[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 15.6.2005 KUMM(2005) 252 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-QORTI EWROPEA TA’ L-AWDITURI fuq ir-roadmap għal qafas ta’ kontroll intern integrat A. Il-każ għall-Azzjoni Il-Qorti ta’ l-Awdituri ppubblikat ir-Rapport Annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2003 f’Novembru 2004. Għall-għaxar darba, il-Qorti ppreżentat rendikont annwali ta’ l-assigurazzjoni (jew DAS), li kien pożittiv ħafna fir-rigward ta’ kemm il-kontijiet, l-impenji u r-riżorsi proprji huma ta’ min joqgħod fuqhom imma indika li ma kienx hemm assigurazzjoni raġonevoli għall-pagamenti taħt il-partijiet kollha tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea apparti min-nefqa amministrattiva[1]. Is-sitwazzjoni kurrenti ma tistax tibqa’ kif inhi. Min iħallas it-taxxa għandu jkollu assigurazzjoni raġonevoli li l-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea huma immaniġjati b’manjiera legali u regolari. Dan hu enfasizzat bil-fatt li kemm il-Parlament kif ukoll il-Kunsill ripettitivament stqarrew id-diżappunt tagħhom li l-Qorti ma setgħetx tagħti rendikont pożittiv ta’ l-assigurazzjoni – l-aktar riċenti, b’rabta mal-proċedura ta’ l-approvazzjoni ta’ l-2003. Iż-żewġ istituzzjonijiet stiednu lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni biex issolvi s-sitwazzjoni. Il-Kummissjoni Barroso għalhekk għamlet għan strateġiku biex tilħaq rendikont pożittiv ta’ l-assigurazzjoni mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri[2]. Dan il-proċess jimplika sforzi mġedda tal-Kummissjoni f’numru ta’ oqsma. Fil-waqt li l-Kummissjoni għandha responsabilitajiet uniċi taħt it-Trattat għall-implimentazzjoni tal-Baġit, 4 minn kull 5 euros fil-baġit fir-realtà huma proċessati mill-Istati Membri taħt il-ġestjoni maqsuma, allura huwa essenzjali li l-Istati Membri jieħdu parti attiva f’din l-inizjattiva. Il-ksib ta' DAS pożittiv hu għan ambizzjuż ħafna u li d-DAS m’għandux ikun mistenni li jaqleb minn negattiv f’sena waħda għal stat pożittiv is-sena ta' wara. Tabilħaqq, il-Qorti ta’ l-Awdituri mhix f'pożizzjoni li tagħti DAS pożittiv sakemm hi ma jkollhiex assigurazzjoni raġonevoli li t- transazzjonijiet sal-livell tal-benefiċarji individwali, i.e. pagamenti li jsiru mill-Istati Membri għall-benefiċjarju finali bħall-bidwi, l-istudent, l-impriża u f'xi każi korpi pubbliċi, huma legali u regolari . Għalhekk, is-sistemi superviżorji u l-kontrolli jridu jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli li r-riskju ta’ l-iżball f’dan il-livell hu immaniġjat sew, u jinkludi livell xieraq ta’ kontrolli fuq il-post u fil-kwartieri ta’ min jagħmel it-talba. Fl-opinjoni nru 2/2004[3] dwar qafas ta’ kontroll effettiv u effiċjenti, il-Qorti, filwaqt li aċċettat li ħafna mill-elementi essenzjali kienu f‘posthom, u li riċentament kien hemm progress sinifikati fit-titjib tas-sistemi, ikkritikat ċertu aspetti ta’ l-oqsfa ta’ kontroll kurrenti f'diversi żoni tal-baġit fit-termini li ġejjin: Għanijiet mhux ċari u inkonsistenti L-ebda strateġija ta’ kontroll stabbilita b’mod ċar li twassal għal għanijiet globali jew speċifiċi għad-diversi sistemi. | Nuqqas ta’ koordinament L-ebda ħtieġa formali għall-korpi ta’ kontroll biex jikkoordinaw l-ippjanar tal-kontrolli, jew jieħdu in kunsiderazzjoni l-kontrolli magħmula minn oħrajn. Informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri dwar ir-riżultati tal-kontrolli li xi kultant tkun inadekwata jew inkonsistenti. | L-ebda informazzjoni fuq spejjeż u benefiċċji Fl-oqsma ta’ l-immaniġjar maqsum, il-maġġoranza ta’ l-ispejjeż tal-kontrolli li jsiru, jinġarru mill-Istati Membri/Stati benefiċjarji filwaqt li l-benefiċċji jaqgħu taħt il-baġit ta' l-UE. Għalhekk, l-Istati Membri/Stati benefiċarji ftit għandhom inċentiv biex jiddedikaw riżorsi suffiċjenti biex jikkontrollaw il-fondi ta’ l-UE. L-ebda informazzjoni mhi bħalissa disponibbli dwar l-ispejjeż għall-kontroll li jinġarru jew mill-Istat Membru jew il-Kummissjoni, jew fuq il-benefiċċju li huma jġibu. | Applikazzjoni inkonsistenti Iċċekkjar bl-adoċċ u ċċekjar ibbażat fuq ir-riskji għandhom għanijiet differenti ħafna u jeskludu lil xulxin. Meta r-regoli ma jiddefinixxux il-metodu li għandu jiġi wżat suffiċjenti, ir-riżultat huwa konfużjoni u tnaqqis fl-effettività. Proċeduri ta’ Kontroll huma deċentralizzati sew kemm fil-Kummissjoni u fl-Istati Membri. Fil-prattika, mhux dejjem hemm konsistenza fil-metodu, firxa, ħin, segwitu eċċ. Bħala riżultat, hemm differenzi fil-kwalità ta’ l-iċċekkjar. Verifikar indipendenti mhux meħtieġ fl-oqsma tal-baġit kollha u, fejn meħtieġ, xi kultant hemm termini tar-referenzi inadekwati għax-xogħol tal-verifikar, u mhux dejjem hemm proċeduri standard għall-għażla ta' l-awdituri. L-għażla tal-penali għat-talbiet irregolari teżisti biss fl-agrikoltura u l-politika interna. | - Mhux dawn il-punti kollha huma relevanti fl-oqsma tal-baġit kollha, u f’xi każijiet huma meħtieġa kwalifiki. Il-Qorti offriet ukoll il-parir tagħħa fuq l-elementi li hi tikkonsidra indispensabbli għal qafas ta’ kontroll effettiv u effiċjenti, li fih il-Kummissjoni, ħlief għan-nefqa immaniġjata direttament, għandu jkollha rwol ewlieni superviżorju, u l-iċċekjar fuq il-post mill-livell ċentrali, dak tal-Komunità, isir inqas neċessarju: - “prinċipji u standards komuni ... għandhom ikunu applikati fil-livelli kollha kemm ta’ l-amministrazzjoni fl-istituzzjonijiet kif ukoll fl-Istati Membri" (paragrafu 57); - kontrolli interni għandhom jipprovdu “assigurazzjoni” “raġonevoli” (mhux assoluta)” dwar il-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet, u l-konformità mal-prinċipji ta’ l-ekonomija, ta’ l-effiċjenza u ta’ l-effettività" (paragrafu 57); - l-"ispejjeż tal-kontroll għandhom ikunu proporzjonati mal-benefiċċji li huma jġibu kemm f’termini monetarji u politiċi" (paragrafu 57); - is-"sistema għandha tkun ibbażata madwar struttura ta’ katina loġika fejn il-kontrolli huma meħuda, reġistrati u rapportati għal standard komuni, li jippermettu li parteċipanti kollha jkunu jist joqgħodu fuqhom" (paragrafu 57). Il-Kummissjoni taqbel mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti, u tabilħaqq qed timplimenta it-titjib fuq dawn il-linji. Hi taċċetta li t-triq lejn rendikot 'pożittiv' ta’ l-assigurazzjoni għandu jipprovdi lill-Qorti bl-evidenza li s-sistemi ta’ superviżjonijiet u kontrolli qegħdin f‘posthom u li jżommu r-riskju ta’ l-irregolarità fil-limiti raġonevoli. Jekk jista’ jkun muri li l-qafas ta’ kontroll li rakkomandat qiegħed f’postu, u jaħdem b’mod effettiv, il-Qorti jkollha bażi għall-assigurazzjoni li hi tfittex. Ħafna mill-Istati Membri wrew il-ftuħ tagħhom għall-proposti tal-Qorti għal qafas ta’ kontroll integrat u għall-mudell ta’ verifika wieħed. Fir-rakkomandazzjoni tad- discharge ta’ l-2003, il-Kunsill stqarr li "hu jaqsam il-konsiderazzjonijiet tal-Qorti li għandhom x'jaqsmu mat-titjib aħjar tat-tfassil tas-sistemi ta' kontroll billi jiġu stabbiliti responsabbilitajiet u għanijiet konsistenti u ċari. F’dan il-kuntest, il-Kunsill jinnota b’interess kbir li l-proposta tal-Qorti għall-iżvilupp tal-qafas ta’ kontroll intern tal-Komunità kif ippreżentat fl-opinjoni tagħha dwar mudell ta’ verifika wieħed". Hu jikkonsidra li "bħala regola l-ebda settur m'għandu jkun eskluż minn dan il-metodu u jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu, fejn jixraq, l-inizjattivi relevanti. F’dan il-kuntest, il-Kunsill jenfasizza l-importanza ta’ applikar u, fejn adattat, jiġu żviluppati standards komuni għall-kontroll finanzjarju u l-verifikar intern". Il-Parlament Ewropew ta l-analiżi politika tiegħu fuq il-kwistjoni §15 sa §80 tar-reżoluzzjoni tad- discharge ta’ l-2003, u fil-§75, isejjaħ lill-Kunsill biex dan jaħdem mal-Parlament u l-Kummissjoni biex il-ħolqien ta’ qafas ta’ kontroll u verifikar komprensiv jingħata l-prijorità u l-momentum politiku li jeħtieġ. Il-Kummissjoni taqbel ġeneralment mar-rakkomandazzjonijiet ta’ kemm il-Parlament kif ukoll il-Kunsill. Hi se tibni fuq il-kisbiet tar-riforma amministrattiva biex tlesti qafas ta’ kontroll integrat. B. AZZJONIJIET MEħTIEġA MILL-KUMMISSJONI Il-Kummissjoni qed tiddetermina l-vojt li, fil-fehma tagħha, jeżisti bejn il-qafas tal-kontroll li hemm għal kull qasam tan-nefqa tal-baġit u l-prinċipji ġenerali definiti mill-Qorti fl-opinjoni tagħha nru 2/2004, b’enfasi partikolari fuq il-kontrolli li jillimitaw ir-riskji dwar il-legalità u r-regolarità mat-transazzjonijiet li hemm warajhom. Hi se tipproponi l-azzjoni meħtieġa biex tindirizza kull vojt, u l-iskeda għall-implimentazzjoni ta’ din l-azzjoni, u tiddiskuti din mal-Qorti, il-Kunsill u l-Parlament. Din l-azzjoni se tinkludi, fuq naħa waħda, l-identifikazzjoni ta’ l-elementi dgħajfa fil-leġiżlazzjoni preżenti, u t-titjib maħsub, u, fuq in-naħa l-oħra, l-azzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ qafas ta’ kontroll adekwat fil-leġiżlazzjoni preżenti. Hi għandha tkopri eżaminazzjoni tal-konsistenza tal-qafas regolatorju għall-perjodu 2007-2013 mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti. L-ewwel, biex tassigura li l-affarijiet tagħha jkunu sew, il-Kummissjoni qed tidentifika it-titjib neċessarju għall-qafas ta’ kontroll għall- ġestjoni tal-baġit u fondi mmaniġġjati ċentralment fejn dan ma jilħaqx l-għanijiet definiti mill-Qorti. L-azzjoni meħtieġa biex jiġi ndirizzat il-vojt tinkludi: - l-assigurazzjoni li r-rapporti annwali ta’ l-attività tad-Direttur Ġenerali jippreżentaw b’mod ċar il-bażi għall-assigurazzjoni ta’ transazzjonijiet li jkun hemm bżonn, akkompanjati bl-indikaturi approprjati, u li d-dikjarazzjoni ta’ l-assigurazzjoni tkopri l-parti tal-kontijiet li għaliha huma responsabbli, u, kemm ikun possibli, tikkwantifika l-effett ta’ kwalunkwe riservi; - l-assigurazzjoni li l-Uffiċjal tal-Kontabilità jiffirma l-kontijiet tal-Kummissjoni biex jiċċertifika li huwa/hija għamel/għamlet l-iċċekjar li huwa/hija j/tikkonsidra neċessarji u jkun sodisfatt/a li l-kontijiet li ġew ippreparati b’mod konformi mar-regoli tal-kontabilità, metodi u sistemi ta’ kontabilità stabbiliti taħt ir-responsabbilità tiegħu/tagħha għall-kontijiet tal-Kummissjoni, li hu/hija għamlu xi aġġustamenti li huma neċessarji għall-preżentazzjoni vera u ġusta tal-kontijiet b’mod konformi ma’ l-Artikolu 136 tar-Regolament Finanzjarju, u li huma għalhekk ta’ min wieħed joqgħod fuqhom. F’dan ir-rigward, emenda għall-artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju ġew proposti bħala parti mir-reviżjoni tar-Regolament adottat fit-3 ta’ Mejju 2005; - l-assigurazzjoni fid-Direttorati Ġenerali kollha ta’ definizzjoni ċara tar-rwol tad-diretturi tar-riżorsi, fl-appoġġ tagħhom għad-Direttur Ġenerali fl-oqsma finanzjarji u ta’ kontroll ta’ kuljum, u fir-rigward tar-rapport ta’ l-attività annwali għad-dikjarazzjoni li takkompanjah; - iżjed elaborazzjoni tar-rapporti ta' segwitu tal-Kummissjoni, biex jagħmluha possibli għall-Qorti biex tevalwa liema passi ttieħdu għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni ta' qabel tal-Qorti; - it-Tisħiħ tar-rwol tal-valutazzjoni tal-ġestjoni mal-Kummissjoni kollha li kellu r-rapport annwali ta’ Sinteżi, li janalizza s-sitwazzjoni fis-servizzi u jindirizza kwistjonijiet ewlenin dwar it-tnaqqis ta’ l-ispejjeż; - l-esplorazzjoni ta’ l-iskop għal iktar simplifikazzjoni tal-ġestjoni tal-fondi tal-KE, u li żgurat li l-ħtiġijiet ta’ kontroll huma proporzjonati mar-riskju; - l-intoroduzzjoni metodoloġija komuni għall-valutazzjoni tar-riskju, b’mod partikolari biex tingħata l-assigurazzjoni dwar il-ġestjoni tar-riskju ta’ żball għat-transazzjonijiet li jkun hemm; - il-provvediment ta’ linji gwida għas-servizzi kkonċernati għal kull grupp ta’ nefqiet fuq l-istrateġiji għall-iċċekkjar fuq il-post, inklużi l-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sistemi ta' superviżjoni u kontrolli, id-determinazzjoni ta' daqsijiet ta' kampjuni, it-tekniċi tat-teħid ta' kampjuni, il-valutazzjoni ta' l-effetti ta' l-iżbalji fuq il-baġit tal-KE u l-livell tar-riskju aċċettabli; - id-definizzjoni ta’ kategoriji ta’ żbalji, id-determinazzjoni tar-rata ta’ żball li tinsab b’iċċekkjar fuq il-post fuq il-bażi ta’ kampjuni rappreżentattivi u r-rapportar ta’ dan, flimkien mal-miżuri korrettivi meħuda u/jew ippjanati, fir-rapport ta’ l-attivitajiet annwali; - l-assigurazzjoni li r-riżorsi allokati għall-iċċekjar ex-ante u ex-post huma suffiċjenti biex jinkiseb bilanċ xieraq bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontrolli. Meta l-Kummissjoni tiddelega poteri biex timplimenta programm jew proġett tal-Komunità immaniġġjat fuq il-bażi ċentralizzata għal Aġenzija Eżekuttiva, dawn jimpjegaw staff fin-numru meħtieġ u bil-kapaċità meħtieġa biex jassiguraw iċċekkjar approprjat. Dawn l-aġenziji għandhom ħtiġijiet ta’ kontroll intern li huma identiċi għal dawk fis-seħħ fil-Kummissjoni, li jippermettu lill-Kummissjoni teżerċita superviżjoni sħiħa. Huma għandhom ikunu suġġetti għal verifikar indipendenti annwali. L-ebda leġiżlazzjoni ġdida ma hi neċessarjarja biex timplimenta dan il-pjan ta’ l-azzjoni, imma aġġustamenti ġew proposti għad-dispożizzjonijiet preżenti tar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli Implimentattivi tiegħu li jikkontribwixxu għall-inizjattivi tal-Kummissjoni f’dan il-qasam. Jista' jkun hemm bżonn li jkunu aġġustati xi regolamenti tas-settur. Fejn huma formolati politiki ġodda, il-livell tar-riskju li hu aċċettabli matul l-implimentazzjoni tagħhom għandu jkun definit u maqbul ma’ l-awtorità leġiżlattiva. It-tieni, il-Kummissjoni għandha taħdem ma’ l-Istati Membri biex ittejjeb il-kontrolli fuq il- fondi fil-ġestjoni maqsuma. Hi taċċetta r-responsabbilità tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit kif stabbilit fl-artikolu 274 tat-Trattat: “Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit[…] fuq ir-responsabilità tagħha u fil-limiti ta’ l-approrjazzjonijiet, wara li tikkonsidra l-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja soda. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni biex jassiguraw li l-approprjazzjonijiet huma wżati b’mod konformi mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda.” Meta tqis il-proporzjon tal-baġit taħt l-immaniġjar maqsum, ma jkunx possibli għall-Kummissjoni li takwista DAS pożittiv sakemm l-Istati Membri – li jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt l-artikoli 274 u 280 tat-Trattat – jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni b’assigurazzjoni raġonevoli għat-transazzjonijiet li huma implimentaw. Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet ċari li jispeċifikaw kif din l-assigurazzjoni għandha tingħata. Il-qafas ta’ kontroll propost għandu jipprovdi għall-inċentivi u, fejn hu neċessarju, miżuri koersivi. L-azzjoni meħtieġa biex jiġi ndirizzat il-vojt tinkludi: - kontinwazzjoni ta’ l-isforzi tal-Kummissjoni biex tissimplifika skemi ta’ l-għajnuna finanzjati mill-Garanzija FAEGG, u biex ittejjeb id-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli ta’ livell primarju għal miżuri tas-suq barra l-firxa tas-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u ta’ Kontroll (IACS) u sistemi ta’ informazzjoni ġeografika (GIS); - verifikazzjoni tal-qafas regolatorju propost għall-2007-2013 u jekk hu neċessarju jiġi adattat dan biex jinkludi d-dispożizzjonijiet li, fid-dawl tal-valutazzjoni tal-vojt, huma meħtieġa biex jikkompletaw qafas ta’ kontroll integrat, jiġu ndirizzati l-fehmiet tal-Qorti u jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-elementi mitluba mill-Parlament[4] (verifikar annwali ta’ kull awtorità li tħallas, Dikjarazzjoni ta’ affidabilità[5] ex-ante u Dikjarazzjonijiet ta’ l-Assigurazzjoni ex-post fil-livell ta’ l-Istat Membru, aċċess għar-rapporti ta’ l-awdituri u korpi ta’ kontroll, sanzjonijiet fuq min jagħmel it-talba li huma proporzjonati imma diswassivi, u rapportar tar-rata ta’ l-iżball li taffetwa l-fondi KE u tad-djufija sistematika); - titjib ta’ l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni skond il-metodu 'vefikar wieħed' u t-tkomplija tal-korp eżistenti tal-gwida dwar prinċipji u standards komuni fir-rigward tal-metodi tal-verifikar, kontrolli ewlenin u strateġiji għall-iċċekjar fuq il-post, inklużi l-valutazzjoni ta' sistemi ta' superviżjoni u kontrolli, id-determinazzjoni ta' daqsijiet ta' kampjuni, il-tekniki tat-teħid ta’ kampjuni u l-valutazzjoni ta' l-effetti ta' l-iżbalji fuq il-baġit tal-KE; - il-preżentazzjoni f’Ottubru 2005 ta’ rapport inizjali li jesplora road map għal protokoll ma’ l-Istati Membri li fih l-awtorità ta’ ġestjoni (Il-Parlament jissuġġerixxi l-Ministru tal-Finanzji) għandha tiddikjara, qabel il-ħlas lura u fuq bażi annwali, li s-sistemi ta’ kontroll xierqa, li kapaċi jipprovdu assigurazzjoni adekwata għall-iskopijiet ta’ kontabilità tal-Kummissjoni, huma fis-seħħ. Meta Stat Membru jonqos milli jindirizza b’mod adekwat ir-riskji ta' żball, il-Kummissjoni għandha tipproteġi l-baġit tal-KE billi tapplika d-dispożizzjonijiet eżistenti b'mod rigoruż għas-sospenzjoni tal-pagamenti u l-korrezzjonijiet finanzjarji. Ladarba li l-bażi għal qafas ta’ kontroll integrat hi miftehma, il-Kummissjoni għandha tesplora iżjed ma’ l-Istati Membri l-iskop li tilħaq iktar effiċjenza fl-isforz tal-verifika permezz ta’ mudell ta’ verifika wieħed [6]. Fejn il-fondi huma taħt ġestjoni ċentrali indiretta, ġestjoni diċentralizzata jew ġestjoni konġunta, hi għandha tintroduċi il-prinċipji stabbiliti hawn fuq, imma adattati kif jixraq għal kull ċirkustanza. B’mod partikolari, l-azzjoni tagħha għandha tinkludi: - il-ħtieġa ta’ Dikjarazzjoni ta’ affidabilità ex-ante u Dikjarazzonijiet ta’ Assigurazzjonu annwali ex-post fil-livell ta’ Stat Membru għall-fondi ġestjonati mill-aġenziji nazzjonali; - fejn neċessarju, iż-żieda ta’ is-sorveljanza u l-kontroll fuq korpi intermedjarji. Ħafna mill-irregolaritajiet li nstabu fit-transazzjonijiet relatati jirrappreżentaw żball iktar milli frodi. Ix-xogħol se jsir f’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ l-OLAF biex issir distinzjoni ċara. C. AZZJONIJIET TA’ MEħTIEġA MILL-ISTATI MEMBRI Fir-rapport tad- discharge ta’ l-2003, il-Parlament Ewropew sejjaħ b’mod qawwi għal sistemi ta’ kontroll finanzjarju ta’ l-Istati Membri biex ikunu riveduti u għan-nuqqasijiet biex ikunu rimedjati. Biex tassigura li l-Istati Membri jitrattaw id-djufija fil-ġestjoni tagħhom tal-fondi ta’ l-UE, ir-risoluzzjoni tal-Parlament fl-Rilaxx ta’ l-2003 (rapport Wynn) tissuġġerixxi li l-awtorità tal-ġestjoni ta’ kull Stat Membru ( e.ż. il-Ministru tal-Finanzi) għandha turi kull sena li s-sistemi ta’ kontroll xierqa huma f‘posthom. Il-Kummissjoni hi msejjħa biex tfassal rapport biex tagħti ħarsa lejn il-metodi biex taqbel fuq protokoll fuq dan is-suġġett ma' l-Istati Membri. Il-Parlament hu sod li l-kontrolli ċentrali tal-Kummissjoni ma jistgħux isolvu il-problema waħidhom. L-Istati Membri jridu għalhekk jkunu nkuraġġiti li jimmaniġjaw il-fondi ta’ l-UE bħala “tagħhom”. Fil-preżent hemm ftit evidenza li l-livell ta’ l-iċċekkjar preskritti minn dawn ir-regolamenti hemm bżonn li jiżdied, għalkemm din l-eventwalità mhix eskluża. L-ewwel nett, l-Istati Membri huma mitluba biex jassiguraw li l-qafas ta’ kontroll meħtieġ minn din il-leġiżlazzjoni preżenti tal-Komunità hija mplimentata, għandha riżorsi adekwati, u taħdem effetivament biex tillimita r-riskju ta’ l-iżball fit-transazzjonijiet relatati. Taħt il-pressjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji, il-kontrolli meħtieġa mill-Istati Membri taħt il- Garanzija FAEGG huma fis-seħħ, imma aktar titjib huma xorta bżonnjużi per eżempju l-IACS fil-Greċja, kontrolli ex-post u assitenza reċiproka bejn is-servizzi tad-dwana taħt ir-regolament (KE) Nru 4045/89. Huwa partikolarment għall- fondi strutturali li l-Istati Membri għad iridu juru li l-kontrolli fis-seħħ huma effettivi fil-limitazzjoni tar-riskju ta’ l-iżball. Fid-dawl tad-diversità ta’ proġetti u ta’ skemi ta’ l-għajnuna eliġibbli għall-fondi u għall-korpi ta’ l-implimentazzjoni kkonċernati, il-leġiżlazzjoni tal-Komunità u l-gwida tal-Kummissjoni ma tistax tistabbilixxi regoli preċiżi għas-superviżjoni u l-kontrolli. L-Istati Membri jridu jassiguraw, għall-programmi kollha, li dawn ir-regolamenti huma rispettati sew: - il-kontrolli primarji (iċċekkjar fuq ir-realtà tas-servizzi mogħtija u għan-nefqa mitluba) huma jew eżawrijenti, jew suffiċjenti fir-rigward ta’ l-ispejjeż u l-benefiċċji ta’ l-iċċekjar[7]; - hemm analiżi ta’ riskju approprjata; - ir-rata ta’ l-iżball fil-kampjuni verifikati hi valutata u rapportata; - sanzjonijiet proporzjonati imma diswassivi huma applikati għal irregolaritajiet serji; - kontrolli primarji huma sorveljati b’mod adekwat mill-korp ta’ implimentazzjoni u mill-Awtorità tal-Ġestjoni; - azzjoni ta’ korrezzjoni hi meħuda kull meta jkun neċessarju; - l-awtorità li tħallas għandha l-mezzi u r-riżorsi biex tikseb l-assigurazzjoni li hemm bżonn biex tiċċertifika l-ammonti mitluba mill-Kummisjoni. Huma għandhom jagħmlu hekk fid-dawl tal-gwida pprovduta mill-Kummissjoni kif imsemmija fuq, u għandha tassigura koerenza bejn il-kontrolli fuq il-programmi varji ta’ l-għajnuna, u li l-kontrolli jilħqu l-istandards meħtieġa. Il-kontrolli fuq livell ta’ Stat Membru[8] hemm bżonn li jsiru effettivi tul il-perjodu ta’ pprogammar ta’ fondi stutturali. Il-“kuntratt ta’ kunfidenza” proposti mill-Kummissjoni sempliċiment jispeċifikaw l-istrateġija tal-verifikar għall-kontrolli meħtieġa mir-regolamenti, flimkien mar-rapportar annwali fuq il-progress tagħhom u konklużjoni formali għat-tħaddim tas-sistema. L-Istati Membri huma mistennija li jġibu taħt il-units ta’ kontroll tagħhom biex dawn japplikaw it-tali strateġija ta’ verifikar u jirrapportaw b’mod adekwat fuq l-implimentazzjoni tagħha,mill-perjodu ta’ pprogrammar preżenti. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-djufiji materjali tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontrolli, u r-rata ta’ l-iżball misjuba fuq kull livell tal-qafas ta’ kontroll, huma determinati u rrapurtati f’termini ta’ l-effett tagħhom fuq il-fondi tal-Komunità, u li l-miżuri korrettivi approprjati huma meħuda kull meta jkunu ġustifikati bil-konsiderazzjonijet ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji. Sabiex il-Kummissjoni, u għalhekk il-Qorti, jkunu jistgħu jiksbu assigurazzjoni mill-Istati Membri fuq il-kontrolli operati matul kull sena baġitjarja fuq il-fondi ġestjonati fi sħab mill-2006, l-Istati Membri għandhom: - jipprodu kull sena ex-ante Dikjarazzjonijiet ta’ Affidabilità u Dikjarazzonijiet ta’ Assigurazzjoni ex-post fl-ogħla livell ta’ l-Istat Membru (Il-Parlament jissuġġerixxi l-Ministru tal-Finanzi); - jgħinu t’hawn fuq billi jeħtieġ li kull awtorità responsabbli fil-livell operazzjonali (eż l-Aġenzija tal-Pagamenti, Awtorità tal-Pagamenti u l-Awtorità tal-Ġestjoni) u li jsiru dikjarazzjoni u rendikonti annwali simili, appoġjati minn opinjonijiet mill-awdituri indipendenti; - jitolbu lill-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika tagħhom jew il-korp li jipprovdi l-assigurazzjoni tal-verifikazzjoni fil-livell ta’ l-Istat Membru biex jagħtu ħarsa lejn il-qafas ta’ kontroll għall-fondi tal-KE, u jirraportaw fuq id-djufija fit-tfassil u l-operazzjoni tagħha fil-prattika; - jitolbu lill-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika, jew korpi tal-verifika indipendenti oħrajn, biex jivverifikaw id-Dikjarazzjonijiet ex-post ta' l-Assigurazzjoni u jirraportaw lill-parlamenti nazzjonali fuq ir-riżultat. L-Istati Membri għandhom ikunu mitluba biex jieħdu r-responsabilità għall-kontrolli dwar l-Aġenziji Nazzjonali u jimplimentaw miżuri simili fejn il-fondi huma taħt ġestjoni ċentrali ndiretta. Iżjed minnhekk, huwa rikonoxxut li l-limitu taż-żmien kurrenti għall-proċess tad- discharge ma jagħtix lill-Kunsill żmien suffiċjenti biex jiddiskuti u jirreaġġixxi għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet mill-Qorti. L-istess mod, ir-rapport tal-Kummissjoni kurrenti fuq ir-risposti ta’ l-Istati Membri[9] jingħata ftit attenzjoni fil-Kunsill u jilgħab rwol limitat ħafna fil-proċedura tad- discharge jew fir-rakkomandazzjonijiet li jsegwu. Għalhekk, wara li kkonsultat ma’ l-istituzzjonijiet ikkonċernati kollha, il-Kummissjoni hi lesta li tikkonsidra modifikazzjoni ta’ l-Artikolu 145 tar-Regolament Finanzjarju biex tipposponi l-limitu taż-żmien għad-deċiżjoni tad- discharge kif mitluba mill-Parlament[10]. Estenzjoni taż-żmien allokat għall-proċedura tad- discharge għandha tikkontribwixxi biex tiffaċilita l-involviment sostanzjali tal-Kunsill u ta’ l-Istati Membri, li huwa għan ewlieni għar-road map lejn il-qafas ta’ kontroll integrat. L-Istati Membi se jkunu mitluba li jagħtu l-fehmiet tagħhom fuq suġġetti oħra mqajma mill-Qorti u mill-Parlament Ewropew: - sa liema livell l-ispejjeż tal-kontrolli fuq il-fondi tal-KE jistgħu jkunu determinati, u jekk għandhom jkunu mġarra mill-baġit tal-KE; - l-iskop ta’ l-introduzzjoni tal-metodu 'verifikar wieħed', li jimplika l-adozzjoni ta’ prinċipji u standards komuni, il-koordinament tal-programmi ta’ ħidma, u aċċess għal kull korp ta’ kontroll tar-riżultati tax-xogħol ta’ l-oħrajn; - l-iskop għaż-żieda fir-rwol ta’ l-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika Nazzjonali permezz ta’ aċċess reċiproku aktar sistematiku tar-rapporti ta’ verifika nazzjonali dwar l-użu tal-fondi ta’ l-UE mal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri. D. IR-RWOL TAL-QORTI TA’ L-AWDITURI Il-Qorti ta’ l-Awdituri żviluppat il-metodoloġija tad-DAS fis-snin riċenti. Issa tinkludi erba’ elementi: 1) eżaminazzjoni tas-sistema superviżorja u ta’ kontrolli, 2) eżaminazzjoni tal-kampjuni ta’ transazzjoni, 3) analiżi fir-rapporti ta’ l-attività annwali u dikjarazzjonijiet tad-Diretturi Ġenerali, 4) fejn neċessarju, eżaminazzjoni tax-xogħol ta’ awdituri oħrajn. Il-Kummissjoni kif ukoll il-Parlament u l-Kunsill taw appoġġ għal dan l-iżvilupp. Il-Kummissjoni ħadet nota li l-Qorti qalet li l-programm tax-xogħol tagħha għall-2005 li se jaħdem fuq l-“iżviluppar tal-metodoloġija tad-DAS fil-kuntest ta’ parametri ġodda” bil-għan li twieġeb “iżjed jew iżjed mill-qrib għall-bżonn ta’ l-utenti tad-DAS”. Fl-aħħar tal-laqgħa bejn il-Kummissjoni u l-Qorti ta’ l-Awdituri fis-16 ta’ Marzu 2005, is-Sur Hubert Weber, President tal-Qorti ta’ l-Awdituri qal: "L-għan tal-Qorti ta’ l-Awdituri hu li żżid kemm possibbli l-impatt u l-effiċjenza fix-xogħol tal-verifika tagħha permezz ta’ metodu li jfittex li jtejjeb ir-riżultati iktar milli jikkonċentra fuq it-tniżżil ta’ l-iżbalji. Biex jgħin lill-Kummissjoni bil-ħidmiet tagħha biex itejjeb aktar is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-baġit ta’ l-UE fil-livelli kollha, il-Qorti hi impenjata li tiżviluppa aħjar il-metodu tad-DAS. Dan jippermetti lill-Qorti biex tkejjel aħjar il-progress u turi iktar preċiżament fejn hemm bżonn titjib." Din il-Komunikazzjoni tippreżenta l-azzjonijiet maħsuba biex ipoġġu fis-seħħ il-qafas ta' kontroll integrat. Dokument ta’ ħidma se jippreżenta qafas ta’ kontroll fis-seħħ fl-2004, u l-azzjonijiet li l-Kummissjoni tikkonsidra neċessarji biex tilħaq l-għanijiet stabbiliti fl-opinjoni tal-Qorti nru 2/2004, inklużi dawk li diġà ġew proposti għall-perjodu 2007-2013. E. KONKLUżJONI U PROPOSTA Filwaqt li l-istituzzjonijiet kollha jixtiequ DAS pożittiv biex ikun mogħti ma’ l-implimentazzjoni tal-baġit, huwa għall-Kummissjoni u l-Istati Membri flimkien biex jassiguraw li l-Qorti tkun f’pożizzjoni biex issib evidenza ta’ verifika għall-progress ta’ l-immaniġjar adekwat tar-riskju ta’ l-iżball. Dan ma jsirx malajr u d-DAS m’għandux ikun mistenni li jinbidel minn negattiv sena waħda għal pożittiv is-sena ta’ wara is-sena ta' wara. Madanakollu DAS pożittiv sfumat, għandu jkun iktar effettiv biex jgħin lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħmlu titjib li jersaq lejn DAS pożittiv. Il-Kummissjoni hi realistika u tilqa’ b’sodisfazzjon l-iskrutinju kritiku kontinwu mill-Qorti ta’ l-Awdituri, u l-pariri tagħha, bħala osservatur indipendenti, fuq ix-xogħol preparatorju kollu. B'din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tagħti bidu għal proċess li jista’ jwassal għal ftehim komuni sa Novembru 2005 bejn il-Kummissjoni, il-Parlament (bħala awtorità tad- discharge ) u l-Kunsill fuq kif il-qafas ta’ kontroll intern jista’ jitjieb biex iwassal biex jagħmilha possibli għall-Kummissjoni li tipprovdi lill-Qorti ta’ l-Awdituri b’assigurazzjoni raġonevoli fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet. Ħarsa ġenerali oħra ta’ l-iskeda tar-roadmap hi pprovduta fl-anness. Huwa propost li l-Kummissjoni tinnota r-rakkomandazzjonijiet ta’ l-Awtorità tad- Discharge u tagħti struzzjonijiet lis-servizzi tagħha biex: - jidentifikaw il-vojt u l-pjanijiet ta’ azzjoni proposti biex jikkompletaw il-qafas ta’ kontroll li fuqu l-Qorti tista’ tibbaża l-assigurazzjoni li hi tfittex; - jagħmlu diskussjonijiet mal-Kumitati tal-Kunsill xierqa, u jippreżentaw f’Ottubru 2005 rapport inizjali li jipproponi bażi għal ftehim komuni ma' l-Istati Membri dwar qafas ta' kontroll intern integrat intern; - jivverifikaw il-qafas regolatorju propost għall-2007-2013 u jekk hu neċessarju jipproponu adattazzjonijiet biex jinkludi id-disposizzjonijiet li, fid-dawl ta’ l-assessjar tal-vojt, huma meħtieġa biex ikomplu ma’ qafas ta’ kontroll integrat. B’mod parallel, hi tissuġġerixxi li l-Presidenza tal-Kunsill għandha tistabbilixxi trijalogu Interistituzzjonali ta’ Livell Għoli fdat bin-negozjar u biex jilħaq ftehim fuq il-kwistjonijiet trasversali tal-proposti preżenti, li għandu juri ftehim komuni ta’ x’jikkostitwixxi qafas ta’ kontroll integrat tal-Komunità sodisfaċenti u adekwat kif ukoll il-passi neċessarji biex jiġi implimentat. Dan il-ftehim għandu jkun formalizzat fi ftehim Inter-istituzzjonali ffirmat fil-livell politiku. Il-Kummissjoni tilqa’ bi pjaċir l-opinjoni tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri fuq l-azzjonijiet proposti fil-Ftehim Inter-istituzzjonali, u tixtieq ukoll li l-fehmiet tagħha dwar jekk dawn l-azzjonijiet, implimentati adekwament, ikunux suffiċjenti biex jipprovdu lill-Qorti b’bażi għal assigurazzjoni fuq il-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet relatati, b’mod partikolari fuq il-valutazzjoni ta’ l-iżbalji li jinstabu fil. Annex The following timetable is envisaged for the further process: June 2005 | The Commission adopts the Communication on a roadmap to an integrated internal control framework, and completes (supervised by DG Budget) its assessment of the gaps between its present control frameworks and that recommended by the Court, and its proposals for action. | July 2005 | First discussions among the Parliament, the Council and the Commission. The Council establishes a high-level panel of experts. | July to September 2005 | Discussion by each service of its gap analysis and action plan with the Court of Auditors. | October 2005 | Conference on the DAS organised by COCOBU. Initial report proposing the basis for a common understanding. Common understanding among the Parliament, the Council and the Commission on the internal control framework. | November 2005 | The Commission adopts the Communication on a roadmap to an integrated internal control framework (action plan). This Communication will present the common understanding on the gap assessment and actions to be taken in order to achieve a fully integrated control framework for both centralised management and shared management. The aim is to make it possible for the Commission to provide the Court of Auditors with reasonable assurance as to the legality and regularity of transactions. Interinstutional agreement with Parliament and Council on the steps needed to achieve an integrated control framework. | 2006 - | Implementation of the action plan. | [1] Fir-Rapport annwali għas-sena finanzjarja 2003, il-Qorti għamlet riserva waħda dwar id-debituri żgħar fir-rigward ta' kemm il- kontijiet huma ta’ min joqgħod fuqhom. Hi tikkonsidra li t-t ransazzjonijiet li hemm warajhom huma legali u regolari fir-rigward tad-dħul, l-impenji u n-nefqa amministrattiva. Hi tagħti rendikont ikkwalifikat għat-transazzjonijiet li hemm warajhom dwar l-agrikoltura, il-miżuri strutturali, politiki interni, azzjonijiet esterni u għajnuna ta’ qabel is-sħubija. [2] Cf. Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Għanijiet Strateġiċi 2005-2009, Ewropa 2010: Sħubija għat-Tiġdid Ewropew, Ġid, Solidarjetà u Sigurtà - KUMM(2005) 12 tas-26.1.2005. [3] Cf. opinjoni nru. 2/2004 tal-Qorti ta’ l-Awdituri u tal-Komunitajiet Ewropej dwar mudell ta’ ‘verifikar wieħed’ (u proposta għall-qafas ta’ kontroll intern tal-Komunità) - ĠU C 107 tat-30.4.2004. [4] Fis-settur agrikolu, per eżempju, dikjarazzjonu ta’ l-assigurazzjoni ex-post mill-kapijiet li jħallsu ta’ l-Istati Membri diġa ġiet aċċettata mill-Kunsill bħala parti mill-ftehim dwar regola bażika ġdida dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni. [5] Taħt liema l-awtorità tal-ġestjoni ta’ kull Stat Membru (eż il-Ministru tal-Finanzi) jistqar kull sena li s-sistemi ta’ kontroll propja huma fis-seħħ. [6] Katina ta’ kontroll effettiva tħaddem l-istandards komuni, li f’kull livell li jieħdu in konsiderazzjoni ix-xogħol ta’ l-oħrajn. Ara § 39 ta' l-opinjoni tal-Qorti Nru 2/2004 . [7] L-Artikolu 4 tar-regolament (KE) Nru 438/2001. [8] L-Artikoli 10 u 15 tar-Regolament (KE) Nru 438/2001. [9] L-Artikoli 143.6 tar-Regolament Finanzjarju jinħtieġ li l-Kummissjoni titrasmetti taqsira tar-risposti ta’ l-Istati Membri sal-15 ta’ Frar tas-sena wara l-pubblikazzjoni tar-rapport Annwali tal-Qorti. [10] L-oqsma li għandhom ikunu eżaminati jinkludu l-konflitt mad-data tal-kampanji elettorali meta l-Parlament hu mġedded, u l-impatt ta’ kwalunkwe posponiment tad-deċiżjoni ta’ l-iskariku fuq il-proċedura ta’ l-iskariku sussekwenti.