17.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/80


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2023 – Jima Projects vs EUIPO – Salis Sulam (Rappreżentazzjoni ta’ żarbuna tal-isport b’żewġ linji paralleli fuq naħa waħda)

(Kawża T-307/23)

(2023/C 252/96)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Jima Projects BV (Oudenaarde, il-Belġju) (rappreżentant: J. Løje, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eli Salis Sulam (Alicante, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ żarbuna tal-isport b’żewġ linji paralleli fuq naħa waħda) –Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 2 810 299

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Marzu 2023 fil-Każ R 1215/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94;

Ksur tal-Artikoli 17 u 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.