52005DC0654

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS fl-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi tal-madwar, 2006-2009 /* KUMM/2005/0654 finali */


[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussell, 15.12.2005

KUMM(2005) 654 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS fl-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi tal-madwar, 2006-2009

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS fl-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi tal-madwar, 2006-2009

Introduzzjoni

Din il-komunikazzjoni tkompli tibni fuq il-prinċipji u l-prijoritajiet stipulati fid-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni “Approċċ koordinat u integrat fil-ġlieda kontra l-HIV/AIDS fl-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi ġirien tagħha” u tistipula l-punti ewlenin biex tittieħed azzjoni sa l-aħħar ta’ l-2009. Pjan ta’ azzjoni aktar dettaljat għall-fażi preżenti jinsab f’Anness. Ħafna minn dawn l-attivitajiet għandhom jintemmu ma’ l-msieħba u jeħtieġ li jkunu involuti mill-qrib dawk ikkonċernati fl-Istati Membri. Dan id-dokument iwaħħad il-politiki relevanti ta’ l-UE u l-mezzi disponibbli, li għandhom sehem fil-ġlieda kontra l-HIV/AIDS. Rigward l-azzjoni esterna, din il-Komunikazzjoni hi konsistenti għal kollox ma' u tikkontribwixxi biex titħaddem l-istruttura ta' politika globali[?].

L-istrateġiji dwar l-HIV/AIDS huma marbuta flimkien mill-qrib biex jissaħħu l-valuri ġenerali Ewropej dwar is-sigurtà umana u l-ħarsien tad-drittijiet umani, inkluż id-drittijiet sesswali u riproduttivi, id-drittijiet ta’ minoranzi u d-drittijiet fundamentali ta' l-emigranti, refuġjati u persuni mċaqalqa

F'dan id-dokument l-għanijiet globali li jissemmew fil-kapitoli tematiċi (Kapitoli 2 sa 6) jirriflettu l-impenji magħmula fid-dikjarazzjonijiet ta’ UNGASS[?], Dublin u Vilnius[?]. Kapitolu 7 jara x’inhuma l-possibilitajiet biex titjieb l-implimentazzjoni tal-politiki dwar l-HIV/AIDS fir-Russja u ż-żona koperta bil-Politika Ewropea tal-Viċinat.[?] L-aħħar kapitolu (Kapitolu 8) isemmi fil-qosor l-impenji magħmula bil-quddiem għall-imsieħba kollha u jiddeskrivi l-possibilitajiet għas-sorveljanza tal-progress.

Il-qagħda ta’ l-epidemija ta’ l-HIV/AIDS fl-Ewropa u ż-żona tal-Mediterran tidher f’Figura 1. Aktar dettalji dwar kif evolviet din l-epidemija jistgħu jinstabu fuq www.eurohiv.org.

[pic]

Il-Kummissjoni hi mħassba għax qed titnaqqas l-enfasi fuq il-prevenzjoni, li tibqa’ l-pedament għall-attivitajiet l-oħra kollha fl-istateġija komprensiva biex tkun miġġielda l-HIV/AIDS. Jekk ma jkunx hemm promozzjoni ħarxa dwar il-miżuri ewlenin ta’ prevenzjoni, bħall-edukazzjoni, l-użu ta’ kondoms u l-implimentazzjoni ta’ miżuri li jnaqqsu l-ħsara (bħal tpartit ta’ labar u siringi), kull mira oħra stipulata (bħat-tneħħija ta' trażmissjoni mill-omm għat-tarbija jew l-aċċess universali għal trattament) ma tistax tintlaħaq. L-oqsma l-oħra ta’ azzjoni li jridu jissaħħu huma temi marbuta mad-drittijiet umani, sorveljanza, u azzjonijiet immirati lejn gruppi speċifiċi li huma vulnerabbli[?].

Il-valur miżjud ewlieni ta’ l-attivitajiet ta’ l-UE dwar l-HIV/AIDS huwa li joffru tmexxija politika u appoġġ verbali. Il-Kummissjoni se tibqa’ żżomm fuq l-aġenda politika wiesgħa tagħha l-HIV/AIDS u temi marbuta u tagħti direzzjoni fil-ġlieda kontra l-istigma u d-diskriminazzjoni, u tippromwovi l-għoti ta’ aċċess universali għas-servizzi ta' prevenzjoni, trattament ARV u servizzi li jnaqqsu l-ħsara lil dawk li jinjettaw id-droga. Il-koordinament, l-iffaċilitar ta’ l-iżvilupp ta’ bażi komuni dwar l-għarfien, l-għoti ta’ għodod komuni biex jittieħdu deċiżjonijiet u fondi oħra biex ikunu appoġġjati attivitajiet nazzjonali u programmi ta’ riċerka u żvilupp f’dan il-qasam huma oqsma oħra fejn azzjoni konġunta fuq livell UE/Ewropew tista' ssaħħaħ ix-xogħol li jsir band'oħra.

L-INVOLVIMENT TAS-SOĊJETÀ ĊIVILI

L-għan hu li jissaħħaħ l-involviment tas-soċjetà ċivili fl-aspetti kollha tar-reazzjoni kontra l-epidemija, inkluż l-iżvilupp ta’ politika, l-implimentazzjoni, is-sorveljanza, u l-evalwazzjoni.

**********

Mindu saru d-dikjarazzjonijiet ta' Dublin il-Kummissjoni involviet organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili[?] fil-grupp ta' esperti li jagħtu pariri dwar l-HIV/AIDS, li issa waqqfu Forum Ċivili tas-Soċjetà dwar l-HIV/AIDS li ltaqa' għall-ewwel darba f'Settembru 2005. Dan huwa grupp ta' ħidma informali biex jgħin fil-parteċipazzjoni ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi, inkluż dawk li jirrappreżentaw nies li għandhom l-HIV/AIDS fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika u f'attivitajiet ta' qsim ta' informazzjoni. Il-Forum iħaddan fih 30 organizzazzjoni mill-Ewropa kollha li jirrappreżentaw oqsma ta’ attività differenti.

L-azzjoni

Il-Kummissjoni se tinvolvi b’mod attiv lis-soċjetà ċivili, u b’mod partikolari dawk li għandhom l-HIV/AIDS, fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u s-sorveljanza tal-politika. Il-Kummissjoni tistieden lill-awtoritajiet reġjonali u nazzjonali biex jiffaċilitaw is-sostenibbiltà ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi u bbażati fil-komunità[?] u l-involviment tagħhom fl-iżvilupp tal-politika, implimentazzjoni u sorveljanza kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi l-oħra Ewropej.

Sħubija mas-settur privat

Għal ħafna negozji l-HIV/AIDS diġà qed tħalli effett fuq il-kompetittività tagħhom. Għal oħrajn ir-riskji li jista’ jkun hemm huma sinifikanti minkejja jekk il-predominanza ta’ l-HIV/AIDS hiex għolja jew baxxa. Skond survey li sar mill-Forum Ekonomiku Dinji[?] fl-2004, 10% tal-meniġers fl-Ewropa tal-Punent jemmnu li l-HIV/AIDS se jkollha effett fuq in-negozju tagħhom, meta mqabbla mad-19% fl-Ewropa tal-Lvant.

Il-Kummissjoni waqqfet sħubijiet ma’ l-Alleanza għall-Iżvilupp tal-Mikrobiċidi u l-Impriża tat-Tilqim Globali kontra l-HIV ( Alliance for Microbicide Development and Global HIV Vaccine Enterprise ) u nediet kollaborazzjoni mal-Koalizzjoni Globali tan-Negozju ( Global Business Coalition ), l-industrija farmaċewtika u negozji oħra ta’ appoġġ bil-għan li tidentifika dawk l-oqsma li jistgħu jaħdmu fuqhom flimkien fil-ġlieda kontra l-HIV/AIDS.

L-azzjoni

Il-Kummissjoni tistieden lin-negozji Ewropej permezz ta’ l-Unjoni ta' l-Industriji tal-Komunitajiet Ewropej[?] ( Union des Industries de la Communauté Européenne ) [?] (UNICE) u mezzi oħra biex issaħħaħ ir-reazzjoni tagħhom kontra l-epidemija u biex jagħtu sehemhom ħalli jimplimentaw din l-istrateġija.

SORVELJANZA

L-għan hu:

- li jitjiebu u jkunu armonizzati s-sistemi biex tiġi segwita u sorveljata l-epidemija, l-imġiba dwar ir-riskju u l-vulnerabbiltà għall-HIV/AIDS;

- li tikkontribwixxi għall-għoti ta’ informazzjoni dwar inċidenza u prevalenza u informazzjoni fuq infezzjonijiet oħra trażmessi sesswalment, epatite C, epatite B u tuberkolożi, speċjalment fost dawk li għandhom l-akbar riskju u li huma l-aktar vulnerabbli;

- li tappoġġja is-sorveljanza tat-testijiet ta’ l-HIV.

**********

Bħalissa s-sorveljanza ta' l-HIV/AIDS fl-Ewropa hi koordinata mill-grupp ta’ nies EuroHIV[?] li qed jagħmlu sorveljanza li hi kofinanzjata mill-Kummissjoni Ewropea taħt il-Programm għas-Saħħa Pubblika[?]. Fl-2008 ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)[?] se jkun responsabbli mill-grupp ta' nies. Peress li waħda mill-ħidmiet ta' l-ECDC hija li jħaddem l-istrutturi ta' sorveljanza b’mod integrat, se jkunu indirizzati s-sinerġiji u t-twaħħid bejn is-sorveljanza ta’ l-HIV, it-tuberkolożi, infezzjonijiet oħra trażmessi sesswalment (STIs) u l-epatite B (HBV) u epatite C (HCV).

Ir-rappurtar tal-każijiet ta’ l-HIV sar fattur ewlieni biex tkun sorveljata l-epidemija fl-Ewropa. Hu għalhekk kruċjali li jkun hemm data mill-pajjiżi kollha Ewropej, li mhuwiex il-każ bħalissa. Strateġiji aħjar u miżuri mmirati aħjar jeħtieġu informazzjoni aħjar dwar il-fatturi ta’ riskju ta’ l-imġiba, bħall-użu tal-kondoms jew it-tpartit ta’ labar u siringi. F’pajjiżi fejn il-predominanza ta’ l-HIV hija baxxa, is-sorveljanza għandha wkoll tkun organizzata b’tali mod li tindividwa s-sinjali bikrin ta' l-HIV fil-gruppi tal-popolazzjoni l-aktar esposti għar-riskju li jiġu infettati. Biex ikun jista’ jiġi ppjanat it-trattament għall-ġejjieni u kemm jeħtieġu servizzi, irid ikun magħruf ukoll in-numru veru ta' infezzjonijiet ġodda ta' HIV kull sena [inċidenza ta' HIV]. Bħalissa l-maġġoranza tal-każijiet ġodda rappurtati huma fil-fatt infezzjonijiet li ttieħdu snin ilu.

Il-kapaċità biex ikunu sorveljati s-suxxettibilità ta’ l-HIV għad-drogi ARV għandha tkun żviluppata bħala parti integrali mis-sorveljanza ta' l-HIV fuq livell nazzjonali u Ewropew.

L-azzjoni

Il-Kummissjoni se tippromwovi s-sorveljanza bħala bażi importanti għal kull strateġija u politika fil-ġlieda kontra l-HIV/AIDS.

Il-Kummissjoni se tappoġġja, permezz ta’ l-istrutturi eżistenti[?], il-ġbir u l-analiżi tad- data dwar suxxettibiltà u, għal dan il-għan, tiffaċilita l-uxu tal-mezzi finanzjarji eżistenti ta' l-UE.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw d-disponibbiltà ta’ riżorsi [umani, finanzjarji, ta' tagħmir] u l-kapaċità biex jilħqu dan u, għal dan il-għan, iqisu li jużaw il-mezzi finanzjarji ta’ l-UE.

Il-Kummissjoni għandha, b’kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-ECDC, l-Istati Membri, il-pajjiżi ġirien u msieħba oħra:

- tiffaċilita t-tkomplija tal-kopertura ġeografika biex ikunu rappurtati l-każijiet tal-HIV;

- tevalwa mill-ġdid l-għanijiet tas-sorveljanza ta’ l-AIDS u tinkludi r-rapporti tagħha fis-sistema integrata ta’ sorveljanza;

- tiddisinja strateġija standard dwar indikaturi xierqa ta' prevenzjoni;

- tiżviluppa estimi ta’ l-inċidenza ta' l-HIV fl-Ewropa;

- tiffaċilita t-twaqqif ta' sorveljanza mill-qrib[?] fi gruppi li għandhom riskju għoli;

- tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet prattiċi biex tindirizza l-ostakli ta’ kunfidenzjalità.

PREVENZJONI MILL-INFEZZJONIJIET ĠODDA TA' L-HIV

L-għan hu:

- li tiffaċilita t-tħaddim ta’ miżuri ta’ prevenzjoni mill-HIV għall-popolazzjoni kollha;

- li tiżgura li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għall-informazzjoni, edukazzjoni u servizzi biex titnaqqas il-vulnerabbiltà tagħhom għall-HIV/AIDS;

- li żżid l-aċċess għall-prevenzjoni, trattament li jiddependi fuq il-pilloli u servizzi li jnaqqsu l-ħsara għal dawk li jinjettaw id-droga;

- li tindirizza l-bżonnijiet speċifiċi u l-ħtiġijiet ta’ populazzjonijiet emigranti biex ikollhom aċċess mingħajr diskriminazzjoni għall-informazzjoni u prevenzjoni, trattament, kura u appoġġ;

- li tappoġġja s-sorveljanza u l-evalwazzjoni ta’ metodi ta’ prevenzjoni.

**********

Peress li m’hemmx vaċċin u lanqas trattament li jikkura, il-prevenzjoni tibqa’ l-qofol tal-ġlieda kontra l-HIV/AIDS. It-tħaddim wiesa' ta' l-attivitajiet ewlenin ta' prevenzjoni, l-edukazzjoni, il-promozzjoni dwar l-użu tal-kondoms, l-implimentazzjoni ta' servizzi li jnaqqsu l-ħsara u l-aċċess għall-pariri volontarji u testijiet huma meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri stipulati f’oqsma oħra. Ħafna pajjiżi Ewropej sabu li t-tixrid ta' l-HIV jista' jkun preventat, imnaqqas jew miżmum permezz tat-tħaddim ta' interventi ippruvati ibbażati fuq evidenza.

Ibbażat fuq l-istudju dwar il-frekwenza u t-tixrid ta’ l-HIV fl-UE u fil-pajjiżi ġirien jeħtieġ li jkun hemm miżuri preventivi aktar intensivi għall-pubbliku inġenerali, u mmirati lejn gruppi speċifiċi bħaż-żgħażagħ, in-nisa, dawk li jinjettaw id-drogi, l-irġiel li jkollhom x'jaqsmu ma' rġiel, ħaddiema tas-sess kummerċjali, ħabsin, u popolazzjonijiet emigranti.

Hu stmat li l-miżuri komprensivi ta’ prevenzjoni mill-HIV jistgħu jilqgħu 63% tal-45 miljun infezzjoni ġdida li mistennija jseħħu bejn l-2002 u l-2010 globalment[?].

Filwaqt li n-numru ta’ nies li qed jgħixu bil-marda ta’ l-HIV/AIDS jikber kull sena, is-servizzi ta’ prevenzjoni mhumiex qed jiżdiedu bl-istess rata. Skond l-estimi tan-Nazzjonijiet Uniti[?] bħalissa hemm 13-il miljun ruħ li jinjettaw id-droga ( injecting drug users, IDU) mad-dinja kollha, u fir-Russja biss hu stmat li hemm madwar 1.5 miljun ruħ[?] - aktar minn 11% ta' l-istima tad-dinja kollha. Barra minn hekk, skond rapporti riċenti[?] 7.6% ta' dawk li jinjettaw id-droga fl-Ewropa tal-Lvant għandhom aċċess għall-programmi li jnaqqsu l-ħsara.

Il-prevenzjoni hi marbuta mill-qrib mat-trattament, għaliex aċċess akbar għat-trattament ARV jsaħħaħ il-prevenzjoni mill-HIV permezz ta’ aktar pariri volontarji u testijiet. Dan jgħin biex tonqos l-istigma u d-diskriminazzjoni, li għadhom qed ixekklu s-suċċess. Xkiel ieħor għas-suċċess tista' tkun l-effettività u l-kwalità kumplessiva tal-programmi eżistenti ta' prevenzjoni, li għadhom mhumiex evalwati u issorveljati sew.

Il-prevenzjoni tat-trażmissjoni mill-omm għat-tarbija tibqa’ waħda mill-prijoritajiet ta’ azzjoni tal-Konferenza ta' Vilnius[?]. Il-Kummissjoni kkonsultat lill-partijiet relevanti u lill-esperti dwar dan u se tibqa' tidentifika l-oqsma fejn jeħtieġ li tittieħed azzjoni fuq livell ta' l-UE.

L-azzjoni

Il-Kummissjoni se tippromwovi t-tħaddim ta’ programmi ta’ prevenzjoni komprensivi u t-tkabbir tagħhom biex tilħaq il-populazzjonijiet l-aktar vulnerabbli.

Il-Kummissjoni se tagħti prijorità lix-xogħol dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva biex tiżviluppa strateġiji innovativi ħalli tippromwovi s-sess sikur u biex tindirizza ż-żieda fl-imġiba taż-żgħażagħ li għandhom tendenza li jieħdu riskju fil-Programm ta’ Saħħa Pubblika.

Il-Kummissjoni se tħejji rapport dwar is-sitwazzjoni tat-trażmissjoni mill-omm għat-tarbija fl-Ewropa. Il-bżonn biex tittieħed azzjoni fil-ġejjieni se jkun valutat fuq din il-bażi.

4.1 Tnaqqis fil-ħsara lis-saħħa marbuta mad-dipendenza fuq id-drogi

Il-Kunsill adotta l-Istrateġija ta’ l-UE dwar id-Droga għall-2005-2012 f’Diċembru 2004 u Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-UE dwar id-Drogi[?] għall-2005-2008 billi implimenta l-Istrateġija f’Ġunju 2005. Il-prevenzjoni ta’ l-HIV/AIDS hija fattur ewlieni fil-Pjan ta’ Azzjoni tad-Drogi, li jitlob li jkun hemm programmi integrati komprensivi li jridu jkunu implimentati fuq livelli nazzjonali u reġjonali.

L-oqsma tal-politika ta’ l-UE dwar id-drogi għandhom ikunu implimentati skond il-politika dwar l-HIV/AIDS. Is-sinerġiji jistgħu jidhru, pereżempju, fil-qasam tar-riċerka, fejn il-Pjan ta’ Azzjoni tad-Drogi jitlob għal riċerka dwar intervent effettiv li jipprevjeni l-HIV/AIDS u riċerka biex ikunu identifikati fatturi protettivi f'pajjiżi b’rati baxxi ta’ prevalenza ta’ l-HIV/AIDS fost dawk li jieħdu d-drogi.

Il-Kummissjoni se tħejji rapport dwar il-progress ta' l-implimentazzjoni ta' l-2003 tar- Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara marbuta mas-saħħa assoċjat mad-dipendenza fuq id-drogi[?]. Il-bżonn li tittieħed azzjoni fil-ġejjieni se jkun assessjat abbażi ta’ dan ir-rapport.

L-Azzjoni

Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri biex itejbu d-disponibbiltà ta’ u l-aċċess għal servizzi li jnaqqsu l-ħsara sabiex tipprevjeni r-riskji tas-saħħa marbuta ma’ l-użu tad-drogi u mwiet marbuta mad-drogi.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri biex jassiguraw id-disponibbiltà ta' trattament ta’ sostituzzjoni li jlaħħaq mat-talba għal trattament.

4.2 Edukazzjoni

Il-prevenzjoni ta’ l-HIV u infezzjonijiet oħra trażmessi sesswalment (STIs) tista’ ssir biss jekk ikun hemm għarfien flimkien ma’ bidla b’saħħitha fl-imġiba. Għalhekk hu importanti ħafna li fl-iskejjel u f’postijiet oħra edukattivi jiddaħħal fil-programmi edukattivi dwar is-saħħa tagħlim għall-ħajja dwar il-prevenzjoni mill-HIV/AIDS. L-iskejjel u l-postijiet l-oħra edukattivi jistgħu jgħinu wkoll biex titnaqqas l-istigma u d-diskriminazzjoni marbuta ma’ l-HIV/AIDS.

L-Azzjoni

Il-Kummissjoni se tippromwovi l-iżvilupp ta’ kurrikula dwar taħriġ apposta għal dawk fil-qasam tal-kura tas-saħħa u professjonisti oħra involuti fis-servizzi marbuta ma’ nies li għandhom l-HIV/AIDS u ma’ popolazzjonijiet li huma l-aktar vulnerabbli għall-HIV/AIDS (inkluż dawk li jieħdu d-drogi fil-vini u l-emigranti).

Il-Kummissjoni se tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ strateġija bbażata fuq il-ħiliet biex tippromwovi bidla effettiva fl-imġiba fost iż-żgħażagħ fl-iskejjel u postijiet oħra xierqa permezz ta’ qsim ta’ informazzjoni u l-aħjar prassi u l-iżvilupp ta’ mudelli ta’ taħriġ.

Pariri u testijiet volontarji , trattamenti, kura u appoġġ

L-għan hu:

- li tkun miġġielda l-istigma u d-diskriminazzjoni li teżisti lejn nies li għandhom l-HIV/AIDS fl-Ewropa;

- li jkun appoġġjat l-għoti ta’ aċċess universali għal trattament u kura effettiva, mhux għoljin u ġusti, inkluż trattament sikur kontra t-tixrid tal-vajrus;

- li tkun appoġġjata l-promozzjoni ta’ integrazzjoni fis-suq soċjali u tax-xogħol għal dawk li għandhom l-HIV/AIDS.

**********

Servizzi li mhumiex għoljin u li huma aċċessibbli u riżultati ta’ trattament tajba jnaqqsu l-istigma u l-emarġinazzjoni u jippromwovu mġiba sesswali responsabbli li, tikkontribwixxi għal tnaqqis fit-tixrid ta’ l-HIV.

Jeħtieġ li jkun hemm sett ta’ servizzi tas-saħħa komprensivi biex jingħata trattament u kura ta’ kwalità tajba. Pariri u testijiet volontarji (VCT) huma l-pedament għas-servizzi kollha għaliex jagħtu lok biex tkun magħrufa kmieni l-infezzjoni ta' l-HIV u tiżgura li jkun hemm aċċess fil-ħin għall-intervent xieraq għal min hu infettat. Dawn is-servizzi għandhom ikopru wkoll lil dawk li għandhom l-HIV/AIDS (PLWHA) bl-epatite B, epatite C jew koinfezzjoni tat-tuberkolożi. It-terapija biex jiġu sostitwiti d-drogi għal dawk li jinjettaw id-drogi (IDUs) hija fattur importanti fis-servizzi li jgħinu fit-trattament u l-kura effettiva.

Il-PLWHA għandha taħdem b’mod attiv biex tieħu ħsieb il-kundizzjoni tagħhom (preparazzjoni għat-trattament). Is-servizzi mogħtija għandhom jappoġġjaw, jinkludu u jagħtu setgħa, lin-nies biex ikollhom aktar kontroll fuq ħajjithom. Is-servizzi soċjali għandhom ikunu integrati ma’ dawk tas-saħħa sa fejn hu possibbli u għandhom ikunu sensittivi għal gruppi partikolarment vulnerabbli.

Terapija antiretrovitali attiva ħafna ( Highly active antiretroviral therapy - HAART) tħalli impatt sinifikanti fuq il-kwalità tal-ħajja tal-PLWHA. L-użu b’suċċess tal-HAART ifisser ukoll sforzi konsiderevoli biex jibqa' jsir it-trattament tul il-ħajja flimkien ma' riżorsi biex ikunu sorveljati r-riżultati, it-tossiċità tad-drogi u l-interazzjonijiet. F'bosta pajjiżi n-nuqqas ta’ nies li jagħtu servizz b’esperjenza lil ċerti gruppi vulnerabbli, bħal dawk li jinjettaw id-drogi u popolazzjonijiet emigranti, jista' jikkumplika aktar il-ġestjoni tat-trattament.

Peress li l-vajrus għandu s-saħħa li jiżviluppa reżistenza għal dawk l-aġenti li ma jħallux il-vajrus jinfirex, huwa iktar importanti li jkun sorveljat l-iżvilupp ta’ fatturi reżistenti. Jekk il-laboratorju ma jkollux kapaċità biżżejjed jista' jkun ta' xkiel biex tinħoloq data suxxettibbli relevanti.

L-Azzjoni

Il-Kummissjoni se tappoġġja l-iżvilupp tal-kapaċità ta’ dawk li jagħtu servizz. Se tingħata prijorità lill-iżvilupp ta’ kurrikula ta’ taħriġ apposta għal dawk fil-qasam tal-kura tas-saħħa u professjonisti oħra involuti fis-servizzi li jagħtu lil dawk li għandhom l-HIV/AIDS u ma' popolazzjonijiet li huma l-aktar vulnerabbli għall-HIV/AIDS.

Il-Kummissjoni se tappoġġja lill-Istati Membri biex iżidu n-nies fl-organizzazzjonijiet mhux governattivi li huma attivi fil-qasam ta’ l-HIV/AIDS ħalli jagħtu pariri dwar trattament u appoġġ biex ikunu preparati aħjar għal trattament.

Il-Kummissjoni se tiffaċilita l-iżvilupp ta’ sorveljanza ta’ l-HIV/AIDS fuq livell Ewropew sabiex tinkludi settijiet ta’ data speċifiċi dwar l-użu tas-servizz u r-riżultat tat-trattament.

Il-Kummissjoni se tiffaċilita l-iżvilupp ta' għodda għall-Istati Membri billi tipprovdi sett ta' mudelli Ewropej possibbli għal servizzi komprensivi ta' l-HIV/AIDS. Din l-għodda tista' titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' l-imsieħba tal-Politika Ewropea tal-Viċinat[?].

Il-Kummissjoni se tappoġġja l-isforzi ta' l-Istati Membri konċernati biex tiżgura li jkun hemm għad-dispożizzjoni ARV li mhux għoli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tistudja aktar possibilitajiet biex jintużaw f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika, bħal epidemija serja ta’ l-HIV/AIDS.

Riċerka dwar l-HIV/AIDS

L-għan hu:

- li jiżdiedu l-impenji biex issir aktar riċerka u żvilupp dwar il-vaċċin u l-mikrobiċidi;

- li jinvestu fi żvilupp ta’ terapiji u dijanjożi rħas u aktar faċli biex jintużaw ħalli jgħinu biex ikun hemm aċċess ikbar għat-trattament;

- li tiġi appoġġjata r-riċerka skond il-ħtiġijiet tas-saħħa pubblika;

- li jkun appoġġjat is-settur privat (l-impriżi żgħar u medji b’mod partikolari) biex jinvolvi ruħu u jipparteċipa;

- li jkun appoġġjat l-iżvilupp tar-riċerka u l-evalwazzjoni ta’ metodi preventivi dwar l-imġiba.

**********

Permezz tas-Sitt Programm ta' Qafas dwar attivitajiet ta’ riċerka u Żvilupp (FP6, 2002-2006), ir-riċerka dwar l-HIV/AIDS saret prijorità ewlenija għall-Kummissjoni Ewropea. Madwar EUR 50 miljun kull sena qed ikun allokat għal dan is-suġġett, biex jiffinanzja kemm l-istrateġiji preventivi kif ukoll dawk terapewtiċi. Il-proġetti li hemm fondi għalihom jinkludu konsorzji kbar, bil-għan li jintegraw u jgħaqqdu flimkien lill-grupp ta’ riċerkaturi li qed jaħdmu fuq prodotti ġodda ħalli jilqgħu għal u jittrattaw l-HIV/AIDS, u strateġiji li huma innovativi ħafna u riċerka aktar iffukata sabiex jiżviluppaw kunċetti ġodda li jiġġieldu l-vajrus.

Is-Sitt Programm ta' Qafas jisħaq fuq l-Istati Membri l-ġodda u l-pajjiżi Ewropej tal-Lvant ġirien, billi jħeġġiġhom jieħdu sehem kemm fi proposti ffinanzjati mill-KE kif ukoll fil-proċess ta' evalwazzjoni. Eżempju minnhom huwa l-koordinament ta' studji dwar gruppi ta' nies li għandhom karatteristika ta' l-istatistika komuni[?] biex ikunu trattati u segwiti adulti infettati bl-HIV, tfal u nisa tqal, ir-reżistenza għall-HIV u t-trażmissjoni mill-omm għat-tarbija. Eżempju ieħor huwa ta’ Netwerk ta’ Eċċellenza (NoE- għodda ġdida taħt is-Sitt Programm ta' Qafas) dwar provi kliniċi terapewtiċi, fejn hi mħeġġa b’mod partikolari l-parteċipazzjoni mill-Istati Membri l-ġodda u l-pajjiżi Ewropej tal-Lvant ġirien. Dan in-netwerk mistenni jkopri l-perjodu bejn l-2006-2010 u se jimmira li jiddisinja, jagħmel standard u jikkoordina provi kliniċi dwar l-HIV fuq livell Ewropew. L-għan ta’ dan in-netwerk għandu jkun li jidentifika l-aħjar strateġiji biex tkun immaniġjata l-infezzjoni ta’ l-HIV u biex jiżviluppa linji ta' gwida għal interventi aktar effiċjenti kemm fl-Ewropa tal-Punent kif ukoll f’dik tal-Lvant.

L-Azzjoni

Il-Kummissjoni ressqet proposta għas-Seba’ Programm ta’ Qafas (FP7), li se jkun innegozjat ma’ l-Istati Membri ta’ l-UE. Ir-riċerka dwar l-HIV/AIDS se tibqa’ prijorità taħt l-FP7. Il-Kummissjoni pproponiet li jkun hemm żieda fil-fondi għall-Programm u se tibqa’ tisħaq fuq l-importanza tiegħu. Ir-riċerka dwar is-saħħa se tiffoka fuq tliet pilastri ewlenin: il-bijoteknoloġija għas-saħħa umana, riċerka translazzjonali u l-għoti ta’ kura tas-saħħa liċ-ċittadini Ewropej.

IL-PAJJI¯I ĠIRIEN

F’dan id-dokument “il-pajjiżi ġirien” tfisser il-Federazzjoni Russa u l-imsieħba taħt il-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat ( European Neighbourhood Policy - ENP). L-ENP tkopri 16-il imsieħeb eżistenti jew potenzjali: l-Alġerija, l-Armenja, l-Azerbajġan, il-Belarus, l-Eġittu, il-Ġeorġja, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Moldova, il-Marokk, l-Awtorità Palestinjana, is-Sirja, it-Tuneżija u l-Ukraina.

Postijiet oħra, il-pajjiżi kandidati huma involuti f’attivitajiet permezz tal-proċess u l-għodda tas-sħubija. Il-Kummissjoni se tara x’inhuma l-possibilitajiet u l-mezzi prattiċi biex testendi l-attivitajiet ta’ l-HIV/AIDS għall-Balkani tal-Punent u l-Ażja Ċentrali fil-ġejjieni.

Il-prinċipji ġenerali biex tkun indirizzata l-HIV/AIDS fil-pajjiżi ġirien jibqgħu l-istess bħal dawk imsemmija fid-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni se tgħin fl-iżvilupp ta’ tmexxija politika b’saħħitha u ta' min iserraħ fuqha biex tiġġieled l-epidemija ta' l-HIV/AIDS. Il-Kummissjoni se tagħmel l-aħjar użu mill-għodda kollha eżistenti u mir-riċerka u żvilupp tal-ġejjieni, b’mod partikolari riċerka klinika, ir-riżultati biex ikunu indirizzati aħjar il-bżonnijiet tal-pajjiżi msieħba, filwaqt li tikkonforma mal-proċeduri dwar għajnuna esterna u l-mandat għall-azzjoni maqbula fid-dokumenti ta’ strateġija tal-pajjiż relevanti u l-programmi indikattivi. Dan se jagħti lok biex id-dipartimenti operattivi tal-Kummissjoni jintervjenu sabiex:

- jiffaċilitaw l-interventi bbażati fuq provi li huma previsti fl-istrateġija nazzjonali, programm ta’ ħidma u qafas ta’ nfiq li ġew maqbula flimkien ma’ l-awtoritajiet nazzjonali u l-imsieħba l-oħra involuti;

- jingħaqdu ma’ msieħba oħra permezz ta’ dik l-istrateġija sabiex iwittu t-triq għal dak li jista’ jkun eżempju ta’ prassi tajba għall-pajjiżi ġirien;

- itejbu, permezz ta’ involviment akbar tal-KE, l-użu ta' l-għodod eżistenti bħall-Fond Globali u l-programm ta' Sħubija dwar Provi Kliniċi tal-pajjiżi Ewropew u li qed Jiżviluppaw ( E EDCTP).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni beħsiebha tinvolvi aktar lill-pajjiżi ġirien fl-attivitajiet ta’ l-UE dwar l-HIV/AIDS sabiex taqsam informazzjoni u l-aħjar prassi.

Il-Kummissjoni se tiżgura li jitwaqqfu mekkaniżmi interni xierqa biex tiżgura l-koerenza ta’ l-istrateġija proposta bl-interventi ta’ azzjoni esterna fuq livelli bilaterali (KE, l-Istati Membri, u msieħba oħra bilaterali) u multilaterali (id-WHO, l-UNAIDS, il-Fond Globali), billi tqis dak li tgħallmet fl-imgħoddi.

7.1 Il-Federazzjoni Russa

Fl-2003 l-UE u r-Russja ftiehmu li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom billi joħolqu erba' "spazji komuni" taħt il-qafas tal-Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni. Il-mapep għall-ispazji komuni kienu maqbula waqt is- Summit UE-Russja f’Mejju 2005 u se jkunu l-bażi għal kooperazzjoni bejn l-UE u r-Russja fis-snin li ġejjin. L-HIV/AIDS huma msemmija fil-kuntest ta’ oqsma tal-politika dwar prevenzjoni mid-droga u edukazzjoni taż-żgħażagħ, li huma żewġ elementi kruċjali ta’ strateġija komprensiva dwar l-HIV/AIDS.

Il-politika tad-Dimensjoni tat-Tramuntana[?] tippromwovi d-djalogu u kooperazzjoni prattika bejn l-UE, ir-Russja, in-Norveġja, u l-Iżlanda. Is-saħħa hija waħda mill-ħames oqsma ewlenin magħżula, u ġiet imqajma fis-Sħubija tad-Dimensjoni tat-Tramuntana fis-Saħħa Pubblika u l-Benessri Soċjali[?]. L-HIV/AIDS kienet prijorità għal azzjoni f’dan il-kuntest, kif ukoll fil-kooperazzjoni intergovernattiva fir-reġjun tal-Baħar ta' Barents[?].

L-Azzjoni

Il-gvern tal-Federazzjoni Russa huwa responsabbli primarjament għall-benessri u saħħet iċ-ċittadini Russi. Il-proċess biex tkun ippjanata azzjoni konġunta speċifika jiddependi mill-prijoritajiet fil-mapep ta’ l-ispazji komuni u se jara x’inhuma l-għażliet differenti biex ikun hemm qsim ta’ l-aħjar prassi u kuntatti f’oqsma definiti.

Il-Kummissjoni se tibqa’ tiddjaloga fuq livell politiku bil-għan li tħaffef l-iżvilupp tat-tmexxija u l-kollaborazzjoni kruċjali bejn awtoritajiet differenti sabiex tiġġieled l-HIV/AIDS.

Il-Kummissjoni tistieden lill-Federazzjoni Russa biex tikkollabora fl-organizzazzjoni ta’ seminars konġunti ta’ esperti mill-UE-Russja fuq l-HIV/AIDS u temi marbuta.

Il-Kummissjoni tistieden lir-rappreżentanti tal-Federazzjoni Russa biex jieħdu sehem fil-grupp ta’ esperti li jagħtu pariri dwar l-HIV/AIDS u fil-Forum tas-Soċjetà Ċivili.

Il-Kummissjoni se tibqa’ taħdem għas-suċċess tal-politika tad-Dimensjoni tat-Tramuntana u tgħin fl-attivitajiet taħt is-Sħubija tad-Dimensioni tat-Tramuntana fis-Saħħa Pubblika.

7.2 Imsieħba taħt il-Politika Ewropea tal-Viċinat

Kull wieħed mill-imsieħba ta’ l-ENP huwa responsabbli biex imexxi, jiddisinja u jimplimenta l-istrateġiji nazzjonali tiegħu sabiex jiġġieldu l-epidemija ta’ l-HIV/AIDS.

Fl-2004 l-Kummissjoni ppubblikat rapporti tal-pajjiżi li jolqtu seba' msieħba ENP (l-Iżrael, il-Ġordan, Moldova, il-Marokk, l-Awtorità Palestinjana, it-Tuneżija u l-Ukraina) segwiti b’negozjati tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni ENP, li jtulu minn tlieta sa ħames snin, li bħalissa qed ikunu mħaddma. Fl-2005, ir-Rapporti tal-Pajjiżi ġew ippubblikati fuq ħames pajjiżi oħra (l-Armenja, l-Azerbajġan, l-Eġittu, il-Ġeorġja, u l-Libanu) u l-iżvilupp tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni ENP għal dawk il-pajjiżi jinsab għaddej. Dawn il-Pjanijiet ta’ Azzjoni jirreferu għall-kooperazzjoni fis-saħħa pubblika, filwaqt li dawk għall-Ukraina u Moldova jsemmu wkoll azzjoni marbuta ma’ l-HIV/AIDS.

Bosta pajjiżi affettwati serjament għandhom bżonn għadd ta’ riżorsi esterni biex iżidu l-intervent tagħhom u l-assistenza teknika sabiex isaħħu s-sistemi tas-saħħa tagħhom, li huma meħtieġa minn qabel biex jilqgħu sew għall-HIV/AIDS.

L-Azzjoni

Il-Kummissjoni tistieden lill-imsieħba ENP, b’mod partikolari dawk bi Pjan ta’ Azzjoni, biex jieħdu sehem fl-attivitajiet differenti ta’ l-UE dwar l-HIV/AIDS bħal fil-grupp ta’ esperti li jagħti pariri u fil-Forum tas-Soċjetà Ċivili.

Pjan ta' Azzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li l-imsieħba għandhom iressqu x-xogħol fil-qafas politiku msemmi fil-kapitoli ta' qabel u l-azzjoni speċifika fil-Pjan ta' Azzjoni (Anness), li aktar 'l quddiem se jkun fuq l-internet u jkun aġġornat mill-Kummissjoni b'konsultazzjoni mal-grupp ta' esperti li jagħtu pariri dwar l-HIV/AIDS, il-Forum tas-Soċjetà Ċivili, u partijiet oħra relevanti konċernati.

Il-Kummissjoni se tqiegħed għad-dispożizzjoni fuq is-sit ta' l-internet dwar is-saħħa pubblika tagħrif ġenerali dwar l-għodda finanzjarji possibbli li jistgħu jintużaw biex tkun implimentata din l-istrateġija.

Il-Kummissjoni, flimkien ma’ msieħba (bħall-grupp ta’ esperti li jagħtu pariri, l-UNAIDS, u d-WHO) se tiżviluppa indikaturi prinċipali xierqa biex issegwi l-proċess. L-għan hu li ssegwi mill-qrib mhux biss ir-riżultati iżda wkoll l-impatt ta’ dawk l-attivitajiet. Dan ix-xogħol se jkun ibbażat fuq l-għodod disponibbli u l-mezzi użati[?] u għandu jikkontribwixxi wkoll biex ikunu sorveljati d-Dikjarazzjoni ta’ UNGASS fuq Impenji dwar l-HIV/AIDS, kif ukoll id-Dikjarazzjonijiet ta' Dublin u Vilnius.

Annex : Action Plan (as 29/11//2005)

Area for action | Action | Indicative timetable | Outcome | Main players |

1. Leadership and advocacy |

Human rights | Establish a working group to conceptualise problems and define where action at EU level is needed | Second half of 2006 | Proposal for a list of priorities for action | Civil society HIV/AIDS Think Tank Commission Neighbouring countries |

Organise a Conference on HIV/AIDS and human rights | Spring 2007 | Council Presidency Commission Member States Neighbouring countries Partners |

2. Involvement of civil society |

Participation in policy development and implementation | HIV/AIDS Civil Society Forum | Twice a year | Commission HIV/AIDS civil society representatives |

Participation in prevention and treatment | Develop and implement a training programme for NGOs with a view to their involvement in ARV treatment and in prevention programmes | Ready by mid-2007 | Training programme on treatment preparedness Training programme on prevention with specific focus on harm reduction measures for IDUs | Commission Member States Non-governmental organisations |

Implement the training programme | From 2008 on | Number of NGO representatives trained annually | Commission Member States NGOs |

3. Surveillance |

Area for action | Action | Indicative timetable | Outcome | Main players |

Coverage of data | Complete the geographic coverage of HIV case reporting within the EU and the WHO European region Complete the geographic coverage of HIV single case reporting within the EU and the WHO European region | 2006 2008 | Complete surveillance data | ECDC/EuroHIV Member States WHO Euro ECDC/EuroHIV Member States WHO Euro |

HIV-related information | Reassess the objectives of HIV/AIDS surveillance in order to gain information on severe HIV-related morbidity, access to diagnosis and treatment | 2006 | ECDC/EuroHIV Member States |

System development | Develop an integrated database for HIV and AIDS surveillance | 2007-2008 | Integrated database | ECDC/EuroHIV |

Developing behavioural data collection | Start with establishing an inventory of behavioural surveys/surveillance already existing in each country | 2006 | Inventory of available methods | ECDC/EuroHIV Member States UNAIDS EMCDDA |

Establish a list of important prevention indicators to be collected on an annual basis (e.g. % of IDUs sharing equipment in the past x months, % of MSM having unprotected anal intercourse at last sex) | 2007-2009 | Data on behavioural risk factors | ECDC/EuroHIV Member States UNAIDS EMCDDA |

Sentinel surveillance for early warning | Facilitate the setting-up of sentinel surveillance in high-risk groups in countries with a low-level epidemic | 2006 | Number of countries with sentinel surveillance | ECDC/EuroHIV Countries concerned |

HIV incidence | Estimate HIV incidence in Europe | 2007 | True HIV incidence in Europe | ECDC/EuroHIV WHO Euro |

3. Surveillance (cont’d) |

Area for action | Action | Indicative timetable | Outcome | Main players |

HIV prevalence | Provide HIV prevalence estimates for Europe | 2006 | HIV prevalence estimates for individual countries | ECDC/EuroHIV WHO Euro, UNAIDS |

Data protection | Work with the Member States to identify possible practical problems with the protection of personal data and with the free movement of such data in the context of HIV/AIDS surveillance | 2006-2007 | Commission ECDC/EuroHIV Member States |

Development of resistance | Facilitate Europe-wide surveillance on HIV drug resistance | 2007-2008 | Number of countries implementing national HIV drug resistance surveillance | ECDC/EuroHIV Commission Member States |

4. Prevention of new HIV infections |

Area for action | Action | Indicative timetable | Outcome/indicator | Main players |

Sexual transmission | 1) Develop innovative strategy to promote safe sex and address the increase in risk-taking behaviour among youth 2) Implement the strategy | 2006– 2009- | 1) Innovative safe sex strategy developed 2) Number of countries implementing the strategy | Commission Member States Civil society organisations International organisations |

Mother-to-child transmission | Report on the state of play in Europe | 2006 | Report followed by an action plan | Commission ECDC/EuroHIV |

Harm reduction | Monitor implementation of the Council Recommendation of 18 June 2003 | 2007 | Report | Commission Member States |

Blood | Monitor the data compiled by Member States under the Commission Directive on traceability and adverse events and reactions (adoption expected in September 2005) related to transmission of HIV (and other diseases) by blood and blood components | Annual reporting to Commission to begin by end of 2007 | Report | Member States Commission |

Youth | Include youth as a priority target group for the development of public health intervention | 2006- | Commission Member States Civil society organisations International organisations |

Prisoners | Develop HIV prevention strategies for prisons Identify best practices for HIV prevention in prisons in Europe | 2006- | HIV prevention strategies developed for prisons | Commission Member States Civil society organisations International organisations |

Population-wide information | EBU “European health information platform” | 2006 | Material for media Information website with updates, ready for use by TV and radio | EBU and its partners Commission Member States |

Awareness-raising among general public | 1) Bring visibility to HIV/AIDS in Europe 2) Link Europe into the World AIDS Campaign 3) Promote prevention and Voluntary Counselling and Testing | 2006-2009 May June/July December | One to three EU-led events on HIV/AIDS every year | Commission Member States ECDC/EuroHIV WAC Other partners |

Education | 1) Organise a consensus meeting on best practice on HIV/AIDS peer education 2) Develop a training module for HIV/AIDS peer education 3) Implement the training module | 2006 2006-2007 2007-2009 | 1) Consensus report 2) Training module 3) Number of national HIV/AIDS focal points and peer education officials trained | Commission Member States WHO, UNAIDS, other partners |

5.Treatment, care and support |

Area for action | Action | Indicative timetable | Outcome | Main players |

Access of vulnerable groups to services | 1) Prepare a European inventory on best practices/know-how on drug treatments 2) Prepare guidelines/best practices on access to treatment for vulnerable populations | 1) Inventory of best practices 2) Guidelines on access to treatment | Commission Member States |

Support capacity-building among service providers to improve access for vulnerable groups Continue the development of European curricula/training modules | 2006- | Training programme for service providers | Commission Member States |

Treatment preparedness | Develop patient-friendly information on treatment | Number of information packages developed | Commission Member States NGOs |

Develop a training module on treatment preparedness | 2006- | Training module on adherence | Commission Member States NGOs |

Service standards | Provide a toolkit for Member States for developing comprehensive HIV/AIDS services | 2006- | Toolkit for service standards |

Affordable ARV | Continue exploring possible solutions | Feasible solution to reduce the cost of ARV | Commission Pharmaceutical industry Member States concerned |

Laboratory capacity Training of personnel | Integrate in curricula of university and continuing medical education | Commission, ECDC, Universities, Medical associations, ESCMID, WHO Euro |

Networking of laboratories for susceptibility testing | Establish a Europe-wide network of national [reference] laboratories for HIV susceptibility testing | Network of specialist laboratories established | ECDC Member States |

Upgrading national laboratories | Assess the needs [training, equipment, etc.] in HIV laboratories at national level | Number of national inventories ready | Member States ECDC |

6. Research |

Area for action | Action | Indicative timetable | Outcomes | Main players |

Advance treatment | Establish a European network of clinical trials on new therapeutic approaches to HIV/AIDS | 2006-2010 | New strategies for the management of HIV infection | Member States Commission |

Facilitate vaccine/microbicide research | Establish a European network for vaccine/microbicide research | 2006-2010 | Standardisation of HIV research tools; new vaccine/microbicide candidates; closer European collaboration with global research initiatives and partnerships | Commission Member States Research centres Industry, SMEs |

Cohort studies | Set up a network of European cohort studies on HIV/AIDS | 2006-2009 | New treatment options to overcome resistance to HIV drugs; PMTCT[?] | Commission Clinical research centres |

7. Neighbouring countries |

Area for action | Action | Indicative timetable | Outcomes | Main players |

Russian Federation |

EC participation in the work of the Country Coordinating Mechanism | 2006- | EC Delegation Russian Federation CCM |

Expert meetings on HIV/AIDS-related issues | 1) Organise an expert meeting on HIV/AIDS 2) Finnish Presidency meeting | 1) 2006 2) September 2006 | 1) Commission Russian Federation Partners 2) Council Presidency |

European Neighbourhood Policy partners |

EC participation in the work of the Country Coordinating Mechanism | 2006- | EC Delegation CCM ENP Partners |

Invite ENP partners to EU activities | 1) Invite ENP partners to Think Tank meetings on specific topics 2) Invite ENP partners to HIV/AIDS-related meetings/conferences | 2006- | Exchange of information and best practises | Commission Member States NGOs Partners |

Surveillance | Ensure that networks increasingly cover Southern Mediterranean countries | 2009 | Surveillance data available | ECDC EpiSouth |

Explore the scope for specific HIV/AIDS meetings targeted at ENP partners | Hold exploratory meeting with ENP Partners [in particular those with an ENP Action Plan] Hold a series of follow-up meetings on specific topics, countries or regions | 2007 2008- | Exchange of information and best practises | Commission Member States Partners |

[1] Prevention of mother-to-child transmission.

[i] Commission communication “A Coherent European Policy Framework for External Action to Confront HIV/AIDS, Malaria and Tuberculosis” MACROBUTTON HtmlResAnchor (COM(2004)726). Commission communication (COM(2005) 179) “A European Programme for Action (PfA) to Confront HIV/AIDS, Malaria and Tuberculosis through External Action (2007-2011)”.

[ii] http://www.unaids.org/en/events/un+special+session+on+hiv_aids.asp.

[iii] http://europa.eu.int/comm/health/ph_threats/com/aids/keydocs_aids_en.htm.

[iv] European Neighbourhood Policy, EU/Russia Partnership and Cooperation Agreement (PCA).

[v] In this document the specific vulnerable groups are defined for each of the priority areas, but it should be noted that they may differ, depending on the state of the HIV/AIDS epidemic and economic and cultural setting in the particular area of concern.

[vi] The institutional forms of civil society are distinct from those of the state, family and market and civil society commonly embraces a diversity of spaces, stakeholders and institutional forms, of varying degree s of formality, autonomy and power. Civil societies are often populated by organisations such as registered charities, development non-governmental organisations, community groups, women's organisations, faith-based organisations, professional associations, trade unions, self-help groups, social movements, business associations, coalitions and advocacy groups. MACROBUTTON HtmlResAnchor http://www.lse.ac.uk/ .

[vii] These are private, non-profit organisations based in and working in local communities. Normally they are created in response to some particular need or situation (high unemployment rate - employment promotion) in the community and work is done by local people.

[viii] www.weforum.org/globalhealth/globalsurvey.

[ix] http://www.unice.org/Content/Default.asp?.

[x] http://www.eurohiv.org

xi OJ L 271, 09/10/2002, p.1 - 12.

[xi] OJ L 142, 30/04/2004, P. 1 – 11. http://www.ecdc.eu.int.

[xii] European Centre for Disease Prevention and Control, MACROBUTTON HtmlResAnchor http://www.ecdc.eu.int/ and Research FP5 supported SPREAD –programme, http://www.umcutrecht.nl/afdeling/index.asp?dep=9

[xiii] Surveillance based on selected population samples chosen to represent the relevant experience of particular groups (Last, JM edit A Dictionary of Epidemiology, 4th edition, 2001), such as testing of blood for the purpose of monitoring the prevalence and trends in HIV infection among commercial sex workers in a city during six months.

[xiv] Stover, J., Walker, N., Garnett, G. P., et al. Can we reverse the HIV/AIDS pandemic with an expanded response? Lancet 2002; 360(9326):73-77.

[xv] Aceijas, C., Hickman, M., Stimson, G., Rhodes, T. Tagħrif ġenerali dwar l-HIV fost dawk li jinjettaw id-droga, AIDS 2004; 18: 2295-2302.

[xvi] Global Illicit Drug Trends 2002, UNODC, 2003, Vienna.

[xvii] Intensifying HIV prevention. UNAIDS policy position paper. UNAIDS/PCB 05.329, June 2005.

[xviii] http://www.aids.lt/iac/

[xix] OJ L 169, 8.7.2005, p. 1. http://europa.eu.int/comm/health/ph_determinants/life_style/drug_en.htm.

[xx] OJ L 165, 3.7.2003, p 31.

[xxi] See Chapter 7.

[xxii] MACROBUTTON HtmlResAnchor Research methods that involve observations of the same items [large numbers of people] over a long period of time with comparison of incidence rates in groups that differ in exposure levels..

[xxiii].

[xxiv] http://www.ndphs.org/index.php?cat=29143.

[xxv] http://www.beac.st/.

[xxvi] UNAIDS (2005). Monitoring the Declaration of Commitment on HIV/AIDS: guidelines on construction of core indicators, Geneva: UNAIDS.

WHO/UNAIDS (2005). National AIDS programmes: A guide to monitoring and evaluating antiretroviral programmes. Geneva: WHO.

WHO/UNAIDS (2004). National AIDS programmes: A guide to monitoring and evaluating national HIV/AIDS care and support. Geneva: WHO.

WHO/UNAIDS (2004). Guide to monitoring and evaluating national HIV/AIDS prevention programmes for young people Geneva: WHO.

Family Health International (2000). Behavioural Surveillance Surveys: Guidelines for repeated Behavioural Surveys in populations at Risk of HIV. Arlington, USA: Family Health International