52005PC0635

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjonijiet 98/161/KE, 2004/228/KE u 2004/295/KE fir-rigward ta’ l-estensjonijiet tal-miżuri li jipprevjenu l-evażjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud fis-settur ta’ l-iskart /* KUMM/2005/0635 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 7.12.2005

KUMM(2005)635 finali

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjonijiet 98/161/KE, 2004/228/KE u 2004/295/KE fir-rigward ta’ l-estensjonijiet tal-miżuri li jipprevjenu l-evażjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud fis-settur ta’ l-iskart

.

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Skond l-Artikolu 27(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi fuq il-bejgħ - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ valutazzjoni, il-Kunsill, filwaqt li jopera unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jawtorizza kwalunkwe Stat Membru li japplika miżuri speċjali għal deroga minn dik id-Direttiva sabiex jissimplifika l-proċedura tal-ħlas ta' taxxa jew iwaqqaf milli jseħħu ċerti tipi ta' evażjoni jew evitar tat-taxxa. B’ittri rreġistrati mas-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni fit-3 ta’ Awwissu 2005, fil-25 ta’ Ottubru 2005 u fis-26 ta’ Settembru 2005: Spanja; l-Olanda u l-Italja rispettivament talbu li jiġu awtorizzati li jġeddu l-miżuri li ġejjin minn deroga għall-Artikolu 21, jew l-Artikolu 2 u 28a(1) tad-Direttiva 77/388/KEE. Skond l-Artikolu 27(2) ta’ dik id-Direttiva, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra permezz ta’ ittri ddatati s-6 ta’ Settembru 2005, is-26 ta’ Ottubru 2005 u l-24 ta’ Ottubru 2005 b’dawn it-talbiet. Il-Kummissjoni infurmat lil Spanja, lill-Olanda u lill-Italja permezz ta’ ittri ddatati rispettivament is-7 ta’ Settembru 2005, is-27 ta’ Ottubru u l-25 ta’ Ottubru 2005 li kellha l-informazzjoni kollha li kkunsidrat neċessarja biex tqis it-talba. |

120 | Il-kuntest ġenerali L-Istati Membri kkonċernati kollha esperjenzaw problemi fil-passat minħabba telf ta’ VAT fis-settur ta’ l-iskart u r-riċiklaġġ. L-aktar abbuż komuni kien ta’ nuqqas ta’ ħlas lill-awtoritajiet tat-taxxa, tal-VAT li ġiet invojsjata minn negozji żgħar involuti fil-kummerċ ta' l-iskart li sussegwentement jisparixxu bla ma jħallu traċċi. Ir-reċipjent jibqagħlu invojs li hi valida għal tnaqqis tat-taxxa filwaqt li fl-istess ħin it-taxxa tal-ħruġ tibqa’ ma titħallasx. Dawn il-problemi wasslu għal derogi separati bbażati fuq il-bżonnijiet u l-metodi ta' l-Istati Membri kkonċernati. Għalhekk ir-Renju ta’ Spanja u l-Italja applikaw u rċevew, l-awtorizzazzjoni li japplikaw miżuri speċjali għal deroga mill-Artikolu 21 sal-31 ta' Diċembru 2005 l-aktar tard, filwaqt li l-Olanda rċeviet l-awtorizzazzjoni li tapplika l-miżuri speċjali għal deroga mill-Artikoli 2 u 28a(1) sa l-istess żmien. Fl-eventwalità tad-dħul fis-seħħ ta’ skema speċjali għall-applikar tal-VAT lis-settur ta’ l-iskart li jemenda s-Sitt Direttiva tal-VAT, id-Deċiżjonijiet eżistenti jipprovdu għal tmiem ta' l-awtorizzazzjoni. Minħabba li jemmnu li l-miżuri konċernati huma effettivi u li hemm bżonn li jkomplu jżommuhom, l-Istati Membri involuti issa talbu estensjoni lill-awtoritajiet rispettivi tagħhom. Minkejja li mekkaniżmu ta’ l-inverżjoni tal-kontabilità fis-settur ta’ l-iskart qed ikun propost bħala għażla fis-6 Direttiva bħala parti mill-proposta tal-Kummissjoni KOM(2005)89 biex tirrazzjonalizza n-numru ta’ derogi mill-Artikolu 27, m’hemm ebda ċertezza li jintlaħaq ftehim fuq id-dossier qabel il-31 ta’ Diċembru 2005. Estensjoni hi għalhekk neċessarja biex tkun żgurata l-kontinwità tal-bażi legali għall-miżuri eżistenti. Bħala regola ġenerali, l-Artikolu 21(1)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE, jistipula li l-persuna taxxabbli li tforni l-oġġetti jew is-servizzi hi normalment responsabbli li tħallas it-taxxa fuq il-valur miżjud. Kemm Spanja kif ukoll l-Italja madankollu, jixtiequ jkomplu japplikaw proċedura ta’ inverżjoni tal-ħlas li tidderoga minn din billi jġiegħlu lill-persuna taxxabbli li lilha jiġu pprovduti l-oġġetti u s-servizzi, responsabbli li tħallas il-VAT. Fiċ-ċirkostanzi tas-suq ta’ l-iskart u r-riċiklaġġ dan iħalli l-effett li jissimplifika l-applikar tat-taxxa u ssalvagwardjar tad-dħul, li jitħallas mill-persuna li tkun qed jitnaqqsilha l-VAT, minflok lill-fornitur li għandu t-tendenza li jisparixxi. Minkejja li fornimenti fis-settur ikkonċernat normalment ikunu taxxabbli bir-rata standard, l-Olanda tixtieq li żżomm id-deroga tagħha mill-Artikolu 2 u 28a(1) li tawtorizza l-applikar ta' eżenzjoni, soġġetta għal xi kriterji addizzjonali, fuq fornimenti u akkwisti intra-komunitarji ta’ materjali użati u ta’ l-iskart. |

130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Franza u l-Greċja jgawdu derogi simili bħal dawk ta’ l-Olanda u jippermettu l-applikar ta’ l-eżenzjoni mill-VAT f'ċerti ċirkostanzi għal operazzjonijiet li jinvolvu skart industrijali ġdid u materjal li jista' jerġa' jiġi rekuperat. |

141 | Il-konsistenza ma' politika u għanijiet oħra ta' l-Unjoni Mhux applikabbli. |

KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TA' L-IMPATT |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

219 | Mhix rilevanti. |

Ġbir u użu ta' għarfien espert |

229 | Ma kienx hemm bżonn ta' għarfien espert estern. |

230 | Valutazzjoni ta' l-impatt Id-Deċiżjoni proposta għandha l-għan li żżomm id-derogi li jissimplifikaw il-proċedura għall-ħlas tat-taxxa biex tikkumbatti l-evażjoni u l-iskartar tat-taxxa. Minħabba l-firxa dejqa ta’ l-applikazzjoni, u l-fatt li d-Deċiżjoni proposta sempliċiment iġġedded id-derogi eżistenti, f’kull każ l-impatt għandu jkun limitat. |

ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

305 | Taqsira ta' l-azzjoni proposta Deċiżjoni li ġġedded l-awtorizzazzjonijiet mogħtija sal-31 ta' Diċembru 2005 lill-Olanda biex tapplika eżenzjoni, u għall-Italja u Spanja biex japplikaw inverżjoni tal-ħlas, lil fornimenti magħmula fis-settur ta’ l-iskart. |

310 | Bażi legali L-Artikolu 27(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi fuq il-bejgħ - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ valutazzjoni. |

329 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà fil-fatt ma japplikax. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja: |

331 | Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet mogħtija lil numru ta’ Stati Membri fuq talba tagħhom imma ma tikkostitwixxi ebda obbligu. |

332 | Minħabba l-ambitu limitat tad-deroga, il-miżuri speċjali huma proporzjonati ma’ l-għan li għandu jinkiseb. |

Għażla ta' strumenti |

341 | Strumenti proposti: oħra. |

342 | Mezzi oħra ma jkunux adattati għar-raġuni(jiet) li ġejja: Skond l-Artikolu 27 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet fl-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi fuq il-bejgħ, deroga mir-regoli komuni tal-VAT hija possibbli biss fuq awtorizzazzjoni tal-Kunsill li jopera unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni. Deċiżjoni tal-Kunsill hija l-uniku strument adattat ladarba jista’ jiġi indirizzat għal stati membri individwali. |

IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA |

409 | Il-proposta m'għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja għall-baġit Komunitarju. |

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |

Klawsola ta’ evalwazzjoni/reviżjoni/estinzjoni |

533 | Il-proposta tinkludi klawsola ta’ estinzjoni |

570 | Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta Il-proposta tibdel biss id-data ta’ l-iskadenza tad-Deċiżjonijiet identifikati. Minħabba t-tqegħid tal-kliem tad-derogi eżistenti, din ikollha l-effett li tawtorizza d-derogi f’kull każ sa qabel il-31 ta' Diċembru 2009 jew id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dik hekk imsejħa "Direttiva ta' razzjonalizzazzjoni" (bħalissa proposta KOM(2005)89) li fiha skema speċjali għall-applikar tal-VAT lis-settur ta' l-iskart. Kif propost, din tippermetti lill-Istati Membri kollha li japplikaw inverżjoni tal-ħlas fuq ċertu fornimenti, inkluż l-iskart, wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-VAT (stabbilit taħt l-Artikolu 29 tad-Direttiva 77/388/KEE.) L-iskema speċjali msemmija, għalhekk tkun essenzjalment għażla fi ħdan is-6 direttiva. |

1. Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjonijiet 98/161/KE, 2004/228/KE u 2004/295/KE fir-rigward ta’ l-estensjonijiet tal-miżuri li jipprevjenu l-evażjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud fis-settur ta’ l-iskart (Il-verżjonijiet Olandiżi, Spanjoli u Taljani biss huma awtentiċi)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill (77/388/KEE) tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta’ taxxi fuq il-bejgħ - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud; bażi uniformi ta’ valutazzjoni[1], u b’mod partikolari l-Artikolu 27 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[2],

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 27(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, il-Kunsill, filwaqt li jopera unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jawtorizza kwalunkwe Stat Membru li japplika miżuri speċjali għal deroga minn dik id-Direttiva sabiex jissimplifika l-proċedura tal-ħlas ta' taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) jew iwaqqaf milli jseħħu ċertu tip ta' evażjoni jew evitar tat-taxxa.

(2) B’ittra rreġistrata mis-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni fil-25 ta’ Ottubru 2005 l-Olanda talbet estensjoni mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/161/KE tas-16 ta’ Frar 1998 li tawtorizza lir-Renju ta’ l-Olanda li japplika miżura ta' deroga mill-Artikoli 2 u 28a(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-taxxa fuq il-bejgħ[3].

(3) B’ittra rreġistrata mis-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni fit-3 ta’ Awissu 2005 Spanja talbet estensjoni mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/228/KE tas-26 ta’ Frar 2004 li tawtorizza lil Spanja li tapplika miżura ta' deroga mill-Artikoli 21 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-taxxa fuq il-bejgħ[4].

(4) B’ittra rreġistrata mis-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni fis-26 ta’ Settembru 2005 l-Italja talbet estensjoni mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/295/KE tat-22 ta’ Marzu 2004 li tawtorizza lill-Italja li tapplika miżura ta' deroga mill-Artikoli 21 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-taxxa fuq il-bejgħ[5].

(5) B’konformità ma’ l-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra bit-talbiet imressqa. F’ittri ddatati s-27 ta’ Ottubru 2005; is-7 ta’ Settembru 2005; u l-25 ta’ Ottubru 2005, il-Kummissjoni rispettivament innotifikat lill-Olanda, lil Spanja u lill-Italja li kellha l-informazzjoni kollha li kkunsidrat meħtieġa biex tivvaluta t-talbiet individwali.

(6) Id-Deċiżjoni 98/161/KE tawtorizza lill-Olanda li tapplika, sal-31 ta’ Diċembru 1999, ċertu miżuri biex tevita l-evażjoni li għandha x’taqsam mal-forniment u l-akkwist intra-komunitarju tal-materjali użati u ta’ l-iskart. Id-Deċiżjoni 2000/435/KE[6] testendi d-data ta’ l-iskadenza għad-Deċiżjoni 98/161/KE sal-31 ta’ Diċembru 2003. Sussegwentement din kienet segwità bid-Deċiżjoni 2004/514/KE[7] li testendi aktar l-awtorizzazzjoni mogħtija taħt id-Deċiżjoni 98/161/KE sad-data preċedenti tad-dħul fis-seħħ ta’ skema speċjali għall-applikar tal-VAT fuq is-settur tar-riċiklaġġ ta’ l-iskart jew il-31 ta’ Diċembru 2005.

(7) Id-Deċiżjoni 2004/228/KE tawtorizza lil Spanja li tapplika miżura biex tipprevjeni l-evażjoni tal-VAT fis-settur tar-riċiklaġġ ta’ l-iskart. Id-Deċiżjoni tiskadi fid-data preċedenti tad-dħul fis-seħħ ta’ skema speċjali għall-applikar tal-VAT fuq is-settur tar-riċiklaġġ ta’ l-iskart jew il-31 ta' Diċembru 2005.

(8) Id-Deċiżjoni 2004/295/KE tawtorizza lill-Italja li tapplika miżura biex tipprevjeni l-evażjoni tat-taxxa fis-settur tar-riċiklaġġ ta’ l-iskart. Id-Deċiżjoni tiskadi fid-data preċedenti tad-dħul fis-seħħ ta’ skema speċjali għall-applikar tal-VAT fuq is-settur tar-riċiklaġġ ta’ l-iskart jew il-31 ta' Diċembru 2005.

(9) Il-miżuri huma proporzjonati ma’ l-għanijiet immirati minħabba li huma intenzjonati li japplikaw għal fornimenti speċifiċi li fihom riskju konsiderevoli ta’ evażjoni tat-taxxa.

(10) Il-materji tal-liġi u tal-fatt li jiġġustifika l-applikar ta’ dawn il-miżuri speċjali partikolari għadhom ma nbidlux u għadhom jgħoddu. Madankollu, fis-16 ta’ Marzu 2005 il-Kummissjoni ssottomettiet proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 77/388/KEE rigward ċertu miżuri biex jissimplifikaw il-proċedura għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud u biex tassisti l-indirizzar ta' l–evażjoni u l-iskartar tat-taxxa, u li tirrevoka ċerti Deċiżjonijiet li jagħtu derogi[8]. Id-Direttiva proposta, jekk tiġi adottata, tagħti s-setgħa lill-Istati Membri li jaħtru reċipjent ta' ċerti oġġetti u servizzi fis-settur ta' l-iskart bħala l-persuni responsabbli mill-ħlas tat-taxxa.

(11) Konsegwentement, hu neċessarju li jkun estiż l-applikar tad-Deċiżjonijiet 98/161/KE, 2004/228/KE u 2004/295/KE, sal-31 ta' Diċembru 2009 jew sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' l-iskema speċjali għall-applikar tal-VAT għas-settur tar-riċiklaġġ ta' l-iskart li jemenda d-Direttiva 77/388/KEE, skond liema minnhom isseħħ l-ewwel.

(12) L-estensjoni tad-deroga m'għandha ebda impatt negattiv fuq ir-riżorsi tal-Komunità stess li jirriżultaw mill-VAT, u lanqas għandha xi effett fuq l-ammont tal-VAT iddebitat fl-istadju finali tal-konsum,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 98/161/KE, id-data “31 ta’ Diċembru 2005” hi sostitwita bid-data “31 ta’ Diċembru 2009”

Artikolu 2

Fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2004/228/KE, id-data “31 ta’ Diċembru 2005” hi sostitwita bid-data “31 ta’ Diċembru 2009”

Artikolu 3

Fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2004/295/KE, id-data “31 ta’ Diċembru 2005” hi sostitwita bid-data “31 ta’ Diċembru 2009”

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Renju ta’ l-Olanda, ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Taljana.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

[1] ĠU L 145, tat-13.6.1977, p.1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/66/KE(ĠU L 168, ta’ l-1.5.2004, p. 35).

[2] ĠU C [...], [...], p. [...].

[3] ĠU L 53, ta’ l-24.2.1998, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament Nru 2004/514/KE (ĠU L 219, tad-19.6.2004, p. 11).

[4] ĠU L 70, tad-9.3.2004, p. 37.

[5] ĠU L 97, ta’ l-1.4.2004, p. 63.

[6] ĠU L 172, tat-12.7.2000, p. 24

[7] ĠU L 219, tad-19.6.2004, p. 11.

[8] KOM(2005) 89.