21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/25


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2020 – Dermavita Company vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVÉDERM VYBRANCE)

(Kawża T-635/20)

(2020/C 443/29)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dermavita Company SARL (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentant: D. Todorov, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Allergan Holdings France SAS (Courbevoie, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JUVÉDERM VYBRANCE – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 541 594

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Awwissu 2020 fil-Każ R 1014/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

titlob lill-EUIPO tqis l-appell ippreżentat;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra jbatu l-ispejjeż proprji tagħhom u jħallsu dawk tar-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 101(4), 104, 106 u 107 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.