7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/48


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2020 – LD vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-474/20)

(2020/C 297/64)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: LD (rappreżentant: M. Velardo, avvocato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla:

id-deċiżjoni tal-20 ta’ Ġunju 2019, li biha r-rikorrenti ġiet eskluża milli tipparteċipa fl-eżamijiet fl-Assessment Center tal-kompetizzjoni EPSO/AD/371/19;

id-deċiżjoni tal-31 ta’ Ottubru 2019, li biha ġiet miċħuda t-talba ta’ eżami mill-ġdid tal-esklużjoni mill-kompetizzjoni EPSO/AD/371/19;

id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-22 ta’ April 2020, li biha ġie miċħud ir-rikors amministrattiv ippreżentat skont l-Artikolu 90. II tar-Regolamenti tal-Persunal.

Barra minn hekk qiegħed jintalab li l-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-456/20, LA vs Il-Kummissjoni.