8.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/49


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2023 – Eurosemillas vs CPVO – Nador Cott Protection u Carpa Dorada (Nadorcott)

(Kawża T-145/23)

(2023/C 164/65)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Eurosemillas, SA (Córdoba, Spanja) (rappreżentant: J. Muñoz-Delgado y Mérida u M. Esteve Sanz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nador Cott Protection SARL (Saint-Raphaël, Franza), Carpa Dorada, SL (Almazora, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem iċ-CPVO

Proprjetarju tad-dritt għal protezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet ta’ pjanti: Nador Cott Protection SARL, il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Dritt għal protezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet ta’ pjanti inkwistjoni: dritt għal protezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet ta’ pjanti Nru EU 14111 – Denominazzjoni tal-varjetà: Nadorcott – Speċi: Citrus reticulata Blanco

Proċedimenti quddiem iċ-CPVO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell taċ-CPVO tat-2 ta’ Jannar 2023 fil-Każ A002/2020

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

Tilqa’ l-ewwel motiv invokat insostenn tar-rikors u tannulla d-deċiżjoni kkontestata billi tibgħat lura l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell taċ-CPVO sabiex dan jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza.

Sussidjarjament, fl-ipoteżi fejn il-Qorti Ġenerali ma tilqax l-ewwel motiv invokat insostenn tar-rikors kif ukoll fl-ipoteżi fejn il-Qorti Ġenerali tilqa’ dan l-ewwel motiv u tqis lilha nnifisha fil-pożizzjoni li tistabbilixxi d-deċiżjoni li l-Bord tal-Appell kien obbligat li jieħu abbażi tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi pprovduti matul il-proċedimenti, tilqa’ r-rikors ta’ Eurosemillas SA abbażi ta’ kwalunkwe mit-tieni sas-sitt motiv tagħha, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, filwaqt li tiddeċiedi mill-ġdid, tirriforma d-Deċiżjoni Nru NN20 taċ-CPVO tas-16 ta’ Diċembru 2019 u tikkonstata n-nullità ta’ dritt għal varjetajiet ta’ pjanti Komunitarju Nru EU 14111 fuq il-varjetà ta’ mandolina Nadorcott.

Tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż ta’ dan ir-rikors kif ukoll għal dawk li jikkorrispondu għall-proċeduri mibdija quddiem iċ-CPVO u l-Bord tal-Appell tiegħu.

Motivi invokati

Ksur tad-dritt fundamentali għal amministrazzjoni tajba, fir-rigward tad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u d-dritt għal smigħ xieraq kif ukoll għall-garanziji kollha stabbiliti fl-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ukoll miksura bid-deċiżjoni kkontestata.

Ksur, minħabba nuqqas ta’ applikazzjoni, tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 moqri flimkien mal-Artikolu 10 tiegħu.

Ksur, minħabba applikazzjoni żbaljata, tal-Artikolu 116 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94.

Ksur, minħabba nuqqas ta’ applikazzjoni, tal-Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, moqri flimkien mal-Artikolu 10, meta ċaħad li t-trasferiment ta’ komponenti u ta’ materjal ta’ ħsad ta’ Nadorcott fl-Unjoni Ewropea qabel il-perijodu ta’ grazzja (ikkalkolat mingħajr applikazzjoni tal-Artikolu 116), qered l-oriġinalità tal-varjetà.

Ksur, minħabba nuqqas ta’ applikazzjoni, tal-Artikolu 20(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, moqri flimkien mal-Artikolu 11(1).

Ksur, minħabba nuqqas ta’ applikazzjoni, tal-Artikolu 20(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, moqri flimkien mal-Artikolu 11(4).