Sejħa għal proposti – Kummissjoni Ewropea – DĠ REGIO – Proġett Pilota Koordinazzjoni Pan-Ewropea ta' metodi ta' integrazzjoni tar-Roma – Inklużjoni tar-Roma
ĠU C 171, 23.7.2009, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV
| BG | ES | CS | DA | DE | ET | EL | EN | FR | GA | IT | LV | LT | HU | MT | NL | PL | PT | RO | SK | SL | FI | SV |
| html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | html | |
| tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff | tiff |
| Bilingwi: BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV |
Sejħa għal proposti – Kummissjoni Ewropea – DĠ REGIO
Proġett Pilota "Koordinazzjoni Pan-Ewropea ta' metodi ta' integrazzjoni tar-Roma" – Inklużjoni tar-Roma
2009/C 171/08
1. Għan u deskrizzjoni
Il-Kummissjoni Ewropea biħsiebha timplimenta l-Proġett Pilota tal-Parlament Ewropew permezz ta' sejħa għal proposti, inkluż tliet temi separati indipendenti li jikkorrispondu għall-oqsma ta' intervenzjoni li ġejjin.
(1) Kura u edukazzjoni ta' tfal ta' età bikrija (ECEC).
(2) Xogħol awtonomu u mikro-kreditu.
(3) Tagħrif u ħolqien ta' għarfien
L-applikanti jistgħu jippreżentaw proposti marbuta mal-għanijiet ta' wieħed biss minn tliet oqsma individwali ta' intervenzjonijiet.
Il-proġett pilota għandu jappoġġja approċċi innovattivi u integrati biex jittratta l-problemi multidimensjonali li qed jiffaċċjaw l-komunitajiet Roma. Il-proġett pilota se jesplora l-mezzi ta' kif jintegra lir-Roma permezz ta' attivitajiet edukattivi, soċjali u ekonomiċi, il-kooperazzjoni transkonfinali u l-iskambju tal-aqwa prassi, filwaqt li jibni fuq l-esperjenzi eżistenti.
Il-proġett pilota se jiġi primarjament implimentat fi Stati Membri u pajjiżi kandidati bi proporzjon għoli ta' komunitajiet Roma żvantaġġati.
2. Applikanti eliġibbli
L-applikanti jridu jkunu stabbiliti f'wieħed mis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.
Il-proposti jridu jintbagħtu minn għaqdiet mhux bi skop ta' qligħ. Dawn l-għaqdiet jistgħu jkunu:
- għaqdiet mhux governattivi (NGOs) u netwerks,
jew
- entitajiet pubbliċi.
L-istess japplika għal għaqdiet imsieħba.
3. Kriterji ta' esklużjoni u ta' għażla
L-applikanti jiġu esklużi jekk ikunu f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju.
Kriterji ta' għażla
L-applikant irid ikollu l-kapaċità finanzjarja u operattiva li jwettaq sal-aħħar l-attività li għaliha ntalbu l-fondi. Għalhekk, l-applikant irid ikollu aċċess għal fondi sodi u xierqa biex isostni l-attivitajiet għall-perjodu tal-proġett u biex jgħin fl-iffinanzjar tiegħu kif meħtieġ u jrid ikollu r-riżorsi operattivi (tekniċi, ta' ġestjoni) meħtieġa biex iwettaq sat-tmiem u b'suċċess l-attività. Il-kapaċità teknika se tiġi vvalutata b'mod partikolari fir-rigward tal-għarfien espert, l-għerf, l-effiċjenza, l-esperjenza u l-affidabilità tal-persunal propost.
4. Kriterji ta' għoti għal kull tema
Kura u edukazzjoni ta' tfal ta' età bikrija (ECEC).
- Metodoloġija u effikaċja ta' nfiq (30 %)
- Valutazzjoni tas-sitwazzjoni preżenti, inkluż l-għarfien ta' esperjenzi attwali (20 %)
- Struttura ta' ġestjoni u allokazzjoni tal-persunal (30 %)
- Strateġija ta' sostennibilità (20 %)
Xogħol awtonomu u mikro-kreditu.
- Metodoloġija, għanijiet u effikaċja ta' nfiq (35 %)
- Struttura ta' ġestjoni u allokazzjoni tal-persunal (35 %)
- Strateġija ta' sostenibilità (30 %).
Tagħrif u ħolqien ta' għarfien
- Metodoloġija, għanijiet u effikaċja ta' nfiq (45 %)
- Struttura ta' ġestjoni u allokazzjoni tal-persunal (35 %)
- Strateġija ta' sostennibilità (20 %)
5. Baġit u tul tal-proġett
5.1. Kura u edukazzjoni ta' tfal ta' età bikrija (ECEC)
Il-baġit se jiġi allokat lil applikant wieħed. Il-kontribuzzjoni tal-UE (sa EUR 2000000) ma tistax tirrappreżenta aktar minn 95 % tal-ispejjeż eliġibbli. It-tul tal-proġett ma jistax ikun inqas minn 12-il xahar u ma jistax jaqbeż l-24 xahar.
5.2. Xogħol awtonomu u mikrokreditu
Il-baġit se jiġi allokat lil applikant wieħed. Il-kontribuzzjoni tal-UE (sa EUR 1500000) ma tistax tirrappreżenta aktar minn 90 % tal-ispejjeż eliġibbli. It-tul tal-proġett ma jistax ikun inqas minn 12-il xahar u ma jistax jaqbeż l-24 xahar.
5.3. Tagħrif u ħolqien ta' għarfien
Il-baġit se jiġi allokat lil applikant wieħed. Il-kontribuzzjoni tal-UE (sa EUR 1000000) ma tistax tirrappreżenta aktar minn 90 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-proġett. It-tul tal-proġett ma jistax ikun inqas minn 12-il xahar u ma jistax jaqbeż l-24 xahar.
6. Skadenza
L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill- 25 ta’ Settembru 2009.
7. Aktar tagħrif
It-test sħiħ tal-gwida għall-applikanti tas-sejħa għal proposti u l-formola ta' applikazzjoni jinsabu fil-websajt li ġejja: http://ec.europa.eu/regional_policy/index_en.htm
L-applikazzjonijiet iridu jkunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-Gwida hawn fuq imsemmija u jridu jintbagħtu fuq il-formola pprovduta.
--------------------------------------------------
| Fuq |