Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 827/2004 fir-rigward tal-projbizzjoni tat-tonn bigeye impurtat mill-Kambodja, Ginea Ekwatorjali u s-Sierra Leone, u jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 826/2004 li jwaqqaf l-importazzjoni tat-tonn blue-fin mill-Ginea Ekwatorjali u s-Sierra Leone u r-Regolament (KE) Nru 828/2004 li jwaqqaf l-importazzjoni tal-pixxispad mis-Sierra Leone /* KUMM/2005/0114 finali - ACC 2005/0027 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 5.4.2005 KUMM(2005) 114 finali 2005/0027 (ACC) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 827/2004 fir-rigward tal-projbizzjoni tat-tonn bigeye impurtat mill-Kambodja, Ginea Ekwatorjali u s-Sierra Leone, u jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 826/2004 li jwaqqaf l-importazzjoni tat-tonn blue-fin mill-Ginea Ekwatorjali u s-Sierra Leone u r-Regolament (KE) Nru 828/2004 li jwaqqaf l-importazzjoni tal-pixxispad mis-Sierra Leone (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI Il-Komunità ilha Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn Atlantiku ffirmata f’ Rio de Janeiro fl-14 ta’ Mejju 1966, kif emendata mill-Protokoll anness ma’ l-Att Finali tal-Konferenza ta’ Plenipotenzjarji ta’ l-Istati li huma Partijiet għall-Konvenzjoni ffirmata f’Pariġi fl-10 ta’ Lulju 1984 (minn hawn 'il quddiem “il-Konvenzjoni ICCAT”) sa mill-14 ta’ Novembru 1997, wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill 86/238/KEE[1]. Il-Konvenzjoni ICCAT tipprovdi qafas għal kooperazzjoni reġjonali fil-konservazzjoni u l-ġestjoni tat-tonn u l-ispeċi li jixbaħ it-tonn fl-Oċeanu Atlantiku u l-ibħra li jmissu miegħu permezz tal-ħolqien ta’ Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn Atlantiku (minn hawn ’il quddiem “l-ICCAT”) u l-adozzjoni minn dan il-korp ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni li jorbtu lill-Partijiet Kontraenti. Fl-1998, l-ICCAT adottat ir-risoluzzjoni 98-18 dwar il-qabdiet ta' tonn mhux dikjarati u mhux skond ir-regolamenti minn bastimenti kbar li jużaw il-konzijiet fiż-żona ta’ Konservazzjoni. Din ir-riżoluzzjoni tistabbilixxi proċeduri għall-identifikazzjoni ta’ pajjiżi li l-bastimenti tagħhom kienu stadu għat-tonn u għal speċi li jixbaħ it-tonn b’mod li naqqas l-effetività tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni ta’ l-ICCAT. Ir-riżoluzzjoni speċifikat ukoll miżuri li għandhom jittieħdu, li jinkludu jekk meħtieġ miżuri restrittivi tal-kummerċ mhux diskriminatorji fil-forma ta’ projbizzjonijiet ta' l-importazzjoni, sabiex iżżomm lil dawn il-bastimenti tal-pajjiżi milli jkomplu din l-attività ta’ sajd. Fil-preżent hemm tliet Regolamenti fis-seħħ fil-Komunità li jagħtu effett lir-rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-miżuri kummerċjali adottati mill-ICCAT. Dawn huma: - Ir-Regolament (KE) Nru 826/2004 tas-26 ta’ April 2004 li jwaqqaf l-importazzjoni tat-tonn blue-fin ta’ l-Atlantiku ( Thunnus thynnus ) li joriġina mill-Ginea Ekwatorjali u s-Sierra Leone u jirrevoka r-Regolament (KE)Nru 2092/2000[2], - Ir-Regolament (KE) Nru 827/2004 tas-26 ta’ April 2004 li jwaqqaf l-importazzjoni tat-tonn bigeye ta’ l-Atlantiku ( Thunnus obesus ) li joriġina mill-Bolivja, Kambodja, Ginea ekwatorjali, Ġeorġia u s-Sierre Leone u jirrevokar-Regolament (KE) Nru 1036/2001[3], - Ir-Regolament (KE) Nru 828/2004 tas-26 ta’ April 2004 li jwaqqaf l-importazzjoni tal-pixxispad ta’ l-Atlantiku ( Xiphias gladius) li joriġina mis-Sierra Leone u jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2093/2000[4]. Fl-14-il Laqgħa Speċjali li saret fi New Orleans, bejn il-15 u l-21 ta’ Novembru 2004, l-ICCAT għarfet l-isforzi magħmula mill-Kambodja, Ginea Ekwatorjali u s-Sierra Leone biex jindirizzaw it-tħassib tagħha u adottat rakkomandazzjonijiet biex tneħħi miżuri restrittivi tal-kummerċ fil-konfront ta’ dawn it-tliet pajjiżi. Bħala Parti Kontraenti għall-ICCAT, il-Komunità għandha tagħti effett lil dawn ir-rakkomandazzjonijiet fil-leġislazzjoni tal-Komunità. Il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill jadotta l-proposta annessa għal Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 827/2004 fir-rigward tal-Kambodja, il-Ginea Ekwatorjali u s-Sierra Leone u jirrevoka r-Regolamenti (KE) Nru 826/2004 u 828/2004. 2005/0027 (ACC) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 827/2004 fir-rigward tal-projbizzjoni tat-tonn bigeye impurtat mill-Kambodja, Ginea Ekwatorjali u s-Sierra Leone, u jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 826/2004 li jwaqqaf l-importazzjoni tat-tonn blue-fin mill-Ginea Ekwatorjali u s-Sierra Leone u r-Regolament (KE) Nru 828/2004 li jwaqqaf l-importazzjoni tal-pixxispad mis-Sierra Leone IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[5], Billi: (1) Il-Komunità ilha Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn Atlantiku ffirmata f’ Rio de Janeiro fl-14 ta’ Mejju 1966, kif emendata mill-Protokoll anness ma’ l-Att Finali tal-Konferenza ta’ Plenipotenzjarji ta’ l-Istati li huma Partijiet għall-Konvenzjoni ffirmata f’Pariġi fl-10 ta’ Lulju 1984 (“il-Konvenzjoni ICCAT”) sa mill-14 ta’ Novembru 1997, wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill 86/238/KEE[6]. (2) Il-Konvenzjoni ICCAT tipprovdi qafas għal kooperazzjoni reġjonali fil-konservazzjoni u l-ġestjoni tat-tonn u l-ispeċi li jixbaħ it-tonn fl-Oċeanu Atlantiku u l-ibħra li jmissu miegħu permezz tal-ħolqien ta’ Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn Atlantiku (“l-ICCAT”) u l-adozzjoni minn dan il-korp ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni li jorbtu lill-Partijiet Kontraenti. (3) Fl-1998, l-ICCAT adottat ir-risoluzzjoni 98-18 dwar il-qabdiet ta' tonn mhux dikjarati u mhux skond ir-regolamenti minn bastimenti kbar li jużaw il-konzijiet fiż-żona ta’ Konservazzjoni. Din ir-riżoluzzjoni tistabbilixxi proċeduri għall-identifikazzjoni ta’ pajjiżi li l-bastimenti tagħhom kienu stadu għat-tonn u għal speċi li jixbaħ it-tonn b’mod li naqqas l-effetività tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni ta’ l-ICCAT. Ir-riżoluzzjoni speċifikat ukoll miżuri li għandhom jittieħdu, li jinkludu jekk meħtieġ miżuri restrittivi tal-kummerċ mhux diskriminatorji fil-forma ta’ projbizzjonijiet ta' l-importazzjoni, sabiex iżżomm lil dawk il-bastimenti tal-pajjiżi milli jkomplu din l-attività ta’ sajd. (4) Ladarba l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni 98-18, ta' l-ICCAT identifikat il-Bolivja, il-Kambodja, il-Ginea Ekwatorjali, il-Ġeorġia u s-Sierra Leone bħala pajjiżi li l-bastimenti tagħhom jistadu għat-tonn bigeye ta’ l-Atlantiku ( Thunnus obesus ) b’mod li jnaqqas l-effettività tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni ta’ l-organizzazzjoni u li jsaħħu l-konklużjonijiet tagħha b’data rigward il-qabdiet, il-kummerċ u l-attivitajiet tal-bastimenti. (5) L-ICCAT identifikat ukoll il-Ginea Ekwatorjali u s-Sierra Leone bħala pajjiżi li l-bastimenti tagħhom jistadu għat-tonn blue-fin ta’ l-Atlantiku ( Thunnus thynnus ) b’mod li jnaqqas l-effettività tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni ta’ l-organizzazzjoni. (6) L-ICCAT apparti hekk identifikat is-Sierra Leone bħala pajjiż li l-bastimenti tiegħu jistadu għall-pixxispad Atlantiku ( Xiphias gladius ) b’mod li jnaqqas l-effettività tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni ta’ l-organizzazzjoni. (7) L-importazzjonijiet ta’ tonn bigeye ta’ l-Atlantiku li joriġinaw fil-Bolivja, Kambodja, Ginea Ekwatorjali, Ġeorġia u s-Sierra Leone fil-preżent huma projbiti mir-Regolament (KE) Nru 827/2004[7]. (8) L-importazzjonijiet ta’ tonn blue-fin ta’ l-Atlantiku li joriġinaw fil-Bolivja, Kambodja, Ginea Ekwatorjali, Ġeorġia u s-Sierra Leone fil-preżent huma projbiti mir-Regolament (KE) Nru 826/2004[8]. (9) L-importazzjonijiet tal-pixxispad ta’ l-Atlantiku li joriġinaw fis-Sierra Leone fil-preżent huma fil-preżent projbiti mir-Regolament (KE) Nru 828/2004[9]. (10) Fl-14-il Laqgħa Speċjali fl-2004, l-ICCAT għarfet l-isforzi magħmula mill-Kambodja, Ginea Ekwatorjali u s-Sierra Leone biex jindirizzaw it-tħassib tagħha u adottat rakkomandazzjonijiet biex tneħħi miżuri restrittivi tal-kummerċ fil-konfront ta’ dawn it-tliet pajjiżi (11) Ir-Reġolament (KE) Nru 827/2004 għandu għalhekk jiġi emendat, (12) Ir-Regolamenti (KE) Nru 826 u 828/2004 għandhom għalhekk jiġu rrevokati, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 827/2004 qiegħed jiġi emendat kif ġej: 1. Fl-Artikolu 2(1), “il-Kambodja, il-Ginea Ekwatorjali u s-Sierra Leone” hija mħassra; 2. Fl-Artikolu 3 “Il-Bolivja, il-Ġeorġia u s-Sierra Leone” hija mibdula minn “il-Bolivja u l-Ġeorġia”. Artikolu 2 Ir-Regolamenti (KE) Nru 826 u 828/2004 għandhom jiġu rrevokati. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 162, tat-18.6.1986, p. 33 [2] ĠU L 127, tad-29.4.2004, p. 19 [3] ĠU L 127, tad-29.4.2004, p. 21 [4] ĠU L 127, tad-29.4.2004, p. 23 [5] ĠU C [...], [...], p.[...] [6] ĠU L 162, tat-18.6.1986, p. 33 [7] ĠU L 127, tad-29.4.2004, p. 21 [8] ĠU L 127, tad-29.4.2004, p. 19 [9] ĠU L 127, tad-29.4.2004, p. 23