18.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 276/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fid-19 ta’ April 2022 – Proċeduri kriminali kontra GN

(Kawża C-261/22)

(2022/C 276/06)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

Procuratore generale presso la Corte d’appello di Bologna, GN

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1(2) u (3), kif ukoll l-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill 2002/584/JHA tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jippermettux li l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tirrifjuta jew, f’kull każ, li tipposponi ċ-konsenja ta’ omm li għandha wlied minuri jgħixu magħha?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, l-Artikolu 1(2) u (3), u l-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni kwadru 2002/584/JHA huma kompatibbli mal-Artikoli 7 u 24(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, anki fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tat-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni bejn l-Istati Membri, sa fejn dawn jeżiġu konsenja tal-omm bi qtugħ tar-rabtiet tagħha ma’ wliedha minuri li jgħixu magħha mingħajr teħid inkunsiderazzjoni tal-interess superjuri tal-wild?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34 u rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45.