ta’ karburant skond it-tip ta’ karburant fl-UE (f'miljuni ta' litri)* Bejgħ Nazzjonali ta’ Karburant, miljun litri | [pic] | Total ta’ Petrol | Total ta’ Diżil | Grafika 4: Għadd ta’ gradi ta’ karburant disponibbli bħala nazzjon skond it-tip ta’ karburant fl-UE Numru ta’ Gradi ta’ Karburant Disponibbli Nazzjonalment | [pic] | Għadd ta’ Gradi ta’ Petrol | Għadd ta’ Gradi ta’ Diżil | Grafika 5: Bejgħ Nazzjonali ta’ gradi ta’ petrol b’kubrit baxx fl-UE (%) Bejgħ Nazzjonali ta’ Petrol | [pic] | Petrol (regolari) | Petrol (<50 ppm kubrit) | Petrol (<10 ppm kubrit) | Grafika 6: Bejgħ Nazzjonali ta’ gradi ta’ diżil b’kubrit baxx fl-UE (%) % Bejgħ Nazzjonali ta’ Diżil | [pic] | Diżil (regolari) | Diżil (<50 ppm kubrit) | Diżil (<10 ppm kubrit) | Grafika 7: Kontenut medju ta’ kubrit tal-gradi ta' petrol u tad-diżil fl-UE (%) Kontenut Medju ta’ Kubrit fil-Karburant (ppm) | [pic] | Petrol | Diżil | Fl-2004, karburanti b’kubrit baxx kienu disponibbli f’bosta pajjiżi fl-UE għalkemm mhix meħtieġa l-introduzzjoni obbligatorja qabel l-2005 (ara Grafika 5 u Grafika 6). Petrol mingħajr kubrit kien disponibbli fl-Awstrija, fil-Ġermanja, fl-Irlanda u fis-Slovakkja. Diżil mingħajr kubrit kien disponibbli fl-Awstrija, fil-Ġermanja, fil-Litwanja, fis-Slovakkja u fl-Iżvezja. Gradi separati ta’ karburant b’kubrit baxx u mingħajr kubrit, jew figuri ta’ bejgħ separati, ma kinux disponibbli fl-2004 f’xi Stati Membri. Madankollu, karburanti konformi ma’ dawn il-kriterji kienu disponibbli f’bosta każijiet, per eżempju, il-Belġju, id-Danimarka, il-Finlandja, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Portugall u s-Slovakkja. Dan jidher fil-Grafika 7 li tippreżenta l-kontenut medju ta’ kubrit fil-gradi tal-petrol u d-diżil għal kull Stat Membru fl-UE. (Il-kontenut medju ta’ kubrit huwa kkalkulat mill-kontenut medju ta’ kubrit indikat fir-rappurtar dwar il-ġbir ta’ kampjuni tal-karburanti, li jkun jirrifletti l-proporzjon għall-kwantitajiet ta’ gradi differenti ta’ petrol u diżil mibjugħa). Ħafna mill-karburant mibjugħ diġà huwa konformi mal-limitu ta’ kubrit għall-2005 (<50 ppm kubrit fil-petrol u d-diżil). 4.2 Konformità mad-Direttiva 98/70/KE fl-2004 Rapporti juru li 11-il Stat Membru huma konformi bis-sħiħ mal-valuri tal-limitu kemm għall-petrol kif ukoll għad-diżil tad-Direttiva 98/70/KE għall-kampjuni kollha (ipparagunat ma’ 5 fl-2001 għall-UE15). Bl-eċċezzjoni ta’ l-ossiġenati (għal seba’ Stati Membri, ara noti 3 u 4 tat-tabella), 21 Stat Membru pprovdew ukoll rappurtar sħiħ fuq il-firxa ta’ parametri speċifikati għas-sorveljanza fid-Direttiva. Fl-2004, 13-il Stat Membru (6 ta’ l-UE15) irrapurtaw ta’ l-anqas kampjun wieħed li mhux konformi mad-Direttiva 98/70/KE. Dan jikkumpara ma’ 10 fl-2001 u 9 fl-2002 u l-2003 mill-UE15. Minn dawn, il-parametri ewlenin ta' tħassib reġgħu kienu n-numru ottan ta’ riċerka ( research octane number RON, 34+ kampjun), il-pressjoni tal-fwar fis-sajf (DVPE, 43+ kampjun) u d-distillazzjoni – evaporazzjoni mal-100°Ċ (17+ kampjuni). Għad-diżil, 8 Stati Membri (2 ta’ l-UE15) irrapurtaw ta’ l-anqas kampjun wieħed li mhux konformi mad-Direttiva 98/70/KE. Dan jikkumpara ma’ 4 fl-2001, 6 fl-2002 u 5 fl-2003 mill-UE15. Minn dawn, il-parametri ta’ tħassib kienu l-kontenut ta’ kubrit (22 kampjun), il-punt 95% ta’ distillazzjoni (24 kampjun), in-numru cetane (7+ kampjuni) u d-densità (5+ kampjuni). Għalkemm bosta Stati Membri rrapurtaw kampjuni mhux konformi, kienu ħafna inqas il-kampjuni li qabżu l-valuri tal-limitu (u l-limiti ta’ tolleranza għall-metodi ta’ ttestjar) meta mqabbla mas-snin ta’ qabel. Madankollu, kemm ir-Repubblika Ċeka kif ukoll il-Polonja rrapurtaw numri sinifikanti ta’ kampjuni li qabżu l-valuri tal-limitu. It-Tabella 2 tiġbor fiha l-konformità ta' l-Istati Membri mad-Direttiva 98/70/KE għas-sena 2004 f'termini ta' riżultati ta' l-analiżi tal-kampjuni mal-valuri tal-limitu u l-format u l-kontenut tar-rappurtar. Filwaqt li għall-2001 u l-2003, il-kwalità tal-valutazzjoni tal-konformità hija dgħajfa f’xi każijiet minħabba informazzjoni mhux kompluta pprovduta mill-Istati Membri. Dettalji ta’ l-azzjoni meħuda fir-rigward ta' Stati Membri li ma jikkonformawx mal-valur tal-limitu, fejn ipprovduti, huma inklużi fil-kapitli tal-pajjiż individwali tar-rapport iddettaljat għas-sena 2004[11]. Tabella 2: Sommarju tal-konformità ta’ l-Istat Membru mad-Direttiva 98/70/KE għar-rappurtar ta' l-2004. Stat Membru | Nuqqas ta' konformità mal-valur tal-limitu (1) (95% limiti ta’ kunfidenza) [Kampjuni mhux konformi / Total ta’ kampjuni] | Rappurtar mhux komplut [Numru ta’ parametri mhux imkejla / Total] | Rapport mogħti tard (sat-30/6/2005) (2) | Noti | Petrol | Diżil | Petrol | Diżil | L-Awstrija | 1 / 200 | <xahrejn | Il-Belġju | >14 / 4810 | >2 / 5045 | 1 / 18 | > 5 xhur | (3) | Ċipru | 4 / 72 | 6 / 18 | <xahar | (4) | Ir-Repubblika Ċeka | >86 / 780 | >40 / 700 | Id-Danimarka | L-Estonja | 4 / 123 | 35 / 652 | 11 / 18 | (5) | Il-Finlandja | 3 / 226 | Il-Greċja | 7 / 18 | <xahar | (4) | L-Ungerija | 6 / 18 | (4) | L-Irlanda | 11 / 97 | <xahrejn | L-Italja | 6 / 256 | 6 / 269 | <xahar | (6) | Il-Latvja | >1 / 127 | >2 / 239 | <xahar | Il-Litwanja | 11 / 18 | 2 / 5 | <xahar | (7) (8) | Il-Lussemburgu | > 5 xhur | Malta | 4 / 18 | 1 / 5 | <xahar | (9) (10) | L-Olanda | 6 / 18 | <xahar | (4) | Il-Polonja | 28 / 343 | 11 / 157 | Il-Portugall | 6 / 18 | (4) | Is-Slovakkja | 5 / 238 | 2 / 107 | <xahar | Is-Slovenja | 8 / 109 | 1 / 113 | <xahar | Spanja | <3 xhur | L-Iżvezja | 6 / 18 | (4) | Ir-Renju Unit | <3 xhur | (11) | Għadd ta' Pajjiżi | 13 | 8 | 10 | 2 | 17 | Noti: 1. Fejn id- data tar-rappurtar mhix kompluta, mhux possibbli tingħata konferma li l-valuri tal-limitu ġew irrispettati fil-kampjuni kollha. Fejn ma kienx possibbli jkun stabbilit, mis-sottomissjonijiet, l-għadd ta’ kampjuni li qabżu l-valur tal-limitu, is-simbolu '>' jindika li l-għadd ta' kampjuni li jaqbżu l-limiti huma minimu u jista' jkun ikbar. 2. Id-Direttiva 98/70/KE tiddikkjara li l-Istati Membri għandhom iressqu rapporti ta' sorveljanza sa mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju ta’ kull sena. 3. Il-kontenut ta’ l-ossiġenu ma ġiex irrapurtat. 4. Ma ġewx irrapurtati ossiġenati (għajr l-eteri b’iktar minn 5 atomi tal-karbonju kull molekula). Madankollu, fil-prinċipju, is-sustanzi kollha fuq il-lista huma mkejla f’daqqa bl-użu tal-metodi ta’ ttestjar ta’ l-ossiġenati Madankollu, is-sistema għandha tkun ikkalibrata permezz ta' l-użu tal-kampjun ta' kalibrazzjoni, li jkun fih l-istess ossiġenati f'proporzjonijiet simili għal dawk preżenti fil-kampjun li jkun qed jiġi ttestjat. Fil-maġġoranza tal-każijiet, mhux ċar jekk dan sarx, madankollu l-Italja u l-Portugall iddikkjaraw li l-ebda ossiġenati oħra ma ġew miżjuda mal-karburant. It-total ta’ l-ossiġenu organiku huwa kkalkulat mill-peċentwali skond il-massa tal-komponenti individwi wara l-identifikazzjoni. 5. L-uniċi parametri tal-petrol imkejla kienu RON, DVPE, id-Distillazzjoni, il-Benżin, il-Kubrit u ċ-Ċomb. 6. Il-metodu ta' ttestjar EN 1601 użat mill-Italja biex tiddetermina l-kontenut ta' ossiġenati fil-kampjuni tal-petrol jeħtieġ l-eżaminazzjoni ta’ kull kromatogramm tal-kampjun biex tiġi ddeterminata l-preżenza possibbli ta’ komponenti li fihom l-ossiġenu, qabel ma ssir id-determinazzjoni propja. L-eżaminazzjoni tal-kromatogrammi kollha tal-kampjun uriet li kompost ossiġenat wieħed biss kien preżenti f’kull kampjun (MTBE, ETBE, TAME); l-ebda ossiġenat ieħor ma kien osservat minbarra dawn l-eteri. 7. L-uniċi parametri tal-petrol imkejla kienu RON, DVPE, id-Distillazzjoni, sustanzi aromatiċi ( Aromatics ), il-Benżin u l-Kubrit. Il-Litwanja ddikjarat li t-tagħmir meħtieġ għat-testijiet addizzjonali ma kienx disponibbli fl-2004, madankollu saru arranġamenti biex fl-2005 ir-rappurtar ikun komplut. 8. In-numru cetane u PAH ma ġewx imkejla għad-diżil, madankollu t-tagħmir huwa disponibbli għall-analiżi tas-sorveljanza għall-2005. 9. Il-kontenut ta’ ossiġenu u 3 mill-ossiġenati ma ġewx irrapurtati, ara l-kumment (4) għal kjarifika dwar il-metodu ta’ ttestjar ta’ l-ossiġenati 10. L-indiċi cetane ġie mkejjel minflok in-numru cetane . 11. Dewmien fl-għoti tar-rapport minħabba infomazzjoni ta’ fornitur tal-karburant li waslet tard. F’xi każijiet, il-kwalità tal-valutazzjoni tal-konformità hija dgħajfa minħabba informazzjoni mhux kompluta pprovduta mill-Istati Membri. Dettalji dwar qbiż speċifiku ta’ valuri huma pprovduti fil-kapitli tal-pajjiżi individwali tar-rapport sħiħ. Il-każijiet ta’ nuqqas ta' konformità identifikati jidher li m'għandhomx riperkussjonijiet negattivi kbar fuq il-kwalità tal-karburant in ġenerali. 5. KONKLUżJONIJIET Is-sorveljanza tal-kwalità tal-karburant fl-2004 turi li, ġeneralment, l-ispeċifikazzjonijiet għall-petrol u d-diżil stabbiliti fid-Direttiva 98/70/KE huma mħarsa. Ftit kienu l-vjolazzjonijiet li ġew identifikati. Il-Kummissjoni m’għandha l-ebda indikazzjoni ta’ xi riperkussjonijiet negattivi fuq l-emissjonijiet tal-vetturi jew il-funzjonament tal-magni minħabba dawn il-vjolazzjonijiet. Il-Kummissjoni tibqa’ mħassba dwar il-vjolazzjonijiet u se tkompli tinsisti li l-Istati Membri jiżguraw konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-kwalità tal-karburant stabbiliti fid-Direttiva. L-emendi tad-Direttiva 98/70/KE bid-Direttiva 2003/17/KE inkludew iż-żieda ta' l-Artikolu 9a l-ġdid li jiddikjara " L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-multi li japplikaw għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva. Il-multi stabbiliti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.” Huwa mistenni li l-implimentazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit se jkollu riperkussjonijiet pożittivi fuq il-konformità. Il-proporzjon ta’ karburanti <10 u <50 ppm żdied b’mod sinifikanti mill-2001 sa l-2003. Madankollu, kien hemm biss tibdil żgħir bejn l-2003 u l-2004 u t-tkabbir ta' l-UE rriżulta fi tnaqqis żgħir fil-perċentwal ta’ dawn fil-provvista ġenerali tal-karburant. In-nuqqas ta’ gradi mingħajr kubrit jew ta’ kubrit baxx jillimita l-għażla tal-konsumatur. Dan se jfixkel l-introduzzjoni ta’ vetturi li jibbenifikaw minnhom. Ir-rapport ma jindirizzax sa fejn kienu disponibbli l-karburanti mingħajr kubrit fuq bażi ġeografika – l-Istati Membri għandhom jipprovdu din l-informazzjoni fir-rappurtar dwar is-sorveljanza mill-2005 'il quddiem. Is-sistemi ta’ sorveljanza ta’ kwalità stabbiliti fuq livell nazzjonali jvarjaw b’mod konsiderevoli u jeħtieġu iktar uniformità sabiex jipprovdu riżultati trasparenti u kumparabbli. L-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/17/KE wasslet għal titjib fil-kwalità ta’ rappurtar peress li tirrikjedi li l-Istati Membri jirrapurtaw dwar is-sorveljanza skond l-Istandard Ewoprew il-ġdid, EN 14274, jew b’sistemi ta’ kunfidenza ekwivalenti. Għad baqa xi kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati u, b'mod partikolari, fejn l-Istati Membri ma jirrapurtawx skond il-format ta’ EN 14274, għandha tingħata ġustifikazzjoni għal dan. ANNESS: Il-bejgħ tal-karburant fl-UE fl-2004 skond it-tip ta' karburant (f'miljun ta' litri) (Il-Bejgħ għal CY, LV u MT ma jkoprix is-sena kalendarja sħiħa, ikopri biss il-perjodu Mejju-Diċembru 2004.) Nru ta’ identifikazzjoni | Miljun litri | L-Awstrija | Il-Belġju | Id-Danimarka | Il-Finlandja | Franza | Il-Ġermanja | Il-Greċja | L-Irlanda | L-Italja | Il-Lussemburgu | L-Olanda | Il-Portugall | Spanja | L-Iżvezja | Ir-Renju Unit | UE15 | UE15 | | |Grad tal-karburant | AU | BE |DK |FI |FR |DE |EL |IE |IT |LU |NL |PT |ES |SE |UK |UE15 | % Total | |1 |Petrol bla ċomb min. RON=91 |- |- |520 |- |- |- |- |- |- |8 |- |- |- |- |- |528 |0.4% | |2 |Petrol bla ċomb min. RON=91 (<50 ppm S) |92 |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |92 |0.1% | |3 |Petrol bla ċomb min. RON=91 (<10 ppm S) |672 |- |- |- |- |10,013 |- |- |- |- |- |- |- |- |- |10,685 |8.6% | |4 |Petrol bla ċomb min. RON=95 |- |- |2,029 |2,208 |- |- |3,849 |2,201 |19,704 |573 |7,501 |- |7,976 |- |- |45,447 |36.4% | |5 |Petrol bla ċomb min. RON=95 (<50 ppm S) |121 |1,830 |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |4,905 |24,094 |30,950 |24.8% | |6 |Petrol bla ċomb min. RON=95 (<10 ppm S) |1,899 |- |- |- |- |23,887 |- |- |- |- |- |- |- |- |- |26,381 |21.2% | |7 |Petrol bla ċomb 95=<RON<98 |- |- |- |- |- |- |916 |- |- |- |- |1,890 |1,259 |- |- |4,064 |3.3% | |8 |Petrol bla ċomb 95=<RON<98 (<50 ppm S) |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |1,097 |1,097 |0.9% | |9 |Petrol bla ċomb 95=<RON<98 (<10 ppm S) |- |- |- |- |- |- |- |4 |- |- |- |- |- |- |- |4 |0.0% | |10 |Petrol bla ċomb RON>=98 |- |- |20 |303 |- |- |399 |- |- |- |- |574 |1,209 |640 |- |2,506 |2.0% | |11 |Petrol bla ċomb RON>=98 (<50 ppm S) |- |786 |- |- |- |- |61 |- |- |167 |- |- |- |- |- |1,654 |1.3% | |12 |Petrol bla ċomb RON>=98 (<10 ppm S) |104 |- |- |- |- |1,188 |- |- |- |- |- |- |- |- |- |1,292 |1.0% | | | Petrol (regolari) | 0 |0 |2,569 |2,512 |0 |0 |5,164 |2,201 |19,704 |582 |7,501 |2,464 |10,445 |640 |0 |52,546 |42.1% | | | Petrol (<50 ppm kubrit) | 213 |2,616 |0 |0 |0 |0 |61 |0 |0 |167 |0 |0 |0 |4,905 |25,191 |33,793 |27.1% | | | Petrol (<10 ppm kubrit) | 2,676 |0 |0 |0 |0 |35,088 |0 |4 |0 |0 |0 |0 |0 |0 |0 |38,362 |30.8% | | | Total ta’ Petrol | 2,889 |2,616 |2,569 |2,512 |0 |35,088 |5,225 |2,204 |19,704 |749 |7,501 |2,464 |10,445 |5,545 |25,191 |124,701 |100.0% | | 13 | Diżil |215 |- |- |- |- |- |3,055 |- |28,777 |- |- |5,940 |26,447 |- |- |64,434 |40.4% | |14 | Diżil (<50 ppm kubrit) |1,645 |7,579 |2,658 |2,363 |- |- |319 |2,474 |- |1,947 |9,724 |- |- |42 |22,252 |51,004 |32.0% | |15 | Diżil (<10 ppm kubrit) |5,291 |- |- |- |- |34,642 |13 |- |- |- |- |- |- |4,031 |- |43,977 |27.6% | | |Total ta’ Diżil | 7,150 |7,579 |2,658 |2,363 |0 |34,642 |3,387 |2,474 |28,777 |1,947 |9,724 |5,940 |26,447 |4,073 |22,252 |159,415 |100.0% | | Nru ta’ identifikazzjoni | Miljun litri | Ċipru | Ir-Repubblika Ċeka | L-Estonja | L-Ungerija | Il-Latvja | Il-Litwanja | Malta | Il-Polonja | Is-Slovakkja | Is-Slovenja | UE10 | UE10 | | L-Unjoni Ewropea | L-Unjoni Ewropea | | |Grad tal-karburant | CY | CZ |EE |HU |LV |LT |MT |PL |SK |SI |UE10 | % Total | |UE | % Total | |1 |Petrol bla ċomb min. RON=91 |- |322 |20 |12 |- |60 |- |- |28 |- |441 |3.2% | |969 |0.7% | |2 |Petrol bla ċomb min. RON=91 (<50 ppm S) |- |- |- |- |- |37 |- |- |- |- |37 |0.3% | |128 |0.1% | |3 |Petrol bla ċomb min. RON=91 (<10 ppm S) |- |- |- |- |- |- |- |- |90 |- |90 |0.6% | |10,775 |7.8% | |4 |Petrol bla ċomb min. RON=95 |216 |2,714 |322 |1,812 |- |- |43 |5,331 |61 |- |10,498 |75.4% | |55,945 |40.4% | |5 |Petrol bla ċomb min. RON=95 (<50 ppm S) |- |- |- |- |- |348 |- |- |179 |- |527 |3.8% | |31,477 |22.7% | |6 |Petrol bla ċomb min. RON=95 (<10 ppm S) |- |- |- |- |- |- |- |- |407 |- |407 |2.9% | |26,787 |19.3% | |7 |Petrol bla ċomb 95=<RON<98 |- |- |- |- |254 |- |19 |- |- |845 |1,118 |8.0% | |5,183 |3.7% | |8 |Petrol bla ċomb 95=<RON<98 (<50 ppm S) |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |0 |0.0% | |1,097 |0.8% | |9 |Petrol bla ċomb 95=<RON<98 (<10 ppm S) |- |- |- |- |- |- |- |- |- |- |0 |0.0% | |4 |0.0% | |10 |Petrol bla ċomb RON>=98 |45 |35 |51 |168 |32 |- |- |393 |3 |52 |779 |5.6% | |3,285 |2.4% | |11 |Petrol bla ċomb RON>=98 (<50 ppm S) |- |- |- |- |- |8 |- |- |- |- |8 |0.1% | |1,662 |1.2% | |12 |Petrol bla ċomb RON>=98 (<10 ppm S) |- |- |- |- |- |1 |- |- |24 |- |25 |0.2% | |1,317 |0.9% | | | Petrol (regolari) | 261 |3,070 |393 |1,992 |286 |60 |61 |5,724 |92 |897 |12,836 |92.2% | |65,382 |47.2% | | | Petrol (<50 ppm kubrit) | 0 |0 |0 |0 |0 |392 |0 |0 |179 |0 |571 |4.1% | |34,364 |24.8% | | | Petrol (<10 ppm kubrit) | 0 |0 |0 |0 |0 |1 |0 |0 |520 |0 |522 |3.7% | |38,883 |28.0% | | | Total ta’ Petrol | 261 |3,070 |393 |1,992 |286 |453 |61 |5,724 |791 |897 |13,928 |100.0% | |138,628 |100.0% | | 13 | Diżil |272 |4,171 |492 |2,710 |458 |35 |63 |7,677 |315 |894 |17,086 |93.6% | |81,520 |45.9% | |14 | Diżil (<50 ppm kubrit) |- |- |- |- |- |687 |- |- |197 |- |884 |4.8% | |51,888 |29.2% | |15 | Diżil (<10 ppm kubrit) |- |- |- |- |- |159 |- |- |119 |- |277 |1.5% | |44,254 |24.9% | | |Total ta’ Diżil | 272 |4,171 |492 |2,710 |458 |881 |63 |7,677 |630 |894 |18,248 |100.0% | |177,662 |100.0% | | [1] ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58 [2] ĠU L 76, 22.3.2003, p. 10 [3] Snin ta’ rappurtar 2001 u 2002 huma koperti minn COM(2004) 310 finali u l-2003 hija kopera minn COM(2005) 69 finali [4] Ara http://europa.eu.int/comm/environment/air/pdf/fqm_summary_2004.pdf [5] COM(2004) 310 finali [6] COM(2005) 69 finali [7] http://europa.eu.int/comm/environment/air/fuel_quality_monitoring.htm [8] EN 14274:2003 – Karburanti awtomotivi – Valutazzjoni tal-kwalità tal-petrol u tad-diżil – Sistema ta’ Sorveljanza tal-Kwalità tal-Karburant (SSKK). [9] EN 14275:2003 – Karburanti awtomotivi – Valutazzjoni tal-kwalità tal-petrol u tad-diżil – Ġbir ta’ kampjuni mill-pompi ta’ l-istazzjonijiet ta’ bejgħ tal-karburant u minn dispensers kummerċjali tal-karburant. [10] It-terminu “regolari” huwa użat għall-karburanti b’kontenut ta’ kubrit li hu skond id-Direttiva 98/70/KE (150 ppm għall-petrol u 350 ppm għad-diżil); it-terminu “kubrit baxx” jikkorrispondi għal kontenut ta’ kubrit ta’ 50 ppm; it-terminu “mingħajr kubrit” jikkorrispondi għal kontenut ta’ kubrit ta’ 10 ppm [11] Ara http://europa.eu.int/comm/environment/air/fuel_quality_monitoring.htm