18.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 276/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Köln (il-Ġermanja) fit-8 ta’ April 2022 – Proċedura għall-impożizzjoni ta’ multa kontra BW

(Kawża C-246/22)

(2022/C 276/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgerichts Köln.

Partijiet fil-proċedura nazzjonali

Proċedura mressqa kontra: BW

Intervenjenti: Staatsanwaltschaft Köln, Bundesamt für Güterverkehr

Domanda preliminari

It-trasport ta’ kontejners vojta għall-finijiet tat-tagħbija jew tal-ħatt tagħhom jikkostitwixxi parti inseparabbli mit-trasport tal-kontejners mgħobbija b’tali mod li t-trasport ta’ kontejners vojta jibbenefika mit-trattament ipprivileġġat mogħti lit-trasport ta’ kontejners mimlija sa fejn, fil-kuntest tat-trasport ikkombinat, dawn tal-aħħar huma eżentati mid-dispożizzjonijiet dwar il-kabotaġġ?