Proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut ta’ l-Anness XI /* KUMM/2006/0007 finali - COD 2006/0008 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 24.1.2006 KUMM(2006) 7 finali 2006/0008 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut ta’ l-Anness XI (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI KUNTEST TAL-PROPOSTA | Raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha L-Artikolu 83 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali jipprovdi li, "Id-Dispożizzjonijiet speċjali għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ ċerti Stati Membri huma msemmija fl-Anness XI.". Kif tgħid il-premessa 41 tar-Regolament 883/2004, "Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali li jikkorrispondu mal-karatteristiċi speċjali tal-leġiżlazzjoni nazzjonali sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tar-regoli tal-koordinazzjoni". | Kuntest ġenerali Ir-Regolament 883/2004 jieħu post ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 li bħal issa jipprovdi għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali. Ir-Regolament il-ġdid jissimplifika u jimmodernizza l-leġiżlazzjoni eżistenti. L-Anness XI għar-Regolament 883/2004 jipprovdi għal "Dispożizzjonijiet speċjali għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri" u jieħu post l-Anness VI tar-Regolament 1408/71 korrispondenti. Ir-Regolament 833/2004 jipprovdi li l-kontenut ta’ l-Anness XI għandu jiġi determinat qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dan l-Anness huwa meħtieġ sabiex jitqiesu l-partikolaritajiet tad-diversi sistemi tas-sigurtà soċjali ta’ l-Istati Membri. Xi entrati fl-Anness XI kienu speċifikament maqbula matul in-negozjati dwar ir-Regolament immodernizzat (ara d-dokument 8851/04 ADD 1 tal-Kunsill). Madankollu, l-entrati għall-Ġermanja u għall-Awstrija dwar ċerti benefiċċji reġjonali, li oriġinarjament kien hemm qbil dwarhom f’Ġunju ta’ l-2003, ma ddaħħlux f’din il-proposta minħabba żviluppi li seħħew aktar tard fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (ara l-opinjoni ta’ l-Avukat Ġenerali ta’ l-20 ta’ Ottubru 2005 fil-każ C-286/03 Hosse). Barra minn hekk, l-entrata Nru 4 taħt l-intestatura "Ċ. ID-DANIMARKA" kien hemm qbil dwarha fi ħdan il-qafas ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (KE) 647/2005, li emenda r-Regolament 1408/71. | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta L-Anness XI tar-Regolament 883/2004 jikkorrispondi għall-Anness VI tar-Regolament 1408/71. Iż-żewġ annessi jipprovdu għal dispożizzjonijiet speċjali għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri. Fi qbil ma’ l-għan ġenerali tas-simplifikazzjoni, l-Anness XI fih anqas entrati mill-Anness VI attwali. | Konsistenza mal-politika u l-għanijiet l-oħra ta’ l-Unjoni Mhux applikabbli. | KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT | Konsultazzjoni tal-partijiet interessati | Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin immirati u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu Billi l-Anness XI tar-Regolament 883/2004 jipprovdi għal dispożizzjonijiet speċjali għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri, kull Stat Membru kien mistieden jippreżenta kull proposta meħtieġa għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tiegħu. Is-servizzi tal-Kummissjoni mbagħad evalwaw il-proposti u ddiskutew aktar dettalji ma’ l-uffiċjali ta’ l-Istati Membri kkonċernati. | Ġabra fil-qosor tat-tweġibiet u kif ittieħdu f’konsiderazzjoni L-Istati Membri talbu madwar 150 entrata fl-Anness XI. Xi 50 proposta ntlaqgħu għall-inklużjoni fl-Anness. Talbiet oħra għal entrati fl-Anness XI ta’ natura aktar ġenerali qed jiġu koperti minn proposti għal emendi żgħar fir-Regolament 883/04; u dawn huma prinċipalment ta’ natura teknika. Kwistjonijiet oħra tqiesu fil-proposta għal Regolament Implimentattiv. Fl-aħħar, talbiet oħra ma ġewx meqjusa approprjati għall-inklużjoni fl-Anness għaliex kienu żejda jew inkompatibbli mar-Regolament 883/2004. | Ġbir u użu ta’ għarfien espert | Ma kienx hemm bżonn ta’ għarfien espert estern. | Valutazzjoni ta’ l-impatt Ir-Regolament 883/2004 jissimplifika u jimmodernizza l-leġiżlazzjoni eżistenti. Ir-Regolament jipprovdi li l-kuntest ta’ l-Anness XI għandu jiġi determinat qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament. Dan l-Anness huwa meħtieġ sabiex iqis il-partikolaritajiet tad-diversi sistemi tas-sigurtà soċjali ta’ l-Istati Membri. Il-proposta tiffaċilita l-koordinazzjoni ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali fl-Istati Membri u timmodernizza u tissimplifika l-proċeduri eżistenti. Dan se jkollu impatt pożittiv meta mqabbel mal-leġiżlazzjoni eżistenti u se jtejjeb il-proċeduri amministrattivi għall-utenti kollha tar-Regolament, fosthom awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà soċjali, dawk li jħaddmu, b’mod partikolari negozji żgħar u ta’ daqs medju, u ċittadini individwali. Madankollu, jaf ikun diffiċli li f’dan l-istadju wieħed ikejjel l-impatt preċiż . | ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | Ġabra fil-qosor ta’ l-azzjoni proposta L-Anness XI tar-Regolament 883/2004 jistipula metodi partikolari għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ ċerti Stati Membri. Dan l-Anness se jiffaċilita l-applikazzjoni tar-Regolament 883/2004 billi jiżgura l-interazzjoni bla xkiel tal-leġiżlazzjoni Komunitarja mal-liġijiet nazzjonali. L-Anness XI fih taqsimiet separati għal kull Stat Membru li fihom, fejn meħtieġ, dispożizzjonijiet supplimentari dwar aspetti speċifiċi tal-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru. L-għan ta’ kull entrata huwa li tiżgura li r-Regolament jista’ jiġi applikat bla xkiel fl-Istat Membru kkonċernat. | Bażi legali L-Artikoli 42 u 308 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika safejn il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. | L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri għal din(dawn) ir-raġuni(jiet) li ġejjin. | Azzjoni mill-Komunità f’sura ta’ miżuri ta’ koordinazzjoni dwar is-sigurtà soċjali hija meħtieġa skond l-Artikolu 42 tat-Trattat u hija meħtieġa biex tiggarantixxi li d-dritt taċ-ċaqliq ħieles stabbilit fit-Trattat jista’ jiġi eżerċitat b’mod sħiħ. Mingħajr din il-koordinazzjoni, ikun hemm riskju li ċ-ċaqliq ħieles ma jaħdimx, billi n-nies x’aktarx jagħmlu użu anqas minn dan id-dritt kieku kellu jfisser, fil-fatt, li huma jitilfu drittijiet tas-sigurtà soċjali diġà miksuba fi Stat Membru ieħor. Il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Komunità dwar is-sigurtà soċjali m’għandiex l-għan li tibdel is-sistemi nazzjonali differenti tas-sigurtà soċjali. Għandu jiġi enfasizzat li r-Regolament propost m’huwiex miżura ta’ armonizzazzjoni u ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal koordinazzjoni effettiva. Il-proposta hija bażikament maħsuba biex tissimplifika l-arranġamenti eżistenti. L-Anness XI huwa essenzjalment imsejjes fuq il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri. Madankollu, l-Istati Membri ma jistgħux jagħmlu dispożizzjonijiet bħal dawn fuq il-livell nazzjonali għaliex dan jista’ joħloq kunflitt mar-Regolament. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi żgurat fl-Anness XI li r-Regolament ikun adattat kif suppost biex ikun jista’ japplika b’mod effettiv fl-Istat Membru kkonċernat. | Azzjoni mill-Komunità tilħaq aħjar l-għanijiet tal-proposta għal din(dawn) ir-raġuni(jiet) li ġejjin. | Il-koordinazzjoni ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali – bl-Anness XI bħala parti minnha – tista’ ssir biss fil-livell tal-Komunità. L-għan huwa li jiġi żgurat li l-koordinazzjoni ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali taħdem b’mod effettiv ma’ l-Istati Membri kollha. | Fir-rigward ta’ l-indikaturi kwalitattivi, billi l-proposta hija purament miżura ta’ koordinazzjoni, hija tista’ titħaddem biss fil-livell tal-Komunità. Il-proposta twassal għal aktar koordinazzjoni effettiva ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali ta’ l-Istati Membri. | L-Istati Membri jibqgħu responsabbli għall-organizzazzjoni u l-iffinanzjar ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali tagħhom stess. | Il-proposta għalhekk tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għal din(dawn) ir-raġuni(jiet) li ġejjin. | Ir-Regolament 883/2004 diġà jitlob din il-forma ta’ azzjoni, billi l-Anness XI huwa parti minn dan ir-Regolament. | Il-proposta tiffaċilita l-koordinazzjoni ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-Istati Membri u għalhekk hija ta’ ġid kemm għaċ-ċittadini u kemm għall-awtoritajiet nazzjonali tas-sigurtà soċjali. Dawn id-dispożizzjonijiet speċjali huma msejsa fuq proposti li saru mill-Istati Membri, li jfisser li kull piż finanzjarju jew amministrattiv potenzjali huwa minimizzat u proporzjonat ma’ l-għan imsemmi hawn fuq. Tabilħaqq, mingħajr l-Anness XI, il-piżijiet finanzjarji u amministrattivi x’aktarx ikunu akbar. | Għażla ta’ l-istrumenti | L-istrumenti proposti: regolament. | Mezzi oħra ma jkunux adegwati għal din(dawn) ir-raġuni(jiet) li ġejjin. M’hemmx għażla alternattiva billi r-Regolament 883/2004 diġà jeħtieġ din il-forma ta’ azzjoni, u billi l-Anness XI huwa parti minn dan ir-Regolament. | IMPLIKAZZJONI GħALL-BAġIT | Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. | TAGħRIF ADDIZZJONALI | Simplifikazzjoni | Il-proposta tipprovdi għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni, u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għall-awtoritajiet pubbliċi (ta’ l-UE jew nazzjonali). | Se jkun hemm anqas entrati fl-Anness XI tar-Regolament 883/2004 ikkomparat ma’ l-Anness VI għar-Regolament 1408/71 korrispondenti. | L-Anness XI jiffaċilita x-xogħol ta’ koordinazzjoni għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti billi fih dispożizzjonijiet speċjali għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ ċerti Stati Membri. | Iż-Żona Ekonomika Ewropea L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jiġi estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea. | Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta 1. L-Anness XI għandu l-għan li jqis il-partikolaritajiet tad-diversi sistemi tas-sigurtà soċjali ta’ l-Istati Membri. L-Istati Membri għamlu t-talbiet tagħhom lill-Kummissjoni u pprovdewha bi spjegazzjonijiet legali u prattiċi tas-sistemi u l-leġiżlazzjoni tagħhom. 2. F’konformità mal-ħtieġa għar-razzjonalizzazzjoni, ġiet segwita strateġija komuni biex jiġi żgurat li l-entrati għal Stati Membri differenti li huma ta’ natura simili jew li jsegwu l-istess għan ikunu fil-prinċipju ttrattati bl-istess mod. 3. Xi entrati ma ġewx inkorporati fl-Anness XI billi l-kwistjoni tkun tqieset f’livell usa’, jew permezz ta’ kjarifikazzjoni tar-Regolament 883/04, jew permezz ta’ dispożizzjoni fil-proposta għal Regolament Implimentattiv. 4. Xi emendi tekniċi fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament 883/04 saru biex jinkludu kwistjonijiet li kienu ta’ natura ġenerali, u wkoll sabiex jiġu evitati għadd ta’ entrati simili fl-Anness XI fir-rigward ta’ Stati Membri differenti. 5. Billi l-għan tar-Regolament 883/04 huwa li jikkoordina l-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali li għaliha l-Istati Membri huma esklussivament responsabbli, entrati li m’humiex kompatibbli mal-fini jew l-għanijiet tar-Regolament, u entrati li jfittxu biss li jiċċaraw l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, ma ġewx inklużi fl-Anness XI. | 1. 2006/0008 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut ta’ l-Anness XI (Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Iżvizzera) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42 u 308 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[3], Waqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[4], Billi: (1) L-Artikoli 51(3), 56(1) u 83 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali jipprovdu għal dispożizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri li jridu jiġu stipulati fl-Anness XI għal dak ir-Regolament. L-Anness XI huwa maħsub biex jieħu f’konsiderazzjoni l-partikolaritajiet tad-diversi sistemi tas-sigurtà soċjali ta’ l-Istati Membri sabiex jiffaċilita l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-koordinazzjoni. (2) Għadd ta’ Stati Membri talbu l-inklużjoni ta’ entrati li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali fl-Anness XI u pprovdew lill-Kummissjoni bi spjegazzjonijiet legali u prattiċi tal-leġiżlazzjoni u s-sistemi tagħhom. (3) F’konformità mal-ħtieġa għar-razzjonalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni fir-Regolament il-ġdid, hija meħtieġa strateġija komuni biex jiġi żgurat li l-entrati għal Stati Membri differenti li huma ta’ natura simili jew li jsegwu l-istess għan ikunu fil-prinċipju ttrattati bl-istess mod. (4) L-għan tar-Regolament (KE) Nru 883/04 huwa li jikkoordina leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali li għaliha l-Istati Membri huma esklussivament responsabbli, entrati li m’humiex kompatibbli mal-fini jew l-għanijiet tar-Regolament, u entrati li jfittxu biss li jiċċaraw l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, m’għandhomx ikunu inklużi fir-Regolament. (5) Xi talbiet qajmu kwistjonijiet li kienu komuni għal diversi Stati Membri: huwa għalhekk xieraq li dawk il-kwistjonijiet jiġu ttrattati fuq livell aktar ġenerali, jew permezz ta’ kjarifika fil-korp tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 jew f’xi ieħor mill-Annessi tiegħu, li għalhekk għandu jiġi emendat kif hemm bżonn, jew permezz ta’ dispożizzjoni fir-Regolament Implimentattiv msemmi fl-Artikolu 89, milli permezz ta’ dispożizzjonijiet simili fl-Anness XI għal diversi Stati Membri. (6) Huwa wkoll xieraq li xi kwistjonijiet speċifiċi jiġu trattati f’Annessi oħra, skond l-għan u l-kontenut tagħhom, milli fl-Anness XI, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fl-Annessi għar-Regolament. (7) Biex tħaffef l-użu tar-Regolament miċ-ċittadini meta jitolbu tagħrif jew meta jagħmlu t-talbiet lill-istituzzjonijiet ta’ l-Istati Membri, riferenzi għal-leġiżlazzjoni ta’ l-Istati Membri kkonċernati għandhom isiru wkoll fil-lingwa oriġinali kull fejn huwa meħtieġ sabiex jiġi evitat kull nuqqas ta’ ftehim possibbli. (8) Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. (9) Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 jgħid li huwa għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Implimentattiv. Dan ir-Regolament għandu għalhekk japplika mill-istess data. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 huwa emendat kif ġej: 1. Fl-Artikolu 14, paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej: “4 Fejn il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tagħmel id-dħul f’assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwa mhux obbligatorja suġġett għar-residenza f’dak l-Istat Membru jew abbażi ta’ attività preċedenti bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, l-Artikolu 5(b) għandu japplika biss għall-persuni li kienu suġġetti, f’xi stadju aktar bikri, għal-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru fuq il-bażi ta’ attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha. 5 Fejn il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tagħmel id-dħul f’assigurazzjoni volontarja jew skema ta’ assigurazzjoni kontinwa mhux obbligatorja suġġett għal li l-persuna jkollha perjodi kompluti ta’ assigurazzjoni, tali dħul għandu jkun konċess biss lill-persuni li jkunu kkompletaw qabel perjodi ta’ assigurazzjoni f’dak l-Istat Membru taħt l-istess skema.” 2. Fl-Artikolu 51(3), qabel il-kliem “skond il-proċeduri pprovduti fl-Anness XI”, għandu jiddaħħal il-kliem “fejn meħtieġ”. 3. Fl-Artikolu 52, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej: “4 L-istituzzjoni kompetenti tista’ tirrinunzja għall-kalkolu pro rata: (a) fejn il-kalkolu skond il-paragrafu (1)(a) fi Stat Membru jirriżulta dejjem f’li l-benefiċċju indipendenti jiġi daqs jew ogħla mill-benefiċċju pro rata kalkulat skond il-paragrafu (1)(b); (b) fejn il-pensjoni hija msejsa fuq skema ta’ kontribuzzjoni ddefinita. Il-każijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) huma stipulati fl-Anness VIII.”. 4. Fl-Artikolu 56(1)(c), qabel il-kliem “skond il-proċeduri stipulati fl-Anness XI”, għandu jiddaħħal il-kliem “fejn meħtieġ”. 5. L-Annessi huma emendati f’konformità ma’ l-Anness għal dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl- jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Huwa għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Implimentattiv. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 883/2004 huma emendati kif ġej. 1. Fl-Anness I, taqsima II, wara t-test taħt l-intestatura “C. FRANZA” tiżdied il-frażi li ġejja: “, għajr meta jitħallsu lil persuna li tibqa’ suġġetta għal-leġiżlazzjoni Franċiża skond l-Artikolu 12 jew l-Artikolu 16”. 2. L-Anness VIII huwa emendat kif ġej: (a) it-titolu ta’ l-Anness jinbidel b’dan li ġej:“ KAŻIJIET LI FIHOM IL-KALKOLU PRO RATA JISTA’ JIĠI RINUNZJAT ”; (b) wara l-entrata taħt l-intestatura “A. ID-DANIMARKA” tiżdied l-entrata li ġejja:“AA. IL-ĠERMANJABenefiċċji ta’ Berufsständische Versorgungseinrichtung für die kammerfähigen Berufe (istituzzjoni ta’ l-assistenza soċjali għall-professjonijiet li waqqfu l-kmamar tagħhom stess).”; (c) wara l-entrata taħt l-intestatura “B. FRANZA” tiżdied l-entrata li ġejja:“Skemi bażiċi jew supplimentari li fihom il-benefiċċji ta’ l-età huma kkalkulati fuq il-bażi ta’ punti ta’ l-irtirar.”; (d) wara l-entrata taħt l-intestatura “D. L-OLANDA” jiżdiedu l-entrati li ġejjin:“DA. L-AWSTRIJABenefiċċji jew partijiet minn benefiċċji ta’ Versorgungseinrichtung der Kammern der Freien Berufe (Istituzzjoni ta’ l-Assistenza Soċjali tal-Kmamar tal-Professjonijiet Liberali), li huma ffinanzjati b’mod esklużiv minn skema ta’ pensjoni b’fondi kapitali jew li huma msejsa fuq sistema ta’ kont ta’ pensjoni.DB. IL-POLONJAPensjonijiet ta’ l-età taħt l-iskema msejsa fuq il-prinċipju tal-kontribuzzjoni ddefinita.”; (e) wara l-entrata taħt l-intestatura “G. Ir-RENJU UNIT” jiżdiedu l-entrati li ġejjin:“L-applikazzjonijiet kollha għall-benefiċċji gradati ta’ l-irtirar imħallsa skond l-Att dwar l-Assigurazzjoni Nazzjonali 1965, it-taqsimiet 36 u 37, u l-Att dwar l-Assigurazzjoni Nazzjonali (L-Irlanda ta’ Fuq) 1966, it-taqsimiet 35 u 36.L-applikazzjonijiet kollha għal pensjoni addizzjonali skond l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 1992, it-taqsima 44, u l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali (L-Irlanda ta’ Fuq) 1992, it-taqsima 44.”. 3. L-Anness XI jinbidel b’dan li ġej: “ANNESS XI DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-LEĠIŻLAZZJONI TA’ L-ISTATI MEMBRI (L-Artikoli 51(3), 56(1) u 83) A. Il-BELĠJU Xejn. B. Ir-REPUBBLIKA ĊEKA Xejn. C. Id-DANIMARKA 1. Persuni li, skond il-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament, huma intitolati għall-benefiċċji mhux fi flus matul il-perjodu ta’ qagħda fid-Danimarka għandhom ikunu intitolati għal tali benefiċċji bl-istess termini bħal persuni li, taħt il- lov om offentlig sygesikring (l-Att dwar is-Sigurtà tas-Saħħa Nazzjonali), jaqgħu fi Grupp 1. 2. (a) Għall-fini tal-kalkolu tal-pensjoni taħt il- lov om social pension (l-Att dwar il-Pensjoni Soċjali), perjodi ta’ attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha kkompletati fid-Danimarka minn ħaddiem tal-fruntiera jew ħaddiem li mar id-Danimarka biex jagħmel xogħol staġonali huma meqjusa bħala perjodi ta’ residenza kkompletati fid-Danimarka mill-konjugi superstitu(a), safejn, matul dawk il-perjodi, il-konjugi superstitu(a) kien(kienet) marbut(a) ma’ t’hawn fuq imsemmi(ja) ħaddiem(a) biż-żwieġ mingħajr separazzjoni materjali u fiżika jew separazzjoni de facto għal raġunijiet ta’ inkompatibbiltà u sakemm matul dawk il-perjodi l-konjugi kien(kienet) (j)tirresjedi fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, “xogħol ta’ natura staġonali” ifisser xogħol li, billi jiddependi fuq in-newba ta’ l-istaġuni, jerġa’ jinħoloq awtomatikament kull sena. (b) Għall-fini tal-kalkolu tal-pensjoni taħt il- lov om social pension (l-Att dwar il-Pensjoni Soċjali), perjodi ta’ attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha kompluti fid-Danimarka qabel l-1 ta’ Jannar 1984 minn persuna li għaliha ma japplikax paragrafu 2(a) għandhom jitqiesu bħala perjodi ta’ residenza kkompletati fid-Danimarka mill-konjugi superstitu(a), safejn, matul dawk il-perjodi, il-konjugi superstitu(a) kien(kienet) marbut(a) persuna biż-żwieġ mingħajr separazzjoni materjali u fiżika jew separazzjoni de facto għal raġunijiet ta’ inkompatibbiltà u sakemm matul dawk il-perjodi l-konjugi kien(kienet) (j)tirresjedi fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor. (c) Perjodi li jridu jittieħdu fil-konsiderazzjoni taħt it-termini ta’ (a) u (b) m’għandhomx jitqiesu jekk ikunu fl-istess perjodi li jkunu tqiesu għall-kalkolu tal-pensjoni dovuta lil dik il-persuna kkonċernata taħt il-leġiżlazzjoni ta’ l-assigurazzjoni obbligatorja ta’ Stat Membru ieħor jew fl-perjodi li matulhom il-persuna kkonċernata rċeviet pensjoni taħt tali leġiżlazzjoni. Dawn il-perjodi għandhom, madankollu, jitqiesu jekk l-ammont annwali tal-pensjoni msemmija huwa anqas minn nofs l-ammont bażiku tal-pensjoni soċjali. 3. (a) Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6, persuni li ma kinux impjegati bi qligħ f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri huma intitolati għal pensjoni soċjali Daniża fil-każ biss li kienu, jew kienu qabel, residenti permanenti fid-Danimarka minn ta’ l-anqas għal tliet snin, suġġetti għal-limiti ta’ l-età preskritti mil-leġiżlazzjoni Daniża. Bla ħsara għall-Artikolu 4, l-Artikolu 7 ma japplikax għal pensjoni soċjali Daniża li d-dritt għaliha jkun inkiseb minn tali persuni. (b) Id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq ma japplikawx għad-dritt għal pensjoni soċjali Daniża għall-membri tal-familja ta’ persuni li huma jew kienu impjegati bi qligħ fid-Danimarka, jew għall-istudenti jew il-membri tal-familji tagħhom. 4. Il-benefiċċju temporanju għal persuni qiegħda li ddaħħlu fil- ledighedsydelse (l-iskema ta’ “impjieg flessibbli”) (Il-Liġi Nru 455 ta’ l-10 ta’ Ġunju 1997) huwa kopert mit-Titolu III, il-Kapitolu 6 ta’ dan ir-Regolament. Fir-rigward ta’ persuni qiegħda li jmorru fi Stat Membru ieħor, l-Artikoli 64 u 65 japplikaw meta dan l-Istat Membru jkollu skemi ta’ impjiegi simili għall-istess kategorija ta’ persuni. 5. Fejn il-benefiċjarju ta’ pensjoni soċjali Daniża huwa intitolat ukoll għal pensjoni tas-superstiti minn Stat Membru ieħor, dawn il-pensjonijiet għat-twettiq tal-leġiżlazzjoni Daniża għandhom jitqiesu bħala benefiċċji ta’ l-istess tip fit-tifsir ta’ l-Artikolu 53(1), suġġett għall-kondizzjoni, madankollu, li l-persuna li l-perjodi tagħha ta’ assigurazzjoni jew ta’ residenza jservu bħala l-bażi għall-kalkolu tal-pensjoni tas-superstiti kienet akkwistat ukoll id-dritt għal pensjoni soċjali Daniża. D. IL-ĠERMANJA 1. Minkejja l-Artikolu 5(a), pensjonijiet li jitħallsu mill-istituzzjoni ta’ Stat Membru ieħor huma suġġetti għal assigurazzjoni obbligatorja fl-iskema ta’ l-assigurazzjoni fuq il-mard għall-pensjonanti safejn ikun determinat mil-leġiżlazzjoni Ġermaniża biss. 2. Persuna li tirċievi pensjoni taħt il-leġiżlazzjoni Ġermaniża u pensjoni taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor għandha titqies, għall-fini ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 23, li tkun intitolata għall-benefiċċji tal-mard u l-maternità mhux fi flus jekk, skond l-Artikolu 8(1), il-punt 4, tas- Sozialgesetzbuch V (il-Volum V tal-Kodiċi Soċjali), dik il-persuna hija eżentata minn assigurazzjoni obbligatorja fuq il-mard. 3. Minkejja l-Artikolu 5(a), id-dispożizzjonijiet taħt l-Artikolu 5(4), punt 1, tas- Sozialgesetzbuch VI (il-Volum VI tal-Kodiċi Soċjali) ma japplikawx għal persuna intitolata għal pensjoni sħiħa ta’ l-età taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor jekk dik il-persuna titlob sħubija obbligatorja. 4. Minkejja l-Artikolu 5(a) ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 7(3) tas- Sozialgesetzbuch VI (il-Volum VI tal-Kodiċi Soċjali), persuna li hija assigurata b’mod obbligatorju fi Stat Membru ieħor jew li tirċievi pensjoni ta’ l-età taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor tista’ tissieħeb fl-iskema ta’ assigurazzjoni volontarja fil-Ġermanja. 5. Il- pauschale Anrechnungszeit (il-perjodu ta’ kreditu fiss) skond l-Artikolu 253 tas- Sozialgesetzbuch VI (il-Volum VI tal-Kodiċi Soċjali) għandu jiġi determinat esklussivament b’riferenza għal perjodi Ġermaniżi. 6. F’każijiet li fihom hija applikabbli l-leġiżlazzjoni Ġermaniża tal-pensjoni fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 1991, il-leġiżlazzjoni Ġermaniża fis-seħħ f’dik id-data biss tapplika għall-ikkreditar ta’ Ersatzzeiten (perjodi sostituttivi li jikkwalifikaw) Ġermaniżi. E. L-ESTONJA 1. Għall-fini tal-kalkolu tal-benefiċċju tal-ġenituri, perjodi ta’ impjieg fi Stati Membri l-oħra minbarra l-Estonja għandhom jitqiesu li huma msejsa fuq l-istess ammont medju ta’ Taxxa Soċjali li tħallset matul il-perjodi ta’ impjieg fl-Estonja li magħhom jingħaddu. Jekk matul is-sena ta’ riferenza l-persuna kienet impjegata biss fi Stati Membri oħra, il-kalkolu tal-benefiċċju għandu jitqies li jkun ibbażat fuq il-medja ta’ Taxxa Soċjali mħallsa fl-Estonja bejn is-sena ta’ riferenza u l-lif tal-maternità. F. IL-GREĊJA Xejn. G. SPANJA 1 Fl-iskemi tas-sigurtà soċjali Spanjoli kollha, bl-eċċezzjoni ta’ l-iskema għall-impjegati taċ-ċivil, il-forzi armati u l-amministrazzjoni ġudizzjarja, persuna li m’għadhiex aktar assigurata taħt il-leġiżlazzjoni Spanjola għandha tibqa’ bħala assigurata, meta jseħħ ir-riskju, għall-finijiet tal-Kapitolu 5 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament, jekk hija tkun assigurata taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor fiż-żmien meta jseħħ ir-riskju jew, fin-nuqqas ta’ dak, fil-każ fejn benefiċċju huwa dovut għall-istess riskju skond il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor. Il-kondizzjoni ta’ l-aħħar għandha titqies li tkun ġiet issodisfatta, iżda, fil-każ imsemmi fl-Artikolu 57(1). 2 Għall-finijiet tat-twettiq tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament, is-snin li l-ħaddiem ikun jonqsu biex jilħaq l-età pensjonabbli jew l-età ta’ l-irtirar obbligatorju stipulata fil-punt 4 ta’ l-Artikolu 31 tat-test konsolidat tal- Ley de clases pasivas del Estado (Il-Liġi dwar il-Pensjonanti ta’ l-Istat) jitqiesu bħala servizz imwettaq fil-każ biss li fiż-żmien li jseħħ ir-riskju li għalih tkun dovuta pensjoni ta’ invalidità jew ta’ mewt, il-benefiċjarju kien kopert mill-iskema speċjali Spanjola għall-impjegati pubbliċi jew f’attività li tingħata l-istess trattament taħt dik l-iskema. 3 (a) Taħt l-Artikolu 56(1)(c), il-kalkolu tal-benefiċċju teoretiku Spanjol għandu jsir fuq il-bażi tal-kontribuzzjonijiet attwali tal-persuna matul is-snin li jiġu immedjatament qabel il-ħlas ta’ l-aħħar kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali Spanjola. Fejn, fil-kalkolu ta’ l-ammont bażiku għall-pensjoni, perjodi ta’ assigurazzjoni u/jew ta’ residenza taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stati Membri oħra ikollhom jittieħdu f’konsiderazzjoni, il-bażi tal-kontribuzzjoni fi Spanja li tiġi l-eqreb fiż-żmien mill-perjodi ta’ riferenza għandha tintuża għall-perjodi msemmija qabel, waqt li jitqies l-iżvilupp ta’ l-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut. 3 (b) L-ammont ta’ pensjoni miksub għandu jiżdied bl-ammont taż-żidiet u r-rivalutazzjonijiet ikkalkulati għal kull sena suċċessiva għal pensjonijiet ta’ l-istess tip. 4 Perjodi kkompletati fi Stati Membri oħra li għandhom jiġu kkalkulati fl-iskema speċjali għall-impjegati taċ-ċivil, il-forzi armati u l-amministrazzjoni ġudizzjarja, jiġu trattati bl-istess mod, għall-finijiet ta’ l-Artikolu 56 tar-Regolament, bħall-perjodi l-eqreb fiż-żmien kopert bħala impjegat taċ-ċivil fi Spanja. H. FRANZA 1. Għall-persuni li jirċievu benefiċċji mhux fi flus fi Franza skond l-Artikoli 17, 24 u 26 tar-Regolament li huma residenti fit-territorji Franċiżi ta’ Haut-Rhin, Bas-Rhin jew Moselle, benefiċċji mhux fi flus ipprovduti f’isem l-istituzzjoni ta’ Stat Membru ieħor li huwa responsabbli għall-ispejjeż tagħhom jinkludu l-benefiċċji pprovduti kemm mill-iskema ta’ assigurazzjoni ta’ mard ġenerali kemm mill-iskema obbligatorja supplimentari lokali ta’ mard ta’ l-Alsace-Moselle. 2. Il-leġiżlazzjoni Franċiża applikabbli għal persuna li taħdem, jew li kienet taħdem, f’attività bħala persuna impjegata jew għal rasha għall-applikazzjoni tal-Kapitolu 5 tat-Titolu III tar-Regolament tinkludi kemm l-iskema(i) bażika(ċi) ta’ assigurazzjoni ta’ l-età u kemm l-iskema(i) supplimentari ta’ l-irtirar li għalihom il-persuna kkonċernata kienet suġġetta. I. L-IRLANDA 1. Għall-finijiet ta’ kalkolu tad-dħul għall-għoti tal-benefiċċju tal-mard jew il-benefiċċju tal-qgħad taħt leġiżlazzjoni Irlandiża, ammont ekwivalenti għall-paga medja fil-ġimgħa għal dik is-sena ta’ persuni impjegati għandu, minkejja l-Artikoli 21(2) u 62, jiġi kkreditat lill-persuna impjegata għal kull ġimgħa ta’ attività bħala persuna impjegata taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor matul il-perjodu stipulat. 2. Fejn japplika l-Artikolu 46, jekk il-persuna kkonċernata ssofri inkapaċità għax-xogħol li twassal għall-invalidità waqt li tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, l-Irlanda għandha, għall-finijiet tat-Taqsima 95(1)(a) ta’ l-Att tal-Assistenza Soċjali (Konsolidat), 1993, tqis dawk il-perjodi kollha li matulhom, fir-rigward ta’ l-invalidità li segwiet dik l-inkapaċità għax-xogħol, hija kienet meqjusa bħala inkapaċi għax-xogħol taħt il-leġiżlazzjoni Irlandiża. J. L-ITALJA Xejn. K. ĊIPRU Għall-fini ta’ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 6, 51 u 61, għal kull perjodu li jibda fis-6 ta’ Ottubru 1980 jew wara, ġimgħa ta’ assigurazzjoni skond il-leġiżlazzjoni tar-Repubblika ta’ Ċipru hija determinata billi ssir id-diviżjoni tad-dħul totali assigurabbli għall-perjodu rilevanti bl-ammont tad-dħul bażiku fil-ġimgħa assigurabbli applikabbli fis-sena ta’ kontribuzzjoni rilevanti, sakemm in-numru ta’ ġimgħat hekk determinat ma jaqbiżx in-numru ta’ ġimgħat kalendarji fil-perjodu rilevanti. L. IL-LATVJA Xejn. M. IL-LITWANJA Xejn. N. IL-LUSSEMBURGU Xejn. O. L-UNGERIJA Xejn. P. MALTA Xejn. Q. L-OLANDA 1. Assigurazzjoni fuq il-kura tas-saħħa (a) Fir-rigward ta’ l-intitolament għall-benefiċċji mhux fi flus taħt il-leġiżlazzjoni Olandiża, persuni intitolati għall-benefiċċji mhux fi flus għall-fini ta’ l-implimentazzjoni tal-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament għandhom ifissru: (i) persuni li, taħt l-Artikolu 2 taż- Zorgverzekeringswet (Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa), huma obbligati jagħmlu assigurazzjoni ma’ assiguratur tal-kura tas-saħħa,u (ii) safejn huma m’humiex diġà inklużi taħt il-punt (i), persuni li huma residenti fi Stat Membru ieħor u li, taħt ir-Regolament huma intitolati għall-kura tas-saħħa fl-istat ta’ residenza tagħhom, u l-ispejjeż tħallashom l-Olanda. (b) Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1(a)(i) għandhom, skond id-dispożizzjonijiet taż- Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa) jagħmlu assigurazzjoni ma’ assiguratur tal-kura tas-saħħa, u l-persuni msemmija fil-paragrafu 1(a)(ii) għandhom jirreġistraw mal- College voor zorgverzekeringen (Il-Bord ta’ l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa). (c) Id-dispożizzjonijiet taż- Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa) u ta’ l- Algemene wet bijzondere ziektekosten (Il-Liġi dwar l-Assigurazzjoni Ġenerali kontra l-Ispejjeż Mediċi Speċjali) li jikkonċernaw l-obbligu tal-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet għandhom japplikaw għall-persuni msemmija taħt il-paragrafu 1(a) u l-membri tal-familji tagħhom. Fir rigward ta’ membri tal-familja, il-kontribuzzjonijiet għandhom jintalbu mill-persuni li minnhom ikun ġej id-dritt għall-kura tas-saħħa. (d) Id-dispożizzjonijiet taż- Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa) dwar assigurazzjoni li ssir tard għandhom japplikaw mutatis mutandis fil-każ ta’ reġistrazzjoni magħmula tard mal- College voor zorgverzekeringen (il-Bord ta’ l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa) fir-rigward tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1(a)(ii). (e) Persuni intitolati għall-benefiċċji mhux fi flus bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru għajr l-Olanda li jirresjedu fl-Olanda jew joqogħdu temporanjament fl-Olanda għandhom ikunu intitolati għall-benefiċċji mhux fi flus skond il-polza offruta lil persuni assigurati fl-Olanda mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza jew il-post fejn ikunu qegħdin, billi jittieħed f’konsiderazzjoni l-Artikolu 11(1), (2) u (3) u l-Artikolu 19(1) taż- Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa), kif ukoll għall-benefiċċji mhux fi flus ipprovduti mill- Algemene wet bijzondere ziektekosten (il-Liġi dwar l-Assigurazzjoni Ġenerali kontra l-Ispejjeż Mediċi Speċjali). (f) Għall-finijiet ta’ l-Artikoli 23 sa 30, il-benefiċċji li ġejjin għandhom jiġu ttrattati bħala pensjonijiet dovuti taħt il-leġiżlazzjoni Olandiża: – pensjonijiet mogħtija taħt il-Liġi tas-6 ta’ Jannar 1966 dwar il-pensjonijiet għall-ħaddiema taċ-ċivil u s-superstiti tagħhom ( Algemene burgerlijke pensioenwet ) (l-Att dwar il-Pensjonijiet tas-Servizz Ċivili Olandiż); – pensjonijiet mogħtija taħt il-Liġi tas-6 ta’ Ottubru 1966 dwar il-pensjonijiet tal-persunal militari u s-superstiti tagħhom ( Algemene militaire pensioenwet ) (l-Att dwar il-Pensjonijiet Militari); – benefiċċji ta’ l-inkapaċità għax-xogħol mogħtija taħt il-Liġi tas-7 ta’ Ġunju 1972 dwar il-benefiċċji ta’ l-inkapaċità għax-xogħol għall-persunal militari ( Wet arbeidsongeschiktheidsvoorziening militairen ) (l-Att dwar l-Inkapaċità għax-Xogħol tal-Persunal Militari); – pensjonijiet mogħtija taħt il-Liġi tal-15 ta’ Frar 1967 dwar il-pensjonijiet għall-impjegati ta’ l- NV Nederlandse Spoorwegen (Il-Kumpanija tal-Ferroviji Olandiża) u dawk li jibqgħu ħajjin warajhom ( Spoorwegpensioenwet ) (Att dwar il-Pensjonijiet tal-Ħaddiema tal-Ferroviji); - pensjonijiet mogħtija taħt ir- Reglement Dienstvoorwaarden Nederlandse Spoorwegen (Ir-Regolament li jirregola l-kondizzjonijiet ta’ l-impjiegi mal-Kumpanija tal-Ferroviji Olandiża); – benefiċċji mogħtija lil persuni rtirati qabel ma jilħqu l-età tal-pensjoni ta’ 65 sena taħt pensjoni maħsuba biex tipprovdi dħul għall-persuni li kienu impjegati, fl-età ta’ l-anzjanità tagħhom, jew benefiċċji pprovduti fil-każ ta’ tluq qabel iż-żmien mis-suq tax-xogħol taħt skema mwaqqfa mill-istat jew permezz ta’ ftehim industrijali għal persuni fl-età ta’ 55 jew aktar u li biha l-benefiċċju bħala perċentwali jkun iffissat għal minn ta’ l-anqas 70% ta’ l-aħħar salarju. (g) Għall-finijiet tal-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament, ir-rifużjoni għan-nuqqas ta’ talbiet ipprovduta fl-iskema Olandiża fil-każ ta’ użu limitat tal-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa għandha titqies li hija benefiċċju għall-mard fi flus. (h) Fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 34, l-Olanda se tipprovdi lista ta’ stimi ta’ l-ammonti li huma kemm jista’ jkun qrib l-ispiża attwali li tkun saret. 2. L-Applikazzjoni ta’ l-Algemene Ouderdomswet (WAOW) (Il-Leġiżlazzjoni Olandiża dwar l-assigurazzjoni ġenerali ta’ l-età) (a) It-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 13(1) ta’ l- Algemene Ouderdomswet ( WAOW ) (il-Leġiżlazzjoni Olandiża dwar l-assigurazzjoni ġenerali ta’ l-età) m’għandux jiġi applikat għas-snin kalendarji ta’ qabel l-1 ta’ Jannar 1957 li matulhom persuna li tirċievi ma tissodisfax il-kondizzjonijiet biex dawn is-snin jiġu ttrattati bħala perjodi ta’ assigurazzjoni: - kienet residenti fl-Olanda bejn l-età ta’ 15 u 65, jew - filwaqt li kienet residenti fi Stat Membru ieħor, ħadmet fl-Olanda għal prinċipal stabbilit fl-Olanda, jew - ħadmet fi Stat Membru ieħor matul perjodi meqjusa bħala perjodi ta’ assigurazzjoni taħt is-sistema tas-sigurtà soċjali Olandiża. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 7 ta’ l- WAOW , kull min kien residenti jew ħadem biss fl-Olanda skond il-kondizzjonijiet ta’ hawn fuq qabel l-1 ta’ Jannar 1957 għandu wkoll jitqies bħala intitolat għal pensjoni. (b) It-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 13(1) ta’ l- WAOW m’għandux japplika għas-snin kalendarji ta’ qabel it-2 ta’ Awissu 1989 li matulhom, bejn l-età ta’ 15 u 65, persuna li hija jew kienet miżżewġa ma kinitx assigurata taħt il-leġiżlazzjoni ta’ hawn fuq, filwaqt li kienet residenti fit-territorju ta’ Stat Membru għajr l-Olanda, jekk dawn is-snin kalendarji jaqgħu fl-istess perjodi ta’ assigurazzjoni kkompletati mill-konjugi tal-persuna taħt dik il-leġiżlazzjoni jew fl-istess snin kalendarji li jridu jitqiesu taħt il-paragrafu 2(a), sakemm iż-żwieġ tal-koppja eżista matul dak iż-żmien.Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 7 ta’ l- WAOW , tali persuna għandha titqies bħala intitolata għal pensjoni. (c) It-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 13(2) ta’ l- WAOW m’għandux japplika għas-snin kalendarji ta’ qabel l-1 ta’ Jannar 1957 li matulhom il-persuna konjugi ta’ pensjonant li tonqos milli tissodisfa l-kondizzjonijiet biex ikollha dawn is-snin ittrattati bħala perjodi ta’ assigurazzjoni: - kienet residenti fl-Olanda bejn l-età ta’ 15 u 65, jew - filwaqt li kienet residenti fi Stat Membru ieħor, ħadmet fl-Olanda għal prinċipal iwaqqaf fl-Olanda, jew - ħadmet fi Stat Membru ieħor matul perjodi meqjusa bħala perjodi ta’ assigurazzjoni taħt is-sistema tas-sigurtà soċjali Olandiża. (d) It-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 13(2) tal- WAOW m’għandux japplika għas-snin kalendarji ta’ qabel it-2 ta’ Awissu 1989 li matulhom, bejn l-età ta’ 15 u 65, il-persuna konjugi ta’ pensjonant li tirresjedi fi Stat Membru għajr l-Olanda ma kinitx assigurata taħt il-leġiżlazzjoni ta’ hawn fuq, jekk dawk is-snin kalendarji jaqgħu fl-istess perjodi ta’ assigurazzjoni kkompletati mill-pensjonant taħt dik il-leġiżlazzjoni jew ma’ snin kalendarji li jridu jitqiesu taħt il-paragrafu 2(a), sakemm iż-żwieġ tal-koppja kien eżista matul dak iż-żmien. (e) Il-paragrafi 2(a), 2(b), 2(c) u 2(d) m’għandhomx japplikaw għall-perjodi li jaqgħu fl-istess: - perjodi li jistgħu jitqiesu fil-kalkolu tad-drittijiet tal-pensjoni taħt il-leġiżlazzjoni ta’ l-assigurazzjoni ta’ l-età ta’ Stat Membru għajr l-Olanda, jew - perjodi li għalihom il-persuna kkonċernata ħadet pensjoni ta’ l-età taħt tali leġiżlazzjoni.Perjodi ta’ assigurazzjoni volontarja taħt is-sistema ta’ Stat Membru ieħor m’għandhomx jitqiesu għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni. (f) Il-paragrafi 2(a), 2(b), 2(c) u 2(d) għandhom japplikaw biss jekk il-persuna kkonċernata kienet residenti fi Stat Membru wieħed jew aktar għal sitt snin wara l-età ta’ 59 u għal dak iż-żmien biss li dik il-persuna kienet residenti f’wieħed minn dawk l-Istati Membri. (g) Permezz ta’ deroga mill-Kapitolu IV ta’ l- WAOW , kull min hu residenti fi Stat Membru għajr l-Olanda li l-persuna konjugi tiegħu hija koperta minn assigurazzjoni obbligatorja taħt dik il-leġiżlazzjoni għandu jkun awtorizzat li jagħmel assigurazzjoni volontarja taħt dik il-leġiżlazzjoni għal perjodi li matulhom il-persuna konjugi hija assigurata b’mod obbligatorju.Din l-awtorizzazzjoni m’għandhiex tieqaf fejn l-assigurazzjoni obbligatorja tal-persuna konjugi tintemm b’riżultat ta’ mewtha u fejn il-persuna superstita tirċievi biss pensjoni taħt l- Algemene nabestaandenwet (il-Leġiżlazzjoni Olandiża dwar liġi ġenerali għas-superstiti).Fi kwalunkwe każ, l-awtorizzazzjoni fir-rigward ta’ l-assigurazzjoni volontarja tieqaf fid-data li fiha l-persuna tilħaq l-età ta’ 65.Il-kontribuzzjoni li trid titħallas għall-assigurazzjoni volontarja għandha tiġi ffissata skond id-dispożizzjonijiet relatati mad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni għall-assigurazzjoni volontarja taħt l- WAOW . Madankollu, jekk l-assigurazzjoni volontarja ssegwi minn perjodu ta’ assigurazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2(b), il-kontribuzzjoni għandha tiġi ffissata skond id-dispożizzjonijiet relatati mad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni għall-assigurazzjoni obbligatorja taħt l- WAOW , u d-dħul li jiġi kkunsidrat fil-kalkolu ta’ din il-kontribuzzjoni jitqies li ġie riċevut fl-Olanda. (h) L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(g) m’għandha tingħata lil ħadd li jkun assigurat taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor dwar il-pensjonijiet u l-benefiċċji tas-superstiti. (i) Kull min jixtieq jagħmel assigurazzjoni volontarja taħt il-paragrafu 2(g) għandu jintalab japplika għaliha l-Bank ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali ( Sociale Verzekeringsbank ) sa mhux aktar tard minn sena wara d-data li fiha l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni jkunu ssodisfatti. (j) Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 52(1)(b), huma biss il-perjodi ta’ assigurazzjoni kkompletati taħt il- WAOW wara l-età ta’ 15 li għandhom jitqiesu bħala perjodi ta’ assigurazzjoni. 3. L-Applikazzjoni tal-Algemene nabestaandenwet (ANW) (Il-Liġi ġenerali Olandiża dwar l-assigurazzjoni tad-dipendenti superstiti) (a) Persuna li kienet assigurata b’mod obbligatorju taħt l- Algemene nabestaandenwet (ANW) (il-Liġi ġenerali Olandiża dwar l-assigurazzjoni tad-dipendenti superstiti) għandha titqies, għall-finijiet tal-Kapitolu 5 tat-Titolu III, li hija assigurata taħt dik il-leġiżlazzjoni fiż-żmien meta jseħħ ir-riskju, jekk dik il-persuna hija assigurata taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor għall-istess riskju jew, fin-nuqqas ta’ dak, fil-każ fejn il-pensjoni tas-superstiti hija dovuta taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor. Il-kondizzjoni ta’ l-aħħar għandha titqies li ġiet issodisfatta, madankollu, fil-każ imsemmi fl-Artikolu 57(1). (b) Fejn il-persuna konjugi superstita hija intitolata għal pensjoni tas-superstiti taħt l-ANW skond il-paragrafu 3(a), dik il-pensjoni għandha tiġi kkalkulata skond l-Artikolu 52(1)(b).Għall-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, il-perjodi ta’ assigurazzjoni qabel l-1 ta’ Ottubru 1959 għandhom jitqiesu wkoll bħala perjodi ta’ assigurazzjoni kkompletati taħt il-leġiżlazzjoni Olandiża jekk matul dawk il-perjodi l-persuna assigurata, wara l-età ta’ 15: - kienet residenti fl-Olanda, jew - filwaqt li kienet residenti fi Stat Membru ieħor, ħadmet fl-Olanda għal prinċipal imwaqqaf fl-Olanda, jew - ħadmet fi Stat Membru ieħor matul il-perjodi meqjusa bħala perjodi ta’ assigurazzjoni taħt is-sistema tas-sigurtà soċjali Olandiża. (c) M’għandhomx jittieħdu f’konsiderazzjoni dawk il-perjodi li se jiġu kkunsidrati taħt paragrafu 3(b) li jaqgħu fl-istess perjodi ta’ assigurazzjoni obbligatorja kkompletati taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor fil-każ ta’ pensjonijiet tas-superstiti. (d) Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 52(1)(b), huma biss il-perjodi ta’ assigurazzjoni kkompletati taħt il-leġiżlazzjoni Olandiża wara l-età ta’ 15 li jitqiesu bħala perjodi ta’ assigurazzjoni. (e) Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 63a(1) ta’ l-ANW, persuna residenti fi Stat Membru għajr l-Olanda li l-persuna konjugi tiegħu hija assigurata b’mod obbligatorju taħt l-ANW għandha tkun awtorizzata li tagħmel assigurazzjoni volontarja taħt dik il-leġiżlazzjoni, sakemm assigurazzjoni bħal din tkun diġà bdiet sa [ d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament 883/04 ], iżda tkun biss għal perjodi li matulhom il-persuna konjugi tkun assigurata b’mod obbligatorju. Din l-awtorizzazzjoni għandha tieqaf mid-data tat-tmiem ta’ l-assigurazzjoni obbligatorja tal-persuna konjugi taħt l-ANW, kemm-il darba l-assigurazzjoni obbligatorja tal-persuna konjugi ma tintemmx b’riżultat tal-mewt tagħha u fejn il-persuna superstita tirċievi biss pensjoni taħt l-ANW.Fi kwalunkwe każ, l-awtorizzazzjoni fir-rigward ta’ l-assigurazzjoni volontarja tieqaf fid-data li fiha l-persuna tilħaq l-età ta’ 65.Il-kontribuzzjoni li trid titħallas għall-assigurazzjoni volontarja għandha tiġi ffissata skond id-dispożizzjonijiet relatati mad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni għall-assigurazzjoni volontarja taħt l-ANW. Madankollu, jekk l-assigurazzjoni volontarja ssegwi minn perjodu ta’ assigurazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2(b), il-kontribuzzjoni għandha tiġi ffissata skond id-dispożizzjonijiet relatati mad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni għall-assigurazzjoni obbligatorja taħt l-ANW, u d-dħul ikkunsidrat fil-kalkolu ta’ din il-kontribuzzjoni jitqies li ġie riċevut fl-Olanda. 4. L-Applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Olandiża dwar l-inkapaċità għax-xogħol (a) Persuna li m’għadhiex aktar assigurata taħt l- Algemene Arbeidsongeschiktheidswet ( AAW ) (l-Att Ġenerali dwar l-Inkapaċità għax-Xogħol), il- Wet arbeidsongeschiktheidsverzekering zelfstandigen ( WAZ ) (l-Att dwar l-Inkapaċità għax-Xogħol ta’ Persuni li Jaħdmu għal-Rashom) u/jew il- Wet op de arbeidsongeschiktheidsverzekering ( WAO ) (l-Att dwar l-Inkapaċità għax-Xogħol) għandha titqies, għall-finijiet tal-Kapitolu 5 tat-Titolu III, li tkun għadha assigurata fiż-żmien meta jseħħ ir-riskju, jekk dik il-persuna hija assigurata għall-istess riskju taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor jew, fin-nuqqas ta’ dak, jekk hija intitolata għall-benefiċċju għall-istess riskju taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor. Il-kondizzjoni ta’ l-aħħar għandha titqies, madankollu, li ġiet issodisfatta fil-każ imsemmi fl-Artikolu 57(1). (b) Jekk, skond paragrafu 4(a), il-persuna kkonċernata hija intitolata għal benefiċċju ta’ invalidità Olandiż, l-ammont imsemmi fl-Artikolu 52(1)(b) għall-kalkolu ta’ dak il-benefiċċju għandu jiġi ddeterminat: (i) skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil- WAO jekk, qabel l-okkorrenza ta’ l-inkapaċità għax-xogħol, il-persuna tkun ħadmet l-aħħar bħala persuna impjegata fit-tifsir ta’ l-Artikolu 1(a); (ii) skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil- WAZ jekk, qabel l-okkorrenza ta’ l-inkapaċità għax-xogħol, il-persuna konċernata tkun ħadmet l-aħħar bħala persuna li taħdem għal rasha fit-tifsir ta’ l-Artikolu 1(b). (c) Fil-kalkolu tal-benefiċċji jew taħt il- WAO jew taħt il- WAZ , l-istituzzjonijiet Olandiżi għandhom iqisu: - perjodi ta’ impjieg bi ħlas u perjodi ttrattati bħala tali, ikkompletati fl-Olanda qabel l-1 ta’ Lulju 1967; - perjodi ta’ assigurazzjoni kkompletati taħt il- WAO ; - perjodi ta’ assigurazzjoni kkompletati mill-persuna kkonċernata, wara l-età ta’ 15, taħt l- AAW , sakemm dawn ma jaqgħux fl-istess perjodi ta’ assigurazzjoni kkompletati taħt il- WAO ; - perjodi ta’ assigurazzjoni kkompletati taħt il- WAZ . 5. L-Applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Olandiża dwar il-benefiċċji tal-familja (a) Persuna li għaliha l- Algemene Kinderbijslagwet ( AKW ) (l-Att dwar il-Benefiċċji tal-Familja Ġenerali) jsir applikabbli matul tliet xhur u li kienet, fl-ewwel jum ta’ dawk it-tliet xhur, suġġetta għal-leġiżlazzjoni relattiva ta’ Stat Membru ieħor, għandha titqies li hija assigurata bil-leġiżlazzjoni Olandiża sa minn dak l-ewwel jum. (b) L-ammont ta’ benefiċċji tal-familja li jista’ jintalab minn persuna li hija kkunsidrata, skond il-paragrafu 5(a), li hija assigurata bl- AKW , għandu jiġi ddeterminat skond il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament Implimentattiv msemmi fl-Artikolu 89. R. L-AWSTRIJA 1. L-attendenza fi skola jew stabbiliment edukattiv komparabbli fi Stat Membru ieħor għandha titqies bħala ekwivalenti għal attendenza fi skola jew fi stabbiliment edukattiv skond l-Artikoli 227(1)(1) u 228(1)(3) ta’ l- Allgemeines Sozialversicherungsgesetz (ASVG ) (l-att ġenerali dwar is-sigurtà soċjali), l-Artikolu 116(7) tal- Gewerbliches Sozialversicherungsgesetz (GSVG ) (l-Att Federali dwar l-Assigurazzjoni Soċjali għall-Persuni li jaħdmu fin-Negozju u l-Kummerċ) u l-Artikolu 107(7) tal- Bauern-Sozialversicherungsgesetz (BSVG ) (l-att dwar is-sigurtà soċjali għall-bdiewa), meta l-persuna kkonċernata kienet suġġetta f’xi żmien għal-leġiżlazzjoni Awstrijaka minħabba r-raġunijiet li huwa żvolġa attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, u li l-kontribuzzjonijiet ipprovduti taħt l-Artikolu 227(3) tal- ASVG , l-Artikolu 116(9) tal- GSVG u l-Artikolu 107(9) tal-BSGV huma mħallsa. 2. Fejn [id- DG 12 tar-Regolament Implimentattiv il-ġdid ] iwassal biex il-perjodi ta’ kura tat-tfal skond l-Artikoli 227a u 228a ta’ l- Allgemeines Sozialversicherungsgesetz (ASVG ) (l-att dwar is-sigurtà soċjali ġenerali), l-Artikoli 116a u 116b tal- Gewerbliches Sozialversicherungsgesetz (GSVG ) (l-Att Federali dwar l-Assigurazzjoni Soċjali għall-Persuni li jaħdmu fin-Negozju u l-Kummerċ) u l-Artikoli 107a u 107b tal- Bauern-Sozialversicherungsgesetz (BSVG ) (l-att dwar is-sigurtà soċjali għall-bdiewa) jkunu mibdula minn perjodi ta’ assigurazzjoni kkompletati fi Stat Membru ieħor, l-ammont teoretiku kkalkulat skond l-Artikolu 52(1)(b)(i) għandu jiżdied bl-ammont li kien jirriżulta taħt il-leġiżlazzjoni Awstrijaka kieku l-perjodi ta’ kura tat-tfal kellhom jitqiesu għal dawk il-perjodi ta’ assigurazzjoni. 3. Għall-kalkolu tal-benefiċċju pro rata msemmi fl-Artikolu 52(1)(b), żidiet speċjali fil-kontribuzzjonijiet għal assigurazzjoni supplimentari u l-benefiċċju supplimentari tal-minatur taħt il-leġiżlazzjoni Awstrijaka għandu jiġi injorat. F’dawn il-każijiet, il-benefiċċju pro rata kkalkulat mingħajr dawk il-kontribuzzjonijiet għandu, jekk approprjat, jiżdied b’żiediet speċjali mhux imnaqqsa fil-kontribuzzjonijiet għal assigurazzjoni supplimentari u l-benefiċċju supplimentari tal-minatur. 4. Fejn f’konformità ma’ l-Artikolu 6 perjodi sostituttivi taħt skema ta’ assigurazzjoni tal-pensjoni Awstrijaka ġew ikkompletati, iżda dawn ma jistgħux jikkostitwixxu l-bażi għall-kalkolu skond l-Artikoli 238 u 239 ta’ l- Allgemeines Sozialversicherungsgesetz ( ASVG) (l-att dwar is-sigurtà soċjali ġenerali), l-Artikoli 122 u 123 tal- Gewerbliches Sozialversicherungsgesetz ( GSVG ) (l-Att Federali dwar l-Assigurazzjoni Soċjali għall-Persuni li jaħdmu fin-Negozju u l-Kummerċ) u l-Artikoli 113 u 114 tal- Bauern-Sozialversicherungsgesetz ( BSVG ) (l-att dwar is-sigurtà soċjali għall-bdiewa), il-bażi tal-kalkolu għall-perjodi ta’ kura tat-tfal skond l-Artikolu 239 ta’ l- ASVG , l-Artikolu 123 ta’ l- GSVG u l-Artikolu 114 ta’ l- BSVG għandhom jintużaw. 5. L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament m’għandhiex ikollha l-effett li tnaqqas xi dritt għall-benefiċċji għal persuni li sofrew fis-sitwazzjoni tas-sigurtà soċjali tagħhom minħabba raġunijiet politiċi jew reliġjużi jew minħabba raġunijiet marbutin ma’ d-dixxendenza tagħhom. S. Il-POLONJA Xejn. T. Il-PORTUGALL Xejn. U. Is-SLOVENJA Xejn. V. Is-SLOVAKKJA Xejn. W. Il-FINLANDJA 1. Persuna li m’għadhiex assigurata taħt l-iskema tal-Pensjonijiet Nazzjonali hija meqjusa, fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament, li għadha żżomm l-istatus ta’ persuna assigurata jekk, meta jseħħ ir-riskju, huwa jew hija j(t)kun assigurat(a) għall-istess riskju taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor jew, fin-nuqqas ta’ dak, i(t)kun intitolat(a) għal benefiċċju għall-istess riskju taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor. Il-kondizzjoni ta’ l-aħħar għandha, madankollu, titqies li tkun ġiet issodisfatta, fil-każ imsemmi fl-Artikolu 57(1). 2. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-dritt u tal-kalkolu ta’ l-ammont tal-pensjoni nazzjonali Finlandiża taħt l-Artikoli 52 sa 54, il-pensjonijiet akkwistati taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor huma ttrattati bl-istess mod bħall-pensjonijiet akkwistati taħt leġiżlazzjoni Finlandiża. 3. Fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 52(1)(b)(i) għall-fini tal-kalkolu tad-dħul għall-perjodu kkreditat taħt il-leġiżlazzjoni Finlandiża dwar pensjonijiet relatati mad-dħul, fejn individwu għandu perjodi ta’ assigurazzjoni tal-pensjoni msejsa fuq attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha fi Stat Membru ieħor għal parti mill-perjodu ta’ riferenza taħt il-leġiżlazzjoni Finlandiża, id-dħul għall-perjodu kkreditat għandu jkun ekwivalenti għas-somma tad-dħul miksuba matul il-parti tal-perjodu ta’ riferenza Finlandiżi diviż bin-numru ta’ xhur li għalihom kien hemm perjodi ta’ assigurazzjoni Finlandiżi matul il-perjodu ta’ riferenza. X. L-IŻVEZJA 1. Meta titħallas allowance tal-lif tal-ġenituri taħt id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 67 lil membru ta’ familja li m’huwiex impjegat, l- allowance tal-lif tal-ġenituri titħallas f’livell li jikkorrispondi għal-livell bażiku jew l-aktar baxx. 2. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar l-akkumulazzjoni ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni m’għandhomx japplikaw għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fil-leġiżlazzjoni Svediża dwar l-intitolament għal pensjoni ggarantita għal persuni mwielda fl-1937 jew qabel li kienu residenti fl-Iżvezja għal perjodu speċifikat qabel ma’ applikaw għal pensjoni (l-Att 2000:798). 3. Għall-fini tal-kalkolu tad-dħul nozzjonali għal benefiċċju tal-mard relatat mad-dħul u għall- allowance fuq l-attività relatata mad-dħul skond il-Kapitolu 8 tal- Lag (1962:381) om allmän försäkrings (l-Att dwar l-Assigurazzjoni Nazzjonali), għandu japplika dan li ġej: (a) fejn il-persuna assigurata, matul il-perjodu ta’ riferenza, kienet ukoll suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru wieħed ieħor jew aktar bis-saħħa ta’ attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, d-dħul fl-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i) għandu jitqies li huwa ekwivalenti għad-dħul gross medju tal-persuna assigurata fl-Iżvezja matul il-parti tal-perjodu ta’ riferenza Svediż, ikkalkulat bid-diviżjoni tad-dħul fl-Iżvezja bin-numru ta’ xhur li matulhom kien hemm dak id-dħul; (b) fejn il-benefiċċji huma kkalkulati skond l-Artikolu 46 u l-persuni ma jkunux assigurati fl-Iżvezja, il-perjodu ta’ riferenza għandu jiġi ddeterminat skond il-Kapitolu 8, il-paragrafi 2 u 8 ta’ l-Att imsemmi hawn fuq daqs li kieku l-persuni kkonċernati kienu assigurati fl-Iżvezja. Jekk il-persuna kkonċernata m’għandha l-ebda dħul li jwassal għall-pensjoni matul dan il-perjodu taħt l-Att dwar il-pensjoni ta’ l-età relatata mad-dħul (1998:674), il-perjodu ta’ riferenza għandu jitħalla jiddekorri mill-aktar punt bikri fiż-żmien minn meta l-persuna assigurata kellha dħul minn impjieg bi qligħ fl-Iżvezja. 4. a) Għall-fini tal-kalkolu tad-dħul nozzjonali pensjonabbli għall-pensjoni relatata mad-dħul tal-persuna superstita (Att 2000:461), jekk il-ħtieġa fil-leġiżlazzjoni Svediża għad-dritt tal-pensjoni f’minn ta’ l-anqas tlieta mill-ħames snin kalendarji li jiġu immedjatament qabel il-mewt tal-persuna assigurata (perjodu ta’ riferenza) ma tiġix issodisfatta, għandhom jitqiesu wkoll perjodi ta’ assigurazzjoni kkompletati fi Stati Membri oħra daqs li kieku kienu kkompletati fl-Iżvezja. Perjodi ta’ assigurazzjoni fi Stati Membri oħra għandhom jitqiesu bħala msejsa fuq il-medja tal-bażi tal-pensjoni Svediża. Jekk il-persuna konċernata għandha sena waħda biss fl-Iżvezja b’bażi ta’ pensjoni, kull perjodu ta’ assigurazzjoni fi Stat Membru ieħor għandu jitqies bħala li jikkostitwixxi l-istess ammont. b) Għall-fini tal-kalkolu tal-krediti nozzjonali tal-pensjoni, għall-pensjonijiet tan-nisa romol relatati ma’ mwiet fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, jekk il-ħtiġijiet tal-leġiżlazzjoni Svediża għall-krediti tal-pensjoni f’minn ta’ l-anqas tnejn mill-erba’ snin li jiġu immedjatament qabel il-mewt tal-persuna assigurata (il-perjodu ta’ riferenza) ma jiġux issodisfatti u perjodi ta’ assigurazzjoni kienu kkompletati fi Stat Membru ieħor matul il-perjodu ta’ riferenza, dawk is-snin għandhom jitqiesu bħala msejsa fuq l-istess krediti tal-pensjoni bħal tas-sena Svediża. Y. Ir-RENJU UNIT 1. Fejn, skond il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, persuna jista’ jkollha d-dritt għal pensjoni ta’ l-irtirar jekk: (a) il-kontribuzzjonijiet tal-konjugi preċedenti jitqiesu daqs li kieku kienu l-kontribuzzjonijiet ta’ dik il-persuna nnifisha; jew (b) il-kondizzjonijiet rilevanti tal-kontribuzzjoni huma ssodisfatti mill-konjugi jew il-konjugi preċedenti ta’ dik il-persuna,u sakemm, f’kull każ, li l-konjugi jew il-konjugi ta’ qabel tkun jew kienet tiżvolġi attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, u kienet suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ żewġ Stati Membri jew aktar, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw sabiex jiġi ddeterminat id-dritt taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit. F’dan il-każ, riferenzi f’dan il-Kapitolu 5 għal "perjodi ta’ assigurazzjoni" għandhom jinftehmu bħala riferenzi għal perjodi ta’ assigurazzjoni kkompletati minn: (i) konjugi jew konjugi ta’ qabel fejn issir talba minn: - mara miżżewġa; jew - persuna li ż-żwieġ tagħha ntemm għal raġunijiet għajr il-mewt tal-konjugi, jew (ii) konjugi ta’ qabel, fejn issir talba minn: - armel li immedjatament qabel l-età pensjonabbli m’huwiex intitolat għal allowance ta’ ġenituri romol; jew - armla li immedjatament qabel l-età tal-pensjoni m’hijiex intitolata għal allowance ta’ omm armla, allowance ta’ ġenituri romol jew pensjoni ta’ armla, jew li hija ntitolata biss għal pensjoni ta’ armla relatata ma’ l-età, ikkalkulata skond l-Artikolu 52(1)(b), u għal dan il-fini “pensjoni ta’ armla relatata ma’ l-età” tfisser pensjoni ta’ armla li titħallas b’rata mnaqqsa skond it-taqsima 39(4) ta’ l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 1992. 2. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6 tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-intitolament għal allowance ta’ assistenza fid-dar, allowance ta’ kuranti u allowance ta’ kuranti li toqgħod mal-pensjonanta, perjodu ta’ impjieg, impjieg għal rasu(ha) kkompletata fit-territorju ta’ Stat Membru għajr ir-Renju Unit għandhom jitqiesu sakemm huwa meħtieġ biex jissodisfaw il-kondizzjonijiet dwar il-preżenza fir-Renju Unit, qabel il-jum li fih isir dovut l-intitolament għall-benefiċċju rilevanti. 3. L-Artikolu 7 għandu japplika għal kull benefiċjarju ta’ għajnuna tar-Renju Unit f’sura ta’ benefiċċji fi flus għall-invalidità, ta’ l-età jew tas-superstiti, pensjonijiet għal inċidenti fuq ix-xogħol jew mard okkupazzjonali jew ta’ għotjiet relatati ma’ mewt, li qed joqgħod fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor. 4. Fejn japplika l-Artikolu 46, jekk il-persuna konċernata ssofri inkapaċità għax-xogħol li twassal għall-invalidità waqt li tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, ir-Renju Unit għandu, għall-finijiet tat-Taqsima 30A (5) ta’ l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 1992, iqis il-perjodi kollha li matulhom il-persuna kkonċernata rċeviet, minħabba dik l-inkapaċità għax-xogħol: (i) għotjiet ta’ flus minħabba mard jew pagi jew salarji minflokhom, (ii) benefiċċji fit-tifsir tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu III mogħtija fir-rigward ta’ l-invalidità li segwiet dik l-inkapaċità għax-xogħol, taħt il-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat Membru l-ieħor, daqs li kieku kienu perjodi ta’ benefiċċju għall-inkapaċità għal żmien qasir imħallsa skond it-Taqsimiet 30A (1)-(4) ta’ l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 1992. 5. Fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 46, għandhom jitqiesu biss perjodi li matulhom il-persuna kienet inkapaċi għax-xogħol fit-tifsir tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit. 6. (1) Għall-fini tal-kalkolu tal-fattur ta’ qligħ sabiex jiġi ddeterminat l-intitolament għall-benefiċċji taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, għal kull ġimgħa ta’ attività bħala persuna impjegata taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, u li tkun bdiet matul is-sena rilevanti tat-taxxa fuq id-dħul fit-tifsir tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, il-persuna konċernata għandha titqies li ħallset il-kontribuzzjonijiet ta’ persuna impjegata li qalgħet il-flus, jew jkollha dħul li fuqu tħallsu l-kontribuzzjonijiet, fuq il-bażi ta’ qligħ ekwivalenti għal żewġ terzi ta’ l-ogħla limitu ta’ dħul għal dik is-sena. (2) Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 52(1)(b)(ii), fejn: (a) fi kwalunkwe sena tat-taxxa fuq id-dħul li tibda fis-6 ta’ April 1975 jew wara, persuna li tiżvolġi attività bħala persuna impjegata u kkompletat perjodi ta’ assigurazzjoni, ta’ impjieg jew ta’ residenza esklussivament fi Stat Membru għajr ir-Renju Unit, u l-applikazzjoni tal-paragrafu 6(1) imsemmi hawn fuq tirriżulta li dik is-sena tingħadd bħala sena li tikkwalifika fit-tifsir tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit għall-finijiet ta’ l-Artikolu 52(1)(b)(i), hija għandha titqies li kienet assigurata għal 52 ġimgħa f’dik is-sena f’dak l-Istat Membru l-ieħor; (b) kwalunkwe sena tat-taxxa fuq id-dħul li tibda fis-6 ta’ April 1975 jew wara ma tgħoddx bħala sena li tikkwalifika fit-tifsir tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit għall-finijiet ta’ l-Artikolu 52(1)(b)(i), kull perjodi ta’ assigurazzjoni, ta’ impjieg jew ta’ residenza kkompletati f’dik is-sena għandhom jiġu injorati. (3) Għall-fini tal-konverżjoni ta’ fattur tad-dħul f’perjodi ta’ assigurazzjoni, il-fattur tad-dħul miksub fis-sena rilevanti tat-taxxa fuq id-dħul fit-tifsir tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit għandu jiġi diviż bil-limitu l-aktar baxx tad-dħul ta’ dik is-sena. Ir-riżultat għandu jkun espress bħala numru sħiħ, u tiġi injorata kull frazzjoni li jibqa’. Iċ-ċifra hekk ikkalkulata għandha tiġi ttrattata daqs li kieku tirrappreżenta n-numru ta’ ġimgħat ta’ assigurazzjoni kkompletati taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit matul dik is-sena sakemm dik iċ-ċifra ma taqbiżx in-numru ta’ ġimgħat li matulhom f’dik is-sena l-persuna kienet suġġetta għal dik il-leġiżlazzjoni.". [1] ĠU C , , p. . [2] ĠU C , , p. . [3] ĠU C , , p. . [4] ĠU C , , p. .