7.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/29


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2021 – C&C IP UK vs EUIPO – Tipico Group (t)

(Kawża T-762/21)

(2022/C 64/42)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: C&C IP UK Ltd (Bristol, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tipico Group ltd. (San Ġiljan, Malta)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “t” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 915 463

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 2326/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-appell ippreżentat minn Tipico Group Ltd. mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO tad-19 ta’ Ottubru 2020 fil-Każ B 3 080 138;

tikkundanna lill-EUIPO, u lil Tipico Group Ltd. jekk hija tintervjeni f’dawn il-proċeduri, għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.