Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - L-Għajnuna ta’ l-UE : Inwassluha aktar, b’mod aħjar u aktar malajr /* KUMM/2006/0087 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 02.03.2006 KUMM(2006) 87 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI L-Għajnuna ta’ l-UE: Inwassluha aktar, b’mod aħjar u aktar malajr DAĦLA Qabel is-Samit tan-NU ta’ Settembru 2005, il-komunità tad-donaturi impenjat ruħha, fil-Forum ta’ Livell Għoli ta’ Pariġi f’Marzu 2005, li tibdel b’mod radikali l-prattiki tagħha u b’hekk ittejjeb l-impatt ta’ l-attivitajiet tagħha u tgħix sabiex twettaq il-qabża kwalitattiva meħtieġa sabiex jinkisbu l-Għanijiet tal-Millenju għall-Iżvilupp. B’riżultat ta’ dan, l-Unjoni Ewropea (l-Istati Membri u l-Kummissjoni, inkluż 10 Stati Membri ġodda bħala donaturi emerġenti) ffirmaw għanijiet ambizzjużi, kemm bħala donaturi individwali kif ukoll bħala grupp kollettiv. Determinata li tmexxi ‘l quddiem l-aġenda internazzjonali u li tassumi sehem mill-isforz, l-UE tat rwol ċentrali fl-istrateġija tagħha ta' l-iżvilupp liż-żieda fl-effettività ta' l-għajnuna, u b'mod konkret impenjat ruħha li żżid l-effettività ta' l-għajnuna tagħha. Dan is-sett ta’ deċiżjonijiet jippreżenta lista eżawrjenti ta’ miżuri dettaljati u konkreti li jridu jiġu żviluppati u implimentati sa l-2010. Fuq il-bażi tat-tagħlimiet meħuda minn dan il-qasam, tal-prattiċi tajba u l-aspettattivi mill-pajjiżi msieħba, il-bażi tagħhom tinsab fil-prinċipji ta’ l-armonizzazzjoni, propjetà, allinjament u immaniġġjar tar-riżultati tad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi. Dawn l-impenji issa jridu jinbidlu f’azzjonijiet konkreti, u l-UE trid tiffoka fuq l-implimentazzjoni tagħhom fil-post filwaqt l-taffaċċja r-realtà ta’ l-speċifitajiet tal-pajjiż. Parti I ta’ dan il-Pjan ta’ Azzjoni tiġbor fil-qosor, per memoria, f’dokument uniku u komprensiv il-kunċetti tad-disa’ riżultati marbuta bil-ħin li l-UE trid twassal bħala grupp. Parti II ta’ dan il-Pjan ta’ Azzjoni tippreżenta l-ewwel erba’ riżultati li diġà ġew żviluppati u huma lesti biex jiġu adottati u implimentati immedjatament f’numru ta’ pajjiżi sieħba magħżula. Parti III ta’ dan il-Pjan ta’ Azzjoni tiddeskrivi il-ħames riżultati li jibqa’ li jridu jiġu żviluppati matul l-2006 u implimentati fil-qasam sa l-2010. Ta’ min jinnota li tnejn mir-riżultati immedjati ta’ dan il-Pjan ta’ Azzjoni huma preżentati f’aktar dettall f’żewġ Komunikazzjonijiet speċifiċi (i.e. il-Komunikazzjoni dwar l-Iffinanzjar għall-Iżvilupp u l-Effettività ta' l-Għajnuna u l-Komunikazzjoni dwar il-Qafas ta' Programmar Konġunt. Fihom infushom, dawn it-tliet dokumenti jiffurmaw “ pakkett dwar l-effettività ta’ l-għajnuna ” mressaq quddiem il-Kunsill u l-Parlament. Tabella 1. Tabella Sinottika | | | | | | | | | Assi 1 Ħarsa lejn l-għajnuna ta’ l-UE Donor Atlas (Riżultat immedjat) Kompendju: EU (Riżultat fiż-żmien fil-qrib) Mekkaniżmi ta’ monitoraġġ (Riżultat immedjat) | | Assi 2 Immexxu l-aġenda ta' Pariġi Roadmaps (Riżultat immedjat) Programmar Konġunt (Riżultat immedjat) Arranġamenti Konġunti (Riżultat fiż-żmien fil-qrib) | | Assi 3 Tisħiħ tal-Konesnsus ta’ l-UE Diviżjoni tax-xogħol (Riżultat fiż-żmien fil-qrib) Ko-finanzjament (Riżultat fiż-żmien fil-qrib) Viżjoni ta’ l-UE: (Riżultat fiż-żmien fil-qrib) | | | | | | | | | | | PARTI I INSEGWIMENT TA' L-IMPENJI TAGĦNA L-impenji tagħna dwar l-effettività ta’ l-għajnuna jistgħu jitqassmu fi tliet assi inter-konnessi, li rispettivament jindirizzaw: 1. immappjar u monitoraġġ trasparenti u bbażat fuq it-tagħrif, ta’ l-attivitajiet tagħna; 2. l-implimentazzjoni ta’ l-impenji kollettivi tagħna adottati bid-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi dwar l-armonizzazzjoni u l-allinjament; 3. it-twettiq tal-kolonna ta’ l-effettività ta’ l-għajnuna tal-qafas ġdid ta’ strateġija ta’ l-UE, kif definit bid-Dikjarazzjoni l-Ġdida tal-Politika ta’ l-Iżvilupp (il-“Konsensus Ewropew”) u l-Istrateġija ta' l-UE għall-Afrika. ASSI 1: ĦARSA LEJN L-GĦAJNUNA TA’ L-UE Analiżi kostanti ta’ l-attivitajiet tagħna hija pre-kondizzjoni essenzjali għal analiżi bbażat fuq it-tagħrif tas-suċċessi u l-fallimenti tagħna, li minnu nwettqu tqassim mill-ġdid razzjonali u ottimu ta' l-attivitajiet u l-metodi tagħna. Skrutinju sinċier simili ta' l-għajnuna tagħna għall-iżvilupp huwa mhux biss obbligu għat-trasparenza tal-kostitwenza u l-opinjoni pubblika tagħna, imma wkoll bażi essenzjali li fuqha jista' jiġi ffurmat il-ħsieb strateġiku tagħna. Irfinar ta’ l-immappjar ta’ l-għajnuna tagħna L-ewwel edizzjoni tad-Donor Atlas ta’ l-UE wriet żewġ xejriet: (i) konċentrazzjoni ta’ l-għajnuina f’ċerti pajjiżi u setturi “attraenti”, u b'hekk inħolqu pajjiżi "orfni" jew pajjiżi u setturi minsija, u (ii) frammentazzjoni ta' l-attivitajiet f'pajjiżi/setturi "għeżież", b'għadd ta’ atturi u proġetti fuq skala żgħira. Sabiex tiġi żviluppata aktar l-analiżi tal-prinċipji operazzjonali dwar kif norganizzaw ruħna aħjar u ntejbu t-taqssim tax-xogħol, id-Donor Atlas jeħtieġ li jiġi rfinat f'analiżi aktar preċiżi u speċifiċi - filwaqt li jinżamm profil viżibbli għall-kuxjenza pubblika. Reviżjoni tar-regoli ta’ l-iżvilupp ta’ l-UE L-aġenda internazzjonali ta’ l-effettività ta’ l-għajnuna qiegħda dejjem aktar iżżid fil-promozzjoni ta' l-emerġenzata' attivitajiet u sinerġiji konġunti bejn l-atturi ta' l-iżvilupp. L-għan ewlieni ta’ dan l-eżerċizzji huwa li l-pajjiżi msieħba tagħna, kif ukoll atturi ta’ l-iżvilupp oħra, jingħataw ħarsa ġenerali li tkun disponibbli ta’ regoli u l-proċeduri kollha ta’ l-SM. Konsolidazzjoni simili tas-sistemi ta’ donaturi ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE ikunu ffokati f’kompendji varji. Dawn huma msawra bħala għodod tal-kotba komprensivi u operazzjonali biex jiffaċilitaw ix-xogħol ta’ kull operatur (sew jekk pajjiż sieħeb uffiċċjali, SME jew NGO) li trid tifhem ir-regoli tagħna. Billi jiġu identifikati l-blokok ewlenin varji, il-kompendji jistgħu jservu bħala bażi sabiex isir progress fil-futur dwar l-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni. Monitoraġġ tal-weghdiet tagħna Fid-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi, id-donaturi u l-pajjiżi msieħba qablu li jwaqqfu mekkaniżmu ta’ monitoraġġ mingħajr ma joħolqu “industrija ta’ monitoraġġ” parallela. Sabiex jinżamm il-momentum tar-riformi u l-pass tar-riżultati, l-UE tat appoġġ sħiħ għal proċess ta’ monitoraġġ realistiku imma qawwi – kemm (i) fuq livell internazzjonali għall-għanijiet li l-komunità tad-donaturi b’mod kollettiv qablet dwarhom, kif ukoll (ii) fuq livell ta’ UE għall-impenji u kontribuzzjonijiet kollettivi tagħna. ASSI 2: TEĦID IMMEDJAT TA’ L-AZZJONI L-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni kollettiva tagħna fis-Samit tal-Millenju tan-NU f’Settembru 2005 tirrappreżenta approvazzjoni kruċjali għall-isforzi internazzjonali ta’ l-effettività ta’ l-għajnuna meħuda matul l-aħħar sentejn, u formalment adottati permezz tad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi (PD) dwar l-armonizzazzjoni u l-allinjament ta’ Frar 2005. Dan il-pakkett ta’ l-impenji ta’ l-UE kien ibbażat fuq rakkomandazzjonijiet inizjali tar-Rapport tal-Grupp ta’ Ħidma Ad-Hoc dwar l-Armonizzazzjoni (ADWPH), adottat formalment permezz tal-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Affarijiet Ġenerali ta' Novembru 2004. Appoġġ għall-proċessi ta’ koordinament lokali Ir-“Roadmap” tidentifika kwistjonijiet konkreti ta’ armonizzazzjoni (mill-menu ta' azzjonijiet provdut) li jeħtieġu implimentazzjoni mid-donaturi kollha ta' l-UE f'pajjiż wieħed. Ir- Roadmaps m’humiex intenzjonati li jservu ta' sostituti għal pjanijiet ta' azzjoni mmexxija mill-pajjiżi dwar l-armonizzazzjoni u l-allinjament, imma biex ikunu strument’biex jidentifika oqsma li fihom id-donaturi ta’ l-UE jistgħu jgħinu jsaħħu proċessi lokali eżistenti, sew jekk immexxi mill-gvernijiet kif ukoll mid-donaturi, jew biex joħolquhom jekk ikun neċessarju billi jmorru lilhinn mill-inizjattivi eżistenti. Żvilupp ta’ Qafas ta’ Programmar Konġunt Multi-annwali (JPF) L-ispirtu tal-JPF huwa li joħloq mekkaniżmu, kompatibbli mad-dokumenti u ċikli nazzjonali eżistenti, miftuħa għal donaturi oħra, u li toffri qafas għal raggruppar mill-ġdid tal-blokok tal-bini duppliċi tas-sistemi ta’ l-Istati Membri u b’hekk tnaqqas l-ispejjeż tat-tranżazzjoni ta’ l-ipprogrammar tagħna. Il-qafas jkun fiha elementi bħal deskrizzjoni fattwali tal-profil tal-pajjiż, analiżi komuni tas-sitwazzjoni, matriċi tad-donaturi, u analiżi tat-taħlita tal-politika ta' l-UE. Fuq medda medja ta’ żmien, dan għandu joffri, il-possibbiltà għad-donaturi biex jistabbilixxu rispons strateġiku kollettiv għall-isfidi li jfiġġu mill-anliżi konġunt tal-pajjiżi, u fuq medda twila ta' żmien għall-potenzjal ta' programmar konġunt. Id-diskussjonijiet fuq dan il-punt diġà għandhom storja twila – minħabba li l-Kunsill waqqaf il-prinċipji, il-kontenut u l-kalendarju għall-proċessi tal-JPF f'Novembru 2004, f'April u f'Novembru 2005 rispettivament. Żvilupp ta’ Arranġamenti Lokali Konġunti Dawn l-arranġamenti - imsemmija bħala Arranġamenti Konġunti Finanzjarji (JFAs) fil-konklużjonijiet tal-Kunsill - jagħmlu l-almu tagħhom biex jippromwovu d-djalogu uniku, l-iżburżjar u l-mekkaniżmi ta' raportaġġ fuq livell ta' pajjiż - bejn il-komunità tad-donaturi u l-pajjiż imsieħeb, permezz ta' l-adozzjoni tad-dokument formali. F’dan il-qasam jeżistu eżempji parzjali u interessanti – i.e. fiż-Żambja u l-Mozambique - prinċipalment mibnija madwar l-Appoġġ għall-Baġit u l-operazzjonijiet SWAP. Dawn il-prodotti eżistenti taw prova li huwa ferm effettivi (a) fit-tnaqqis ta’ ispejjeż tat-tranżazzjoni u l-piż li jitqiegħed fil-pajjiż imsieħeb, (b) fil-ħolqien ta’ relazzjonijiet tax-xogħol tajbin u sostenibbli bejn id-donaturi, kif ukoll (c) fl-għajnuna fid-diviżjoni tax-xogħol. L-għan huwa li jiġi żviluppat template konġunt li jiġi adottat għall-ispeċifikazzjonijiet tal-pajjiż. ASSI 3: TISĦIĦ TAL-KONENSUS EWROPEW Id-Dikjarazzjoni l-Ġdida tal-Politika ta’ l-Iżvilupp - il-“Konsensus Ewropew dwar l-Iżvilupp” – adottata f’Diċembru 2005 enfasizzat l-effettività ta' l-Għajnuna ta' l-UE bħala element kruċjali tal-viżjoni tagħha. L-Istrateġija ta’ l-UE għall-Afrika approvata mill-Kunsill Ewropew fl-istess ħin isejjaħ ukoll għal implimentazzjoni rapida u regolari ta’ l-aġenda għall-effettività ta’ l-għajnuna fl-Afrika. Fih innifsu, dan il-qafas ġdid ta' politika jitlob: (i) diviżjoni aħjar tax-xogħol - bil-għan li jkun hemm kumplimentarjetà aħjar, kif ukoll żgurar ta' preżenza minima ta' l-UE f'pajjiżi fraġli u "orfni ta' l-għajnuna” b’mod partikolari; (ii) aktar azzjonijiet konġunti permezz ta’ aktar użu intensiv ta’ ko-finanzjament – li jikkapitalizza fuq l-esperjenzi l-ġodda ta’ l-MS, filwaqt li jiffaċilita t-tfaċċar gradwali ta’ donaturi ġodda; (iii) tisħiħ tad-dħul u l-impatt ta’ l-UE, fuq il-prinċipji u l-kwistjonijiet issottolineati mill-Konsensus Ewropew; Tisħiħ tad-diviżjoni tax-xogħol Il-frammentazzjoni eċċessiva ta’ l-għajnuna ta’ l-iżvilupp wasslet għad-dispersjoni, duplikazzjoni u anke kontradizzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ l-għajnuna, li naqqas l-impatt potenzjali permezz ta' l-akkumulazzjoni ta' spejjeż amministrattivi mhux neċessarji u żieda fil-piż tal-pajjiżi msieħba. It-tisħiħ tal-komplimentarità ta’ l-attivitajiet tagħna hija għodda ewlenija fiż-żieda ta’ l-effettività ta’ l-għajnuna tagħna. Permezz tad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi, id-donaturi qablu li jagħmlu użu sħiħ mill-vantaġġ kumparattiv tagħhom, filwaqt li jirrispettaw id-dritt tal-pajjiż imsieħeb dwar kif jikseb aktar kumplimentarjetà. L-għan huwa għalhekk li tiġi rinfurzata d-diviżjoni tax-xogħol - kemm (i) tal-pajjiż- kif ukoll (ii) tal-livell reġjonali/bejn il-pajjiżi, li jimplika sfidi ta’ natura differenti. Iridu jiġu indirizzati bir-reqqa – f’termini ta' pressjoni politika, nuqqas ta' viżibilità u telf ta' opportunitajiet. F’dan il-kuntest, l-attività tad-donaturi emerġenti ta’ l-Istati l-Membri l-ġodda jistħoqqilha attenzjoni speċjali. Żieda ta’ l-attivitajiet konġunti ta’ l-UE L-UE qablet li tiżviluppa aktar azzjonijiet konġunti. Din l-inizjattiva għandha l-intenzjoni li tiddefinixxi metodu strateġiku għal kofinanzjament, li jagħti rwol katalitiku lil parti sostanzjali tal-fondi tal-Komunità Ewropea fil-promozzjoni ta' l-iżvilupp ta' aktar attivitajiet konġunti ta' l-UE. Aktar minn hekk, il-pjan ta’ żieda ta' l-għajnuna fis-snin li ġejjin se jżid prinċipalment il-fluss ta' għajnuna bilaterali. Dan jimponi xi sfidi ta’ mmanniġġjar amministrattiv diffiċli fuq l-Istati Membri. F’dan il-kuntest, huwa essenzjali li jiġi evitat il-ħolqien ta’ strutturi amministrattivi addizzjonali li m’humiex neċessarji. Barra d-definizzjoni ta’ “offerta attiva tal-Kummissjoni Ewropea" (fejn il-fondi tal-Kummissjoni jistgħu jikkoffinanzjaw attivitajiet konġunti), hija importanti wkoll id-definizzjoni ta’ “offerta passiva tal-Kummissjoni Ewropea” – fejn il-fondi nazzjonali jistgħu jiġu mgħoddija amministrattivament permezz tal-Kummissjoni u jwasslu għal operazzjonijiet ta’ ko-finanzjar marbuta ma' attivitajiet deċiżi nazzjonalment u ta’ proprjetà nazzjonali Finalment, l-Istati Membri ġodda qegħdin dejjem aktar jiżviluppaw l-attivitajiet tagħhom f'dan il-qasam. L-istruttura proposta ta’ metodu ta’ ko-finanzjar għandha l-għan li tappoġġa l-espansjoni tagħhom. It-tisħiħ tal-viżjoni ta' l-UE dwar l-għajnuna għall-iżvilupp L-impatt politiku u intelletwali tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' l-UE f'dan il-qasam ta' żvilupp għadu la ġie rikonoxxut u lanqas imniedi b'mod sħiħ. L-għan ta' dan ir-riżultat huwa li jissaħħaħ ir-rwol politiku u analitiku ta’ l-UE b’miżuri konkreti. L-għan huwa li jistimula d-dibattitu Ewropew fuq l-iżvilupp u li jippromwovi l-aqwa prattiċi. L-UE għandha l-potenzjal li sservi bħala l-bażi intelletwali, permezz tat-tisħiħ tad-dħul kollettiv u l-perċezzjoni ta' komunità tad-donaturi speċifika ta' l-UE. 2006: IL-MUMENT TAL-VERITÀ Huwa essenzjali li l-wegħdiet tagħna jiġu implimentati malajr u li jkun hemm impatt sussegwenti sa l-2010. Aktar minn hekk, bħal donaturi oħra, l-UE qablet li tilħaq u li tevalwa l-progress tagħha fl-implimentazzjoni tal-kontibuti rispettivi tagħha lill-aġenda ta’ armonizzazzjoni f’Avveniment Għoli tat-tielet Livell li se jsir fil-Gana fl-2008. Huwa għalhekk importanti li jinkiseb effett tal-massa rilevanti tar-riżultati b'dan l-orizzont. Sabiex jitwettqu dawn il-wegħdiet u l-aspettazzjonijiet li ħolqu, dan il-Pjan ta' Azzjoni għalhekk jirrappreżenta - għal kull 9 riżultati - indikazzjoni, pragmatika u riżultati realistiċi sa l-2010, kif ukoll miri f'nofs il-perjodu għall-2008. Il-ħolqien ta' proċess pilota ieħor ikun biss skuża oħra sabiex l-aġenda ma titmexxiex 'il quddiem. Meta jiġu adottati proċessi madwar id-dinja, minkejja dan huwa importanti li jiġu implimentati b'mod realistiku sabiex jittieħed kont ta' l-ispeċifikazzjonijiet lokali. Il-Pjan ta’ Azzjoni għalhekk jipproponi li jappoġġa u jimmonitorja l-implimentazjoni tar-riżultati rilevanti – b’mod limitat, imma rilevanti għal numru ta’ pajjiżi, b’hekk ir-realtà ta’ l-impenji tagħna tingħata wiċċ u isem. PARTI II TEĦID IMMEDJAT TA’ L-AZZJONI It-tieni part tal-Pjan ta’ Azzjoni tirreferi għal erba’ riżultati li diġà twettqu għal adozzjoni immedjata fl-2006. Huma jikkorrispondu għal proposti paralleli li qed jitressqu mill-Kunsill u l-Parlament fir-Rebbiegħa ta’ l-2006. Dan il-Pjan ta’ Azzjoni ma jidħolx fid-dettalji tal-kontenut tagħhom, imma minflok jiffoka fuq il-miri ta' l-implimentazzjoni progressiva tagħhom. L-1 Riżultat - l-Atlas tad-Donaturi L-Atlas tad-Donaturi ta’ l-UE II ġie żviluppat fuq ħames komponenti: (i) Rapport Annwali ta’ l-UE Sabiex titqajjem kuxjenza pubblika dwar l-għajnuna ta’ l-UE għall-iżvilupp, dan ir-rapport annwali ta' l-UE se jippreżenta l-isfidi kollettivi tagħna, kif ukoll ir-risposti konġunti u/jew individwali tagħna, koordinati. B’mod viżibbli u pożittiv, dan ir-rapport se jissottolinea l-attivitajiet tal-proġetti minn kull donatur ta' l-UE (l-Istati Membri u l-Kummissjoni). Dan se jiġi ppubblikat kull sena mill-2006 ‘il quddiem. (ii) Atlas tad-Donaturi Mtejjeb F’Volum I, l-Atlas eżistenti se jiġi rivedut u aġġornat b’kollaborazzjoni ma' l-Istati Membri u l-OECD/DAC sa nofs l-2006. (iii) Fokus reġjonali addizzjonali F’Volum II, l-ewwel kofus reġjonali dwar l-Afrika tal-Puntent se jiżdied fl-Atlas, bħala insegwiment ta’ l-Istrateġija ta’ l-UE dwar l-Afrika. Se jkun dettaljat biżżejjed biex jippermetti dibattitu reali dwar id-diviżjoni tax-xogħol,u se jappoġġa analiżi aktar speċifiku u aktar fil-fond fil-kuntest tal-proċessi reġjonali emerġenti. Volumi addizzjonali, b’fokus reġjonali oħra se jiżdiedu kull sitt xhur, sabiex ikopru l-iżvilupp sħiħ tad-dinja fuq medda medja ta' żmien. (iv) Immappjar fuq livell ta’ pajjiż Huwa importanti li l-immappjar ta’ l-għajnuna isir fuq livell ta’ pajjiż, u li jkopri d-donaturi kollha li huma attivi f’dak il-pajjiż. Sabiex isir hekk, il-mudelli ġew żviluppati fi tlieta minn erba’ pajjiżi Pilota ta’ l-UE: mudell immexxi mill-imsieħba fin-Nikaragwa, mudell immexxi mid-donaturi fil-Mozambique u mudell immexxi mill-UE fil-Vjetnam. Prattiċi simili se jiġu estiża għall-firmatarji kollha tad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi sa l-2008. (v) Donaturi emerġenti Qegħdin jitfaċċaw atturi ġodda. Huma jħallu impatt fuq il-komunità ta’ l-iżvilupp kif nafuha aħna. Studju li għaddej bħalissa qed jirrifletti fuq l-attivitajiet tad-donaturi emerġenti ewlenin (il-pajjiżi BRICS - jiġifieri l-Brażil, ir-Russja, l-Indja, ċ-Ċina u l-Afrika t’Isfel). Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li tniedi djalogu ta’ l-UE għall-iżvilupp ma’ dawn il-pajjiżi sa l-2006. It-2 Riżultat - Monitoraġġ ta’ l-UE u l-proċessi DAC Il-monitoraġġ għandu jkopri żewġ settijiet ta’ impenji. L-ewwel, l-għanijiet internazzjonali u l-miri li hemm qbil dwarhom mill-parteċipanti, donaturi u reċipjenti f’Pariġi, inkluż l-għanijiet addizzjonali aktar ambizzjużi li l-UE impenjat ruħha għalihom[1]. It-tieni l-kontribuzzjonijiet ta' l-UE f'termini ta' riżultati operazzjonali konkreti ta' l-UE bħala grupp. (i) L-ewwel sett ta’ impenji Dawn l-impenji se jiġu mmonitorjati permezz ta' mekkaniżmi li bħalissa qed jitwaqqfu mill-Proġett Konġunt dwar il-Monitoraġg (JVM) ta’ l-OECD/DAC. Il-monitoraġġ ikopri d-donaturi u l-pajjiżi msieħba kollha, u jkun ibbażat fuq servejs immexxija mill-pajjiżi li jkejlu l-progress skond id-Dikjarazzjoni ta' Pariġi. L-indikaturi tas-servejs li jridu jiġu użati għandhom jiġu ttestjati fil-qasam fl-2006 fil-Kambodja, l-Gana, n-Nikaragwa, s-Senegal, l-Afrika t'Isfel u l-Uganda. Sabiex jiġi evitat aktar dewmien, l-UE tat spinta għal implimentazzjoni rapida u uniformi tad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi. (ii) It-tieni sett ta’ impenji Mill-2006 ‘il quddiem l-implimentazzjoni ta’ riżultati operazzjonali konkreti ta’ l-UE se tkun immonitorjata permezz ta’ Rapport Annwali dwar l-Insegwiment ta' Monterrey, li jieħu nota tat-twettiq tal-wegħdiet fuq livell ta' UE – kemm f’termini ta’ volum kif ukoll ta’ l-effettività ta’ l-għajnuna. Dan ir-riżultat huwa soġġett għal Komunikazzjoni speċifika u Dokument ta’ Ħidma tal-Personell li se jitressqu b’mod parallel ma' dan il-Pjan ta' Azzjoni quddiem il-Kunsill u l-Parlament. It-3 Riżultat : Roadmaps Ir- Roadmaps eżistenti jiżguraw kopertura rilevanti tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Ir- Roadmaps ivarjaw fin-natura tagħhom, imma parti kbira minnhom juru momentum pożittiv u aspettattivi għoljin. Ir-risposti jistgħu jinġabru fl-erba’ kategoriji tal-pajjiżi li ġejjin: 4. fejn roadmap ma jżidx il-valur, 5. fejn roadmap għadha ma ġietx adottata, 6. fejn proċess lokali u/jew roadmap ta’ l-UE qed tingħata bidu 7. fejn proċess lokali u/jew roadmap ta’ l-UE qed titnieda Analiżi tal-bidu jindika li għadd ta proċessi jkollhom bżonn ta’ imbottatura. Huwa importanti li wieħed jirrifletti malajr, flimkien mal-pajjiżi msieħba u donaturi oħra, dwar kif jiġi mtejjeb il-proċess tar- roadmap , kif jisaħħu u jinqasmu r-responsabbiltajiet ta' monitoraġġ u kif għandha tiġi trattata ż-żieda fl-ODA fuq livell reġjonali. It-twaqqif tar- Roadmaps għandu jinkiseb sa l-2006. It-tlestija ta’ l-għanijiet kollha tar- Roadmaps għandha tinkiseb sa l-2010. Qed ikun għalhekk propost li mill-2006 ‘il quddiem, is-seminars tekniċi jiġu organizzati fuq bażi regolari biex jassessjaw il-proċessi, jorganizzaw id-diviżjoni tax-xogħol fuq l-insegweiment operazzjonali, u jwaqqfu miri kwalitattivi għall-implimentazzjoni. B’żieda ma dan, għandha titwaqqaf sistema għal appoġġ u monitoraġġ uniformi fi 12-il pajjiż fejn huma stabbiliti Roadmaps solidi jew waslu biex jiġu mnedija (jiġifieri l-Bangladexx, Burkina Faso, l-Etjopja, il-Gana, l-Indja, il-Jordan, il-Kenja, Mali, il-Mozambique, in-Nikaragwa, l-Afrika t'Isfel u l-Vjetnam). Dan ir-riżultat huwa suġġett għal rapport speċifiku. Ir-4 Riżultat - Qafas ta’ Programmar Konġunt (JFP) L-ewwel studju analizza kompendju ta’ dokumenti ta' programmar nazzjonali, li jidentifika dupplikazzjonijiet u partijiet komuni għat-twaqqif. It-tieni studju analizza t-tagħlimiet meħuda mill-każijiet fil-qasam eżistenti, prinċipalment l-Istrateġija ta’ Għajnuna Konġunta (JAS) żviluppata fl-Uganda, t-Tanżanija u ż-Żambja. It-tielet studju ffoka fuq il-programmar kurrenti fl-Uganda, u kellu l-intenzjoni li juri kif jista’ jidher qafas ta’ programmar konġunt f'pajjiż partikolari. Dan ippermetta li jiġu viżwalizzati l-qligħ u r-riżultati potenzjali, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-isfidi lokali u l-ispeċifikazzjonijiet. Is-sejbiet ta’ dawn l-istudji ġew maqsuma u diskussi ma’ l-Istati Membri fl-2005, u sussegwentement iffurmaw bażi li fuqha l-Kummissjoni żviluppat il-proposta tagħha għal Qafas ta’ Programmar Konġunt Multi-annwali. Filwaqt li l-addozzjoni tiegħu tista' tinkiseb sa nofs l-2006, il-JFP għandu jiġi implimentat b'mod pragmatiku, progressiv u "opportunistiku" - i.e. il-fatt li ċ-ċiklu ta' programmar ta' tnax-il donatur fil-Mozambique bħalissa qed jingħaqdu, jirrappreżenta opportunità unika. Għalhekk, filwaqt li tinżamm strateġija madwar id-dinja, nissuġġerixxu iffokar fuq l-implimentazzjoni f’numru limitat ta’ pajjiżi billi jintużaw il-kriterji ta’ għażla sempliċi li ġejjin: 8. Pajjiżi fejn hemm strateġija nazzjonali tal-faqar; 9. Pajjiżi fejn mill-anqas żewġ donaturi ta’ l-UE se jibdew programmar ġdid fl-2006-2007; 10. Pajjiżi fejn hemm biżżejjed kapaċità ta’ koordinazzjoni lokali; Dan iwassal għal lista tentattiva ta’ pajjiżi (il-Bangladexx, Burkina Faso, l-Etjopja, il-Gana, Haiti, Mali, il-Mozambique, in-Nikaragwa, r-Rwanda, is-Senegal, l-Africa t’Isfel, it-Tanzanija, il-Vjetnam, l-Uganda u ż-Żambja), fejn nistgħu nissuġġerixxu bidu ta’ implimentazzjoni tal-JFP sa l-2008. Ħdax minnhom huma pajjiżi Afrikani u dan jikkorrispondi ma’ l-implimentazzjoni immedjata ta' l-aġenda fl-Afrika, mitluba mill-Istrateġija ta' l-UE għall-Afrika. Pajjiż addizjonali, Haiti, huwa ssuġġerit sabiex dan il-proċess jintrabat ma’ l-ispeċifikazzjonijiet ta' stat fraġli. F’pajjiżi fejn l-istrateġija ta’ l-għajnuna konġunta tad-donaturi diġà ngħatat bidu (i.e. t-Tanzanija, l-Uganda u ż-Żambja), huwa importanti li l-JPF tidħol u tappoġġa dawn il-proċessi. Il-JPF għandu jiġi estiż għall-pajjiżi li jibqa’ ta’ l-ACP, kif ukoll għall–pajjiżi kollha li ffirmaw id-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi, sa l-2010. Dan ir-riżultat huwa soġġett għal Komunikazzjoni speċifika mressqa b’mod parallel ma' dan il-Pjan ta' Azzjoni quddiem il-Kunsill u l-Parlament. PARTI III TLESTIJA TA’ L-AĠENDA Din it-tielet parti tal-Pjan ta’ Azzjoni tirreferi għall-ħames riżultati li jibqa’ li għandhom bżonn li jiġu żviluppati aktar qabel it-tmiem ta’ l-2006. Il-5 Riżultat – Kumplimentarità operazzjonali Ir-rapport tal-Grupp ta’ Ħidma Ad Hoc dwar l-armonizzazzjoni pprovda gwida fil-forma ta' menu tal-passi dwar kif tiġi żviluppata strateġija operazzjonali ta' l-UE għall-kumplimentarjetà. Il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill sa nofs l-2006 japprova ftit linjigwida għal strateġija operazzjonali simili, bbażata fuq tagħlimiet meħuda mill-Atlas tad-Donaturi rivedut. Il-Kummissjoni, imbagħad, tista' tipproponi lill-Kunsill biex iwaqqaf prinċipji pragmatiċi operazzjonali dwar kif tingħata spinta lid-diviżjoni tax-xogħol, sabiex jiġu adottati sat-tmiem ta' l-2006. Ġaladarba adottati, qed ikun propost li dawn il-prinċipji jiġu użati fil-prattika flimkien mal-kapitoli reġjonali tal-futur ta' l-Atlas tad-Donaturi rivedut, u b’hekk jiġi kopert reġjun wieħed kull sitt xhur sakemm tiġi koperta d-dinja kollha sa l-2010. Dan ir-riżultat ikun is-suġġett ta’ Komunikazzjoni speċifika mressqa quddiem il-Kunsill u l-Parlament aktar ‘il quddiem. Is-6 Riżultat – Żieda fl-Attivitajiet Konġunti: rwol katalitiku għall-ko-finanzjar tal-KE Il-Kummissjoni se tipproponi struttura ta’ mekkaniżmu ko-finanzjat għall-fondi tal-Komunità Ewropea qabel it-tmiem ta' l-2006. Proposta b’żewġ suġġetti kemm għal offerta “attiva” u “passiva” tindirizza l-prinċipji, kriterji u kundizzjonijiet operazzjonali għal mekkaniżu strutturat ta' ko-finanzjar. L-għan ikun li jiġu żviluppati attivitajiet ta’ ko-finanzjar ma’ l-Istati Membri sa l-2010. Ta’ min jinnota li dan ir-riżultat jimplika it-tlestija ta’ reviżjoni li għaddejja bħalissa ta’ l-ostakoli kollha għall-ko-finanzjar li jeżistu bħalissa fi ħdan ir-regoli tal-Kummissjoni Ewropea. Dan jinkludi bidliet fir-Regoli Finanzjarji, l-Anness IV tal-Ftehim ta’ Kotonou u li jiddaħħlu regoli aġġornati fir-regolamenti furuti kollha li għalihom il-Kummissjoni qed tfittex l-appoġġ tal-Kunsill. Huwa essenzjali li l-ostakoli kollha jitneħhew sa l-2008. Dan ir-riżultat ikun is-suġġett ta’ Komunikazzjoni speċifika mressqa quddiem il-Kunsill u l-Parlament aktar ‘il quddiem. Is-7 Riżultat – Tisħiħ tal-Viżjoni ta’ l-UE "Il-Konsensus Ewropew dwar l-Iżvilupp" issottolinea l-potenzjal ta' l-analiżi u d-dibattitu maqsum fuq livell Ewropew, bil-għan li jippromwovi qalba intelletwali ta’ l-UE ta’ eċċellenza fuq il-kwistjonijiet ta’ żvilupp. L-elementi li ġejjin jgħinu sabiex tinbena din il-qalba: (i) Netwerk ta’ ċentri għar-riċerka dwar l-iżvilupp Filwaqt li ċentri Ewropej ta’ eċċellenza fil-qasam ta’ l-iżvilupp ipproduċew kontribuzzjonijiet akkademiċi qawwija, minkejja dan jidhru mxerrda fin-natura tagħhom. In-nuqqas ta’ riċerka Ewropea u xogħlijiet akkademiċi “unifikati” tellfet l-impatt tagħna fuq il-ħsieb ġenerali f'dan il-qasam. Huwa għalhekk importanti li jiġu konnessi aħjar dawn iċ-ċentri, f’netwerk flessibbli fuq bażi pro-attiva. Netwerk simili għandha tiġi stabbilita sa l-2006 għal studji strateġiċi tal-kummissjoni li jgħaddu l-ħsibijiet tagħna u jsaħħu l-kontribut akkademiku tagħna fil-ħsieb globali. Sa l-2008 din għandha tippermetti prospettiva ta’ l-UE komprensiva u kapaċita analitika li tappoġġa l-forma tal-viżjoni fil-Konsensus Ewropew. (ii) Il-Ġranet ta’ l-Iżvilupp Ewropew Fil-preżent m’hemm ebda avveniment jew mument li jissimbolizza l-kontribuzzjoni analitika ta' l-UE fl-arena ta' l-iżvilupp, lanqas avveniment jew mument li jiġbor l-atturi kollha ta’ l-UE. Il-parti l-kbira tal-partiti politiċi, unjins jew organizzazzjonijiet għandhom mument ta’ “koeżjoni”, għal ħsieb prospettiv bħal ‘universitajiet tas-sajf’ jew ‘ġranet tat-tema tagħhom tal-qalba’. Avveniment jew mument simili jista’ jservi biex jiżviluppa dinamiżmu u konfrontazzjoni intelletwali u jiġbor atturi varji oħra tal-komunità f’sens ta’ kollettività madwar aġenda komuni. Mill-2006 ‘il quddiem, qed ikun propost li jinħolqu “ Ġranet Ewropej ta’ l-Iżvilupp ” annwali, bħala parti mit-tisħiħ tal-kontribut kollettiv u l-effettività ta’ l-azzjonijiet tagħna. (iii) Il-multipilkazzjoni tat-taħriġ konġunt “Il-Konsensus Ewropew” issottolinea wkoll l-għanijiet operazzjonali komuni u metodi li jikkorrispondu għal modalitajiet pragmatiċi. Kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri żviluppaw programmi ta’ taħriġ vokazzjonali għal prattikanti fl-iżvilupp. Qed ikun għalhekk propost li tiġi żviluppata mappa Ewropea tat-taħriġ, li tiġbor l-għodod tat-taħriġ rilevanti kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-Istati Membri, li fil-futur tiġi offruta lil kull membru ta’ l-UE. Sistema simili għandha tiġi ttestjata fl-okkażjoni ta’ l-ewwel Ġranet Ewropej ta’ l-Iżvilipp fl-2006, u potenzjalment tista’ tiġi żviluppata aktar sa l-aħħar ta’ l-2008. It-8 Riżultat - Arranġament Lokali Konġunti Arranġamenti lokali konġunti flessibbli li jippermetti għall-addattabilità ta’ speċifikazzjonijiet lokali jkollhom jiġu żviluppati malajr b’mod konġunt mill-Kummissjoni u l-Istati Membri, u adottati qabel it-tmiem ta’ l-2006. Sa l-2008, arranġamenti simili għandhom ikunu proposti għall-14-il pajjiż li ffirmaw id-Dikjarazzjoni ta’ Ruma dwar l-Armonizzazzjoni. (jiġifieri l-Bangladexx, il-Bolivja, l-Kambodja, l-Etjopja l-Fiġi, ir-Rep Kyrgyż, il-Marokk, il-Możambik, in-Nikaragwa, in-Niġer, is-Senegal, it-Tanzanija, il-Vjetnam u ż-Żambja), li kienu suġġetti tas-servej DAC dwar l-armonizzazzjoni, u għalhekk għandhom bażi tas-sitwazzjoni tal-pajjiż solida. Id-9 Riżultat – Ħarsa Ġenerali lejn ir-regoli ta’ l-iżvilupp ta’ l-UE: kompendji L-erba’ kompendji li ġejjin se jiġu abbozzati 11. Kompendju tar-regoli ta’ l-UE għall-ipprogrammar; 12. Kompendju tar-regoli ta’ l-UE għall-prokura; 13. Kompendju tar-regoli u l-prinċipji ta’ l-UE għall-NGOs; 14. Kompendju tar-regoli ta’ l-UE għas-sussidji; Dawn kollha se jiġu żviluppati sa l-aħħar ta’ l-2006. Aktar tard jiġu riveduti fl-2008 wara aktar simplifikazzjoni u armonizzazzjoni tar-regoli. [1] (i) biex tipprovdi l-għajnuna kollha ta’ bini ta’ kapaċità permezz ta’ programmi koordinati b’użu iżjed ta’ arranġamenti ta’ multi-donaturi; (ii) biex tgħaddi 50% ta’ l-għajnuna minn gvern-għal gvern permezz tas-sistemi tal-pajjiż, inkluż billi jiżdied il-persentaġġ ta' l-għajnuna tagħna provduta permezz ta' l-appoġġ għall-baġit jew metodi bejn is-setturi; (iii) biex jiġi evitat it-twaqqif ta’ unitajiet ġodda ta' proġett ta' implimentazzjoni; (iv) biex jitnaqqas in-numru ta' missjonijiet mhux koordinati b'50%.