24.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/60


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2020 – Sedus Stoll vs EUIPO – Kappes (Sedus ergo+)

(Kawża T-429/20)

(2020/C 279/74)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sedus Stoll AG (Dogern, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Goldmann u J. Thomsen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wolfgang Kappes (Bochum, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni “Sedus ergo+” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 144 074 98

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 1303/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni fil-Każ B 2 618 984; u

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u tikkundanna lill-eventwali intervenjent (Wolfgang Kappes) għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.