1.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/53


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2020 – Asian Gear vs EUIPO – Multimox (Roller)

(Kawża T-686/20)

(2021/C 35/70)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Asian Gear BV (Pijnacker, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: B. Gravendeel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Multimox Holding BV (Rijen, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn Komunitarju Nru 607 155-0004

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Settembru 2020 fil-Każ R 1043/2018-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla jew tibdel id-deċiżjoni kkontestata sabiex id-disinn Komunitarju Nru 607 155-0004 jiġi ddikjarat invalidu;

sussidjarjament

tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat-30 ta’ April 2018 u tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċeduri.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.