28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-5 ta’ Ottubru 2021 – Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej vs Gmina L.

(Kawża C-616/21)

(2022/C 95/11)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

Konvenut: Gmina L.

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1), l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 13(1) ta’ din id-direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li għandu jitqies bħala persuna taxxabbli suġġetta għall-VAT komun (awtorità pubblika) fil-kuntest tat-twettiq ta’ programm ta’ tneħħija tal-asbestos minn proprjetajiet immobbli li jinsabu fit-territorju ta’ dan il-komun, li huma proprjetà ta’ residenti, li għal dan l-għan ma jwettqu l-ebda spiża? Jew din l-operazzjoni tikkostitwixxi attività tal-komun bħala awtorità pubblika, imwettqa sabiex jeżerċita l-kompiti tiegħu ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tar-residenti u ta’ protezzjoni tal-ambjent, li fir-rigward tagħha l-komun ma huwiex meqjus bħala persuna taxxabbli suġġetta għall-VAT?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.