20.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 237/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fit-3 ta’ Marzu 2022 – A. G. vs Lietuvos Respublikos generalinę prokuratūrą

(Kawża C-162/22)

(2022/C 237/37)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A.G.

Parti oħra fil-proċedura: Lietuvos Respublikos generalinė prokuratūra

Domanda preliminari

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (1), moqri flimkien mal-Artikoli 7, 8 u 11 u 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti milli jużaw data, miżmuma mill-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, li tista’ tipprovdi informazzjoni dwar il-komunikazzjoni mwettqa minn utent ta’ mezz ta’ komunikazzjoni elettronika, f’investigazzjonijiet dwar aġir illegali fil-kariga relatat mal-korruzzjoni, indipendentement mill-punt jekk l-aċċess għal din id-data ngħatax fil-każ inkwistjoni għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-kriminalità serja u l-prevenzjoni tat-theddid serju kontra s-sigurtà pubblika?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514.